European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1193

3.6.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1193

tal-1 ta’ Ġunju 2026

li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ talba minn Franza biex ma tapplikax ir-rekwiżit li tiġi installata l-ETCS abbord lokomottivi, stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1695

(notifikata bid-dokument C(2026) 3501)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Novembru 2023, Franza ssottomettiet talba lill-Kummissjoni għan-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-punt 7.4.2.3. tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1695 (2) għall-estensjoni taż-żona tal-użu għal 234 lokomottiva Alstom Traxx sal-31 ta’ Diċembru 2029 (it-“talba”). Franza lestiet id-dokumentazzjoni tat-talba fil-5 ta’ Frar 2026. It-talba ġiet sottomessa abbażi tal-Artikolu 7(1), il-punt (c), tad-Direttiva (UE) 2016/797.

(2)

Il-punt 7.4.2.3. tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1695 jistabbilixxi r-rekwiżit li meta tintalab estensjoni taż-żona tal-użu, il-vetturi li mhumiex mgħammra b’ETCS ikollhom jinstallaw ETCS.

(3)

Il-proġett imsemmi fit-talba jikkonsisti fl-estensjoni taż-żona tal-użu għal-lokomottivi Alstom tat-tipi li ġejjin mingħajr installazzjoni minn qabel tal-ETCS: 118-il lokomottiva Traxx DC3 E494 — Identifikazzjoni tat-tip: 11-278-0009-0-001-001 u 116-il lokomottiva Traxx DC3 E494LM — Identifikazzjoni tat-tip: 11-278-0008-2-001-001 elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(4)

Skont id-dokumenti sottomessi minn Franza, il-konformità mal-punt 7.4.2.3. tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1695 tinvolvi kost addizzjonali ta’ EUR 25 100 000, peress li l-manifattur ikollu jġarrab kostijiet addizzjonali biex iżid ir-rata ta’ produzzjoni ta’ kull xahar tal-ETCS, iħallas penali għad-dewmien fil-kisba tal-awtorizzazzjoni tal-vettura rilevanti, u jitlef id-dħul minħabba dan id-dewmien. Fl-istess ħin, l-operaturi jitilfu d-dħul billi ma jipprovdux servizzi lill-istazzjon ta’ Modane-Fourneaux u jġarrbu l-kostijiet għall-kiri ta’ lokomottivi ta’ sostituzzjoni.

(5)

Bħala miżuri alternattivi, Franza tipproponi l-applikazzjoni tad-Digriet Taljan Nru 1/2016 — Riorganizzazzjoni regolatorja, standard tekniku, vetturi ferrovjarji u subsistemi ta’ kontroll-kmand u sinjalazzjoni abbord — Regoli tekniċi nazzjonali dwar is-subsistemi ta’ vetturi ferrovjarji relatati mal-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz ta’ vetturi, il-parametri 12.2.1 u 12.1.2.2 li jistabbilixxu li l-vetturi jeħtieġ li jużaw is-sistema Taljana ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Nazzjonali tal-Klassi B SCMT (l-“SCMT”, Sistema ta’ Kontroll tat-Tħaddim tal-Ferrovija — Sistema Controllo Marcia Treno) u li l-vetturi jeħtieġ li jużaw ir-radju GSM-R (Sistema Globali għall-Komunikazzjoni Mobbli – Ferroviji). Din ir-regola nazzjonali ġiet innotifikata lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji skont l-Artikolu 14(1), il-punt (c), tad-Direttiva (UE) 2016/797, skont ir-regola protokoll ANSF nru 013088/2016.

(6)

Skont ir-regola protokoll ANSF nru 013088/2016, l-SCMT hija installata fuq l-infrastruttura sal-istazzjon ta’ Modane. Wara dak l-istazzjon u sal-istazzjon ta’ Modane-Fourneaux, il-lokomottivi operattivi se jkunu qed jużaw il-modalità tal-immanuvrar bis-superviżjoni tal-veloċità implimentata permezz ta’ SCMT abbord (limitu tal-veloċità ta’ 30 km/h). Din il-miżura diġà hija applikata mil-lokomottivi Traxx tal-ġenerazzjoni preċedenti awtorizzati fl-istess żona tal-użu.

(7)

Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ applikazzjoni jrid ikun strettament limitat għal-lokomottivi individwali nnotifikati lill-Kummissjoni minn Franza u inklużi fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Jenħtieġ li Franza titħalla tbiddel in-numri ta’ identifikazzjoni preċiżi ta’ dawk il-vetturi billi tinforma lill-Kummissjoni b’dan. Meta ssir bidla bħal din, jenħtieġ li Franza tinnotifikaha lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

(8)

Abbażi tal-ġustifikazzjoni għat-talba pprovduta minn Franza u tad-dispożizzjonijiet alternattivi proposti, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1), il-punt (c), u fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797 jistgħu jitqiesu bħala ssodisfati għall-proġett tal-estensjoni taż-żona tal-użu għal 234 lokomottiva Alstom Traxx. Għalhekk, jenħtieġ li t-talba tiġi aċċettata.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-talba ta’ Franza għan-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-punt 7.4.2.3. tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1695 għall-proġett tal-estensjoni taż-żona tal-użu għal 234 lokomottiva Alstom Traxx hija aċċettata bil-kundizzjoni li jiġu applikati l-miżuri alternattivi proposti minn Franza.

Franza għandha tinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fl-identifikaturi tal-lokomottivi elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2029.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2026.

Għall-Kummissjoni

Apostolos TZITZIKOSTAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/797/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1695 tal-10 ta’ Awwissu 2023 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità relatata mas-subsistemi tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 2016/919 (ĠU L 222, 8.9.2023, p. 380, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1695/oj).


ANNESS

Lista ta’ 118-il lokomottiva Alstom Traxx DC3 E494 — Identifikazzjoni tat-tip: 11-278-0009-0-001-001 u 116-il lokomottiva Alstom Traxx DC3 E494LM — Identifikazzjoni tat-tip: 11-278-0008-2-001-001 rilevanti għal din id-Deċiżjoni.

1.

Alstom Traxx DC3 E494 — Identifikazzjoni tat-tip: 11-278-0009-0-001-001

Nru

Identifikatur

EVN

1

E494 001

(91 83 2494 001-7)

2

E494 002

(91 83 2494 002-5)

3

E494 003

(91 83 2494 003-3)

4

E494 004

(91 83 2494 004-1)

5

E494 005

(91 83 2494 005-8)

6

E494 006

(91 83 2494 006-6)

7

E494 007

(91 83 2494 007-4)

8

E494 008

(91 83 2494 008-2)

9

E494 009

(91 83 2494 009-0)

10

E494 010

(91 83 2494 010-8)

11

E494 011

(91 83 2494 011-6)

12

E494 012

(91 83 2494 012-4)

13

E494 013

(91 83 2494 013-2)

14

E494 014

(91 83 2494 014-0)

15

E494 015

(91 83 2494 015-7)

16

E494 016

(91 83 2494 016-5)

17

E494 017

(91 83 2494 017-3)

18

E494 018

(91 83 2494 018-1)

19

E494 019

(91 83 2494 019-9)

20

E494 020

(91 83 2494 020-7)

21

E494 021

(91 83 2494 021-5)

22

E494 022

(91 83 2494 022-3)

23

E494 023

(91 83 2494 023-1)

24

E494 024

(91 83 2494 024-9)

25

E494 025

(91 83 2494 025-6)

26

E494 026

(91 83 2494 026-4)

27

E494 027

(91 83 2494 027-2)

28

E494 028

(91 83 2494 028-0)

29

E494 029

(91 83 2494 029-8)

30

E494 030

(91 83 2494 030-6)

31

E494 031

(91 83 2494 031-4)

32

E494 032

(91 83 2494 032-2)

33

E494 033

(91 83 2494 033-0)

34

E494 034

(91 83 2494 034-8)

35

E494 035

(91 83 2494 035-5)

36

E494 036

(91 83 2494 036-3)

37

E494 037

(91 83 2494 037-1)

38

E494 038

(91 83 2494 038-9)

39

E494 039

(91 83 2494 039-7)

40

E494 040

(91 83 2494 040-5)

41

E494 041

(91 83 2494 041-3)

42

E494 042

(91 83 2494 042-1)

43

E494 043

(91 83 2494 043-9)

44

E494 044

(91 83 2494 044-7)

45

E494 045

(91 83 2494 045-4)

46

E494 046

(91 83 2494 046-2)

47

E494 047

(91 83 2494 047-0)

48

E494 048

(91 83 2494 048-8)

49

E494 049

(91 83 2494 049-6)

50

E494 050

(91 83 2494 050-4)

51

E494 051

(91 83 2494 051-2)

52

E494 052

(91 83 2494 052-0)

53

E494 053

(91 83 2494 053-8)

54

E494 054

(91 83 2494 054-6)

55

E494 055

(91 83 2494 055-3)

56

E494 056

(91 83 2494 056-1)

57

E494 057

(91 83 2494 057-9)

58

E494 058

(91 83 2494 058-7)

59

E494 059

(91 83 2494 059-5)

60

E494 060

(91 83 2494 060-3)

61

E494 061

(91 83 2494 061-1)

62

E494 062

(91 83 2494 062-9)

63

E494 063

(91 83 2494 063-7)

64

E494 064

(91 83 2494 064-5)

65

E494 065

(91 83 2494 065-2)

66

E494 066

(91 83 2494 066-0)

67

E494 067

(91 83 2494 067-8)

68

E494 068

(91 83 2494 068-6)

69

E494 069

(91 83 2494 069-4)

70

E494 070

(91 83 2494 070-2)

71

E494 071

(91 83 2494 071-0)

72

E494 072

(91 83 2494 072-8)

73

E494 073

(91 83 2494 073-6)

74

E494 074

(91 83 2494 074-4)

75

E494 075

(91 83 2494 075-1)

76

E494 076

(91 83 2494 076-9)

77

E494 077

(91 83 2494 077-7)

78

E494 078

(91 83 2494 078-5)

79

E494 079

(91 83 2494 079-3)

80

E494 080

(91 83 2494 080-1)

81

E494 081

(91 83 2494 081-9)

82

E494 082

(91 83 2494 082-7)

83

E494 083

(91 83 2494 083-5)

84

E494 084

(91 83 2494 084-3)

85

E494 085

(91 83 2494 085-0)

86

E494 086

(91 83 2494 086-8)

87

E494 087

(91 83 2494 087-6)

88

E494 088

(91 83 2494 088-4)

89

E494 089

(91 83 2494 089-2)

90

E494 090

(91 83 2494 090-0)

91

E494 091

(91 83 2494 091-8)

92

E494 092

(91 83 2494 092-6)

93

E494 211

(91 83 2494 211-2)

94

E494 212

(91 83 2494 212-0)

95

E494 213

(91 83 2494 213-8)

96

E494 292

(91 83 2494 292-2)

97

E494 293

(91 83 2494 293-0)

98

E494 901

(91 83 2494 901-8)

99

E494 902

(91 83 2494 902-6)

100

E494 903

(91 83 2494 903-4)

101

E494 904

(91 83 2494 904-2)

102

E494 905

(91 83 2494 905-9)

103

E494 906

(91 83 2494 906-7)

104

E494 907

(91 83 2494 907-5)

105

E494 908

(91 83 2494 908-3)

106

E494 909

(91 83 2494 909-1)

107

E494 910

(91 83 2494 910-9)

108

E494 911

(91 83 2494 911-7)

109

E494 912

(91 83 2494 912-5)

110

E494 913

(91 83 2494 913-3)

111

E494 914

(91 83 2494 914-1)

112

E494 915

(91 83 2494 915-8)

113

E494 916

(91 83 2494 916-6)

114

E494 917

(91 83 2494 917-4)

115

E494 918

(91 83 2494 918-2)

116

E494 919

(91 83 2494 919-0)

117

E494 920

(91 83 2494 920-8)

118

E494 921

(91 83 2494 921-6)

2.

Alstom Traxx DC3 E494LM - type ID: 11-278-0008-2-001-001

Nru

Identifikatur

EVN

119

E494 501

(91 83 2494 501-6)

120

E494 502

(91 83 2494 502-4)

121

E494 503

(91 83 2494 503-2)

122

E494 504

(91 83 2494 504-0)

123

E494 505

(91 83 2494 505-7)

124

E494 506

(91 83 2494 506-5)

125

E494 507

(91 83 2494 507-3)

126

E494 508

(91 83 2494 508-1)

127

E494 509

(91 83 2494 509-9)

128

E494 510

(91 83 2494 510-7)

129

E494 511

(91 83 2494 511-5)

130

E494 512

(91 83 2494 512-3)

131

E494 513

(91 83 2494 513-1)

132

E494 520

(91 83 2494 520-6)

133

E494 521

(91 83 2494 521-4)

134

E494 522

(91 83 2494 522-2)

135

E494 523

(91 83 2494 523-0)

136

E494 524

(91 83 2494 524-8)

137

E494 525

(91 83 2494 525-5)

138

E494 526

(91 83 2494 526-3)

139

E494 527

(91 83 2494 527-1)

140

E494 528

(91 83 2494 528-9)

141

E494 529

(91 83 2494 529-7)

142

E494 530

(91 83 2494 530-5)

143

E494 531

(91 83 2494 531-3)

144

E494 542

(91 83 2494 542-0)

145

E494 543

(91 83 2494 543-8)

146

E494 551

(91 83 2494 551-1)

147

E494 552

(91 83 2494 552-9)

148

E494 553

(91 83 2494 553-7)

149

E494 554

(91 83 2494 554-5)

150

E494 555

(91 83 2494 555-2)

151

E494 556

(91 83 2494 556-0)

152

E494 557

(91 83 2494 557-8)

153

E494 558

(91 83 2494 558-6)

154

E494 559

(91 83 2494 559-4)

155

E494 560

(91 83 2494 560-2)

156

E494 561

(91 83 2494 561-0)

157

E494 562

(91 83 2494 562-8)

158

E494 563

(91 83 2494 563-6)

158

E494 564

(91 83 2494 564-4)

160

E494 565

(91 83 2494 565-1)

161

E494 571

(91 83 2494 571-9)

162

E494 572

(91 83 2494 572-7)

163

E494 573

(91 83 2494 573-5)

164

E494 574

(91 83 2494 574-3)

165

E494 575

(91 83 2494 575-0)

166

E494 576

(91 83 2494 576-8)

167

E494 577

(91 83 2494 577-6)

168

E494 578

(91 83 2494 578-4)

169

E494 579

(91 83 2494 579-2)

170

E494 580

(91 83 2494 580-0)

171

E494 581

(91 83 2494 581-8)

172

E494 582

(91 83 2494 582-6)

173

E494 583

(91 83 2494 583-4)

174

E494 584

(91 83 2494 584-2)

175

E494 601

(91 83 2494 601-4)

176

E494 602

(91 83 2494 602-2)

177

E494 603

(91 83 2494 603-0)

178

E494 604

(91 83 2494 604-8)

179

E494 605

(91 83 2494 605-5)

180

E494 606

(91 83 2494 606-3)

181

E494 607

(91 83 2494 607-1)

182

E494 608

(91 83 2494 608-9)

183

E494 609

(91 83 2494 609-7)

184

E494 610

(91 83 2494 610-5)

185

E494 611

(91 83 2494 611-3)

186

E494 612

(91 83 2494 612-1)

187

E494 613

(91 83 2494 613-9)

188

E494 614

(91 83 2494 614-7)

189

E494 615

(91 83 2494 615-4)

190

E494 616

(91 83 2494 616-2)

191

E494 617

(91 83 2494 617-0)

192

E494 618

(91 83 2494 618-8)

193

E494 619

(91 83 2494 619-6)

194

E494 620

(91 83 2494 620-4)

195

E494 621

(91 83 2494 621-2)

196

E494 622

(91 83 2494 622-0)

197

E494 623

(91 83 2494 623-8)

198

E494 624

(91 83 2494 624-6)

199

E494 625

(91 83 2494 625-3)

200

E494 626

(91 83 2494 626-1)

201

E494 627

(91 83 2494 627-9)

202

E494 628

(91 83 2494 628-7)

203

E494 629

(91 83 2494 629-5)

204

E494 630

(91 83 2494 630-3)

205

E494 631

(91 83 2494 631-1)

206

E494 632

(91 83 2494 632-9)

207

E494 633

(91 83 2494 633-7)

208

E494 634

(91 83 2494 634-5)

209

E494 635

(91 83 2494 635-2)

210

E494 636

(91 83 2494 636-0)

211

E494 637

(91 83 2494 637-8)

212

E494 638

(91 83 2494 638-6)

213

E494 701

(91 83 2494 701-2)

214

E494 702

(91 83 2494 702-0)

215

E494 703

(91 83 2494 703-8)

216

E494 704

(91 83 2494 704-6)

217

E494 705

(91 83 2494 705-3)

218

E494 706

(91 83 2494 706-1)

219

E494 707

(91 83 2494 707-9)

220

E494 708

(91 83 2494 708-7)

221

E494 709

(91 83 2494 709-5)

222

E494 710

(91 83 2494 710-3)

223

E494 711

(91 83 2494 711-1)

224

E494 712

(91 83 2494 712-9)

225

E494 922

(91 83 2494 922-4)

226

E494 923

(91 83 2494 923-2)

227

E494 924

(91 83 2494 924-0)

228

E494 925

(91 83 2494 925-7)

229

E494 926

(91 83 2494 926-5)

230

E494 927

(91 83 2494 927-3)

231

E494 928

(91 83 2494 928-1)

232

E494 929

(91 83 2494 929-9)

233

E494 930

(91 83 2494 930-7)

234

E494 931

(91 83 2494 931-5)


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1193/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)