|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1162 |
27.5.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1162
tal-21 ta’ Mejju 2026
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1803 li tistabbilixxi l-ammonti proviżorji allokati lil kull Stat Membru mir-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit u l-ammont minimu ta’ appoġġ għall-komunitajiet kostali lokali u reġjonali
(notifikata bid-dokument C(2026) 1768)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1803 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/837 (3), il-Kummissjoni stabbiliet l-ammonti proviżorji allokati lil kull Stat Membru mir-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (ir-“Riżerva”) skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2021/1755, kif ukoll l-ammont minimu ta’ riżorsi li għandhom jintefqu skont l-Artikolu 4(4) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Permezz tar-Regolament (UE) 2023/435 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-Istati Membri tħallew jittrasferixxu l-ammont proviżorju kollu jew parti minnu allokat lilhom taħt ir-Riżerva għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF, Recovery and Resilience Facility). Fl-2023, Tlieta u għoxrin Stat Membru ppreżentaw talba motivata biex jittrasferixxu ammont totali ta’ EUR 2 089 446 003 mir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-Kummissjoni vvalutat dawk it-talbiet b’mod pożittiv. |
|
(3) |
Fil-kuntest tar-rieżami tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (5) ġie emendat u r-riżorsi massimi stabbiliti f’dak ir-Regolament għar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit tnaqqsu mill-bilanċ mhux użat tar-Riżerva (inizjalment ippjanat għall-pagament parzjali tal-2025). Dan l-ammont pendenti disponibbli jikkorrispondi għal EUR 584 264 090. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1755 ġie emendat billi tqies dak it-tnaqqis. Dawk il-bidliet fir-riżorsi massimi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit jenħtieġ li jiġu riflessi fl-ammonti proviżorji allokati lil kull Stat Membru u l-ammont minimu ta’ appoġġ għall-komunitajiet kostali lokali u reġjonali. |
|
(5) |
Għal raġunijiet ta’ programmazzjoni, l-ammonti provviżorji globali allokati lil kull Stat Membru jingħataw fi prezzijiet attwali. |
|
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1803 tiġi emendata skont dan. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1803, l-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kummissjoni
Raffaele FITTO
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 357, 8.10.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1755/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1803 tat-8 ta’ Ottubru 2021 li tistabbilixxi l-ammonti proviżorji allokati lil kull Stat Membru mir-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit u l-ammont minimu ta’ appoġġ għall-komunitajiet kostali lokali u reġjonali (ĠU L 362, 12.10.2021, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/1803/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/837 tas-17 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1803 li tistabbilixxi l-ammonti proviżorji allokati lil kull Stat Membru mir-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit u l-ammont minimu ta’ appoġġ għall-komunitajiet kostali lokali u reġjonali (ĠU L 105, 20.4.2023, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/837/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2023/435 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/241 fir-rigward tal-kapitoli REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013, (UE) 2021/1060 u (UE) 2021/1755, u d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 63 28.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/435/oj).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1803 huwa sostitwit b’dan li ġej:
ANNESS
Ammonti proviżorji allokati lil kull Stat Membru mir-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit u l-ammont minimu ta’ appoġġ għall-komunitajiet kostali lokali u reġjonali fi prezzijiet attwali (EUR) bħala riżultat tat-tnaqqis tar-riżorsi mir-rieżami tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP)
|
Stat Membru |
Ammont relatat mal-fatturi msemmija fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/1755 |
Ammonti mnaqqsa bħala riżultat tar-rieżami tal-QFP |
Allokazzjoni proviżorja totali (wara t-trasferimenti għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u t-tnaqqis bħala riżultat tar-rieżami tal-QFP) |
Ammont minimu li għandu jintnefaq skont l-Artikolu 4(4) għall-komunitajiet kostali lokali u reġjonali |
||
|
Kummerċ fi prodotti u servizzi mar-Renju Unit |
Ħut maqbud fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tar-Renju Unit |
Reġjuni tal-fruntieri marittimi mar-Renju Unit |
||||
|
BE - Il-Belġju |
129 217 527 |
23 333 576 |
5 172 766 |
0 |
157 723 869 |
11 040 671 |
|
BG - Il-Bulgarija |
8 421 670 |
|
|
951 194 |
8 421 670 |
|
|
CZ - Ir-Repubblika Ċeka |
|
|
|
0 |
0 |
|
|
DK - Id-Danimarka |
70 693 037 |
94 395 388 |
|
43 884 265 |
165 088 425 |
11 556 190 |
|
DE - Il-Ġermanja |
329 380 804 |
24 844 166 |
|
72 635 900 |
354 224 970 |
12 422 083 |
|
EE - L-Estonja |
|
|
|
0 |
0 |
|
|
IE - L-Irlanda |
675 497 560 |
76 570 834 |
49 941 285 |
213 192 446 |
802 009 679 |
38 285 417 |
|
EL - Il-Greċja |
13 031 153 |
|
|
0 |
13 031 153 |
|
|
ES - Spanja |
166 953 123 |
2 460 047 |
|
45 033 880 |
169 413 170 |
1 230 024 |
|
FR - Franza |
142 041 225 |
41 642 737 |
47 867 301 |
0 |
231 551 263 |
16 208 588 |
|
HR - Il-Kroazja |
|
|
|
0 |
0 |
|
|
IT - L-Italja |
115 950 662 |
|
|
30 818 750 |
115 950 662 |
|
|
CY - Ċipru |
|
|
|
0 |
0 |
|
|
LV - Il-Latvja |
|
|
|
0 |
0 |
|
|
LT - Il-Litwanja |
6 658 356 |
16 682 |
|
809 535 |
6 675 038 |
8 341 |
|
LU - Il-Lussemburgu |
|
|
|
0 |
0 |
|
|
HU - L-Ungerija |
45 155 804 |
|
|
12 002 048 |
45 155 804 |
|
|
MT - Malta |
4 322 261 |
|
|
0 |
4 322 261 |
|
|
NL - In-Netherlands |
389 011 876 |
76 687 561 |
19 847 654 |
120 767 547 |
485 547 090 |
33 988 296 |
|
AT - L-Awstrija |
21 892 628 |
|
|
5 818 884 |
21 892 628 |
|
|
PL - Il-Polonja |
136 011 267 |
1 162 353 |
|
36 459 641 |
137 173 620 |
|
|
PT - Il-Portugall |
|
|
|
0 |
0 |
|
|
RO - Ir-Rumanija |
|
|
|
0 |
0 |
|
|
SI - Is-Slovenja |
|
|
|
0 |
0 |
|
|
SK - Is-Slovakkja |
|
|
|
0 |
0 |
|
|
FI - Il-Finlandja |
7 110 000 |
|
|
1 890 000 |
7 110 000 |
|
|
SE - L-Iżvezja |
67 431 973 |
4 001 632 |
|
0 |
71 433 605 |
|
|
Total tal-EU27 |
2 328 780 925 |
345 114 976 |
122 829 006 |
584 264 090 |
2 796 724 907 |
124 739 610 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1162/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)