European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1229

25.6.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 106/2026

tal-20 ta’ Marzu 2026

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2026/1229]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/792 tal-24 ta’ April 2025 dwar il-pubblikazzjoni ta’ lista li tindika ċerti valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 għal kull manifattur kif ukoll l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu tar-rapportar tas-sena 2022 (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21azkae (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1786) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“21azkaf.

32025 D 0792: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/792 tal-24 ta’ April 2025 dwar il-pubblikazzjoni ta’ lista li tindika ċerti valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 għal kull manifattur kif ukoll l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu tar-rapportar tas-sena 2022 (ĠU L, 2025/792, 25.4.2025).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/792 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Marzu 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2025/792, 25.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/792/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1229/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)