European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1289

25.6.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 94/2026

tal-20 ta’ Marzu 2026

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2026/1289]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/791 tat-23 ta’ April 2025 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri, u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/790 tat-23 ta’ April 2025 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2025/791 iħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 (3), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 14v (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/857):

“14w.

32025 R 0790: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/790 tat-23 ta’ April 2025 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri (ĠU L, 2025/790, 8.8.2025).

14x.

32025 R 0791: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/791 tat-23 ta’ April 2025 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 (ĠU L, 2025/791, 8.8.2025).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

Fl-Artikoli 3(3) u 25(3), għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(e)

l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, għall-fini li jippermettilha twettaq il-kompiti tagħha skont id-Direttiva 2013/36/UE, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, u skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.””

2.

It-test tal-punt 14e (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98) jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/790 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Marzu 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2025/791, 8.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/791/oj.

(2)   ĠU L, 2025/790, 8.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/790/oj.

(3)   ĠU L 21, 28.1.2016, p. 2.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1289/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)