|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1102 |
26.5.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1102
tat-22 ta’ Mejju 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/128 (2) jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-snin finanzjarji 2021 sa 2027. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG għandu jkun kostitwit mill-ammonti massimi għas-sublimitu għan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 103(1), il-punt (a), l-Artikolu 103(2) u l-Artikolu 103(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), bosta Stati Membri ddeċidew fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom li jwettqu rieżami tat-trasferiment ta’ ċertu persentaġġ tal-allokazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2026 lejn l-allokazzjonijiet tagħhom għall-FAEŻR. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 103(1), il-punt (b), l-Artikolu 103(3) u l-Artikolu 103(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115, bosta Stati Membri ddeċidew fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom li jwettqu rieżami tat-trasferiment ta’ ċertu persentaġġ tal-allokazzjonijiet tal-FAEŻR tagħhom għas-sena kalendarja 2027 lejn l-allokazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti diretti. |
|
(5) |
L-allokazzjonijiet rilevanti tal-Istati Membri għall-pagamenti diretti stabbiliti fl-Annessi V u IX tar-Regolament (UE) 2021/2115, kif ukoll id-diżaggregazzjoni annwali skont l-Istat Membru tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali stabbilit fl-Anness XI ta’ dak ir-Regolament, ġew adattati konsegwentement permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/1 (5). |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093, il-sublimitu għan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti tal-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament irid jiġi aġġustat skont l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament wara li jsiru t-trasferimenti bejn il-FAEŻR u l-pagamenti diretti. |
|
(7) |
Għaldaqstant jeħtieġ jiġi aġġustat il-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG għas-sena 2027 kif stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li jiġu indikati wkoll l-ammonti disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti trasferiti mill-FAEŻR. |
|
(8) |
Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 hu sostitwit bit-test tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/128 tat-3 ta’ Frar 2021 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (ĠU L 40, 4.2.2021, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/128/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/1 tal-1 ta’ Diċembru 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-pagamenti diretti u d-diżaggregazzjoni annwali skont l-Istat Membru tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali (ĠU L, 2026/1, 6.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/1/oj).
ANNESS
ANNESS
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
|
(EUR miljun) |
|||||
|
Sena finanzjarja |
Ammonti disponibbli għall-FAEŻR |
Ammonti trasferiti mill-FAEŻR |
Bidla wara r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 (1) |
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG |
|
|
L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
|||
|
2021 |
1 099,539 |
58,165 |
600,658 |
|
40 367,954 |
|
2022 |
1 086,292 |
57,919 |
525,400 |
|
40 638,189 |
|
2023 |
1 277,253 |
55,858 |
507,322 |
|
40 692,211 |
|
|
L-Artikolu 103 (1 ), il-punt (a) u l-Artikolu 103 (2 ) tar-Regolament (UE) 2 021 /2 115 |
L-Artikolu 17 (5 ) tar-Regolament (UE) 2 021 /2 115 |
L-Artikolu 103 (1 ), il-punt (b), u l-Artikolu 103 (3 ) tar-Regolament (UE) 2 021 /2 115 |
|
|
|
2024 |
1 632,136 |
5,000 |
590,214 |
|
40 602,078 |
|
2025 |
1 702,286 |
5,000 |
590,214 |
- 136,000 |
40 528,928 |
|
2026 |
1 807,987 |
5,000 |
590,214 |
- 149,000 |
40 541,227 |
|
2027 |
1 933,963 |
5,000 |
637,456 |
- 155,000 |
40 590,493 |
|
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj). (2) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1307/oj). |
|||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1102/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)