|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1341 |
18.6.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1341
tas-17 ta’ Ġunju 2026
wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1266 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1267 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament anti-dumping bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 13(4) u 14(5) tiegħu, u r-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 23(6) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1266 tad-29 ta’ Lulju 2021 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1267 tad-29 ta’ Lulju 2021 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
Wara li infurmat lill-Istati Membri,
Billi:
1. TALBA
|
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal eżenzjoni mill-miżuri anti-dumping u kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada kif ukoll jekk le, sa fejn hija kkonċernata Braya Renewable Fuels (Newfoundland) LP (“l-applikant”), skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament anti-dumping bażiku u l-Artikolu 23(6) tar-Regolament antisussidji bażiku. |
|
(2) |
It-talba tressqet fl-14 ta’ Ottubru 2025 mill-applikant, li hu produttur esportatur tal-bijodiżil fil-Kanada (“il-pajjiż ikkonċernat”). |
2. PRODOTT
|
(3) |
Il-prodott taħt rieżami huwa esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, magħruf b’mod komuni bħala “bijodiżil”, f’forma pura jew f’taħlita li fiha bil-piż iktar minn 20 % ta’ esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili (“il-prodott taħt rieżami”). |
|
(4) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott taħt rieżami kkonsenjati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516 20 98 21), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518 00 91 21), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518 00 99 21), ex 2710 19 43 (kodiċi TARIC 2710 19 43 21), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710 19 46 21), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710 19 47 21), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710 20 11 21), ex 2710 20 16 (kodiċi TARIC 2710 20 16 21), ex 3824 99 92 (kodiċi TARIC 3824 99 92 10), ex 3826 00 10 (kodiċijiet TARIC 3826 00 10 20, 3826 00 10 50, 3826 00 10 89) u ex 3826 00 90 (kodiċi TARIC 3826 00 90 11). |
3. MIŻURI EŻISTENTI
|
(5) |
Bir-Regolamenti (KE) Nru 598/2009 (5) u (KE) Nru 599/2009 (6), il-Kunsill impona dazji kumpensatorji u anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika. |
|
(6) |
Dawn il-miżuri ġew estiżi bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 443/2011 (7) u (UE) Nru 444/2011 (8), għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada kif ukoll jekk le. |
|
(7) |
Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1266 wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament anti-dumping bażiku u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1267 wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament antisussidji bażiku. |
4. IR-RAĠUNIJIET GĦAR-RIEŻAMI
|
(8) |
L-applikant allega li ma esportax il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni użat fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri estiżi kif adottati mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 443/2011 u (UE) Nru 444/2011, jiġifieri l-perjodu mill-1 ta’ April 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 (“il-PI oriġinali”). Skont l-evidenza mressqa mill-applikant, l-applikant inħoloq legalment biss fl-2014, filwaqt li l-impjant inbena u nfetaħ wara l-PI oriġinali fl-2024. |
|
(9) |
Barra minn hekk, l-applikant ipprovda evidenza li huwa produttur ġenwin u allega li ma evitax il-miżuri eżistenti. |
|
(10) |
L-applikant sostna wkoll li wara l-PI oriġinali, f’Ottubru 2025 u f’Jannar 2026, huwa esporta l-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni. |
5. PROĊEDURA
5.1. Bidu
|
(11) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, u kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament anti-dumping bażiku u l-Artikolu 23(6) tar-Regolament antisussidji bażiku sabiex tiġi ddeterminata l-possibilità li l-applikant jingħata eżenzjoni mill-miżuri estiżi. |
|
(12) |
L-industrija tal-Unjoni li kien magħruf li kienet ikkonċernata ġiet infurmata bit-talba għal rieżami u ngħatat l-opportunità li tikkummenta. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(13) |
Fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se toqgħod partikolarment attenta għar-relazzjoni tal-applikanta mal-kumpaniji soġġetti għall-miżuri eżistenti biex tiżgura li ma ġietx imwaqqfa jew użata biex jiġu evitati l-miżuri. Il-Kummissjoni se tqis ukoll jekk għandhomx jiġu imposti kundizzjonijiet ta’ monitoraġġ partikolari fil-każ li l-investigazzjoni tikkonkludi li l-għoti tal-eżenzjoni huwa ġustifikat. |
5.2. Tħassir tal-miżuri anti-dumping eżistenti u r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet
|
(14) |
F’konformità mal-Artikolu 11(4) tar-Regolament anti-dumping bażiku, f’każijiet ta’ esportaturi ġodda fil-pajjiż esportatur inkwistjoni li ma esportawx il-prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu kienu bbażati l-miżuri, jenħtieġ li d-dazju anti-dumping fis-seħħ jitħassar fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li huma prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-applikant. |
|
(15) |
Fl-istess waqt, jenħtieġ li tali importazzjonijiet ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament anti-dumping bażiku sabiex jiġi żgurat li, jekk ir-rieżami juri li teżisti ċirkomvenzjoni fir-rigward tal-applikant, id-dazji anti-dumping ikunu jistgħu jiġu imposti mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet. L-ammont tal-obbligazzjonijiet futuri possibbli tal-applikant ikun ugwali għad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1266 (EUR 172,2/tunellata). |
5.3. Miżuri antisussidji eżistenti
|
(16) |
Billi r-Regolament antisussidji bażiku ma jipprovdix għat-tħassir tad-dazji kumpensatorji f’każijiet fejn l-esportaturi ma kinux investigati individwalment matul l-investigazzjoni oriġinali, dawn il-miżuri se jibqgħu fis-seħħ. Huwa biss jekk ir-rieżami jirriżulta fis-sejba li l-applikant huwa intitolat għal eżenzjoni, li l-miżuri kontra s-sussidji fis-seħħ jiġu revokati fir-rigward tal-applikant. |
5.4. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami
|
(17) |
L-investigazzjoni se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Marzu 2026 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). |
5.5. Investigazzjoni tal-applikant
|
(18) |
Sabiex tkun tista’ tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant. L-applikant irid jippreżenta l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament anti-dumping bażiku u l-Artikolu 11(2) tar-Regolament antisussidji bażiku. |
5.6. Partijiet interessati
|
(19) |
Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati bħall-produtturi espfortaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur, iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami prodott mill-industrija tal-Unjoni jew il-prodott ikkonċernat introdott fis-suq tal-Unjoni. |
|
(20) |
Produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li pprovdew informazzjoni jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami manufatturati mill-industrija tal-Unjoni jew il-prodott ikkonċernat introdott fis-suq tal-Unjoni. |
|
(21) |
Il-partijiet l-oħra msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ din it-taqsima se jkunu jistgħu jieħdu sehem biss fir-rieżami bħala parti interessata mill-mument meta jippreżentaw lilhom infushom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami prodott mill-industrija tal-Unjoni jew il-prodott ikkonċernat introdott fis-suq tal-Unjoni. Li parti titqies bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament anti-dumping bażiku u l-Artikolu 28 tar-Regolament antisussidji bażiku. |
|
(22) |
L-aċċess għall-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ TRON.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Segwi l-istruzzjonijiet f’dik il-paġna sabiex ikollok aċċess. (9) |
5.7. Sottomissjonijiet bil-miktub oħrajn
|
(23) |
Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
5.8. Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
|
(24) |
Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi tal-investigazzjoni t-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet. |
5.9. Struzzjonijiet għal preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
|
(25) |
L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw informazzjoni u/jew data lill-Kummissjoni li jkunu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-dritt tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni (a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta’ dan il-proċediment ta’ difiża tal-kummerċ u (b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom. |
|
(26) |
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż l-informazzjoni mitluba f’dan ir-Regolament, kwestjonarji mimlija u korrispondenza pprovduta minn partijiet interessati li jintalab trattament kunfidenzjali għaliha, għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive”. Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali. |
|
(27) |
Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Sensitive” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament anti-dumping bażiku u l-Artikolu 29(2) tar-Regolament antisussidji bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Dawn is-sommarji jenħtieġ li jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tkun tinftiehem b’mod raġonevoli. |
|
(28) |
Jekk il-parti li tipprovdi l-informazzjoni “Sensitive” tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix is-sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitlubin, il-Kummissjoni tista’ tinjora din l-informazzjoni dment li sorsi xierqa jkunu jistgħu juru b’mod sodisfaċenti li l-informazzjoni hija korretta. |
|
(29) |
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li jenħtieġ li jiġu mressqa fuq mezz ta’ ħżin diġitali portabbli (CD-ROM, DVD, flash drive USB) bl-idejn jew bil-posta rreġistrata. Meta jużaw il-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: |
|
(30) |
Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika li jagħtu jkun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmijin hawn fuq. L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
Posta elettronika: TRADE-R859-BIODIESEL-EXEMPTION@ec.europa.eu |
6. POSSIBBILTÀ GĦAL KUMMENTI DWAR IS-SOTTOMISSJONIJIET TA’ PARTIJIET OĦRA
|
(31) |
Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, il-partijiet interessati jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet tal-partijiet interessati l-oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda. Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi jiġu ppreżentati fi żmien 5 ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti mressqa minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar ulterjuri jsiru fi żmien ġurnata mill-iskadenza għall-kummenti dwar dan l-iżvelar ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. L-iskeda ta’ żmien indikata hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati. |
7. ESTENSJONI TAL-LIMITI TA’ ŻMIEN SPEĊIFIKATI F’DAN IR-REGOLAMENT
|
(32) |
Kwalunkwe estensjoni għal-limiti ta’ żmien previsti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li tintalab biss f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni u tingħata biss jekk tkun ġustifikata minn raġuni tajba. |
|
(33) |
Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni fl-iskadenza tar-risposta għall-kwestjonarji se tkun limitata għal 3 ijiem, u bħala regola ma taqbiżx is-7 ijiem. |
|
(34) |
Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fir-Regolament, l-estensjonijiet ikunu limitati għal 3 ijiem sakemm ma jintwerewx xi ċirkostanzi eċċezzjonali. |
8. NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI
|
(35) |
F’każijiet fejn xi parti interessata tiċħad l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fiż-żmien stipulat, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jsiru sejbiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament anti-dumping bażiku u mal-Artikolu 28 tar-Regolament antisussidji bażiku. |
|
(36) |
Meta jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli. |
|
(37) |
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u s-sejbiet ikunu għalhekk ibbażati fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament anti-dumping bażiku u mal-Artikolu 28 tar-Regolament antisussidji bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal din il-parti milli kieku din tkun ikkooperat. |
|
(38) |
In-nuqqas ta’ għoti ta’ tweġiba kompjuterizzata mhuwiex se jiġi kkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta fi skariġġ żejjed mhux raġonevoli jew fi spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata jenħtieġ li tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih |
9. UFFIĊJAL TAS-SEDUTA
|
(39) |
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għall-proċedimenti tal-kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment. |
|
(40) |
L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti interessata/partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. It-talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jenħtieġ li ssir bil-miktub u tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, il-partijiet huma mistiedna jressqu t-talba tagħhom fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Wara dan, it-talbiet għal smigħ mill-Uffiċjal tas-Seduta għandhom jiġu ppreżentati mill-aktar fis possibbli wara li jseħħ l-avveniment li jiġġustifika tali intervent. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Dawn is-seduti ta’ smigħ għandhom isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu. |
|
(41) |
Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u bla dewmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, il-partijiet interessati għandhom jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. |
|
(42) |
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fis-sit web tad-DĠ Kummerċ u Sigurtà Ekonomika: https://policy.trade.ec.europa.eu/contacts/hearing-officer_en. |
10. SKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI
|
(43) |
L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament anti-dumping bażiku u skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament antisussidji bażiku, fi żmien 9 xhur mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. |
11. IPPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI
|
(44) |
Kwalunkwe data personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
|
(45) |
Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ u Sigurtà Ekonomika: https://europa.eu/!vr4g9W. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’dan qed jinbeda rieżami skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 u l-Artikolu 23(6) tar-Regolament (UE) 2016/1037 sabiex jiġi stabbilit jekk l-importazzjonijiet ta’ esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, magħrufa b’mod komuni bħala “bijodiżil”, f’forma pura jew f’taħlita li jkun fiha skont il-piż aktar minn 20 % ta’ esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, ikkonsenjati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516 20 98 21), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518 00 91 21), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518 00 99 21), ex 2710 19 42 (kodiċi TARIC 2710 19 42 21), ex 2710 19 44 (kodiċi TARIC 2710 19 44 21), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710 19 46 21), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710 19 47 21), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710 20 11 21), ex 2710 20 16 (kodiċi TARIC 2710 20 16 21), ex 3824 99 92 (kodiċi TARIC 3824 99 92 10), ex 3826 00 10 (kodiċi TARIC 3826 00 10 20, 3826 00 10 50, 3826 00 10 89) u ex 3826 00 90 (kodiċi TARIC 3826 00 90 11), prodotti minn Braya Renewable Fuels (Newfoundland) LP (kodiċi addizzjonali TARIC 88FD), jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-miżuri anti-dumping u antisussidji imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1266 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1267.
Artikolu 2
Id-dazju anti-dumping impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1266 huwa b’dan imħassar fir-rigward tal-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-Awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036.
Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1037/oj.
(3) ĠU L 277, 2.8.2021, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1266/oj.
(4) ĠU L 277, 2.8.2021, p. 62, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1267/oj.
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 598/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 179, 10.7.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/598/oj).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 599/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 179, 10.7.2009, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/599/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 443/2011 tal-5 ta’ Mejju 2011 li jestendi d-dazju kompensatorju definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 598/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le, u li jestendi d-dazju kompensatorju definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 598/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil f’taħlita li fiha bil-piż 20 % jew inqas ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika, u li jwaqqaf l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkunsinnati minn Singapor (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/443/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 444/2011 tal-5 ta’ Mejju 2011 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 599/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le, u li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 599/2009 fuq l- importazzjonijiet tal-bijodiżil f’taħlita li fiha bil-piż 20 % jew inqas ta’ bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkunsinnati minn Singapor (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/444/oj).
(9) F’każ ta’ problemi tekniċi kkuntattja lit-Trade Service Desk permezz ta’ ittra elettronika lil trade-service-desk@ec.europa.eu jew ċempel +32 2 297 97 97.
(10) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1341/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)