European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1345

16.6.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1345

tal-15 ta’ Ġunju 2026

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2025/2379 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati taċ-Chad

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Novembru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/2379 (1), li stabbilixxietmiżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati taċ-Chad (il-“miżura ta’ assistenza”).

(2)

Fil-15 ta’ Jannar 2026, l-Unjoni rċeviet talba miċ-Chad biex jiġi emendat il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tal-miżura ta’ assistenza wara r-rilokazzjoni tal-l-École nationale des sous-officiers d’active minn Koundoul għal Kalait.

(3)

L-attur ta’ implimentazzjoni maħtur, Économat des Armées, lesta b’suċċess il-proċess ta’ valutazzjoni tal-pilastri u jista’ jiġi fdat bl-implimentazzjoni tal-miżura ta’ assistenza b’ġestjoni indiretta.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2025/2379 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2025/2379 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sabiex jinkiseb l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 2, il-miżura ta’ assistenza għandha tiffinanzja t-tipi li ġejjin ta’ tagħmir mhux imfassal biex jipprovdi forza letali, u l-provvisti u s-servizzi li ġejjin, inkluż taħriġ tekniku, fejn ikun meħtieġ:

(a)

xogħlijiet ta’ infrastruttura fuq l-École nationale des sous-officiers d’active de Kalait (ENSOA-KA) u r-rinnovazzjoni tagħha;

(b)

tagħmir edukattiv għall-ENSOA-KA;

(c)

tfassil mill-ġdid tal-kurrikuli tal-ENSOA-KA;

(d)

programm ta’ taħriġ għall-ħarrieġa fl-ENSOA-KA.”

;

(2)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(3) ta’ din id-Direttiva għandha titwettaq mill-Économat des Armées.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ġunju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2379 tal-24 ta’ Novembru 2025 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati taċ-Chad (ĠU L, 2025/2379, 25.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2379/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1345/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)