European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1187

1.6.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1187

tas-26 ta’ Mejju 2026

li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi, id-dazji tal-importazzjoni u d-dazji tal-importazzjoni addizzjonali applikabbli għall-melassa fis-settur taz-zokkor mill-1 ta’ Ġunju 2026

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 183 u 193a tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 25(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2834 (2) jipprevedi li l-prezz tal-kost, tal-assigurazzjoni u tan-noll (“CIF”) tal-importazzjoni għall-melassa għandu jitqies bħala l-“prezz rappreżentattiv” imsemmi fl-Artikolu 182(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-prezzijiet CIF tal-importazzjoni li mhumiex relatati mal-kwalità standard definita fl-Artikolu 31 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834, jenħtieġ li jiġu aġġustati skont il-kwalità tal-melassa offruta, f’konformità mal-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(3)

Il-prezzijiet rappreżentattivi CIF applikabbli għall-importazzjoni tal-melassa koperta mill-kodiċijiet tan-NM 1703 10 00 u 1703 90 00 jenħtieġ li jiġu ffissati f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834.

(4)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2835 (3), meta l-prezz rappreżentattiv CIF għall-melassa msemmi fl-Artikolu 25 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834 flimkien mad-dazju tal-importazzjoni applikabbli għall-melassa tal-kannamieli li taqa’ taħt il-kodiċi NM 1703 10 00 , jew għall-melassa tal-pitravi li taqa’ taħt il-kodiċi NM 1703 90 00 , ikun aktar minn, għall-prodott ikkonċernat, EUR 8,21/100 kg, id-dazji tal-importazzjoni jridu jiġu sospiżi jew jitnaqqsu għall-ammont misjub mill-Kummissjoni. Dan l-ammont irid jiġi ffissat fl-istess waqt bħall-prezzijiet rappreżentattivi msemmijin fl-Artikolu 25 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834.

(5)

Id-dazji tal-importazzjoni applikabbli għall-importazzjonijiet tal-melassa msemmija jenħtieġ li jiġu ffissati f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2835.

(6)

Meta jkun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz rappreżentattiv CIF, jenħtieġ li jiġu ffissati dazji tal-importazzjoni addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834.

(7)

Il-prezzijiet rappreżentattivi CIF jenħtieġ li jiġu ffissati għal kull sena tal-kummerċjalizzazzjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 183 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Kummissjoni tista’ temendahom skont l-Artikolu 25(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834.

(8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1003 (4) jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi, id-dazji tal-importazzjoni u d-dazji tal-importazzjoni addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-melassa koperta mill-kodiċijiet NM 1703 10 00 u 1703 90 00 mill-1 ta’ Mejju 2026.

(9)

Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1003 jenħtieġ li jitħassar.

(10)

Sabiex ikun żgurat aċċess ġust fis-suq tal-Unjoni għall-melassa importata f’dak is-suq, dan ir-Regolament jeħtieġ li japplika kemm jista’ jkun malajr wara li tkun saret disponibbli d-data aġġornata. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi, id-dazji tal-importazzjoni u d-dazji tal-importazzjoni addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-melassa koperta mill-kodiċjiet tan-NM 1703 10 00 u 1703 90 00 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1003 jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2026.

Għall-Kummissjoni,

F’isem il-President,

Elisabeth WERNER

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2834 tal-10 ta’ Ottubru 2023 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-importazzjonijiet fis-setturi tar-ross, taċ-ċereali, taz-zokkor u tal-ħops (ĠU L, 2023/2834, 21.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2834/oj).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2835 tal-10 ta’ Ottubru 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar l-importazzjoni fis-setturi tar-ross, taċ-ċereali, taz-zokkor u tal-ħops, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 3330/94, (KE) Nru 2810/95, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 972/2006, (KE) Nru 504/2007, (KE) Nru 1375/2007, (KE) Nru 402/2008, (KE) Nru 1295/2008, (KE) Nru 1312/2008 u (UE) Nru 642/2010, (KEE) Nru 1361/76, (KEE) Nru 1842/81, (KEE) Nru 3556/87, (KEE) Nru 3846/87, (KEE) Nru 815/89, (KE) Nru 765/2002, (KE) Nru 1993/2005, (KE) Nru 1670/2006, (KE) Nru 1731/2006, (KE) Nru 1741/2006, (KE) Nru 433/2007, (KE) Nru 1359/2007, (KE) Nru 1454/2007, (KE) Nru 508/2008, (KE) Nru 903/2008, (KE) Nru 147/2009, (KE) Nru 612/2009, (UE) Nru 817/2010, (UE) Nru 1178/2010, (UE) Nru 90/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1373/2013 (ĠU L, 2023/2835, 21.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2835/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1003 tas-27 ta’ April 2026 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi, id-dazji tal-importazzjoni u d-dazji tal-importazzjoni addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-melassa fis-settur taz-zokkor mill-1 ta’ Mejju 2026 (ĠU L, 2026/1003, 30.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1003/oj).


ANNESS

PREZZIJIET RAPPREŻENTATTIVI, DAZJI TAL-IMPORTAZZJONI U DAZJI TAL-IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI APPLIKABBLI GĦALL-MELASSA FIS-SETTUR TAZ-ZOKKOR MILL-1 TA’ ĠUNJU 2026

(f’EUR)

Kodiċi NM

Prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Dazju tal-importazzjoni għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat (1)

Dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1703 10 00  (2)

18,84

0

1703 90 00  (2)

9,31

0

(1)  F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2835, dan l-ammont jissostitwixxi r-rata tad-Dazju Doganali Komuni ffissata għal dawn il-prodotti.

(2)  Għall-kwalità standard kif definita fl-Artikolu 31 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1187/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)