|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1178 |
29.5.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2026/1178
tat-13 ta’ Mejju 2026
li testendi l-mandat tal-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (*1) (EULEX KOSOVO) (EULEX KOSOVO/1/2026)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 12(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluż id-deċiżjoni li jaħtar ta’ Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Ġunju 2025, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/1187 (2), li testendi l-mandat tas-Sur Giovanni Pietro BARBANO bħala Kap tal-Missjoni EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Ġunju 2025 sal-14 ta’ Ġunju 2026. |
|
(3) |
Fil-15 ta’ April 2026, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Giovanni Pietro BARBANO bħala l-Kap ta’ Missjoni tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Ġunju 2026 sal-25 ta’ Ġunju 2026, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Giovanni Pietro BARBANO bħala Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) huwa estiż mill-15 ta’ Ġunju 2026 sal-25 ta’ Ġunju 2026.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
L. MANDEL VENSILD
(*1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(1) ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92, ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2008/124/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2025/1187 tal-10 ta’ Ġunju 2025 li testendi l-mandat tal-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (EULEX KOSOVO/1/2025) (ĠU L, 2025/1187, 12.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1187/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1178/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)