European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1269

25.6.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 97/2026

tal-20 ta’ Marzu 2026

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2026/1269]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1348 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li abbażi tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu bidliet fid-dikjarazzjoni ta’ konformità ta’ parametri referenzjarji mhux sinifikanti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1349 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ konformità tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-amministrazzjoni obbligatorja ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1350 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti biex jiġi żgurat li l-arranġamenti ta’ governanza ta’ amministratur ikunu b’saħħithom biżżejjed (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1351 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-karatteristiċi tas-sistemi u l-kontrolli għall-identifikazzjoni u r-rappurtar ta’ kwalunkwe mġiba li tista’ tinvolvi l-manipulazzjoni jew it-tentattiv ta’ manipulazzjoni ta’ parametru referenzjarju (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1352 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-metodoloġija biex ikun determinat parametru referenzjarju tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 31lu (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“31lv.

32021 R 1348: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1348 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li abbażi tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu bidliet fid-dikjarazzjoni ta’ konformità ta’ parametri referenzjarji mhux sinifikanti (ĠU L 291, 13.8.2021, p. 1).

31lw.

32021 R 1349: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1349 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ konformità tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-amministrazzjoni obbligatorja ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika (ĠU L 291, 13.8.2021, p. 4).

31lx.

32021 R 1350: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1350 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti biex jiġi żgurat li l-arranġamenti ta’ governanza ta’ amministratur ikunu b’saħħithom (ĠU L 291, 13.8.2021, p. 9).

31ly.

32021 R 1351: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1351 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-karatteristiċi tas-sistemi u l-kontrolli għall-identifikazzjoni u r-rappurtar ta’ kwalunkwe mġiba li tista’ tinvolvi l-manipulazzjoni jew it-tentattiv ta’ manipulazzjoni ta’ parametru referenzjarju (ĠU L 291, 13.8.2021, p. 13).

31lz.

32021 R 1352: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1352 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-metodoloġija biex ikun determinat parametru referenzjarju tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità (ĠU L 291, 13.8.2021, p. 16).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2021/1348, (UE) 2021/1349, (UE) 2021/1350, (UE) 2021/1351 u (UE) 2021/1352 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Marzu 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2026 tal-20 ta’ Marzu 2026 (6), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 291, 13.8.2021, p. 1.

(2)   ĠU L 291, 13.8.2021, p. 4.

(3)   ĠU L 291, 13.8.2021, p. 9.

(4)   ĠU L 291, 13.8.2021, p. 13.

(5)   ĠU L 291, 13.8.2021, p. 16.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(6)   ĠU L, 2026/1230, 25.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1230/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1269/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)