|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1310 |
28.8.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1310
tal-11 ta’ Ġunju 2026
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/3110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi s-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli għall-familji u kategoriji ta’ prodotti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/3110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-bini u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Meta jitqiesu s-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament (UE) 2024/3110 u filwaqt li jitqies li għal kull familja ta’ prodotti jew kategorija ta’ prodotti, ir-Regolament (UE) 2024/3110 jeħtieġ l-istabbiliment tas-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom u l-konformità mar-rekwiżiti tal-prodott, għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit liema sistema ta’ valutazzjoni u verifika tapplika għal kull familja u kategorija ta’ prodotti qabel ma jsiru applikabbli l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati li jistabbilixxu l-karatteristiċi essenzjali, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati li jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-prodott, jew id-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni. |
|
(2) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità mas-sistema regolatorja stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tas-sistemi ta’ prestazzjoni stabbiliti skont dak ir-Regolament jenħtieġ li jitqiesu għall-istabbiliment tas-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika skont ir-Regolament (UE) 2024/3110 sa fejn iqisu l-użi maħsuba, il-ħsara potenzjali li tirriżulta min-nuqqasijiet tal-prodott, is-sensittività tal-prodott għall-varjazzjonijiet fil-prestazzjoni skont l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni, il-probabbiltà ta’ żbalji matul il-manifattura tiegħu u l-possibbiltà li jiġu identifikati faċilment l-iżbalji fil-manifattura. Jenħtieġ li sistemi ta’ valutazzjoni u verifika jiġu mfassla skont il-familji ta’ prodotti jew il-kategoriji ta’ prodotti rispettivi u jenħtieġ li jimminimizzaw il-piż fuq il-manifatturi, filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-persuni u tal-ambjent. |
|
(3) |
Filwaqt li dan l-att delegat japplika għall-familji kollha ta’ prodotti, jistgħu jkunu meħtieġa aktar emendi biex jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi identifikati matul l-iżvilupp ta’ talbiet ta’ standardizzazzjoni u Dokumenti Ewropew ta’ Valutazzjoni (EADs). |
|
(4) |
Sabiex jitnaqqas il-piż fuq il-manifatturi li jibbenefikaw mill-implimentazzjoni ta’ proċeduri simplifikati stabbiliti bir-Regolament (UE) 2024/3110, applikabbli għal karatteristiċi essenzjali meqjusa li jissodisfaw ċerta prestazzjoni mingħajr ittestjar jew mingħajr ittestjar ulterjuri, jenħtieġ li tapplika s-sistema 4 ta’ valutazzjoni u verifika, irrispettivament mis-sistema normalment meħtieġa meta d-dispożizzjonijiet meqjusa bħala sodisfaċenti ma japplikawx. |
|
(5) |
Xi karatteristiċi essenzjali ta’ natura orizzontali miġbura f’konformità mal-Anness X tar-Regolament (UE) 2024/3110 jenħtieġ li jkunu koperti minn sistemi ta’ valutazzjoni u verifiki irrispettivament mill-familja u l-kategorija ta’ prodotti relatati. Dan l-approċċ jenħtieġ li jiġi implimentat għall-gruppi ta’ karatteristiċi essenzjali “reazzjoni għan-nar”, “prestazzjoni esterna f’każ ta’ nar”, “rilaxx u kontenut ta’ sustanzi perikolużi” u “sostenibbiltà ambjentali”. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2024/3110, jistgħu jiġu stabbiliti sistemi differenti ta’ valutazzjoni u verifika fi ħdan l-istess familja ta’ prodotti jew kategorija ta’ prodotti, skont il-karatteristiċi essenzjali speċifiċi jew ir-rekwiżiti tal-prodott. Għalhekk, jenħtieġ li s-sistema ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli tiġi indikata għal kull kategorija ta’ prodotti, filwaqt li jitqiesu l-użi maħsuba u kwalunkwe rimarka addizzjonali meħtieġa biex tiġi żgurata interpretazzjoni korretta tal-kontenut tekniku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Is-sistema ta’ valutazzjoni u verifika stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandha tapplika għall-karatteristiċi essenzjali ta’ prodotti speċifiċi li jitqiesu li jiksbu ċertu livell jew klassi ta’ prestazzjoni mingħajr ittestjar jew kalkolu, jew mingħajr ittestjar jew kalkolu ulterjuri, f’konformità ma’ att delegat adottat skont l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2024/3110, dment li tiġi applikata d-dispożizzjoni meqjusa bħala sodisfaċenti stabbilita f’dak l-att delegat.
2. Is-sistema ta’ valutazzjoni u verifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tipprevali meta l-istess karatteristika essenzjali tiġi stabbilita wkoll f’konformità mal-Artikoli 2 u 3 ta’ dan ir-Regolament. Meta l-għażla meqjusa bħala sodisfaċenti msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix applikata, is-sistema ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli għandha tkun dik stabbilita fl-Artikoli 2 u 3.
Artikolu 2
1. Is-sistema ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli għal xi karatteristiċi essenzjali ta’ natura orizzontali miġbura f’konformità mal-Anness X tar-Regolament (UE) 2024/3110 għandha tkun is-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
2. Is-sistema ta’ valutazzjoni u verifika stabbilita f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tipprevali meta l-istess karatteristika essenzjali tiġi stabbilita wkoll f’konformità mal-Artikolu 3.
Artikolu 3
Is-sistema ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli għall-karatteristiċi essenzjali u r-rekwiżiti tal-prodott għal kategorija speċifika ta’ prodotti, filwaqt li jitqiesu l-użi maħsuba u kwalunkwe rimarka addizzjonali meħtieġa biex il-kontenut tekniku jiġi interpretat kif xieraq, għandha tkun is-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/3110, 18.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3110/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/305/oj).
ANNESS I
Sistemi ta’ valutazzjoni u verifika f’każ li jiġu applikati dispożizzjonijiet meqjusa bħala sodisfaċenti
Tabella
|
Ringiela |
Familja ta’ prodotti |
Kategorija ta’ prodott |
Użi maħsuba |
Karatteristiċi essenzjali |
Sistemi ta’ valutazzjoni u verifika |
Rimarki addizzjonali |
|
1 |
Kollha |
Kollha |
Kollha |
Dawk koperti minn att delegat li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom prodott għandu jitqies li jissodisfa ċertu livell, livell limitu jew li jikkwalifika għal klassi ta’ prestazzjoni mingħajr ittestjar / kalkolu, jew mingħajr ittestjar / kalkolu ulterjuri |
4 |
Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-att delegat rilevanti |
ANNESS II
Sistemi ta’ valutazzjoni u verifika għall-karatteristiċi essenzjali ta’ natura orizzontali
Sistemi ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli mhux koperti mill-Anness I.
Tabella
|
Ringiela |
Familja ta’ prodotti |
Kategorija ta’ prodott |
Użi maħsuba |
Karatteristiċi essenzjali |
Sistemi ta’ valutazzjoni u verifika |
Rimarki addizzjonali |
|
1 |
31 |
Kejbils tal-elettriku, ta’ kontroll u ta’ komunikazzjoni |
Reazzjoni għall-klassijiet tan-nar A, B, jew C |
Reazzjoni għan-nar |
1+ |
Inklużi s-subklassijiet, jekk applikabbli |
|
2 |
Kollha |
Prodotti li għalihom hemm stadju identifikabbli b’mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni li jirriżulta fi prestazzjoni tar-reazzjoni mtejba għan-nar esklużi kejbils tal-elettriku, ta’ kontroll u ta’ komunikazzjoni |
Reazzjoni għall-klassijiet tan-nar A, B, jew C |
Reazzjoni għan-nar, u propensità ta’ ħruq bati kontinwu |
1 |
Inklużi klassijiet applikabbli għal kategoriji u subklassijiet speċifiċi ta’ prodotti, jekk applikabbli |
|
3 |
Kollha |
Prodotti li għalihom ma hemmx stadju identifikabbli b’mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni li jirriżulta fi prestazzjoni tar-reazzjoni mtejba għan-nar |
Reazzjoni għall-klassijiet tan-nar D, jew E |
Reazzjoni għan-nar, u propensità ta’ ħruq bati kontinwu |
3 |
Inklużi klassijiet applikabbli għal kategoriji u subklassijiet speċifiċi ta’ prodotti, jekk applikabbli |
|
4 |
Kollha |
Prodotti li għalihom ma hemmx stadju identifikabbli b’mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom li jirriżulta f’titjib fil-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar |
Reazzjoni għall-klassijiet tan-nar A, B, C, D, jew E |
Reazzjoni għan-nar, u propensità ta’ ħruq bati kontinwu |
3 |
Inklużi klassijiet applikabbli għal kategoriji u subklassijiet speċifiċi ta’ prodotti, jekk applikabbli |
|
5 |
Kollha |
Kollha |
Klassi F ta’ reazzjoni għan-nar |
Reazzjoni għan-nar, u propensità ta’ ħruq bati kontinwu |
4 |
Inklużi klassijiet applikabbli għal kategoriji speċifiċi ta’ Prodotti, jekk applikabbli |
|
6 |
Kollha |
Kollha |
Tisqif u faċċati |
Prestazzjoni esterna f’każ ta’ nar |
3 |
Inklużi t-twieqi tas-soqfa, it-tamboċċi, u l-ħitan tal-purtieri |
|
7 |
Kollha |
Kollha |
Prodotti f’kuntatt mal-ħamrija u mal-ilma ta’ taħt l-art |
Rilaxx ta’ sustanzi perikolużi fil-ħamrija u fl-ilma ta’ taħt l-art |
2+ |
|
|
8 |
Kollha |
Kollha |
Prodotti f’kuntatt mal-arja ta’ ġewwa |
Emissjoni ta’ sustanzi perikolużi fl-arja ta’ ġewwa |
3 |
|
|
9 |
Kollha |
Kollha |
Kollha |
Kontenut ta’ sustanzi perikolużi |
2+ |
|
|
10 |
Kollha |
Kollha |
Kollha |
Sostenibbiltà ambjentali |
3+ |
|
ANNESS III
Sistemi ta’ valutazzjoni u verifika skont il-familja u l-kategorija ta’ prodotti
Sistemi ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli mhux koperti mill-Anness I jew l-Anness II.
Tabella
|
Ringiela |
Familja ta’ prodotti |
Kategorija ta’ prodott |
Użi maħsuba |
Karatteristiċi essenzjali u rekwiżiti tal-prodott |
Sistemi ta’ valutazzjoni u verifika |
Rimarki addizzjonali |
|
1 |
1 |
Prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali, ħfief, u li jinqasmu waħedhom u mogħtija l-arja |
Użu strutturali |
Kollha |
2+ |
Inklużi prodotti li jinkorporaw aggregati mhux minerali |
|
2 |
1 |
Prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali, ħfief, u li jinqasmu waħedhom u mogħtija l-arja |
Użu mhux strutturali u użu strutturali ħafif |
Kollha |
4 |
Inklużi prodotti li jinkorporaw aggregati mhux minerali |
|
3 |
2 |
Aċċessorji relatati mal-bini |
Kompartimentazzjoni u mogħdijiet ta’ salvataġġ kontra n-nar u/ jew id-duħħan |
Kollha |
1 |
|
|
4 |
2 |
Aċċessorji relatati mal-bini |
Għajr il-kompartimentazzjoni, mogħdijiet ta’ salvataġġ kontra n-nar jew id-duħħan |
Kollha |
3 |
|
|
5 |
2 |
Gradi u bibien industrijali, kummerċjali u tal-garaxxijiet |
Kollha |
Relatati man-nirien, mad-duħħan u mal-evakwazzjoni fil-prestazzjoni tar-rotot tal-ħrib |
1 |
Inkluż hardware |
|
6 |
2 |
Gradi u bibien industrijali, kummerċjali u tal-garaxxijiet |
Kollha |
Mhux relatati man-nirien, mad-duħħan jew mal-evakwazzjoni fil-prestazzjoni tar-rotot tal-ħrib |
3 |
Inkluż hardware |
|
7 |
2 |
Kontraporti |
Kollha ħlief għall-użu bħala xtiebi jew bibien |
Relatati mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar u l-prestazzjoni tad-duħħan |
3 |
Inklużi kontraporti fit-twieqi fis-soqfa |
|
8 |
2 |
Kontraporti |
Kollha ħlief għall-użu bħala xtiebi jew bibien |
Mhux relatat ma’ prestazzjoni f’każ ta’ nar jew duħħan |
4 |
Inklużi kontraporti fit-twieqi fis-soqfa |
|
9 |
2 |
Blinds u tined |
Kollha |
Kollha |
4 |
Inklużi blinds fit-twieqi fis-soqfa |
|
10 |
2 |
Twieqi u bibien għall-persuni bil-mixi bi ħġieġ siġillanti strutturali jew mingħajru |
Kollha |
Relatati man-nirien, mad-duħħan u mal-evakwazzjoni fil-prestazzjoni tar-rotot tal-ħrib, kontra l-balal jew kontra l-isplużjonijiet |
1 |
Inkluż hardware |
|
11 |
2 |
Twieqi u bibien għall-persuni bil-mixi bi ħġieġ mingħajr siġillanti strutturali |
Kollha |
Mhux relatati man-nirien, mad-duħħan u mal-evakwazzjoni fil-prestazzjoni tar-rotot tal-ħrib, kontra l-balal jew kontra l-isplużjonijiet |
3 |
Inkluż hardware |
|
12 |
2 |
Twieqi u bibien għall-persuni bil-mixi bi ħġieġ strutturali siġillanti mingħajr apparat biex jitnaqqas ir-riskju f’każ ta’ ħsara fis-siġillanti |
Kollha |
Relatat mar-riskju ta’ falliment tal-prestazzjoni fl-issiġillar strutturali |
1 |
|
|
13 |
2 |
Twieqi u bibien għall-persuni bil-mixi bi ħġieġ strutturali siġillanti b’apparat biex jitnaqqas ir-riskju f’każ ta’ ħsara fis-siġillanti |
Kollha |
Relatat mar-riskju ta’ falliment tal-prestazzjoni fl-issiġillar strutturali |
2+ |
|
|
14 |
2 |
Twieqi u bibien għall-persuni bil-mixi bi ħġieġ b’siġillanti strutturali |
Kollha |
Mhux relatati man-nirien, mad-duħħan u mal-evakwazzjoni fil-prestazzjoni tar-rotot tal-ħrib jew falliment tal-prestazzjoni fl-issiġillar strutturali |
3 |
|
|
15 |
3 |
Prodotti u kittijiet ta’ kisi |
mili tal-ħżin u mmaniġġjar ta’ likwidi li jipperikolaw l-ilma |
Kollha |
2+ |
Inkluż l-effett tal-eliminazzjoni taċ-ċarġ elettrostatiku |
|
16 |
3 |
Filati kontra l-umdità |
Kollha |
Kollha |
3 |
|
|
17 |
3 |
Folji kontra l-umdità |
Kollha |
Kollha |
2+ |
|
|
18 |
3 |
Kittijiet reżistenti għall-ilma applikati bħala likwidu |
għall-bjut |
Kollha |
3 |
|
|
19 |
3 |
Kittijiet reżistenti għall-ilma applikati bħala likwidu |
Kollha ħlief it-tisqif |
Kollha |
2+ |
Inklużi pixxini għall-għawm |
|
20 |
3 |
Folji tal-bjut |
Kollha |
Kollha |
2+ |
Inklużi folji flessibbli għas-soqfa |
|
21 |
3 |
Twapet ta’ taħt il-bjut |
Kollha |
Kollha |
3 |
|
|
22 |
3 |
Prodotti li jżommu l-ilma milli jinfed is-superfiċje |
Kollha |
Kollha |
4 |
|
|
23 |
3 |
Saffi għall-kontroll tal-fwar mill-ilma |
Kollha |
Kollha |
3 |
|
|
24 |
3 |
Kittijiet ta’ kopertura li ma jgħaddix ilma minnhom |
artijiet u ħitan ta’ wetrooms |
Kollha |
2+ |
|
|
25 |
3 |
Kittijiet tal-membrani reżistenti għall-ilma tas-soqfa |
Kollha |
Kollha |
2+ |
|
|
26 |
4 |
Kittijiet komposti ta’ iżolazzjoni termika esterna |
kittijiet komposti ta’ iżolazzjoni termika esterna |
Relatati mal-prestazzjoni tal-kitt kompost tal-iżolazzjoni termika esterna |
1 |
Sistema AV għall-karatteristiċi essenzjali relatati mal-komponenti stabbiliti fir-ringiela rilevanti li żżidhom |
|
27 |
4 |
Prodotti ta’ iżolazzjoni termika |
Kollha |
Kollha |
3 |
Inklużi dawk magħmula fil-fabbriki u dawk iffurmati in situ |
|
28 |
4 |
Kittijiet għall-ħżin fil-kesħa |
Kollha |
Kollha |
1 |
Inklużi kittijiet tal-bini u tal-imħażen li jkessħu |
|
29 |
4 |
Kittijiet għall-vetturi |
Kollha |
Kollha |
1 |
|
|
30 |
4 |
Prodotti u kittijiet ta’ iżolazzjoni għall-vibrazzjoni u l-istorbju |
Kollha |
Kollha |
3 |
Inkluż l-iżolazzjoni tal-istorbju mill-impatt |
|
31 |
5 |
Pinnijiet għal ġonot strutturali |
Kollha |
Kollha |
2+ |
Inklużi kavilji għal ġonot strutturali taħt tagħbija statika u kważi statika |
|
32 |
5 |
Kuxxinetti strutturali |
elementi individwali li huma kritiċi |
Kollha |
1 |
Inklużi materjali li jissiġillaw u li jiżżerżqu u prodotti b’funzjoni ta’ interruzzjoni termika |
|
33 |
5 |
Kuxxinetti strutturali |
elementi individwali li ma humiex kritiċi |
Kollha |
3 |
Inklużi materjali li jissiġillaw u li jiżżerżqu u prodotti b’funzjoni ta’ interruzzjoni termika |
|
34 |
6 |
Truf taċ-ċmieni |
ċmieni |
Kollha |
4 |
|
|
35 |
6 |
Ċmieni prefabbrikati |
ċmieni |
Kollha |
2+ |
Inklużi kittijiet u oġġetti anċillari |
|
36 |
6 |
Kanali u pajpijiet ta’ ventilazzjoni |
ventilazzjoni tal-arja |
Kollha |
3 |
Inklużi pajpijiet u irfid għal kanali u anċillari tas-sikurezza |
|
37 |
7 |
Blokok tal-ġipsum |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
3 |
Inklużi prodotti anċillari |
|
38 |
7 |
Blokok tal-ġipsum |
Kollha |
Mhux relatat mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
4 |
Inklużi prodotti anċillari |
|
39 |
7 |
Elementi tas-saqaf tal-ġipsum |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
3 |
Inklużi prodotti anċillari |
|
40 |
7 |
Elementi tas-saqaf tal-ġipsum |
Kollha |
Mhux relatat mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
4 |
Inklużi prodotti anċillari |
|
41 |
7 |
Boards tal-ġipsum |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni strutturali u tan-nar |
3 |
Inklużi fibreboards u prodotti anċillari |
|
42 |
7 |
Boards tal-ġipsum |
Kollha |
Mhux relatati mal-prestazzjoni strutturali u n-nar |
4 |
Inklużi fibreboards u prodotti anċillari |
|
43 |
7 |
Ġibs għall-ġipsum |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
3 |
Inklużi prodotti anċillari |
|
44 |
7 |
Ġibs għall-ġipsum |
Kollha |
Mhux relatati mal-prestazzjoni strutturali u n-nar |
4 |
Inklużi prodotti anċillari |
|
45 |
8 |
Ostakli ġeosintetiċi |
Kollha |
Kollha |
2+ |
Inklużi twapet |
|
46 |
8 |
Ġeotessili u prodotti relatati |
Kollha |
Kollha |
2+ |
Inklużi twapet |
|
47 |
9 |
Kittijiet tal-ħitan għall-purtieri, kittijiet tas-soqfa tal-ħġieġ, u kittijiet tal-faċċati tal-ħġieġ mingħajr qafas bi ħġieġ siġillanti strutturali jew mingħajru |
Kollha |
Relatati man-nirien, mad-duħħan u mal-evakwazzjoni fil-prestazzjoni tar-rotot tal-ħrib, kontra l-balal jew kontra l-isplużjonijiet |
1 |
|
|
48 |
9 |
Kittijiet tal-ħitan għall-purtieri, kittijiet tas-soqfa tal-ħġieġ, u kittijiet tal-faċċati tal-ħġieġ mingħajr qafas mingħajr ħġieġ siġillanti strutturali |
Kollha |
Mhux relatati man-nirien, mad-duħħan u mal-evakwazzjoni fil-prestazzjoni tar-rotot tal-ħrib, kontra l-balal jew kontra l-isplużjonijiet |
3 |
|
|
49 |
9 |
Kittijiet tal-ħitan tal-purtieri, kittijiet tas-soqfa tal-ħġieġ, u kittijiet tal-faċċata tal-ħġieġ mingħajr qafas bi ħġieġ issiġillanti strutturali mingħajr apparati biex jitnaqqas ir-riskju f’każ ta’ ħsara fis-siġillanti |
Kollha |
Relatat mar-riskju ta’ falliment tal-prestazzjoni fl-issiġillar strutturali |
1 |
|
|
50 |
9 |
Kittijiet tal-ħitan tal-purtieri, kittijiet tas-soqfa tal-ħġieġ, u kittijiet tal-faċċata tal-ħġieġ mingħajr qafas bi ħġieġ issiġillanti strutturali ma’ apparati biex jitnaqqas ir-riskju f’każ ta’ ħsara fis-siġillanti |
Kollha |
Relatat mar-riskju ta’ falliment tal-prestazzjoni fl-issiġillar strutturali |
2+ |
|
|
51 |
9 |
Kittijiet tal-ħitan għall-purtieri, kittijiet tas-soqfa tal-ħġieġ, u kittijiet tal-faċċati tal-ħġieġ b’qafas mingħajr ħġieġ siġillanti strutturali |
Kollha |
Mhux relatati man-nirien, mad-duħħan u mal-evakwazzjoni fil-prestazzjoni tar-rotot tal-ħrib jew falliment tal-prestazzjoni fl-issiġillar strutturali |
3 |
|
|
52 |
9 |
Kittijiet għat-tlibbis tal-ħitan esterni |
ħitan u soqfa |
Kollha |
2+ |
|
|
53 |
10 |
Prodotti ta’ soppressjoni tal-isplużjonijiet |
sikurezza kontra n-nirien |
Kollha |
1 |
Inklużi kittijiet, komponenti u prodotti anċillari |
|
54 |
10 |
Prodotti għad-detezzjoni tan-nar u/jew tal-allarm |
sikurezza kontra n-nirien |
Kollha |
1 |
Inklużi kittijiet, komponenti u prodotti anċillari |
|
55 |
10 |
Prodotti għall-kontroll tan-nar u d-duħħan |
sikurezza kontra n-nirien |
Relatati mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar u l-prestazzjoni tad-duħħan |
1 |
Inklużi kittijiet, komponenti u prodotti anċillari |
|
56 |
10 |
Prodotti għall-kontroll tan-nar u d-duħħan |
sikurezza kontra n-nirien |
Mhux relatati mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar u l-prestazzjoni tad-duħħan |
3 |
Inklużi kittijiet, komponenti u anċillari — sistema AV applikabbli sakemm is-sistema AV ma tkunx stabbilita minn familja oħra ta’ prodotti |
|
57 |
10 |
Prodotti għat-trażżin tan-nar u għat-tifi tan-nar |
sikurezza kontra n-nirien |
Kollha |
1 |
Inklużi kittijiet, komponenti u prodotti anċillari |
|
58 |
10 |
Prodotti fissi għat-tifi tan-nar |
sikurezza kontra n-nirien |
Kollha |
1 |
Inklużi kittijiet, komponenti u prodotti anċillari |
|
59 |
11 |
Apparat sanitarju |
iġjene u kuntatt mal-ilma |
Kollha |
4 |
|
|
60 |
11 |
Sinkijiet |
kuntatt mal-ikel u mal-ilma |
Kollha |
4 |
|
|
61 |
12 |
Paraventi antiriflessi |
użi tat-traffiku tal-vetturi u tal-persuni bil-mixi |
Kollha |
3 |
|
|
62 |
12 |
Ġonot ta’ espansjoni |
pontijiet |
Kollha |
1 |
|
|
63 |
12 |
Sistemi ta’ protezzjoni tal-persuni bil-mixi |
użi tat-traffiku għall-persuni bil-mixi |
Kollha |
1 |
Inklużi parapetti ta’ pontijiet pedonali |
|
64 |
12 |
Kolonni tad-dawl |
użi tat-traffiku tal-vetturi u tal-persuni bil-mixi |
Kollha |
1 |
|
|
65 |
12 |
Apparati u ostakli li jnaqqsu l-ħoss tat-traffiku |
użi tat-traffiku tal-vetturi u tal-persuni bil-mixi |
Kollha |
3 |
|
|
66 |
12 |
Prodotti ta’ reċinti protettivi tal-perimetru |
użi tat-traffiku tal-vetturi u tal-persuni bil-mixi |
Kollha |
3 |
Inklużi kittijiet |
|
67 |
12 |
Sinjali tat-traffiku |
użi tat-traffiku tal-vetturi u tal-persuni bil-mixi |
Kollha |
1 |
Inklużi studs tat-toroq u materjali li jinżlu minn fuqhom |
|
68 |
12 |
Tagħmir għall-kontroll tat-traffiku |
użi tat-traffiku tal-vetturi u tal-persuni bil-mixi |
Kollha |
1 |
|
|
69 |
12 |
Sistemi ta’ trażżin ta’ vetturi |
użi tat-traffiku għall-vetturi |
Kollha |
1 |
|
|
70 |
12 |
Sokits ta’ pedamenti li jistgħu jerġgħu jintużaw għall-installazzjoni tat-tagħmir |
użi tat-traffiku tal-vetturi u tal-persuni bil-mixi |
Kollha |
1 |
|
|
71 |
13 |
Elementi tal-irbit għal prodotti tal-injam għal użu strutturali għajr pjanċi |
użu strutturali |
Kollha |
1 |
|
|
72 |
13 |
Elementi tal-irbit għal prodotti tal-injam għal użu strutturali |
użu strutturali |
Kollha |
2+ |
|
|
73 |
13 |
Injam laminat inkullat u prodotti u kittijiet oħrajn tal-injam inkullat |
użu strutturali |
Kollha |
1 |
Inklużi prodotti komposti b’bażi tal-injam inkullat u travi ħfief u kolonni |
|
74 |
13 |
Prodotti u kittijiet tal-injam solidu |
użu strutturali |
Kollha |
2+ |
|
|
75 |
13 |
Arbli tal-injam |
Kollha |
Kollha |
2+ |
|
|
76 |
14 |
Pannelli li jieħdu t-tagħbija bbażati fuq injam prefabbrikat b’rinvestiment rinforzat |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni strutturali u tan-nar |
1 |
|
|
77 |
14 |
Pannelli li jieħdu t-tagħbija bbażati fuq injam prefabbrikat b’rinvestiment rinforzat |
Kollha |
Mhux relatati mal-prestazzjoni strutturali u n-nar |
4 |
|
|
78 |
14 |
Pannelli bbażati fuq injam b’rinvestiment rinforzat |
użu strutturali |
Kollha |
2+ |
|
|
79 |
14 |
Pannelli bbażati fuq injam b’rinvestiment rinforzat |
għal użu mhux strutturali |
Kollha |
4 |
|
|
80 |
15 |
Ġir tal-bini għall-kostruzzjoni |
Kollha |
Kollha |
2+ |
Inkluż ġir tal-kalċju, dolomitiku u idrawliku |
|
81 |
15 |
Siment |
Kollha |
Relatati mal-kostitwenti |
2+ |
Inkluż siment komuni, siment tal-aluminat tal-kalċju, siment tal-bini, siment supersulfat, siment bi sħana baxxa ħafna, u siment attivat bl-alkali |
|
82 |
15 |
Siment |
Kollha |
Mhux relatati mal-kostitwenti |
1+ |
Inkluż siment komuni, siment tal-aluminat tal-kalċju, siment tal-bini, siment supersulfat, siment bi sħana baxxa ħafna, u siment attivat bl-alkali |
|
83 |
15 |
Binders idrawliċi tat-toroq |
Kollha |
Kollha |
2+ |
|
|
84 |
16 |
Kanali u għantijiet |
protezzjoni u gwida ta’ prodotti tal-azzar għall-prestressing |
Kollha |
4 |
|
|
85 |
16 |
Konnetturi u ankri tal-pjanċi |
pjanċi tal-konkrit prefondut li jerfgħu t-tagħbija |
Kollha |
1 |
Inklużi ġonot tal-pjanċi u żraben tal-blat |
|
86 |
16 |
Kittijiet tal-post tensioning |
post tensioning tal-konkrit |
Kollha |
1+ |
Inklużi prodotti tal-mili |
|
87 |
16 |
Prodotti tal-azzar għall-prestressing |
prestressing tal-konkrit |
Kollha |
1+ |
Inklużi wajers, swiegel, żbarri, u kejbils |
|
88 |
16 |
Prodotti mhux tal-azzar biex jirrinforzaw il-konkrit |
Kollha |
Kollha |
1+ |
Inklużi strixxi ta’ polimeri rinfurzati bil-fibra tal-karbonju magħqudin |
|
89 |
16 |
Prodotti tal-azzar għar-rinfurzar |
tisħiħ tal-konkrit |
Kollha |
1+ |
Żbarri, vireg, koljaturi, drappijiet iwweldjati, girders kannizzata, strixxi inċiżi, akkoppjaturi, sleeves, studs u konnetturi |
|
90 |
16 |
Folji għar-rinfurzar tal-azzar |
sistemi ta’ art komposta |
Kollha |
2+ |
|
|
91 |
17 |
Prodotti anċillari tal-bini |
Kollha |
Kollha |
3 |
Inklużi rbit, ċineg tat-tensjoni, imsiemer tal-ġonot, brekits, angoli ta’ appoġġ, rinforzi tal-ġonot tas-sodda, lintels u pjanċi tal-ħajt |
|
92 |
17 |
Tajn magħmul fil-fabbriki tal-bini |
użu strutturali |
Kollha |
2+ |
|
|
93 |
17 |
Tajn magħmul fil-fabbriki tal-bini |
għal użu mhux strutturali |
Kollha |
4 |
Inkluż l-għoti tal-ewwel passata u t-tikħil |
|
94 |
17 |
Unitajiet tal-bini |
struttura ddisinjata b’fatturi ta’ sikurezza baxxi |
Kollha |
2+ |
Inklużi unitajiet li jinkorporaw materjali ta’ iżolazzjoni u unitajiet użati |
|
95 |
17 |
Unitajiet tal-bini |
struttura ddisinjata b’fatturi ta’ sikurezza għoljin u mhux strutturali |
Kollha |
4 |
Inklużi unitajiet li jinkorporaw materjali ta’ iżolazzjoni u unitajiet użati |
|
96 |
17 |
Trejs tal-kavità prefabbrikati |
bini |
Kollha |
3 |
|
|
97 |
17 |
Pjanċi tal-ħitan magħmula minn azzar li ma jsaddadx |
bini |
Kollha |
3 |
|
|
98 |
18 |
Valvoli tad-dħul tal-arja għall-pajpijiet ventilati |
apparati għall-fluss lura tal-ilma mormi |
Kollha |
4 |
|
|
99 |
18 |
Kanali tad-drenaġġ |
Kollha |
Kollha |
3 |
Inklużi fittings għad-drenaġġ |
|
100 |
18 |
Kittijiet ta’ impjanti għall-irfigħ tal-effluwenti |
Kollha |
Kollha |
3 |
|
|
101 |
18 |
Ilqugħ għall-protezzjoni mill-għargħar |
Kollha |
Kollha |
2+ |
|
|
102 |
18 |
Kittijiet u elementi għall-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi |
Kollha |
Kollha |
3 |
Inkluż tagħmir ta’ trattament fuq il-post |
|
103 |
18 |
Tappiera u kmamar tal-ispezzjonar |
Kollha |
Kollha |
4 |
|
|
104 |
18 |
Għotjien tat-tappieri u għotjien tal-gandotti |
żoni għall-vetturi u għall-persuni bil-mixi |
Kollha |
1 |
|
|
105 |
18 |
Tankijiet settiċi |
Kollha |
Kollha |
3 |
|
|
106 |
18 |
Turġien tal-ħadid, slielem u poġġamani |
tappieri u kmamar tal-ispezzjonar |
Kollha |
4 |
|
|
107 |
18 |
Valvi tal-vakwu |
Sistemi tad-drenaġġ |
Kollha |
4 |
|
|
108 |
18 |
Regolaturi tal-fluss tal-ilma tal-maltemp vertikali ċentrifugi |
Kollha |
Kollha |
4 |
|
|
109 |
18 |
Separaturi tal-ilma mormi u tad-drenaġġ |
Kollha |
Kollha |
4 |
|
|
110 |
18 |
Kittijiet tal-istazzjonijiet tal-ippumpjar tal-ilma mormi |
Kollha |
Kollha |
3 |
|
|
111 |
18 |
Kittijiet li jilqgħu l-ilma mormi |
Kollha |
Kollha |
4 |
Inklużi kanali maqbuda, li jistgħu jitneħħew, għeluq mekkaniku, ilqugħ tal-irwejjaħ mingħajr ilma u akkoppjamenti flessibbli |
|
112 |
18 |
Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi |
Kollha |
Kollha |
3 |
Inklużi kittijiet u tagħmir ta’ trattament |
|
113 |
19 |
Prodotti li jitwaħħlu mal-art |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni termika, akustika u tal-impatt |
3 |
|
|
114 |
19 |
Prodotti li jitwaħħlu mal-art |
Kollha |
Mhux relatati mal-prestazzjoni termika, akustika jew tal-impatt |
4 |
|
|
115 |
19 |
Is-saffi ta’ taħt l-art |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni termika, akustika u tal-impatt |
3 |
Inklużi twapet |
|
116 |
19 |
Is-saffi ta’ taħt l-art |
Kollha |
Mhux relatati mal-prestazzjoni termika, akustika jew tal-impatt |
4 |
Inklużi twapet |
|
117 |
19 |
Prodotti ta’ flooring decking |
Kollha |
Relatat mal-prestazzjoni tas-sikurezza waqt l-użu |
2+ |
Inklużi kittijiet |
|
118 |
19 |
Prodotti ta’ flooring decking |
Kollha |
Mhux relatat mal-prestazzjoni tas-sikurezza waqt l-użu |
4 |
Inklużi kittijiet |
|
119 |
19 |
Kisi tal-art mekkaniku reżiljenti, tessili, laminat u modulari |
Kollha |
Kollha |
4 |
Inklużi madum, rombli u folji |
|
120 |
19 |
Kisi tal-art riġida |
Kollha ħlief pavimenti mgħollija mingħajr ebda element ta’ appoġġ għall-ġarr tat-tagħbija |
Kollha |
4 |
Inklużi madum, mużajk, parkè, gverta ta’ malji jew folji u gradilji |
|
121 |
19 |
Kisi tal-art riġida |
pavimenti mgħollija mingħajr ebda element ta’ appoġġ għall-ġarr tat-tagħbija |
Relatat mal-prestazzjoni tas-sikurezza waqt l-użu |
2+ |
|
|
122 |
19 |
Kisi tal-art riġida |
pavimenti mgħollija mingħajr ebda element ta’ appoġġ għall-ġarr tat-tagħbija |
Mhux relatat mal-prestazzjoni tas-sikurezza waqt l-użu |
4 |
|
|
123 |
19 |
Pavimenti għall-faċilitajiet sportivi |
Kollha |
Kollha |
4 |
|
|
124 |
20 |
Komponenti u kittijiet tal-konnetturi metalliċi |
użu strutturali |
Kollha |
2+ |
Inklużi rivets, kittijiet u elementi tal-irbit tal-komponenti tal-bolting inklużi elementi tal-irbit puntiformi u elementi tal-irbit tal-linji ferrovjarji |
|
125 |
20 |
Membri metalliċi |
użu strutturali esklużi s-soqfa heavy duty sospiżi |
Kollha |
2+ |
Inklużi saljaturi, puntali, kolonni, turġien, pilastri, sheet piling, binarji, travetti u ġonot ta’ dawn il-membri |
|
126 |
20 |
Membri metalliċi |
użu strutturali għas-soqfa heavy duty sospiżi |
Kollha |
1 |
Inklużi framings |
|
127 |
20 |
Malji metalliċi, gabjoni u mtieraħ |
użu strutturali |
Kollha |
2+ |
|
|
128 |
20 |
Sezzjonijiet metalliċi u prodotti ċatti |
użu strutturali |
Kollha |
2+ |
Inklużi profili, żbarri, ikkastjar u kisi bil-forġa |
|
129 |
20 |
Materjali metalliċi tal-iwweldjar |
użu strutturali |
Kollha |
2+ |
|
|
130 |
20 |
Wajers metalliċi |
użu strutturali |
Kollha |
2+ |
Inklużi ċpiepet tal-wajer |
|
131 |
20 |
Prodotti protettivi għall-elementi metalliċi |
użu strutturali |
Kollha |
2+ |
Inklużi żebgħa u tejps |
|
132 |
20 |
Elementi tal-molla għal strutturi metalliċi |
użu strutturali |
Kollha |
2+ |
|
|
133 |
20 |
Folji metalliċi profilati |
użu strutturali |
Kollha |
2+ |
|
|
134 |
21 |
Kittijiet ta’ diviżjoni interna |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni strutturali |
2+ |
|
|
135 |
21 |
Kittijiet ta’ diviżjoni interna |
Kollha |
Relatat mal-prestazzjoni tas-sikurezza tan-nar u waqt l-użu |
3 |
|
|
136 |
21 |
Kittijiet ta’ diviżjoni interna |
Kollha |
Mhux relatat mal-prestazzjoni strutturali u n-nar jew tas-sikurezza waqt l-użu |
4 |
|
|
137 |
21 |
Finituri tal-ħajt u tas-soqfa |
mhux strutturali |
Relatati mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
3 |
Inklużi rombli, inforra, madum, ċangaturi u pannelli b’folja waħda |
|
138 |
21 |
Finituri tal-ħajt u tas-soqfa |
mhux strutturali |
Mhux relatat mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
4 |
Inklużi rombli, inforra, madum, ċangaturi u pannelli b’folja waħda |
|
139 |
22 |
Aċċessorji tal-kisi tal-bjut |
kisi tal-bjut |
Kollha |
4 |
|
|
140 |
22 |
Apparat ta’ ankraġġ |
jipprevjeni l-persuni milli jaqgħu mill-għoli jew iwaqqaf il-waqgħat mill-għoli |
Kollha |
1+ |
|
|
141 |
22 |
Fascias u bords tal-intrados |
tisqif |
Kollha |
4 |
Inklużi profili tal-borduri għat-terranzini u l-gallariji |
|
142 |
22 |
Folji ċatti u profilati għall-bjut |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni strutturali u tan-nar |
3 |
|
|
143 |
22 |
Folji ċatti u profilati għall-bjut |
Kollha |
Mhux relatati mal-prestazzjoni strutturali u n-nar |
4 |
|
|
144 |
22 |
Asfalt mastiku għall-bjut |
tisqif |
Kollha |
3 |
|
|
145 |
22 |
Tagħmir mekkaniku għall-kisi tal-bjut |
mhux strutturali |
Kollha |
4 |
|
|
146 |
22 |
Sistemi ta’ aċċess għall-bejt |
tisqif |
Kollha |
3 |
Inklużi mogħdijiet għall-mixi u fejn wieħed ipoġġi saqajh |
|
147 |
22 |
Pavimentar tal-bjut |
Kollha |
Kollha |
4 |
|
|
148 |
22 |
Twieqi fis-soqfa |
tisqif |
Relatati mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar u l-prestazzjoni tad-duħħan |
1 |
|
|
149 |
22 |
Twieqi fis-soqfa |
tisqif |
Mhux relatat ma’ prestazzjoni f’każ ta’ nar jew duħħan |
3 |
|
|
150 |
22 |
Tamboċċi |
tisqif |
Relatati mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar u l-prestazzjoni tad-duħħan |
1 |
Inklużi dwal tas-soqfa li jsostnu lilhom infushom u aperturi tas-soqfa |
|
151 |
22 |
Tamboċċi |
tisqif |
Mhux relatat ma’ prestazzjoni f’każ ta’ nar jew duħħan |
3 |
Inklużi dwal tas-soqfa li jsostnu lilhom infushom u aperturi tas-soqfa |
|
152 |
22 |
Madum għat-tisqif |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
3 |
Inklużi lavanji, ġebel u shingles |
|
153 |
22 |
Madum għat-tisqif |
Kollha |
Mhux relatat mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
4 |
Inklużi lavanji, ġebel u shingles |
|
154 |
22 |
Kittijiet tas-soqfa trasluċidi li jirfdu lilhom infushom |
kisi tal-bjut |
Kollha |
3 |
Kittijiet mhux ibbażati fuq il-ħġieġ |
|
155 |
23 |
Addittivi għal taħlitiet bituminużi |
Kollha |
Kollha |
2+ |
|
|
156 |
23 |
Prodotti anċillari għat-toroq |
toroq tal-konkrit |
Kollha |
4 |
Inklużi materjali għall-mili u siġillanti tal-ġonot użati f’toroq tal-konkrit mhux mgħobbija ħafna |
|
157 |
23 |
Materjali għall-mili tal-ġonot u siġillanti tal-ġonot |
toroq tal-konkrit mgħobbija ħafna |
Kollha |
2+ |
|
|
158 |
23 |
Bitum |
Kollha |
Kollha |
2+ |
|
|
159 |
23 |
Taħlitiet bituminużi |
Kollha |
Kollha |
2+ |
|
|
160 |
23 |
Komponenti għal taħlitiet bituminużi |
Kollha |
Kollha |
2+ |
Inkluż trab tal-lastku mfarrak |
|
161 |
23 |
Prodotti għall-immarkar tat-toroq |
Kollha |
Kollha |
1 |
Inklużi materjali drop-op, tejps, marki preformati, żebgħa u taħlitiet oħra |
|
162 |
23 |
Trattamenti tas-superfiċje tat-triq |
Kollha |
Kollha |
2+ |
|
|
163 |
23 |
Prodotti u kittijiet reżistenti għall-ilma |
pontijiet |
Kollha |
2+ |
|
|
164 |
24 |
Aggregati |
B’rekwiżiti għoljin ta’ sikurezza |
Kollha |
2+ |
Inkluż l-użu għall-konkrit, għat-tikħil, għall-grout, għat-taħlitiet bituminużi, għat-trattamenti tas-superfiċje, għat-taħlitiet mhux marbuta b’mod idrawliku |
|
165 |
24 |
Aggregati |
Mingħajr rekwiżiti għoljin ta’ sikurezza |
Kollha |
4 |
Inkluż l-użu għall-konkrit, għat-tikħil, għall-grout, għat-taħlitiet bituminużi, għat-trattamenti tas-superfiċje, għat-taħlitiet mhux marbuta b’mod idrawliku |
|
166 |
24 |
Ġebel tar-rinforz |
B’rekwiżiti għoljin ta’ sikurezza |
Kollha |
2+ |
|
|
167 |
24 |
Ġebel tar-rinforz |
Mingħajr rekwiżiti għoljin ta’ sikurezza |
Kollha |
4 |
|
|
168 |
24 |
Materjali għall-mili |
B’rekwiżiti għoljin ta’ sikurezza |
Kollha |
2+ |
Inkluż l-użu għall-konkrit, għat-tikħil, għall-grout, għat-taħlitiet bituminużi u għat-trattamenti tas-superfiċje |
|
169 |
24 |
Materjali għall-mili |
Mingħajr rekwiżiti għoljin ta’ sikurezza |
Kollha |
4 |
Inkluż l-użu għall-konkrit, għat-tikħil, għall-grout, għat-taħlitiet bituminużi u għat-trattamenti tas-superfiċje |
|
170 |
24 |
Ballast għall-ferrovija |
B’rekwiżiti għoljin ta’ sikurezza |
Kollha |
2+ |
|
|
171 |
24 |
Ballast għall-ferrovija |
Mingħajr rekwiżiti għoljin ta’ sikurezza |
Kollha |
4 |
|
|
172 |
25 |
Adeżivi għall-madum |
Kollha |
Kollha |
3 |
|
|
173 |
25 |
Adeżivi strutturali |
Użu strutturali |
Kollha |
2+ |
|
|
174 |
26 |
Żidiet |
Inerti u kważi inerti |
Kollha |
2+ |
|
|
175 |
26 |
Żidiet |
Idrawliċi pozzolaniċi jew latenti |
Kollha |
1+ |
|
|
176 |
26 |
Taħlitiet |
Kollha |
Kollha |
2+ |
Inklużi mikrosferi vojta elastiċi |
|
177 |
26 |
Konkrit imħallat lest |
Kollha |
Kollha |
2+ |
|
|
178 |
26 |
Prodotti u kittijiet ta’ protezzjoni u ta’ tiswija tal-konkrit |
Tiswija ta’ element b’funzjoni strutturali |
Kollha |
2+ |
Inklużi l-protezzjoni, it-tisħiħ u t-tiswija tal-bini |
|
179 |
26 |
Prodotti u kittijiet ta’ protezzjoni u ta’ tiswija tal-konkrit |
Tiswija ta’ element mingħajr funzjoni strutturali |
Kollha |
4 |
Inklużi l-protezzjoni, it-tisħiħ u t-tiswija tal-bini |
|
180 |
26 |
Fibri |
Konkrit għal użu strutturali |
Kollha |
1 |
Inklużi xbieki tal-fibra |
|
181 |
26 |
Fibri |
Konkrit għal użu mhux strutturali |
Kollha |
3 |
Inklużi xbieki tal-fibra |
|
182 |
27 |
Heaters tal-post |
Fil-bini |
Kollha |
3 |
|
|
183 |
28 |
Adeżivi u ġonot |
Mhux f’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Relatati mal-prestazzjoni tal-konservazzjoni tal-enerġija |
3 |
Inklużi siġilli u gaskits tal-ġonot |
|
184 |
28 |
Adeżivi u ġonot |
Mhux f’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Mhux relatati mal-prestazzjoni tal-konservazzjoni tal-enerġija |
4 |
Inklużi siġilli u gaskits tal-ġonot |
|
185 |
28 |
Kanali u kondjuwits protettivi |
Mhux f’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Relatati mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
1 |
|
|
186 |
28 |
Kanali u kondjuwits protettivi |
Mhux f’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Relatati mal-prestazzjoni tal-konservazzjoni tal-enerġija |
3 |
|
|
187 |
28 |
Kanali u kondjuwits protettivi |
Mhux f’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Mhux relatati mal-prestazzjoni tal-konservazzjoni tal-enerġija |
4 |
|
|
188 |
28 |
Sistemi ta’ allarm għat-tnixxija |
Mhux f’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Relatati mal-prestazzjoni tal-konservazzjoni tal-enerġija |
3 |
Inkluż tagħmir għall-prevenzjoni ta’ mili żejjed |
|
189 |

190 |
28 |
Pajpijiet |
Mhux f’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Relatati mal-prestazzjoni tal-konservazzjoni tal-enerġija |
3 |
Inklużi kittijiet u fittings tal-pajpijiet |
|
191 |
28 |
Pajpijiet |
Mhux f’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Mhux relatati mal-prestazzjoni tal-konservazzjoni tal-enerġija |
4 |
Inklużi kittijiet u fittings tal-pajpijiet |
|
192 |
28 |
Tankijiet |
Mhux f’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Relatati mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
1 |
|
|
193 |
28 |
Tankijiet |
Mhux f’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Relatati mal-prestazzjoni tal-konservazzjoni tal-enerġija |
3 |
|
|
194 |
28 |
Tankijiet |
Mhux f’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Mhux relatat ma’ prestazzjoni f’każ ta’ nar jew konservazzjoni tal-enerġija |
4 |
|
|
195 |
28 |
Valvi u viti |
Mhux f’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Relatati mal-prestazzjoni tal-konservazzjoni tal-enerġija |
3 |
|
|
196 |
28 |
Valvi u viti |
Mhux f’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Mhux relatati mal-prestazzjoni tal-konservazzjoni tal-enerġija |
4 |
|
|
197 |
29 |
Adeżivi u ġonot |
F’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Kollha |
3 |
Inklużi siġilli u gaskits tal-ġonot |
|
198 |
29 |
Kanali u conduits ta’ protezzjoni |
F’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Kollha |
3 |
|
|
199 |
29 |
Sistemi ta’ allarm għat-tnixxija |
F’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Kollha |
3 |
Inkluż tagħmir għall-prevenzjoni ta’ mili żejjed |
|
200 |
29 |
Pajpijiet |
F’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Kollha |
3 |
Inklużi kittijiet u fittings tal-pajpijiet |
|
201 |
29 |
Tankijiet |
F’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Kollha |
3 |
|
|
202 |
29 |
Valvi u viti |
F’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem |
Kollha |
3 |
|
|
203 |
30 |
Ħġieġ ċatt jew ittundjat |
Kollha |
Relatati ma’ prestazzjoni f’każ ta’ nar, kontra l-balal jew kontra l-isplużjonijiet |
1 |
Inklużi ħġieġ f’forma ta’ kanali u unitajiet ta’ ħġieġ iżolanti |
|
204 |
30 |
Ħġieġ ċatt jew ittundjat |
Kollha |
Relatati mas-sikurezza waqt l-użu, mal-konservazzjoni tal-enerġija u mal-prestazzjoni tal-iżolament tal-ħoss dirett fl-arja |
3 |
Inklużi ħġieġ f’forma ta’ kanali u unitajiet ta’ ħġieġ iżolanti |
|
205 |
30 |
Ħġieġ ċatt jew ittundjat |
Kollha |
Mhux relatat man-nar, kontra l-bullits u kontra l-isplużjonijiet, mas-sikurezza fl-użu, mal-konservazzjoni tal-enerġija jew mal-prestazzjoni tal-insulazzjoni tal-ħoss fl-ajru dirett |
4 |
Inklużi ħġieġ f’forma ta’ kanali u unitajiet ta’ ħġieġ iżolanti |
|
206 |
30 |
Blokok tal-ħġieġ |
Kollha |
Relatati ma’ prestazzjoni f’każ ta’ nar, kontra l-balal jew kontra l-isplużjonijiet |
1 |
Inklużi pannelli tal-ħitan tal-blokok tal-ħġieġ |
|
207 |
30 |
Blokok tal-ħġieġ |
Kollha |
Relatati mas-sikurezza waqt l-użu, mal-konservazzjoni tal-enerġija u mal-prestazzjoni tal-iżolament tal-ħoss dirett fl-arja |
3 |
Inklużi pannelli tal-ħitan tal-blokok tal-ħġieġ |
|
208 |
30 |
Blokok tal-ħġieġ |
Kollha |
Mhux relatat man-nar, kontra l-bullits u kontra l-isplużjonijiet, mas-sikurezza fl-użu, mal-konservazzjoni tal-enerġija jew mal-prestazzjoni tal-insulazzjoni tal-ħoss fl-ajru dirett |
4 |
Inklużi pannelli tal-ħitan tal-blokok tal-ħġieġ |
|
209 |
31 |
Kejbils tal-elettriku, ta’ kontroll u ta’ komunikazzjoni |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
1+ |
|
|
210 |
32 |
Komposti u profili tal-issiġillar tal-ġonot |
Kollha |
Kollha |
2+ |
Inklużi kittijiet |
|
211 |
32 |
Siġillanti għall-ħitan esterni |
Użu fuq barra |
Kollha |
3 |
Inklużi tejps u kittijiet |
|
212 |
32 |
Siġillanti għall-vitraġġ |
Kollha |
Kollha |
3 |
Inklużi kittijiet |
|
213 |
32 |
Siġillanti għad-diviżjonijiet u l-ħitan interni |
Użu fuq ġewwa |
Kollha |
4 |
Inklużi kittijiet bi profili u strixxi |
|
214 |
32 |
Siġillanti għall-bankini |
Kollha |
Kollha |
3 |
Inklużi kittijiet |
|
215 |
32 |
Siġillanti għal ġonot f’sistemi sanitarji |
Kollha |
Kollha |
3 |
Inklużi kittijiet |
|
216 |
33 |
Kanali tal-ankraġġ |
Użu ta’ ankraġġ |
Kollha |
1 |
|
|
217 |
33 |
Kittijiet ta’ ankraġġ kimiku |
Użu ta’ ankraġġ |
Kollha |
1 |
Inklużi kittijiet ta’ ankraġġ tal-konkrit epossidiku, poliester imsaħħaħ bil-ħġieġ u tikħil epossidiku |
|
218 |
33 |
Ankri tal-metall |
Twaħħil u/jew l-irfid ta’ elementi jew unitajiet tqal |
Kollha |
1 |
Inklużi elementi tal-irbit, konnetturi, prodotti cast-in, prodotti marbutin, prodotti spirali tal-kejbil u kittijiet |
|
219 |
33 |
Ankri tal-metall |
Sistemi żejda għall-iffissar u/jew l-appoġġ ta’ elementi |
Kollha |
2+ |
Inklużi elementi tal-irbit |
|
220 |
33 |
Viti għall-irbit |
Kollha |
Kollha |
1 |
|
|
221 |
33 |
Ankri tal-plastik |
Ankraġġ fil-konkrit u fil-ġebel |
Kollha |
2+ |
Inklużi elementi tal-irbit, kittijiet u prodotti msaħħa bil-fibra tal-ħġieġ |
|
222 |
33 |
Element ta’ rbit tal-iżolazzjoni |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni strutturali |
2+ |
|
|
223 |
33 |
Element ta’ rbit tal-iżolazzjoni |
Kollha |
Mhux relatati mal-prestazzjoni strutturali |
3 |
|
|
224 |
33 |
Prodotti tas-sistema ta’ appoġġ għall-installazzjoni għat-tagħmir tekniku tal-bini |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
1 |
|
|
225 |
33 |
Prodotti tas-sistema ta’ appoġġ għall-installazzjoni għat-tagħmir tekniku tal-bini |
Kollha |
Mhux relatat mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
4 |
|
|
226 |
33 |
Kittijiet tal-ankraġġ tal-blat u tal-ħamrija |
Kollha |
Kollha |
1+ |
|
|
227 |
34 |
Balavostri |
Jevitaw il-waqgħat u mhux soġġetti għal tagħbijiet vertikali |
Kollha |
4 |
|
|
228 |
34 |
Kittijiet għall-bini |
Kollha |
Relatat mal-prestazzjoni tas-sikurezza tan-nar u waqt l-użu |
1 |
Inklużi kmamar tal-ħżin fil-kesħa |
|
229 |
34 |
Kittijiet għall-bini |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni strutturali |
2+ |
Inklużi kmamar tal-ħżin fil-kesħa |
|
230 |
34 |
Kittijiet għall-bini |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni tal-konservazzjoni tal-enerġija u tal-akustika |
3 |
Inklużi kmamar tal-ħżin fil-kesħa |
|
231 |
34 |
Kittijiet għall-bini |
Kollha |
Mhux relatat ma’ prestazzjoni f’każ ta’ nar, sikurezza, strutturali, konservazzjoni tal-enerġija jew akustika |
4 |
Inklużi kmamar tal-ħżin fil-kesħa |
|
232 |
34 |
Kittijiet ta’ protezzjoni kontra l-waqgħat tal-blat |
Kollha |
Kollha |
1 |
|
|
233 |
34 |
Turġien prefabbrikati u kittijiet tat-turġien |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni strutturali |
2+ |
|
|
234 |
34 |
Turġien prefabbrikati u kittijiet tat-turġien |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
3 |
|
|
235 |
34 |
Turġien prefabbrikati u kittijiet tat-turġien |
Kollha |
Mhux relatati mal-prestazzjoni strutturali u n-nar |
4 |
|
|
236 |
34 |
Pannelli komposti tal-fabbrika |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni strutturali |
2+ |
Inkluża kombinazzjonijiet Kollha ta’ saffi: konkrit, metalli, ġipsum u injam |
|
237 |
34 |
Pannelli komposti tal-fabbrika |
Kollha |
Mhux relatati mal-prestazzjoni strutturali |
3 |
Inkluża kombinazzjonijiet Kollha ta’ saffi: konkrit, metalli, ġipsum u injam |
|
238 |
34 |
Kittijiet tal-ħitan |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni strutturali |
2+ |
Inklużi interni u esterni |
|
239 |
34 |
Kittijiet tal-ħitan |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
3 |
Inklużi interni u esterni |
|
240 |
34 |
Kittijiet tal-ħitan |
Kollha |
Mhux relatati mal-prestazzjoni strutturali u n-nar |
4 |
Inklużi interni u esterni |
|
241 |
34 |
Soffitti |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
3 |
|
|
242 |
34 |
Soffitti |
Kollha |
Mhux relatat mal-prestazzjoni f’każ ta’ nar |
4 |
|
|
243 |
34 |
Kittijiet tat-tisqif |
Kollha |
Relatati mal-prestazzjoni strutturali u tan-nar |
3 |
Inklużi bjut ħodor |
|
244 |
34 |
Kittijiet tat-tisqif |
Kollha |
Mhux relatati mal-prestazzjoni strutturali u n-nar |
4 |
|
|
245 |
35 |
Prodotti għall-protezzjoni kontra n-nar |
Sikurezza kontra n-nirien |
Kollha |
1 |
Inkluż il-kisi |
|
246 |
35 |
Prodotti biex iwaqqfu l-ħruq u jissiġillaw mill-ħruq |
Sikurezza kontra n-nirien |
Kollha |
1 |
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/1310/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)