European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1362

15.6.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1362

tal-15 ta’ Ġunju 2026

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2024/1485 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1485 tas-27 ta’ Mejju 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Mejju 2024, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2024/1485.

(2)

Fl-14 ta’ Frar 2026, ir-Renju Unit, l-Iżvezja, Franza, il-Ġermanja u n-Netherlands ippubblikaw dikjarazzjoni konġunta, li fiha ddikjaraw li huma kunfidenti li Alexei Navalny ġie avvelenat b’tossina letali msejħa epibatidina, minkejja l-allegazzjonijiet mill-Federazzjoni Russa li miet b’kawżi naturali. L-epibatidina hija tossina li tinsab fiż-żrinġijiet fl-Amerka t’Isfel u ma tinsabx b’mod naturali fir-Russja.

(3)

L-Unjoni tibqa’ soda fil-kundanna tagħha tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tar-repressjoni fir-Russja.

(4)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li entità waħda u 15-il persuna fiżika li kienu involuti fil-persekuzzjoni, l-avvelenament u l-mewt ta’ Alexei Navalny jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2024/1485.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2024/1485 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2024/1485 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ġunju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)   ĠU L, 2024/1485, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1485/oj.


ANNESS

L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2024/1485 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

“73.

Vasily Anatolevich KALASHNIKOV

(bir-Russu: Василий Анатольевич КАЛАШНИКОВ)

Pożizzjoni: Operattiv fil-Forensic Science Institute tas-Special Technology Center tas-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB)

Data tat-twelid: 11.1.1975

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vasily Kalashnikov, operattiv fil-Forensic Science Institute tas-Special Technology Center tas-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB) u espert fil-kromatografija f’fażi gassuża u l-ispettrometrija tal-massa, kien figura ċentrali fl-isforz tat-tim tal-FSB biex iħassar l-evidenza forensika kollha tal-avvelenament ta’ Alexei Navalny. L-għarfien espert tekniku ta’ Vasily Kalashnikov kien essenzjali biex jiġi żgurat li ma kien għad fadal l-ebda traċċa kimika identifikabbli fuq l-oġġetti personali ta’ Navalny.

Għalhekk, Vasily Kalashnikov huwa responsabbli għall-għoti ta’ appoġġ tekniku u materjali għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika billi assista u ffaċilita tali atti.

15.6.2026

74.

Mikhail Mikhailovich SHVETS

(bir-Russu: Михаил Михайлович ШВЕЦ)

magħruf ukoll bħala Mikhail STEPANOV

(bir-Russu: Михаил СТЕПАНОВ)

Pożizzjoni: Operattiv fl-iSpecial Operations Center tas-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB)

Data tat-twelid: 3.5.1977 (15.4.1974 għall-psewdonimu Mikhail Stepanov)

Post tat-twelid: Russian SSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Mikhail Shvets huwa operattiv ta’ grad għoli fl--iSpecial Operations Center tas-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB). L-investigazzjonijiet dwar l-avvelenament ta’ Alexei Navalny jidentifikaw lil Mikhail Shvets bħala membru ewlieni tal-allegat ‘tim tal-avvelenament’, filwaqt li jinnotaw l-użu tiegħu tal-psewdonimu ‘Mikhail Stepanov’ biex jiffaċilita l-użu bil-moħbi ta’ aġent nervin. Mikhail Shvets assista l-attentat ta’ assassinju billi pprovda appoġġ loġistiku u ta’ sorveljanza.

Għalhekk, Mikhail Shvets huwa responsabbli għall-għoti ta’ appoġġ materjali għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika billi assista u ffaċilita tali atti.

15.6.2026

75.

Alexei Leonidovich KRIVOSHCHEKOV

(bir-Russu: Алексей Леонидович КРИВОЩЕКОВ)

Pożizzjoni: Uffiċjal tas-Service for the Protection of the Constitutional Order and Countering Terrorism tas-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB)

Data tat-twelid: 11.4.1979

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Alexei Krivoshchekov ilu uffiċjal tas-Service for the Protection of the Constitutional Order and Countering Terrorism tas-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB) mill-2008. F’dik il-pożizzjoni, kien parti minn grupp ta’ uffiċjali tal-FSB li operaw taħt identitajiet foloz bl-għan li Alexei Navalny jinżamm taħt sorveljanza matul diversi mill-vjaġġi tiegħu fir-Russja mill-2017 sal-2019. Alexei Navalny kien qed jiġi mmonitorjat minn Alexei Krivoshchekov u żewġ uffiċjali oħra matul l-ewwel attentat ta’ avvelenament tiegħu fil-bidu tal-2017, waqt li kien qed jivvjaġġa lejn Kirov.

Għalhekk, Alexei Krivoshchekov huwa responsabbli għall-għoti ta’ appoġġ tekniku u materjali għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika billi assista u ffaċilita tali atti.

15.6.2026

76.

Valery Nikolaevich SUKHAREV

(bir-Russu: Валерий Николаевич СУХАРЕВ)

magħruf ukoll bħala Nikolai Aleksandrovich GOROKHOV

(bir-Russu: Николай Александрович ГОРОХОВ)

Pożizzjoni: Uffiċjal għoli tas-Service for the Protection of the Constitutional Order and Countering Terrorism tas-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB)

Data tat-twelid: 2.4.1956

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Valery Sukharev huwa uffiċjal għoli tas-Service for the Protection of the Constitutional Order and Countering Terrorism tas-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB). F’dik il-pożizzjoni, kien parti minn grupp ta’ uffiċjali tal-FSB li operaw taħt identitajiet foloz, bl-għan li Alexei Navalny jinżamm taħt sorveljanza matul diversi mill-vjaġġi tiegħu fir-Russja, mill-2017 sal-2019. Alexei Navalny kien qed jiġi mmonitorjat minn Valery Sukharev u żewġ uffiċjali oħra matul l-ewwel attentat ta’ avvelenament tiegħu fil-bidu tal-2017, waqt li kien qed jivvjaġġa lejn Kirov.

Għalhekk, Valery Sukharev huwa responsabbli għall-għoti ta’ appoġġ tekniku u materjali għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika billi assista u ffaċilita tali atti.

15.6.2026

77.

Oleg Borisovich TAYAKIN

(bir-Russu: Олег Борисович ТАЯКИН)

magħruf ukoll bħala Oleg TARASOV

(bir-Russu: Олег ТАРАСОВ)

Pożizzjoni: Uffiċjal fl-Institute of Forensic Science tas-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB)

Data tat-twelid: 6.12.1980 (6.6.1980 għall-psewdonimu Oleg Tarasov)

Post tat-twelid: Russian SSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Oleg Tayakin huwa uffiċjal fl-Institute of Forensic Science tas-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB) li kellu rwol ċentrali fl-operazzjonijiet ta’ sorveljanza u komunikazzjoni relatati mal-avvelenament kimiku ta’ Alexei Navalny. Skont is-sejbiet rigward dak l-avvelenament, Oleg Tayakin aġixxa bħala koordinatur primarju għall-missjoni, u kkordina l-komunikazzjonijiet u l-appoġġ loġistiku minn ċentru ta’ kmand tal-FSB ibbażat f’Moska.

Għalhekk, Oleg Tayakin huwa responsabbli għall-għoti ta’ appoġġ tekniku u materjali għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika billi assista u ffaċilita tali atti.

15.6.2026

78.

Alexander Grigorievich MURAKHOVSKY

(bir-Russu: Александр Григорьевич МУРАХОВСКИЙ)

Pożizzjoni: Eks tabib Ewlieni tal-Omsk Emergency Hospital No. 1; il-Kap attwali ta’ sptar militari f’Omsk

Data tat-twelid: 1.7.1971

Post tat-twelid: Omsk, Russian SSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Alexander Murakhovsky huwa l-eks Tabib Ewlieni ta’ Omsk Emergency Hospital No.1. F’dik il-pożizzjoni, huwa ċaħad li Alexei Navalny kien ġie vvelenat, u ddikjara li Alexei Navalny sofra minn ‘disturbi metaboliċi’ u rrifjuta li jittrasferih lejn il-Ġermanja għall-kura. Sussegwentement, l-analiżijiet imwettqa fil-Ġermanja kkonfermaw l-avvelenament ta’ Alexei Navalny b’sustanza tal-grupp Novichok. Attwalment Alexander Murakhovsky qed jaħdem bħala l-Kap ta’ sptar militari f’Omsk.

Għalhekk, Alexander Murakhovsky huwa responsabbli għall-għoti ta’ appoġġ tekniku u materjali għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika billi assista u ffaċilita tali atti.

15.6.2026

79.

Aleksandr Vladimirovich SABAEV

(bir-Russu: Александр Владимирович САБАЕВ)

Pożizzjoni: Tossikoloġista Ewlieni u Kap tad-Department of Acute Poisoning tal-Omsk Emergency Hospital no. 1

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Aleksandr Sabaev huwa t-Tossikoloġista Ewlieni tal-isptar fejn Alexei Navalny irċieva trattament mediku qabel l-evakwazzjoni medika tiegħu lejn il-Ġermanja wara l-attentat ta’ assassinju tiegħu b’avvelenament. Aleksandr Sabaev ripetutament ċaħad l-avvelenament ta’ Alexei Navalny, poġġa t-tort għall-kundizzjoni medika tiegħu fuq disturb metaboliku u rrifjuta li jirrilaxxa informazzjoni lill-assoċjati tiegħu dwar il-kundizzjoni medika ta’ Alexei Navalny.

Għalhekk, Aleksandr Sabaev huwa responsabbli għall-għoti ta’ appoġġ tekniku u materjali għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika billi assista u ffaċilita tali atti.

15.6.2026

80.

Anatolii Vyacheslavovich RAZINKIN

(bir-Russu: Анатолий Вячеславович РАЗИНКИН)

Pożizzjoni: L-Ewwel Viċi Prosekutur Ġenerali tar-Russian Federation

Data tat-twelid: 24.1.1977

Post tat-twelid: Samara Region, Russian SSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Anatolii Razinkin huwa l-Ewwel Viċi Prosekutur Ġenerali tal-Federazzjoni Russa. F’dik il-pożizzjoni, huwa approva l-att ta’ akkuża ta’ Alexei Navalny f’kawża kriminali ta’ frodi u disprezz lejn il-qorti. F’Marzu 2022, il-qorti sabet lil Alexei Navalny ħati ta’ frodi u disprezz lejn il-qorti u kkundannatu għal disa’ snin f’kolonja penali, b’kont meħud tas-sentenzi kollha.

Għalhekk, Anatolii Razinkin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jimminaw serjament l-istat tad-dritt fir-Russja.

15.6.2026

81.

Alexei Anatolevich ALEKSANDROV

(bir-Russu: Алексей Анатольевич АЛЕКСАНДРОВ)

Pożizzjoni: Maġġur Ġeneral tal-Ġustizzja u Kap tal-Eastern Interregional Investigative Department for Transport of the Investigative Committee tar-Russian Federation; eks Kap tal-West Siberian Transport Investigation Department of the Investigative Committee tar-Russian Federation

Data tat-twelid: 22.12.1975

Post tat-twelid: Russian SSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

INN (Identifikazzjoni tat-Taxxa Russa): 220408759681

Alexei Aleksandrov huwa Maġġur Ġeneral tal-Ġustizzja li serva bħala Kap tal-West Siberian Transport Investigation Department of the Investigative Committee tal-Federazzjoni Russa fi żmien l-avvelenament ta’ Alexei Navalny. F’dik il-kapaċità, Alexei Aleksandrov irrifjuta li jinvestiga l-avvelenament ta’ Alexei Navalny.

Fl-2022, Alexei Aleksandrov ġie promoss bħala Kap tal-Eastern Interregional Investigative Department for Transport of the Investigative Committee tal-Federazzjoni Russa u ilu jaħdem f’dak ir-rwol minn dak iż-żmien.

Għalhekk, Alexei Aleksandrov huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

15.6.2026

82.

Natalia Vladimirovna KONOVALOVA

(bir-Russu: Наталья Владимировна КОНОВАЛОВА)

Pożizzjoni: Imħallef tal-Moscow City Court

Data tat-twelid: 15.12.1972

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Natalia Konovalova hija Mħallef tal-Moscow City Court. Hija kkonfermat id-deċiżjoni tal-Lefortovo District Court li kienet ċaħdet l-ilment kontra d-Direttorat Investigattiv tas-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB) minħabba n-nuqqas ta’ azzjoni tiegħu rigward l-avvelenament ta’ Alexei Navalny.

Barra minn hekk, Natalia Konovalova kienet preċedentement estendiet id-detenzjoni ta’ membri tal-grupp Pussy Riot u kkonfermat l-arrest tal-ġurnalist Amerikan Evan Gershkovich, il-ġurnalist Russu Ivan Safronov u l-istudent Russu Ibragim Orudzhey.

Għalhekk, Natalia Konovalova hija responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

15.6.2026

83.

Marina Andreevna BOBEK

(bir-Russu: Марина Андреева БОБЕК)

Pożizzjoni: Prosekutur tad-Department of the Prosecutor General’s Office tar-Russian Federation

Data tat-twelid: 12.8.1986

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Marina Bobek hija Prosekutur tad-Dipartiment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Federazzjoni Russa. F’dik il-pożizzjoni, hija kienet responsabbli għal diversi każijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali ta’ ċittadini tal-Federazzjoni Russa li jopponu r-reġim politiku attwali, inkluż kawżi li jikkonċernaw lil Alexei Navalny.

Għalhekk, Marina Bobek hija responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

15.6.2026

84.

Ekaterina Petrovna IVANNIKOVA

(bir-Russu: Екатерина Петровна ИВАННИКОВА)

Pożizzjoni: Prosekutur tal-Appeals Department of the Criminal and Judicial Department tal-Prosecutor’s Office, Moscow

Data tat-twelid: 6.4.1988

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Ekaterina Ivannikova hija Prosekutur tad-Dipartiment tal-Appelli tad-Dipartiment Kriminali u Ġudizzjarju tal-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Federazzjoni Russa. F’dik il-pożizzjoni, hija kienet responsabbli għall-prosekuzzjoni kriminali ta’ ċittadini tal-Federazzjoni Russa li jopponu r-reġim politiku attwali. Ekaterina Ivannikova kienet involuta fis-sabotaġġ tal-investigazzjoni dwar l-avvelenament ta’ Alexei Navalny. Barra minn hekk, Ekaterina Ivannikova kienet involuta fil-kawża ta’ Serebrennikov billi rrifjutat li tittrasferixxi lil Alexei Malobrodsky minn detenzjoni għal detenzjoni domiċiljari.

Għalhekk, Ekaterina Ivannikova hija responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fir-Russja.

15.6.2026

85.

Aleksandr Vladimirovich GUTSAN

(bir-Russu: Александр Владимирович ГУЦАН)

Pożizzjoni: Prosekutur Ġenerali tar-Russian Federation

Data tat-twelid: 6.7.1960

Post tat-twelid: Siversky settlement, Gatchinsky District, Leningrad Region, Russian SSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

INN (Identifikazzjoni tat-Taxxa Russa): 781610240809

Aleksandr Gutsan ilu l-Prosekutur Ġenerali tal-Federazzjoni Russa minn Settembru 2025. F’dik il-pożizzjoni, huwa kien responsabbli għall-petizzjoni biex l-Istat Russu jiddikjara l-organizzazzjoni ta’ Alexei Navalny l-Anti-Corruption Foundation (ACF) bħala organizzazzjoni terroristika, u b’hekk tiġi kriminalizzata kwalunkwe assoċjazzjoni mal-ACF. Dik il-kriminalizzazzjoni rriżultat f’għadd kbir ta’ arresti ta’ sostenituri tal-ACF fuq akkużi ta’ ‘finanzjament tat-terroriżmu’.

Għalhekk, Aleksandr Gutsan huwa responsabbli għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fir-Russja.

15.6.2026

86.

Oleg Nikolaevich NEFEDOV

(bir-Russu: Олег Николаевич НЕФЕДОВ)

Pożizzjoni: Imħallef tas-Supreme Court tar-Russian Federation; President tal-Judicial Composition of the First Instance of the Judicial Collegium for Administrative Cases of the Supreme Court tar-Russian Federation

Data tat-twelid: 1.8.1974

Post tat-twelid: Kuznetsk, Russian SSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

SNILS: 07750947803

Oleg Nefedov ilu Mħallef tal-Qorti Suprema tal-Federazzjoni Russa mill-2017 u ilu jservi bħala President tal-Judicial Composition of the First Instance of the Judicial Collegium for Administrative Cases of the Supreme Court tal-Federazzjoni Russa mill-2023.

Fir-rwol tiegħu bħala Mħallef tal-Qorti Suprema, Oleg Nefedov ppresieda diversi deċiżjonijiet biex jillimita l-libertà ta’ organizzazzjoni, l-oppożizzjoni politika u d-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-deżinjazzjoni tal-organizzazzjoni ta’ Alexei Navalny l-Anti-Corruption Foundation bħala organizzazzjoni terroristika. Oleg Nefedov ddeċieda wkoll li jipprojbixxi l-hekk imsejjaħ ‘moviment internazzjonali LGBT’.

Għalhekk, Oleg Nefedov huwa responsabbli għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fir-Russja.

15.6.2026

87.

Roman Yurievich PLUGIN

(bir-Russu: Роман Юрьевич ПЛУГИН)

Pożizzjoni: Logutenent Ġeneral tal-Pulizija; Kummissarju tas-Saint Petersburg Police; Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni ta’ San Petersburg u r-Reġjun ta’ Leningrad

Data tat-twelid: 10.3.1975

Post tat-twelid: Stavropol, Russian SSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

TIN: 502719429607

SNILS: 10906646049

Roman Plugin huwa l-Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni ta’ San Pietruburgu u r-reġjun ta’ Leningrad, imsejjaħ ukoll Saint Petersburg Police.

F’dik il-pożizzjoni, huwa responsabbli għal-limitazzjoni tal-libertà tal-kelma billi ordna l-arrest u d-detenzjoni ta’ persuni li attendew is-servizz ta’ Alexei Navalny b’mod paċifiku fl-anniversarju tal-mewt tiegħu, u l-arrest ta’ mużiċisti tat-triq paċifiċi f’San Pietruburgu li kantaw kanzunetti perċepiti bħala li jesprimu appoġġ għall-oppożizzjoni.

Għalhekk, Roman Plugin huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, u attivitajiet li b’xi mod ieħor jimminaw serjament id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fir-Russja.

15.6.2026”;

(2)

l-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”:

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

“2.

IPJSC NTK

Magħrufa wkoll bħala International Public Joint-Stock Company NTK

Magħrufa wkoll bħala NTH International Joint Stock Company

(bir-Russu: МКАО NTKh, MKAO НТХ, MKAO NTH, MKAO NTKh)

Indirizz: 236004, Kaliningrad region, Kaliningrad, Okyabrskaya street 71-73, room 25

Posta elettronika: info@ntechlab.ru

Sit web Russu: www.ntechlab.ru

Sit web internazzjonali: www.ntechlab.com

INN: 3900040153

KPP: 390001001

OGRN: 1253900004412

OKPO: 87427827

IPJSC NTK hija l-kumpanija azzjonarja ta’ NtechLab. NtechLab hija kumpanija Russa tat-teknoloġija tal-għarfien tal-wiċċ soġġetta għal miżuri restrittivi imposti mill-Unjoni. IPJSC NTK kkooperat mad-Department of Information Technologies tal-Belt ta’ Moska għall-iżvilupp tas-sistema ta’ għarfien tal-wiċċ f’Moska.

Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta’ Moska uża s-sistema ta’ għarfien tal-wiċċ f’Moska bħala għodda ta’ repressjoni biex jimmonitorja u jżomm f’detenzjoni ġurnalisti indipendenti, attivisti tal-oppożizzjoni u parteċipanti fi protesti li kienu qed jipprotestaw b’mod paċifiku b’appoġġ għal Alexei Navalny u b’oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. IPJSC NTK ġiet stabbilita biex tieħu f’idejha l-operazzjonijiet ta’ NtechLab meta l-kumpanija rrilokat lejn ir-Russja.

Għalhekk, IPJSC NTK hija responsabbli għall-għoti ta’ appoġġ tekniku jew materjali għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta’ għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni.

15.6.2026”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1362/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)