|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1151 |
29.5.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1151
tat-28 ta’ Mejju 2026
dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-inositol bħala addittiv tal-għalf għall-ħut bil-pinen li jipproduċi l-ikel, għall-ħut bil-pinen ornamentali, għall-krustaċji li jipproduċu l-ikel u għall-krustaċji ornamentali u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1249/2014
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
L-inositol ġie awtorizzat għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ħut u l-krustaċji bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2014 (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet sottomessa applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-inositol bħala addittiv tal-għalf għall-ħut bil-pinen li jipproduċi l-ikel, għall-ħut bil-pinen ornamentali, għall-krustaċji li jipproduċu l-ikel u għall-krustaċji ornamentali, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tas-16 ta’ Settembru 2025 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikant ipprovda evidenza li l-inositol għadu sikur għall-ħut bil-pinen li jipproduċi l-ikel, għall-ħut bil-pinen ornamentali, għall-krustaċji li jipproduċu l-ikel u għall-krustaċji ornamentali kif ukoll għall-konsumaturi u għall-ambjent skont il-kundizzjonijiet tal-użu awtorizzati bħalissa. L-awtorità ddikjarat ukoll li l-inositol mhuwiex irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn u mhuwiex sensitizzatur tal-ġilda. L-Awtorità ddikjarat ukoll li l-applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ma tinkludix proposta biex jiġu emendati jew issupplimentati l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni oriġinali li jkollhom impatt fuq l-effikaċja tal-addittiv. Għalhekk, hija kkonkludiet li ma hemmx bżonn tiġi vvalutata l-effikaċja tal-addittiv fil-kuntest tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni. L-Awtorità ma jidhrilhiex li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta’ wara l-kummerċjalizzazzjoni. |
|
(5) |
Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 deherlu li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjoni mwettqa fir-rigward tal-metodu ta’ analiżi tal-inositol bħala addittiv tal-għalf fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni preċedenti huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (c), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (4), mhuwiex meħtieġ rapport ta’ evalwazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-inositol jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dak l-addittiv tiġġedded. |
|
(7) |
B’riżultat tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-inositol bħala addittiv tal-għalf, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1249/2014. |
|
(8) |
Billi ċerti kundizzjonijiet tat-tikkettar b’rabta mal-kundizzjonijiet u l-istabbiltà tal-ħażna ġew modifikati u, barra minn hekk, ir-referenza għal ċerti speċi tal-annimali, jixraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-awtorizzazzjoni
L-awtorizzazzjoni tas-sustanza speċifikata fl-Anness, tal-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u tal-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, hija mġedda soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Tħassir
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1249/2014 huwa mħassar.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
1. L-addittiv tal-għalf inositol kif awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1249/2014 u l-premixxeli li fihom dak l-addittiv li huma maħsuba għall-ħut u għall-krustaċji, u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-18 ta’ Diċembru 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-18 ta’ Ġunju 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet inkwistjoni.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-18 ta’ Ġunju 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-18 ta’ Ġunju 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet inkwistjoni jekk ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-18 ta’ Ġunju 2028 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-18 ta’ Ġunju 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet inkwistjoni jekk ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2014 tal-21 ta’ Novembru 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-inositol bħala addittiv fl-għalf għall-ħut u għall-krustaċji. (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 7 , ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1249/oj).
(3) EFSA Journal 2025;23:e9701, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9701.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj).
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||
|
Kategorija: addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili |
||||||||||
|
3a900 |
Inositol |
Kompożizzjoni tal-addittiv Inositol Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Inositol Formula kimika: C6H12O6 Nru tal-CAS: 87-89-8 Inositol prodott b’sinteżi kimika. Kriterji ta’ purità: mhux inqas minn 97 %. Forma solida Metodu analitiku (1) Għall-identifikazzjoni tal-inositol fl-addittiv tal-għalf: Kromatografija Likwida u spettrofotometrija tal-assorbiment infrared - Farmakopea Ewropea, monografija 1805. Għall-kwantifikazzjoni tal-inositol fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti u fl-għalf kompost: analiżi tal-attività mikrobijoloġika |
Ħut bil-pinen li jipproduċi l-ikel Ħut bil-pinen ornamentali Krustaċji li jipproduċi l-ikel Krustaċji ornamentali |
— |
— |
— |
|
It-18 ta’ Ġunju 2036 |
||
|
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en. |
||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1151/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)