|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1245 |
25.6.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 99/2026
tal-20 ta’ Marzu 2026
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2026/1245]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2253 tal-11 ta’ Novembru 2025 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66ne (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32025 R 2253: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2253 tal-11 ta’ Novembru 2025 (ĠU L, 2025/2253, 12.11.2025).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2253 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Marzu 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2025/2253, 12.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2253/oj.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1245/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)