|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1336 |
15.6.2026 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2026/1336
tal-15 ta’ Ġunju 2026
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) jagħti effett lill-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
(2) |
Fil-15 ta’ Ġunju 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/1333 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata d-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-provvista għall-operaturi tal-Unjoni, id-Deċiżjoni (PESK) 2026/1333 tintroduċi derogi temporanji ġodda mill-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni fuq it-tqegħid ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni ta’ entità deżinjata, li tippermetti l-istralċ ta’ operazzjonijiet, kuntratti u ftehimiet oħra konklużi ma’ dik l-entità u x-xiri mill-industrija ta’ komponenti kritiċi manifatturati minn dik l-entità. L-operaturi huma mistennija jadottaw u jimplimentaw pjanijiet ta’ diversifikazzjoni xierqa qabel l-iskadenza ta’ dik id-deroga, bil-ħsieb li jippermettu tranżizzjoni lejn sorsi alternattivi ta’ provvista. |
|
(4) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk, b’mod partikolari bil-ħsieb tal-iżgurar tal-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 6b tar-Regolament (UE) Nru 269/2014, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“5 l. B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lill-entità elenkata skont l-entrata numru 692 taħt l-intestatura ‘Entitajiet’ fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dik l-entità, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa u wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma strettament meħtieġa għal:
|
(a) |
it-terminazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2026, ta’ operazzjonijiet, kuntratti jew ftehimiet oħra kunklużi mal-entità elenkata taħt l-entrata numru 692 qabel it-23 ta’ April 2026 u dment li r-rilaxx jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun tlesta sal 31 ta’ Diċembru 2026; jew |
|
(b) |
xiri mill-industrija ta’ komponenti kritiċi manifatturati minn dik l-entità u għal pagamenti korrispondenti lil dik l-entità bil-ħsieb li tkun tista’ ssir tranżizzjoni lejn sorsi alternattivi ta’ provvista dment li r-rilaxx jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun tlesta sas-16 ta’ Marzu 2027.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/145(1)/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/269/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1333 tal-15 ta’ Ġunju 2026 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2026/1333, 15.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1333/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1336/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)