European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1135

29.5.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1135

tas-26 ta’ Mejju 2026

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa fi ħdan il-Pjan Strateġiku tal-PAK iffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fil-perjodu 2023–2027 għas-sena finanzjarja 2025

(notifikata bid-dokument C(2026) 3341)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 104(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 104(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Artikolu 4(1), il-punt (b), l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(3), l-Artikoli 9, 17, 21 u 34, l-Artikolu 35(4), l-Artikoli 36, 37, 38, 40 sa 43, 51, 52, 54, 56, 59, 63, 64, 67, 68, 70 sa 75, 77, 91 sa 97, 99 u 100, l-Artikolu 102(2) u l-Artikoli 110 u 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jibqgħu japplikaw, fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), b’rabta man-nefqa mġarrba mill-benefiċjarji u l-pagamenti li saru mill-aġenzija tal-pagamenti fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għas-sena finanzjarja 2025.

(2)

Skont l-Artikolu 64, it-tieni paragrafu, il-punt (a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 (4), l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(1), il-punt (b), l-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 7, l-Artikoli 21 sa 25, l-Artikolu 27, l-Artikolu 28, l-Artikolu 29, l-Artikolu 30(1), il-punti (a), (b) u (c), l-Artikolu 30(2), (3) u (4), u l-Artikoli 31 sa 40 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (5) jibqgħu japplikaw, fir-rigward tal-FAEŻR, b’rabta man-nefqa mġarrba mill-benefiċjarji u l-pagamenti li saru mill-aġenzija tal-pagamenti fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għas-sena finanzjarja 2025.

(3)

Skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u abbażi tal-kontijiet annwali sottomessi mill-Istati Membri, li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni tal-awditjar dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni trid tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena li tiġi wara s-sena baġitarja inkwistjoni.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/2116, is-sena finanzjarja tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N. Meta jiġu approvati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2025, bl-iskop li l-perjodu ta’ referenza għan-nefqa tal-FAEŻR jiġi allinjat ma’ dak tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, jenħtieġ li titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2024 u l-15 ta’ Ottubru 2025, f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri fir-rigward tan-nefqa fi ħdan il-Pjan Strateġiku tal-PAK iffinanzjata mill-FAEŻR fil-perjodu 2023–2027 għas-sena finanzjarja 2025. In-nefqa relatata mal-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni (mis-16 ta’ Ottubru 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2025) tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2022 tal-FAEŻR, f’konformità mal-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, se tkun soġġetta għal deċiżjoni ta’ approvazzjoni wara t-30 ta’ Ġunju 2026.

(6)

L-Artikolu 35(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 jipprevedi li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew li jkunu pagabbli lilu, f’konformità mad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 35(1) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, iridu jiġu stabbiliti billi l-pagamenti intermedji għas-sena finanzjarja kkonċernata jitnaqqsu min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena f’konformità ma’ dak l-Artikolu 35(1). Skont l-Artikolu 35(2), it-tielet subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, il-Kummissjoni trid tnaqqas dak l-ammont mill-pagament intermedju li jmiss jew iżżidu miegħu.

(7)

Il-Kummissjoni ċċekkjat l-informazzjoni li ssottomettew l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-iċċekkjar tagħha lill-Istati Membri, flimkien mal-emendi li qed tipproponi.

(8)

Għall-aġenziji tal-pagamenti kollha, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża magħhom jippermettu li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi.

(9)

Ir-regoli dwar l-iskadenzi tal-pagamenti għall-miżuri taħt l-iżvilupp rurali fil-kuntest tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll prevista fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 japplikaw mis-sena tat-talba 2023. It-tnaqqisiet għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi għall-pagamenti, ikkalkulati f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 (6), iżommu mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u jridu jitqiesu f’din id-Deċiżjoni għas-sena finanzjarja 2025. Meta jkun xieraq, dawk it-tnaqqisiet jistgħu jiġu eżaminati bil-proċeduri għall-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

(10)

Skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, fir-rigward ta’ dejn li jirriżulta minn irregolaritajiet relatati man-nefqa msemmija fl-Artikolu 104(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Istat Membru kkonċernat irid iġarrab 50 % mill-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ma jkunx sar fi żmien 4 snin mid-data tat-talba għall-irkupru jew fi żmien 8 snin f’każ li l-irkupru jitressaq fil-qrati nazzjonali. L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jistipula li flimkien mal-kontijiet annwali li għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, l-Istati Membri jridu jehmżu tabella ċertifikata li tirrifletti l-ammonti li jridu jiġġarrbu minnhom skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrapportaw l-ammonti li jridu jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistabbilixxi l-mudell tat-tabella li l-Istati Membri jridu jużaw biex jipprovdu l-informazzjoni dwar l-ammonti li jridu jiġu rkuprati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura għal iżjed minn 4 snin jew għal iżjed minn 8 snin, rispettivament, abbażi tat-tabelli li l-Istati Membri jkunu mlew.

(11)

Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, fir-rigward ta’ djun li jirriżultaw minn irregolaritajiet relatati man-nefqa msemmija fl-Artikolu 104(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, għal raġunijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jeħdux passi għall-irkupru. Din id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss jekk il-kostijiet li jkunu ġġarrbu diġà, u dawk li x’aktarx ikunu se jiġġarrbu, b’kollox ikunu aktar mill-ammont li jrid jiġi rkuprat, jew jekk l-irkupru jkun impossibbli minħabba l-insolvenza, reġistrata u rikonoxxuta skont id-dritt nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli mill-irregolarità. Jekk id-deċiżjoni tittieħed fi żmien 4 snin mid-data tat-talba għall-irkupru, jew fi żmien 8 snin f’każ li l-irkupru jitressaq fil-qrati nazzjonali, jenħtieġ li 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li dwarhom Stat Membru partikolari jkun iddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni jridu jiġu inklużi fil-kontijiet annwali msemmija fl-Artikolu 54(4) ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li dawn l-ammonti ma jiġġarrbux mill-Istati Membri kkonċernati iżda jiġġarrbu konsegwentement mill-baġit tal-Unjoni.

(12)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tqis ukoll l-ammonti li għad iridu jiġu imposti fuq l-Istati Membri b’rabta mal-perjodi ta’ programmazzjoni 2007–2013 u 2014–2022 għall-FAEŻR, li għalihom l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 ikompli japplika skont l-Artikolu 104(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/2116.

(13)

F’konformità mal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jaf tieħu sussegwentement skont l-Artikoli 54 u 55 ta’ dak ir-Regolament,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’dan, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri huma approvati fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata fi ħdan il-Pjan Strateġiku tal-PAK mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2025 u b’rabta mal-perjodu 2023–2027.

L-ammonti tal-FAEŻR rekuperabbli minn kull Stat Membru jew pagabbli lilhom fil-qafas tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għall-perjodu 2023–2027 skont din id-Deċiżjoni, huma stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-ammonti li jridu jiġu imposti fuq l-Istati Membri, minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2022 u għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013 għall-FAEŻR, huma stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

It-tnaqqisiet għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi tal-pagamenti f’konformità mal-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 skont kull Pjan Strateġiku tal-PAK huma stabbiliti fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet futuri dwar l-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni jaf tieħu skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 biex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa li ma tkunx saret f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, u għal kwalunkwe miżura neċessarja biex jiġu implimentati deċiżjonijiet li l-Kummissjoni ħadet dwar l-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 biex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti kif irrapportat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2026.

Għall-Kummissjoni

Christophe HANSEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1306/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1305/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 131, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/128/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/908/oj).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 95, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/127/oj).


ANNESS I

Nefqa approvata tal-FAEŻR skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK għas-sena finanzjarja 2025

Ammont li jrid jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew li jrid jitħallas lilu għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK

Pjan Strateġiku tal-PAK approvat bin-nefqa dikjarata għall-FAEŻR 2023-2027

f’Euro

Stat Membru

CCI

Nefqa 2025

Korrezzjonijiet

Total

Ammonti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw

Ammont aċċettat approvat għas-SF 2025

Pagamenti interim rimborżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja (*1)

Ammont li jrid jiġi rkuprat (–) mill-Istat Membru jew li jrid jitħallas lilu (+)

 

 

i

ii

iii = i + ii

iv

v = iii - iv

vi

vii = v - vi

AT

2023AT06AFSP001

429 827 366,11

0,00

429 827 366,11

0,00

429 827 366,11

429 827 366,11

0,00

BE

2023BE06AFSP001

40 922 031,08

0,00

40 922 031,08

0,00

40 922 031,08

40 921 509,88

521,20

BE

2023BE06AFSP002

22 888 803,27

0,00

22 888 803,27

0,00

22 888 803,27

22 864 545,83

24 257,44

BG

2023BG06AFSP001

49 777 581,77

0,00

49 777 581,77

0,00

49 777 581,77

49 052 621,59

724 960,18

CY

2023CY06AFSP001

16 180 532,04

0,00

16 180 532,04

0,00

16 180 532,04

16 180 532,04

0,00

CZ

2023CZ06AFSP001

197 384 860,76

0,00

197 384 860,76

0,00

197 384 860,76

197 387 776,51

-2 915,75

DE

2023DE06AFSP001

852 673 326,33

0,00

852 673 326,33

0,00

852 673 326,33

852 921 439,18

- 248 112,85

DK

2023DK06AFSP001

70 611 053,19

0,00

70 611 053,19

0,00

70 611 053,19

70 611 053,17

0,02

EE

2023EE06AFSP001

34 514 938,00

0,00

34 514 938,00

0,00

34 514 938,00

34 515 716,57

- 778,57

ES

2023ES06AFSP001

497 519 923,98

0,00

497 519 923,98

0,00

497 519 923,98

497 802 644,49

- 282 720,51

FI

2023FI06AFSP001

292 835 758,52

0,00

292 835 758,52

0,00

292 835 758,52

292 836 589,83

- 831,31

FR

2023FR06AFSP001

1 273 396 936,26

0,00

1 273 396 936,26

0,00

1 273 396 936,26

1 273 360 922,78

36 013,48

EL

2023EL06AFSP001

158 091 443,09

0,00

158 091 443,09

0,00

158 091 443,09

158 103 790,14

-12 347,05

HR

2023HR06AFSP001

147 115 122,10

0,00

147 115 122,10

0,00

147 115 122,10

147 115 125,56

-3,46

HU

2023HU06AFSP001

286 092 696,89

0,00

286 092 696,89

0,00

286 092 696,89

286 092 733,37

-36,48

IE

2023IE06AFSP001

266 168 711,00

0,00

266 168 711,00

0,00

266 168 711,00

266 168 711,00

0,00

IT

2023IT06AFSP001

593 369 158,18

0,00

593 369 158,18

0,00

593 369 158,18

593 593 476,30

- 224 318,12

LT

2023LT06AFSP001

154 288 598,49

0,00

154 288 598,49

0,00

154 288 598,49

154 288 608,22

-9,73

LU

2023LU06AFSP001

9 624 087,66

0,00

9 624 087,66

0,00

9 624 087,66

9 603 372,68

20 714,98

LV

2023LV06AFSP001

67 667 238,56

0,00

67 667 238,56

0,00

67 667 238,56

67 667 238,56

0,00

MT

2023MT06AFSP001

14 136 671,87

0,00

14 136 671,87

0,00

14 136 671,87

14 136 769,70

-97,83

NL

2023NL06AFSP001

158 858 031,65

0,00

158 858 031,65

0,00

158 858 031,65

158 858 031,65

0,00

PL

2023PL06AFSP001

533 777 792,21

0,00

533 777 792,21

0,00

533 777 792,21

535 248 474,52

-1 470 682,31

PT

2023PT06AFSP001

132 405 609,14

0,00

132 405 609,14

0,00

132 405 609,14

132 447 839,68

-42 230,54

RO

2023RO06AFSP001

667 596 602,07

0,00

667 596 602,07

0,00

667 596 602,07

667 544 104,36

52 497,71

SE

2023SE06AFSP001

136 200 795,87

0,00

136 200 795,87

0,00

136 200 795,87

136 767 246,42

- 566 450,55

SI

2023SI06AFSP001

85 079 918,82

0,00

85 079 918,82

0,00

85 079 918,82

85 079 921,83

-3,01

SK

2023SK06AFSP001

129 317 303,92

0,00

129 317 303,92

0,00

129 317 303,92

129 318 974,62

-1 670,70

(*1)  Il-pagamenti interim rimborżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja, jinkludu l-ammonti negattivi ddikjarati fis-sena finanzjarja 2025. Dawn l-ammonti negattivi tpaċew mal-pagament trimestrali lill-Istati Membri kkonċernati.


ANNESS II

Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti

Sena finanzjarja 2025 - FAEŻR

 

 

 

 

 

 

 

Korrezzjonijiet Relatati mal-Perjodu ta’ Programmazzjoni 2014-2020

Korrezzjonijiet Relatati mal-Perjodu ta’ Programmazzjoni 2007-2013

Stat Membru

Munita

Fil-Munita nazzjonali

F’Euro

Fil-Munita nazzjonali

F’Euro

AT

EUR

0,00

657,07

0,00

0,00

BE

EUR

0,00

12 728,94

0,00

2 054,14

BG

BGN

622 332,90

0,00

5 088 167,75

0,00

CY

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

CZ

CZK

72 748,68

0,00

6 356 407,29

0,00

DE

EUR

0,00

129 531,70

0,00

18 376,71

DK

DKK

0,00

0,00

0,00

0,00

EE

EUR

0,00

108 430,19

0,00

126 460,33

ES

EUR

0,00

1 156 004,22

0,00

12 991,51

FI

EUR

0,00

83 509,81

0,00

11 904,87

FR

EUR

0,00

300 648,66

0,00

71 538,82

EL

EUR

0,00

289 840,83

0,00

539 987,15

HR

EUR

0,00

196 436,34

0,00

0,00

HU

HUF

14 465 302,00

0,00

629 345 312,00

0,00

IE

EUR

0,00

14 406,32

0,00

0,00

IT

EUR

0,00

2 316 111,75

0,00

23 693 092,02

LT

EUR

0,00

3 453,72

0,00

1 306 195,50

LU

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

LV

EUR

0,00

72 531,04

0,00

0,00

MT

EUR

0,00

2 924,69

0,00

0,00

NL

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

PL

PLN

1 443 372,01

0,00

3 523 171,13

0,00

PT

EUR

0,00

679 136,85

0,00

2 314 488,13

RO

RON

1 968 527,66

0,00

30 133 504,28

0,00

SE

SEK

140 513,07

0,00

0,00

0,00

SI

EUR

0,00

2 244,99

0,00

290 930,37

SK

EUR

0,00

0,00

0,00

497 182,08


ANNESS III

Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti

Sena finanzjarja 2025 - FAEŻR

Tnaqqis għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi għall-pagamenti f’konformità mal-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116

f’Euro

Stat Membru

CCI

Tnaqqisiet għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi għall-pagamenti għas-SF2025

AT

2023AT06AFSP001

0,00

BE

2023BE06AFSP001

0,00

BE

2023BE06AFSP002

0,00

BG

2023BG06AFSP001

56 127,58

CY

2023CY06AFSP001

0,00

CZ

2023CZ06AFSP001

0,00

DE

2023DE06AFSP001

0,00

DK

2023DK06AFSP001

0,00

EE

2023EE06AFSP001

0,00

ES

2023ES06AFSP001

0,00

FI

2023FI06AFSP001

0,00

FR

2023FR06AFSP001

3 358 802,76

EL

2023EL06AFSP001

0,00

HR

2023HR06AFSP001

2 078 251,27

HU

2023HU06AFSP001

9 677 207,82

IE

2023IE06AFSP001

4 226 460,67

IT

2023IT06AFSP001

2 675 612,85

LT

2023LT06AFSP001

0,00

LU

2023LU06AFSP001

0,00

LV

2023LV06AFSP001

0,00

MT

2023MT06AFSP001

68 606,63

NL

2023NL06AFSP001

0,00

PL

2023PL06AFSP001

515 112,03

PT

2023PT06AFSP001

0,00

RO

2023RO06AFSP001

0,00

SE

2023SE06AFSP001

0,00

SI

2023SI06AFSP001

0,00

SK

2023SK06AFSP001

0,00


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1135/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)