European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1133

22.5.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1133

tat-18 ta’ Mejju 2026

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti; u dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6), il-punt (a), tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerka, min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru”) ġie ffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/339/KE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill (3). Dan ġie applikat b’mod provviżorju sa mit-30 ta’ Marzu 2008 u ġie konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1110 (4). Dan daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2020. Ġie emendat permezz tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u t-30 ta’ April 2007 (5) (“il-Protokoll”), tal-24 ta’ Ġunju 2010, li daħal fis-seħħ fil-5 ta’ Mejju 2022. Il-Protokoll jipprevedi għall-adeżjoni ta’ pajjiżi terzi għall-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru.

(2)

L-Iżlanda u n-Norveġja huma membri kompletament integrati tas-suq uniku Ewropew tal-avjazzjoni permezz tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (6). Huma talbu formalment li jissieħbu fil-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru fl-2007. F’konformità mal-Artikolu 18(5) tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, il-Kumitat Konġunt stabbilit hemmhekk ippropona, fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2010, Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti (il-“Ftehim ta’ Adeżjoni”).

(3)

Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, (il-“Ftehim Anċillari”).

(4)

Kemm il-Ftehim ta’ Adeżjoni kif ukoll il-Ftehim Anċillari ġew iffirmati fil-21 ta’ Ġunju 2011, f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/708/UE tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill (7), u applikati proviżorjament mid-data tal-firma tagħhom.

(5)

Fis-sentenza tagħha tat-28 ta’ April 2015 fil-kawża C-28/12, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (8) (is-“sentenza”), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat id-Deċiżjoni 2011/708/UE fuq il-bażi li l-Kunsill ma setax legalment jawtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Adeżjoni u tal-Ftehim Anċillari f’att adottat flimkien mar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill. Il-Qorti żammet l-effetti tad-Deċiżjoni 2011/708/UE sad-dħul fis-seħħ, fi żmien raġonevoli mill-għoti tas-sentenza, ta’ deċiżjoni ġdida li tiġi adottata mill-Kunsill skont l-Artikolu 218(5) u (8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Sabiex ikun konformi mas-sentenza, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2023/684 (9) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Adeżjoni u tal-Ftehim Anċillari.

(7)

Il-Ftehim ta’ Adeżjoni u l-Ftehim Anċillari ġew ratifikati mill-Istati Membri kollha, ħlief ir-Repubblika tal-Kroazja. Huwa maħsub li r-Repubblika tal-Kroazja ser taderixxi mal-Ftehim ta’ Adeżjoni u mal-Ftehim Anċillari f’konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011.

(8)

Jenħtieġ li l-Ftehim ta’ Adeżjoni u l-Ftehim Anċillari jiġu approvati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti (il-“Ftehim ta’ Adeżjoni”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (10).

Artikolu 2

Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti (il-“Ftehim Anċillari”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (11).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)  Approvazzjoni tad-29 ta’ April 2026 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)   ĠU L 134, 25.5.2007, p. 4.

(3)  Id-Deċiżjoni 2007/339/KE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-25 ta’ April 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerka, min-naħa l-oħra (ĠU L 134, 25.5.2007, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/339/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1110 tat-23 ta’ Jannar 2018 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerka, min-naħa l-oħra (ĠU L 244, 29.7.2020, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1110/oj).

(5)   ĠU L 223, 25.8.2010, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2010/465/oj.

(6)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/1/oj.

(7)  Id-Deċiżjoni 2011/708/UE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti; u kif ukoll dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti (ĠU L 283, 29.10.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/708/oj).

(8)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-28 ta’ April 2015, il-Kummissjoni Ewropea v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, C-28/12, ECLI:EU:C:2015:282.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/684 tal-20 ta’ Marzu 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, u dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti (ĠU L 89, 27.3.2023, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/684/oj).

(10)  It-test tal-Ftehim ta’ Adeżjoni huwa ppubblikat fil-ĠU L 283, 29.10.2011, p. 3.

(11)  It-test tal-Ftehim Anċillari huwa ppubblikat fil-ĠU L 283, 29.10.2011, p. 16.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1133/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)