|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1213 |
4.6.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1213
tad-29 ta’ Mejju 2026
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat tal-Partijiet tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, fl-20 laqgħa tiegħu, rigward konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta’ ċerti Partijiet ta’dik il-Konvenzjoni u rigward l-elezzjoni ta’ membri tal-Grupp ta’ esperti dwar l-azzjoni kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, fir-rigward ta’ materji relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-ażil u n-non-refoulement
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 78(2), l-Artikolu 82(2) u l-Artikolu 84, flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-“Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1075 (1), fir-rigward tal-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni pubblika tal-Unjoni, u permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1076 (2), fir-rigward ta’ materji relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-ażil u n-non-refoulement, sa fejn dawn il-materji jaqgħu fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ għall-Unjoni fl-1 ta’ Ottubru 2023. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 66(1) tal-Konvenzjoni, il-Grupp ta’ Esperti dwar l-azzjoni kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (“GREVIO”) għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni mill-Partijiet għall-Konvenzjoni (il-“Partijiet”). F’konformità mal-Artikolu 68(11) tal-Konvenzjoni, il-GREVIO għandu jadotta r-rapport u l-konklużjonijiet tiegħu dwar il-miżuri li ttieħdu mill-Parti kkonċernata biex timplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni. |
|
(3) |
Il-Kumitat tal-Partijiet (il-“Kumitat”) jadotta rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Parti kkonċernata, f’konformità mal-Artikolu 68(12) tal-Konvenzjoni, abbażi tar-rapport u l-konklużjonijiet tal-GREVIO. Tali rakkomandazzjonijiet għandhom jiddistingwu bejn il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-aktar fis possibbli, li għandhom rekwiżit li l-parti tirrapporta lura lill-Kumitat fi żmien tliet snin, u l-miżuri li, filwaqt li huma importanti, ma jeħtiġux l-istess livell ta’ immedjatezza. Fi tmiem il-perjodu tat-tliet snin, il-Parti kkonċernata għandha tirrapporta lill-Kumitat dwar il-miżuri li ttieħdu, f’10 oqsma speċifiċi tal-Konvenzjoni. Abbażi ta’ dak ir-rapport, u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, il-Kumitat għandu jadotta konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet, imħejjija mis-segretarjat tal-Kumitat. |
|
(4) |
Il-Kumitat, matul l-20 laqgħa tiegħu fit-2 ta’ Ġunju 2026, mistenni jadotta l-abbozz ta’ konklużjonijiet li ġejjin dwar l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta’ disa’ mill-Partijiet (l-“abbozz ta’ konklużjonijiet”):
|
|
(5) |
L-abbozzi tal-konklużjonijiet jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni rigward il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, bħal materji relatati mal-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi tal-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika. L-abbozzi tal-konklużjonijiet jikkonċernaw ukoll l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni relatati mal-ażil u man-non-refoulement. Dawk il-materji huma koperti mill-acquis tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE (3), id-Direttivi 2012/29/UE (4), (UE) 2024/1346 (5) u (UE) 2024/1385 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti (UE) 2024/1347 (7) u (UE) 2024/1348 (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
(6) |
L-abbozzi tal-konklużjonijiet se jkollhom effetti legali, peress li huma kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tal-liġi tal-Unjoni fis-sens li jistgħu jaffettwaw l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni fil-futur. Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat fir-rigward ta’ materji relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-ażil u n-non-refoulement. |
|
(7) |
Ta’ min jinnota li l-abbozzi tal-konklużjonijiet relatati ma’ ċerti artikoli tal-Konvenzjoni huma koperti biss parzjalment mill-kompetenza tal-Unjoni. Fir-rigward ta’ dawk l-artikoli, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun bla preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri. B’mod partikolari, fir-rigward tal-abbozzi tal-konklużjonijiet relatati mal-Artikoli 49 u 50 tal-Konvenzjoni, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni ma taffettwax il-kompetenza tal-Istati Membri fl-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni interni tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom u fir-rigward tal-abbozzi tal-konklużjonijiet relatati mal-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun bla preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri fil-qasam tad-dritt tal-familja. |
|
(8) |
Fir-rigward tal-Bożnija-Ħerzegovina, l-abbozzi tal-konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet jinkludu l-ħtieġa li: tarmonizza l-politiki u l-miżuri meħuda biex tiġi implimentata l-Konvenzjoni billi tiżgura li dawn ikopru l-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-partijiet kollha tat-territorju tal-istat u li jiġu mmonitorjati u evalwati b’mod indipendenti (l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni); tissimplifika l-għadd ta’ korpi ta’ koordinazzjoni eżistenti u tiżgura riżorsi finanzjarji suffiċjenti (l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni); tkompli bl-isforzi biex tiġbor data sistematika, komparabbli u diżaggregata mir-riżorsi rilevanti kollha (l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni); tiżgura li l-ordnijiet ta’ projbizzjoni f’każ ta’ emerġenza jinħarġu malajr f’sitwazzjonijiet ta’ periklu immedjat u jkunu jistgħu jiġu estiżi għat-tfal tal-vittma u li ma jkun hemm l-ebda lakuna bejn tali ordnijiet (l-Artikoli 52 u 53 tal-Konvenzjoni); u tippermetti lin-nisa migranti li huma vittmi ta’ vjolenza koperta mill-Konvenzjoni japplikaw għal permess ta’ residenza awtonomu (l-Artikolu 59 tal-Konvenzjoni). Peress li dawk l-abbozzi tal-konklużjonijiet huma konformi mal-politiki u l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-ażil u n-non-refoulement u ma jqajmu l-ebda tħassib fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li ma toġġezzjonax għall-adozzjoni tagħhom. |
|
(9) |
Fir-rigward ta’ Ċipru, l-abbozzi tal-konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet jinkludu l-ħtieġa li: jiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni jiġu implimentati mingħajr diskriminazzjoni (l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni); jagħmel sforzi biex tiġbor data sistematika, komparabbli u diżaggregata mir-riżorsi rilevanti kollha (l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni); jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jordnaw it-tkeċċija ta’ awtur ta’ vjolenza domestika mir-residenza kondiviża f’sitwazzjonijiet ta’ periklu immedjat u jiżgura li ordnijiet ta’ dan it-tip jiġu mmonitorjati u infurzati, u li s-sanzjonijiet għall-ksur jiġu applikati b’mod effettiv fil-prattika (l-Artikoli 52 u 53 tal-Konvenzjoni); u jiżviluppa u jimplimenta linji gwida dwar proċeduri ta’ akkoljenza sensittivi għall-ġeneru u dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa u l-bniet f’akkomodazzjonijiet għall-ażil (l-Artikolu 60 tal-Konvenzjoni). Peress li dawk l-abbozzi tal-konklużjonijiet huma konformi mal-politiki u l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-ażil u n-non-refoulement u ma jqajmu l-ebda tħassib fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li ma toġġezzjonax għall-adozzjoni tagħhom. |
|
(10) |
Fir-rigward tal-Estonja, l-abbozzi tal-konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet jinkludu l-ħtieġa li: tiżgura li l-politiki u l-miżuri rilevanti jindirizzaw il-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa koperti mill-Konvenzjoni u jiġu implimentati abbażi ta’ fehim abbażi tal-ġeneru tal-vjolenza u li l-impatt tagħhom ikun qed jiġi evalwat (l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni); tiżgura li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lis-sikurezza tan-nisa li huma vittmi ta’ vjolenza domestika u tat-tfal tagħhom fi proċedimenti dwar kustodja u aċċess (l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni); u tiżgura li l-prattika u l-qafas legali dwar l-ordnijiet ta’ projbizzjoni f’każ ta’ emerġenza jkunu f’konformità mal-Konvenzjoni (l-Artikolu 52 tal-Konvenzjoni). Peress li dawk l-abbozzi tal-konklużjonijiet huma konformi mal-politiki u l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-ażil u n-non refoulement u ma jqajmu l-ebda tħassib fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li ma toġġezzjonax għall-adozzjoni tagħhom. |
|
(11) |
Fir-rigward tal-Georgia, l-abbozzi tal-konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet jinkludu l-ħtieġa li: tiżgura li l-politiki u l-miżuri rilevanti kollha jimplimentaw fehim abbażi tal-ġeneru tal-vjolenza u li l-impatt tagħhom ikun soġġett għal evalwazzjoni sistematika (l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni); tiżgura li l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa jingħataw finanzjament adegwat u sostenibbli u li jkunu qed jiġu kkonsultati regolarment (l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni); tiżgura li jkun hemm fis-seħħ strutturi istituzzjonalizzati għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-atturi rilevanti biex jiġi żgurat rispons ikkoordinat u b’diversi aġenziji għall-forom kollha ta’ vjolenza koperti mill-Konvenzjoni (l-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni); tespandi l-għadd u l-kapaċità ta’ postijiet ta’ kenn u tiżgura l-eżistenza ta’ postijiet ta’ kenn tal-istess sess (l-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni) u tiżgura li r-responsabbiltà kriminali għall-istupru tkun tista’ tiġi stabbilita mingħajr proċeduri jew prattiki bla bżonn li jistgħu jwasslu għat-trawmatizzazzjoni mill-ġdid tal-vittmi (l-Artikoli 49 u 50 tal-Konvenzjoni). Peress li dawk l-abbozzi tal-konklużjonijiet huma konformi mal-politiki u l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-ażil u n-non refoulement u ma jqajmu l-ebda tħassib fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li ma toġġezzjonax għall-adozzjoni tagħhom. |
|
(12) |
Fir-rigward tal-Ġermanja, l-abbozzi tal-konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijietjinkludu l-ħtieġa li: tarmonizza d-definizzjonijiet mal-pajjiż kollu f’konformità mal-Konvenzjoni (l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni); tiżgura koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-atturi rilevanti kollha fl-implimentazzjoni ta’ politiki u miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika, u tipprovdi rispons ikkoordinat u b’diversi aġenziji mingħajr diskriminazzjoni (l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni); u tiżgura li s-setturi rilevanti kollha jiġbru data diżaggregata (l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni). Peress li dawk l-abbozzi tal-konklużjonijiet huma konformi mal-politiki u l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-ażil u n-non refoulement u ma jqajmu l-ebda tħassib fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li ma toġġezzjonax għall-adozzjoni tagħhom. |
|
(13) |
Fir-rigward tal-Iżlanda, l-abbozzi tal-konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijietjinkludu l-ħtieġa li: tiżgura li l-korp nazzjonali ta’ koordinazzjoni jingħata mandat ċar biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu u jiġi pprovdut riżorsi ddedikati għal hekk (l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni); u ssaħħaħ il-kapaċità ta’ prosekuzzjoni u investigazzjoni fir-rigward tal-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa u tiżgura valutazzjoni tar-riskju sistematika u sensittiva għall-ġeneru (l-Artikoli 49, 50 u 51 tal-Konvenzjoni). Peress li dawk l-abbozzi tal-konklużjonijiet huma konformi mal-politiki u l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-ażil u n-non refoulement u ma jqajmu l-ebda tħassib fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li ma toġġezzjonax għall-adozzjoni tagħhom. |
|
(14) |
Fir-rigward tan-Norveġja, l-abbozzi tal-konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet jinkludu l-ħtieġa li: tiżgura li d-dokumenti ta’ politika nazzjonali jkunu kkoordinati sew u tipprovdi rispons olistiku għall-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa u ta’ vjolenza domestika (l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni); tiżgura li d-data li tinġabar mill-partijiet ikkonċernati rilevanti tkun diżaggregata (l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni); u tieħu miżuri biex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jordnaw lil awtur ta’ vjolenza domestika biex iħalli r-reżidenza tal-vittma f’sitwazzjonijiet ta’ periklu immedjat u tnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar għal tali ordnijiet (l-Artikolu 52 tal-Konvenzjoni). Peress li dawk l-abbozzi tal-konklużjonijiet huma konformi mal-politiki u l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-ażil u n-non refoulement u ma jqajmu l-ebda tħassib fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li ma toġġezzjonax għall-adozzjoni tagħhom. |
|
(15) |
Fir-rigward tar-Rumanija, l-abbozzi tal-konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet jinkludu l-ħtieġa li: ittejjeb l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni għall-forom kollha ta’ vjolenza koperti mill-Konvenzjoni, tiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni jiġu implimentati mingħajr diskriminazzjoni, tieħu miżuri biex tallinja l-leġiżlazzjoni rilevanti mad-definizzjoni ta’ vjolenza domestika, u tintroduċi perspettiva tal-ġeneru fil-Liġi tar-Rumanija dwar il-Vjolenza Domestika (l-Artikoli 3 u 4 tal-Konvenzjoni); tiżgura l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-atturi rilevanti kollha fl-implimentazzjoni ta’ politiki u miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni); tiżgura riżorsi finanzjarji xierqa għall-implimentazzjoni ta’ politiki u miżuri rilevanti, u finanzjament stabbli u sostenibbli għall-NGOs li jagħtu appoġġ lill-vittmi (l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni); u tiżgura l-ġbir ta’ data diżaggregata (l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni). Peress li dawk l-abbozzi tal-konklużjonijiet huma konformi mal-politiki u l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-ażil u n-non refoulement u ma jqajmu l-ebda tħassib fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li ma toġġezzjonax għall-adozzjoni tagħhom. |
|
(16) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, l-abbozzi tal-konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet jinkludu l-ħtieġa li: tiżgura fehim komuni tal-vjolenza fuq in-nisa f’konformità mal-Konvenzjoni u tagħmel sforzi biex tindirizza u tiġġieled il-vjolenza kontra l-vittmi esposti għal diskriminazzjoni intersezzjonali (l-Artikoli 3 u 4 tal-Konvenzjoni); tiżgura finanzjament xieraq għall-politiki u l-miżuri rilevanti u finanzjament sostenibbli għall-organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta’ appoġġ speċjalizzat lin-nisa li huma vittmi tal-vjolenza (l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni); tkompli bl-isforzi biex ittejjeb il-ġbir ta’ data diżaggregata fis-sistema tal-ġustizzja kriminali (l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni); tiżgura li l-vittmi u t-tfal tagħhom ikollhom aċċess għal postijiet ta’ kenn speċjalizzati madwar il-pajjiż kollu (l-Artikoli 22 u 23 tal-Konvenzjoni); u tiżgura s-sikurezza tal-vittmi u tat-tfal tagħhom fl-eżerċizzju tad-drittijiet għall-aċċess (l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni). Peress li dawk l-abbozzi tal-konklużjonijiet huma konformi mal-politiki u l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-ażil u n-non refoulement u ma jqajmu l-ebda tħassib fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li ma toġġezzjonax għall-adozzjoni tagħhom. |
|
(17) |
Il-Kumitat, waqt l-20-il laqgħa tiegħu tat-2 ta’ Ġunju 2026, huwa mistenni li jeleġġi ħames membri tal-GREVIO. Jekk eletti, huma se jkunu fil-kariga mill-1 ta’ Settembru 2026 sal-31 ta’ Awwissu 2030. F’konformità mal-Artikolu 66 tal-Konvenzjoni, il-GREVIO huwa magħmul minn 15-il membru. Il-membri tiegħu huma eletti mill-Kumitat minn fost kandidati nnominati mill-Partijiet għal mandat ta’ erba’ snin, li jista’ jiġġedded darba. Il-membri tal-GREVIO jridu jintgħażlu minn fost iċ-ċittadini tal-Partijiet, b’kunsiderazzjoni għall-bilanċ ġeografiku u ta’ bejn il-ġeneri, kif ukoll għal għarfien espert multidixxiplinari fil-qasam tal-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika. |
|
(18) |
Bħala membru tal-Kumitat, l-Unjoni hija intitolata għal ħames voti fir-rigward tal-elezzjoni prevista ta’ ħames membri tal-GREVIO. Dawk il-ħames membri tal-GREVIO jridu jiġu eletti mill-Kumitat minn fost il-15-il kandidat li ġew innominati minn 13-il Parti. Mit-13-il pajjiż li tefgħu nomina, 11 huma Stati Membri tal-Unjoni. Peress li l-kandidati nnominati kollha għandhom esperjenza multidixxiplinari estensiva fil-qasam tal-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, kif stabbilit fid-dokument IC-CP (2026)2, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li tastjeni f’dik l-elezzjoni. |
|
(19) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(20) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Partijiet, stabbilit skont l-Artikolu 67 tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, fl-20 laqgħa tiegħu, għandha tkun:
|
(1) |
li ma toġġezzjonax għall-adozzjoni tal-atti li ġejjin:
|
|
(2) |
li tastjeni fl-elezzjoni tal-ħames membri tal-Grupp ta’ esperti dwar l-azzjoni kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-“GREVIO”). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. RAOUNA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1075 tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u fir-rigward tal-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni pubblika tal-Unjoni (ĠU L 143 I, 2.6.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1075/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1076 tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika fir-rigward ta’ materji relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-ażil u n-non-refoulement (ĠU L 143 I, 2.6.2023, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1076/oj) .
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12 ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/86/oj).
(4) Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57, http://data.europa.eu/eli/dir/2012/29/oj).
(5) Id-Direttiva (UE) 2024/1346 UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L, 2024/1346, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1346/oj).
(6) Id-Direttiva (UE) 2024/1385 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (ĠU L, 2024/1385, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1385/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2024/1347 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, u li jħassar d-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, ĠU L, 2024/1347, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1347/oj).
(8) Ir-Regolament (UE) 2024/1348 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE (ĠU L, 2024/1348, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1348/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1213/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)