|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1329 |
11.6.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1329
tal-4 ta’ Ġunju 2026
li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal ftehimiet settorjali bejn l-Unjoni u l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo (*1), il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja, rispettivament, dwar roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4), tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi jenħtieġ li jinfetħu negozjati bil-għan li jiġu konklużi ftehimiet bejn l-Unjoni u l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja, rispettivament, dwar roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’dan huwa awtorizzat il-ftuħ ta’ negozjati għal ftehimiet settorjali bejn l-Unjoni u l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja, rispettivament, dwar roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni hija b’dan innominata n-negozjatur tal-Unjoni.
Artikolu 3
Id-direttivi ta’ negozjati li jinsabu fl-addendum ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan indirizzati lill-Kummissjoni.
Artikolu 4
In-negozjati għandhom jitwettqu f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Tkabbir u l-Pajjiżi li qed Jinnegozjaw l-Adeżjoni mal-UE (COELA), li huwa b’dan maħtur bħala l-kumitat speċjali previst fl-Artikolu 218(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lil dak il-kumitat speċjali dwar il-progress fin-negozjati.
Barra minn hekk, in-negozjati dwar kwistjonijiet tar-roaming għandhom jitwettqu f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Telekomunikazzjoni u s-Soċjetà tal-Informazzjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
C. FITIRIS
(*1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1329/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)