|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1256 |
25.6.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 62/2026
tal-20 ta’ Marzu 2026
li temenda l-Anness I (Ħwejjeġ veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2026/1256]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2491 tal-10 ta’ Diċembru 2025 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ 25-idrossikolekalċiferol prodott b’Saccharomyces cerevisiae CBS 146008 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra l-pollam, il-ħnieżer u r-ruminanti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2497 tal-10 ta’ Diċembru 2025 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparati ta’ Enterococcus faecium DSM 33761, Pediococcus acidilactici DSM 33758, Bifidobacterium animalis DSM 16284, Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351 bħala addittiv tal-għalf għall-pollam tas-simna u mrobbi għall-bajd jew għar-riproduzzjoni (detentur tal-awtorizzazzjoni: Biomin GmbH) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2500 tal-11 ta’ Diċembru 2025 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus velezensis NRRL B-67647, Bacillus pumilus NRRL B-67648 u Bacillus licheniformis NRRL B-67649 bħala addittiv tal-għalf għall-pollam tas-simna u għall-għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni: S.I.Lesaffre) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2502 tal-11 ta’ Diċembru 2025 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ proteażi prodotta b’Bacillus subtilis CBS 148232 u spori vijabbli ta’ Bacillus velezensis NRRL B-50508, Bacillus velezensis NRRL B-50509 u Bacillus subtilis NRRL B-50510 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer tas-simna tal-ispeċijiet Suidae kollha u għall-ħnienes miftuma tal-ispeċijiet Suidae minuri (detentur tal-awtorizzazzjoni: Genencor International B.V.) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2503 tal-11 ta’ Diċembru 2025 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi, endo-1,4-beta-glukanażi u endo-beta-1,4-glukanażi speċifika għall-ksiloglukan prodotti bi Trichoderma citrinoviride DSM 33578 bħala addittiv tal-għalf għall-pollam għajr il-pollam tas-simna, il-pollam imrobbi għall-bajd u mrobbi għat-tnissil u għall-ispeċijiet porċini għajr il-ħnieżer nisa tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae (detentur tal-awtorizzazzjoni: Huvepharma EOOD) (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2505 tal-11 ta’ Diċembru 2025 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku u preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittivi tal-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna fl-ilma tax-xorb u għad-dundjani tas-simna u mrobbija għat-tnissil fl-għalf u fl-ilma tax-xorb (detentur tal-awtorizzazzjoni: Alzchem Trostberg GmbH), u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2628 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2511 tal-11 ta’ Diċembru 2025 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus paralicheniformis DSM 33902 u Bacillus subtilis DSM 33903 bħala addittiv tal-għalf għar-ruminanti għall-produzzjoni tal-ħalib/għar-riproduzzjoni (detentur tal-awtorizzazzjoni: Chr. Hansen A/S) (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(8) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2513 tal-11 ta’ Diċembru 2025 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kumpless tar-ram(II)-betaina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(9) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2543 tal-11 ta’ Diċembru 2025 dwar iċ-ċaħda tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-blue patentat V bħala addittiv tal-għalf għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 643/2013 (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(10) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2543 jħassar ir-Regolament (UE) Nru 643/2013 (10), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(11) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 527 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2628): “, kif emendat bi:
|
|
2. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 687 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2176):
|
|
3. |
It-test tal-punt 91 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 643/2013) jitħassar. |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2491, (UE) 2025/2497, (UE) 2025/2500, (UE) 2025/2502, (UE) 2025/2503, (UE) 2025/2505, (UE) 2025/2511, (UE) 2025/2513 u (UE) 2025/2543 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Marzu 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2025/2491, 11.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2491/oj.
(2) ĠU L, 2025/2497, 11.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2497/oj.
(3) ĠU L, 2025/2500, 12.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2500/oj.
(4) ĠU L, 2025/2502, 12.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2502/oj.
(5) ĠU L, 2025/2503, 12.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2503/oj.
(6) ĠU L, 2025/2505, 12.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2505/oj.
(7) ĠU L, 2025/2511, 12.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2511/oj.
(8) ĠU L, 2025/2513, 12.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2513/oj.
(9) ĠU L, 2025/2543, 12.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2543/oj.
(10) ĠU L 186, 5.7.2013, p. 7.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1256/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)