|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1086 |
29.5.2026 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: https://unece.org/transport/road-transport/status-1958-agreement-and-annexed-regulations
Ir-Regolament tan-NU Nru 83 – Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-emissjoni ta’ inkwinanti skont ir-rekwiżiti tal-fjuwil tal-magna [2026/1086]
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Serje ta’ emendi 09 – Data tad-dħul fis-seħħ: XX ta’ Settembru 2026 (għad irid jiġi kkonfermat)
Dan id-dokument huwa intiż purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-testi awtentiċi u legalment vinkolanti huma: ECE/TRANS/WP.29/2026/25 (kif emendat mill-paragrafu 66 u l-Anness V tar-rapport ECE/TRANS/WP.29/1190)
WP.29-198-06
GRPE-94-24r1
WERREJ
Regolament
|
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Approvazzjoni |
|
5. |
Speċifikazzjonijiet u testijiet |
|
6. |
Riżervat |
|
7. |
Estensjonijiet għall-approvazzjonijiet tat-tip |
|
8. |
Konformità tal-produzzjoni (COP -Conformity of production) |
|
9. |
Konformità waqt is-servizz |
|
10. |
Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
11. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
12. |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u speċjali |
|
13. |
Ismijiet u indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
Annessi
|
1 |
Karatteristiċi tal-magna u tal-vettura u informazzjoni dwar it-twettiq tat-testijiet |
|
Appendiċi 1 – |
Rapport tat-Test |
|
2 |
Komunikazzjoni |
|
Appendiċi 1 – |
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti tat-Tip 3 |
|
Appendiċi 2 – |
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti ta’ kontra t-tbagħbis, tas-sigurtà u taċ-ċibersigurtà għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet |
|
Appendiċi 3 – |
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-Rekwiżiti tat-Tip 6 |
|
Appendiċi 4 – |
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-Rekwiżiti tat-Tip 1 |
|
Appendiċi 5 – |
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-Rekwiżiti tat-Tip 4 |
|
Appendiċi 6 – |
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mat-test tal-laboratorju għall-proporzjon tal-awtonomija purament elettrika f’temperatura baxxa għal Vetturi Purament Elettriċi |
|
Appendiċi 7 – |
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-Rekwiżiti għad-Determinazzjoni tal-Enerġija |
|
3 |
Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni |
|
4 |
Metodoloġija tal-konformità waqt is-servizz għall-emissjonijiet |
|
Appendiċi 1 – |
Kriterji għall-għażla tal-vetturi u d-deċiżjoni dwar il-vetturi li ma għaddewx mit-testijiet |
|
Appendiċi 2 – |
Regoli għat-twettiq tat-testijiet tat-Tip 4 matul il-konformità waqt is-servizz |
|
Appendiċi 3 – |
Rapport tal-ISC |
|
Appendiċi 4 – |
Rapport annwali tal-ISC mill-Awtorità li tagħti l-Approvazzjoni tat-Tip |
|
Appendiċi 5 – |
Listi ta’ trasparenza |
|
5 |
Metodoloġija tal-konformità waqt is-servizz għad-durabbiltà tal-batterija |
|
Appendiċi 1 – |
Spezzjoni tal-vettura |
|
6 |
Test tat-Tip 3 |
|
7 |
Apparati ta’ manipulazzjoni u strateġiji ta’ manipulazzjoni |
|
Appendiċi 1 – |
Metodoloġija għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni tal-AES u tal-BES |
|
Appendiċi 2 – |
Pakketti ta’ dokumentazzjoni |
|
8 |
Test tat-Tip 6 |
|
9 |
Kontra t-tbagħbis, is-sigurtà u ċ-ċibersigurtà |
|
Appendiċi 1 – |
Vulnerabbiltajiet/theddidiet ta’ livell għoli, eżempji ta’ vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk, u eżempji ta’ mitigazzjonijiet |
|
10 |
Speċifikazzjonijiet tal-fjuwils ta’ referenza |
|
10a |
Speċifikazzjonijiet tal-fjuwils gassużi ta’ referenza |
|
11 |
Metodoloġija tal-konformità waqt is-servizz għat-test tal-laboratorju għall-proporzjon tal-awtonomija elettrika f’temperatura baxxa għal Vetturi Purament Elettriċi |
|
12 |
Metodoloġija ta’ konformità waqt is-servizz għall-Emissjonijiet tal-Brejkijiet |
|
13 |
Metodoloġija ta’ konformità waqt is-servizz għas-sistemi ta’ Monitoraġġ Abbord |
|
Appendiċi 1 – |
Metodi għall-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz u għas-sorveljanza fakultattiva tas-suq reġjonali tas-sistemi OBM |
|
Appendiċi 2 – |
Kriterji tal-konformità għal familja tal-OBM |
1. Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ emissjonijiet mill-kaxxa tal-krank (test tat-Tip 3) u ta’ emissjonijiet tal-egżost f’temperatura ambjentali baxxa (test tat-Tip 6) għall-emissjonijiet ta’ komposti gassużi.
Barra minn hekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-konformità waqt is-servizz għall-emissjonijiet mit-tailpipe u dawk evaporattivi, id-durabbiltà tal-batterija, il-proporzjon tal-awtonomija elettrika tal-vetturi purament elettriċi f’temperaturi baxxi, l-emissjonijiet tal-brejkijiet u l-monitoraġġ abbord; kif ukoll regoli għal kontra t-tbagħbis, is-sigurtà u ċ-ċibersigurtà; u apparati ta’ manipulazzjoni u strateġiji ta’ manipulazzjoni.
|
1.1. |
Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi ta’ kategoriji M1 u N1 (1).
Fuq talba tal-manifattur, għal vetturi tal-kategorija N2 b’massa massima ta’ bejn 3,5 u 5 tunnellati li toriġina minn tip ta’ vettura tal-kategorija N1, l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ tagħti approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet jekk il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti għat-tip ta’ vettura tal-kategorija N1. |
2. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tar-Regolament tan-NU Nru 154, sakemm mhux speċifikat mod ieħor hawn taħt, f’liema każ għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
2.1. |
“Tip ta’ vettura” tfisser grupp ta’ vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti għal tip ta’ vettura fir-rigward tal-emissjonijiet f’konformità mal-paragrafu 3.0.1. tar-Regolament tan-NU Nru 154. |
|
2.2. |
Riżervat. |
|
2.3. |
“Massa massima” tfisser il-massa massima li hija teknikament permessibbli ddikjarata mill-manifattur tal-vettura (din il-massa tista’ tkun akbar mill-massa massima awtorizzata mill-amministrazzjoni nazzjonali). |
|
2.4. - 2.7. |
Riżervat. |
|
2.8. |
“Kaxxa tal-krank” tfisser l-ispazji fil-magna jew barra minnha li huma konnessi mas-samp taż-żejt permezz ta’ pajpijiet interni jew esterni li minnhom jistgħu jgħaddu l-gassijiet u l-fwar. |
|
2.9. - 2.11. |
Riżervat. |
|
2.12. |
“Apparati tal-kontroll tat-tniġġis” tfisser dawk il-komponenti ta’ vettura li jikkontrollaw u/jew jillimitaw l-emissjonijiet tal-egżost u l-emissjonijiet evaporattivi. |
|
2.13. |
“Konformità waqt is-servizz” jew “ISC” (In-service conformity) tfisser l-attivitajiet imwettqa fuq vetturi fiċ-ċirkolazzjoni, sistemi, unitajiet tekniċi jew komponenti separati bl-iskop li tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tad-durabbiltà stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
2.14. |
“Test tal-konformità waqt is-servizz” tfisser it-test u l-evalwazzjoni tal-konformità li jsiru f’konformità mal-paragrafu 9 ta’ dan ir-Regolament. |
|
2.15. |
“Miżmuma u użata b’mod xieraq” tfisser, għall-fini ta’ vettura tat-test, li tali vettura tissodisfa l-kriterji għall-aċċettazzjoni ta’ vettura magħżula stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Anness 4. |
|
2.16. – 2.18. |
Riżervat. |
|
2.19. |
“Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
2.20. - 2.25. |
Riżervat. |
|
2.26. |
“Startjar kiesaħ” tfisser, fil-kuntest tal-proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu ta’ monitors OBD, temperatura tal-fluwidu berried tal-magna jew temperatura ekwivalenti ta’ 35 °C jew inqas meta tistartja l-magna u ta’ 7 °C jew inqas ogħla mit-temperatura ambjentali, jekk disponibbli. |
|
2.27. – 2.34. |
Riżervat. |
|
2.35. |
“Reaġent” tfisser kwalunkwe prodott għajr il-fjuwil li jinħażen abbord il-vettura u li jiġi pprovdut lis-sistema ta’ posttrattament tal-egżost fuq talba tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet. |
|
2.36. |
Riżervat. |
|
2.37. |
“Sistema portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS, portable emissions measurement system)” tfisser sistema portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet li tissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fl-Anness 4 tar-Regolament tan-NU Nru 168. |
|
2.38. |
“Strateġija Bażi ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet (BES)” tfisser strateġija għall-emissjonijiet li tkun attiva matul il-medda operattiva tal-veloċità u tat-tagħbija tal-vettura sakemm ma tkunx ġiet attivata Strateġija Awżiljarja ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet. |
|
2.39. |
“Strateġija Awżiljarja ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet (AES, Auxiliary Emission Strategy)” tfisser strateġija tal-emissjonijiet li ssir attiva u tieħu post jew li timmodifika BES għal skop speċifiku u bħala rispons għal grupp speċifiku ta’ kundizzjonijiet ambjentali jew operattivi u li tibqa’ operattiva biss sakemm jibqgħu jeżistu dawn il-kundizzjonijiet. |
|
2.40. |
“Parti terza” tfisser parti b’interess leġittimu u aċċess għal faċilitajiet ta’ ttestjar adegwati għall-fini ta’ ċċekkjar u testijiet tal-konformità, b’dawn il-faċilitajiet akkreditati f’konformità mal-EN ISO/IEC 17020 u l-EN ISO/IEC 17025. |
|
2.41. |
“Apparat ta’ manipulazzjoni” tfisser kwalunkwe element ta’ disinn li jwassal biex vettura ma tikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament meta tinstaq iżda mhux waqt test regolatorju, minkejja li jwassal biex il-vettura tidher li tikkonforma meta tiġi ttestjata, jew li jimmanipula d-data relatata mas-sensuri, il-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija elettrika, l-awtonomija elettrika jew id-durabbiltà tal-batterija. |
|
2.42. |
“Strateġija ta’ manipulazzjoni” tfisser strateġija li twassal biex vettura ma tikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament meta tinstaq iżda mhux waqt test regolatorju, minkejja li twassal biex il-vettura tidher li tikkonforma meta tiġi ttestjata, jew li timmanipula d-data relatata mas-sensuri, il-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija elettrika, l-awtonomija elettrika jew id-durabbiltà tal-batterija. |
|
2.43. |
“Tbagħbis” tfisser l-inattivazzjoni, jew il-modifika tal-magna jew tal-mutur elettriku, tal-apparati u tas-sistema għall-kontroll tat-tniġġis tal-vettura, tas-sistema ta’ propulsjoni, tal-batterija tat-trazzjoni, tal-odometru, tal-apparat għall-monitoraġġ abbord tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija (OBFCM, On-Board Fuel and/or Energy Consumption Monitoring), tas-sistema dijanjostika abbord (OBD, On-Board Diagnostics) jew tas-sistema ta’ monitoraġġ abbord (OBM, On-Board Monitoring), inkluż kwalunkwe software jew element ta’ kontroll loġiku ieħor ta’ dawk is-sistemi u d-data tagħhom, li twassal biex il-vettura ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament. |
|
2.44. |
“Batterija” tfisser sistema rikarikabbli għall-ħżin tal-enerġija elettrika (REESS, Rechargeable Electrical Energy Storage System) installata f’vettura elettrika u użata prinċipalment għal skopijiet ta’ trazzjoni. |
|
2.45. |
“Enerġija tal-batterija li tista’ tintuża (UBE, Usable Battery Energy)” tfisser l-enerġija fornuta mill-batterija mill-bidu tal-proċedura tat-test użata għaċ-ċertifikazzjoni sakemm jintlaħaq il-kriterju ta’ break-off applikabbli tal-proċedura tat-test użata għaċ-ċertifikazzjoni. |
|
2.46. |
“Awtonomija Elettrika” tirreferi għall-awtonomija li tiġi ddeterminata mill-proċedura tat-test tal-awtonomija użata għaċ-ċertifikazzjoni tal-vettura, jekk it-test ikun twettaq fil-punt preżenti tul il-ħajja tal-vettura u bil-batterija installata oriġinarjament. |
|
2.47. |
“Awtonomija ċċertifikata” (Rangecertified) tirreferi għall-awtonomija elettrika ta’ sewqan li ġiet iddeterminata matul iċ-ċertifikazzjoni tal-vettura, skont l-Appendiċi 3 tal-Anness C1 tar-Regolament Nru 154.04. |
|
2.48. |
“Awtonomija mkejla” (Rangemeasured) tfisser l-awtonomija elettrika ddeterminata fil-punt preżenti tul il-ħajja tal-vettura bil-proċedura tat-test użata għaċ-ċertifikazzjoni, skont l-Appendiċi 3 tal-Anness C1 tar-Regolament Nru 154.04. |
|
2.49. |
“Stat tal-enerġija ċċertifikata” (SOCE, State of Certified Energy) tfisser il-prestazzjoni mkejla jew abbord tal-UBE f’punt speċifiku tul il-ħajja tiegħu, espressa bħala perċentwal tal-enerġija ċċertifikata tal-batterija li tista’ tintuża. |
|
2.50. |
“Stat tal-awtonomija ċċertifikata” (SOCR, State of Certified Range) tfisser l-awtonomija elettrika mkejla jew abbord f’punt speċifiku tul il-ħajja tagħha, espressa bħala perċentwal tal-awtonomija ċċertifikata. |
|
2.51. |
“Rekwiżit Minimu tal-Prestazzjoni” (MPR, Minimum Performance Requirement) tfisser il-prestazzjoni minima tad-durabbiltà, f’termini ta’ SOCE jew SOCR f’punt speċifiku tul il-ħajja tal-vettura, li tikkostitwixxi konformità mad-dispożizzjonijiet dwar id-durabbiltà ta’ dan ir-Regolament. |
|
2.52. |
“Rekwiżit Iddikjarat tal-Prestazzjoni” (DPR, Declared Performance Requirement) tfisser valur SOCE jew SOCR iddikjarat mill-manifattur li jkun akbar minn dak tal-MPR korrispondenti u li mbagħad isir il-prestazzjoni minima tad-durabbiltà li tikkostitwixxi l-konformità ta’ dak il-manifattur mad-dispożizzjonijiet dwar id-durabbiltà ta’ dan ir-Regolament. |
|
2.53. |
“Monitor tal-SOCR” tfisser apparat installat fil-vettura li jżomm stima tal-istat tal-awtonomija ċċertifikata permezz ta’ algoritmu li jopera fuq data miġbura mis-sistemi tal-vettura. |
|
2.54. |
“Monitor tal-SOCE” tfisser apparat installat fil-vettura li jżomm stima tal-istat tal-enerġija ċċertifikata permezz ta’ algoritmu li jopera fuq data miġbura mis-sistemi tal-vettura. |
|
2.55. |
“SOCR abbord” (SOCRread) tfisser stima tal-istat tal-awtonomija ċċertifikata prodotta minn monitor tal-SOCR. |
|
2.56. |
“SOCE abbord” (SOCEread) tfisser stima tal-istat tal-enerġija ċċertifikata prodotta minn monitor tal-SOCE. |
|
2.57. |
“SOCR imkejjel” (SOCRmeasured) tfisser l-istat tal-awtonomija ċċertifikata kif iddeterminat mill-awtonomija mkejla diviża bl-awtonomija ċċertifikata, skont il-paragrafu 3.1.2. tal-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament. |
|
2.58. |
“SOCE mkejjel” (SOCEmeasured) tfisser l-istat tal-enerġija ċċertifikata kif iddeterminat billi l-enerġija mkejla tal-batterija li tista’ tintuża tiġi diviża bl-enerġija ċċertifikata tal-batterija li tista’ tintuża. |
|
2.59. |
“V2X” tfisser l-użu tal-batteriji ta’ trazzjoni biex ikopru l-enerġija esterna u d-domanda għall-enerġija, bħall-V2G (mill-Vettura għall-Grilja) għall-istabbilizzazzjoni tal-grilja bl-użu ta’ batteriji ta’ trazzjoni, il-V2H (mill-Vettura għad-Dar) għall-użu ta’ batteriji ta’ trazzjoni bħala ħżin residenzjali għall-ottimizzazzjoni lokali jew għal sorsi tal-enerġija ta’ emerġenza fi żminijiet ta’ qtugħ fil-provvista tal-enerġija, u l-V2L (mill-Vettura għat-Tagħbija) għall-użu fi żminijiet ta’ qtugħ fil-provvista tal-enerġija u/jew attività fuq barra fi żminijiet normali. |
|
2.60. |
“Enerġija totali ta’ disċarġ għal finijiet mhux ta’ trazzjoni” tfisser l-ammont totali ta’ enerġija f’kWh skarikata mill-batterija għal skopijiet għajr it-trazzjoni biex tappoġġa l-każ ta’ użu partikolari ta’ vettura tal-Kategorija N u ma tinkludix arja kundizzjonata/tisħin għall-kabina jew użi oħra diġà preżenti fil-kategorija M. |
|
2.61. |
“SOCX” tfisser l-Istat tal-Enerġija Ċċertifikata jew l-Istat tal-Awtonomija Ċċertifikata, kif applikabbli. |
|
2.62. |
“Tul tal-ħajja prinċipali” tfisser sa 160 000 km jew 8 snin, skont liema jiġi l-ewwel. |
|
2.63. |
“Tul tal-ħajja addizzjonali” tfisser il-perjodu wara t-tul tal-ħajja prinċipali u sa 200 000 km jew 10 snin, skont liema jiġi l-ewwel. |
|
2.64. |
“Manifattur ta’ volum żgħir (SVM, Small-Volume Manufacturer)” tfisser manifattur;
|
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. |
|
3.1.1. |
L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.1. għandha titfassal f’konformità mal-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni stabbilit fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
|
3.1.2. |
Barra minn hekk, il-manifattur għandu jissottometti l-informazzjoni li ġejja:
|
|
3.2. |
Mudell tad-dokument ta’ informazzjoni rigward l-emissjonijiet mill-egżost huwa muri fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
|
3.3. |
Għat-testijiet deskritti fil-paragrafu 5. ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi sottomessa vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li jrid jiġi approvat lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-testijiet tal-approvazzjoni. |
|
3.3.1. |
L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.1. ta’ dan ir-Regolament għandha titħejja b’konformità mal-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni stabbilit fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
|
3.3.2. |
Għall-fini tal-paragrafu 3.1.2.(a)., il-manifattur għandu jikkonforma mal-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament dwar it-testijiet, il-metodi u l-proċeduri biex tiġi stabbilita l-assenza ta’ apparati ta’ manipulazzjoni u strateġiji ta’ manipulazzjoni. |
|
3.3.2.1. |
Dawn it-testijiet, il-metodi u l-proċeduri jinkludu r-rwoli u r-responsabbiltajiet assenjati lill-manifatturi tal-vetturi, lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u lil atturi oħra li għandhom jiżguraw l-assenza ta’ apparati ta’ manipulazzjoni u strateġiji ta’ manipulazzjoni u huma speċifikati fl-Anness 7. |
|
3.3.3. |
Għall-finijiet tal-paragrafu 3.1.2.(b) ta’ dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet relatati mal-ġlieda kontra t-tbagħbis, mas-sigurtà u maċ-ċibersigurtà għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness 9. |
|
3.3.4. |
Riżervat. |
|
3.3.5. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bi fjuwil flessibbli għandha tkun konformi mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 5.8. tar-Regolament tan-NU Nru 154. |
|
3.3.6. |
It-tibdiliet fl-għamla ta’ sistema, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata li jseħħu wara approvazzjoni tat-tip ma għandhomx jinvalidaw approvazzjoni tat-tip b’mod awtomatiku, sakemm il-karatteristiċi oriġinali jew il-parametri tekniċi tagħha ma jinbidlux b’tali mod li jaffettwaw il-funzjonalità tal-magna jew tas-sistema għall-kontroll tat-tniġġis. |
|
3.4. |
Il-vetturi tal-kategorija M1 jew N1 għandhom jiġu approvati b’karattri tal-emissjonijiet kif speċifikat fit-Tabella A3/1, l-Anness 3, filwaqt li jitqies il-fattur ta’ utilità korrispondenti ddeterminat f’konformità mal-valur speċifikat fit-Tabella A8.App5/1 tal-Appendiċi 5 tal-Anness B8 tar-Regolament tan-NU Nru 154. |
|
3.5. |
Il-manifattur għandu jipprovdi wkoll lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet skont dan ir-Regolament (“l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip”) b’pakkett dwar it-trasparenza tal-ittestjar li fih l-informazzjoni meħtieġa sabiex ikun jista’ jitwettaq l-ittestjar f’konformità mal-paragrafu 5.9. tal-Anness 4. |
4. Approvazzjoni
|
4.1. |
Jekk il-vettura tat-tip li ġiet sottomessa għall-approvazzjoni wara din l-emenda tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5. ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ vettura. |
|
4.2. |
Għal kull tip approvat, għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni. |
|
4.2.1. |
In-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandu jikkonsisti f’erba’ taqsimiet. Kull taqsima għandha tkun isseparata bil-karattru “*”.
Iċ-ċifri kollha għandhom ikunu numriu Għarab. |
|
4.2.2. |
Eżempju ta’ Numru tal-Approvazzjoni għal dan ir-Regolament:
E11*83R09/01/FL*0123*01 L-ewwel estensjoni tal-Approvazzjoni numerata 0123, maħruġa mir-Renju Unit għas-Serje ta’ Emendi 09, is-Suppliment 01, li hija Approvazzjoni skont l-istandard tal-emissjonijiet “Euro 7A”. |
|
4.2.3. |
L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ta’ vettura ieħor. |
|
4.3. |
In-notifika dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.3.1. |
F’każ li t-test preżenti jiġi emendat, pereżempju, jekk jiġu preskritti valuri ta’ limitu ġodda, il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim għandhom ikunu mgħarrfa dwar liema tipi ta’ vetturi diġà approvati jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet il-ġodda. |
|
4.4. |
Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, b’mod li jolqot l-għajn u f’post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn: |
|
4.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni. |
|
4.4.2. |
In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, b’sing u bin-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku deskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
|
4.4.3. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandu jkun fiha ittra addizzjonali wara n-numru tal-approvazzjoni tat-tip, bl-iskop li tiddistingwi l-istandard tal-emissjonijiet li għalih ingħatat l-approvazzjoni. Din l-ittra għandha tiġi magħżula skont it-Tabella A3/1 tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.5. |
Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f’dak il-każ, ir-Regolament, in-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti tan-NU kollha, li abbażi tagħhom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.6. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u tkun b’tali mod li ma tistax titħassar. |
|
4.7. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanża tad-data tal-vettura. |
|
4.7.1. |
L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni. |
5. Speċifikazzjonijiet u testijiet
|
5.1. |
Ġenerali |
|
5.1.1. |
Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi l-ġodda kollha għandhom approvazzjoni tat-tip f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Dawn l-obbligi jinkludu r-rispett tal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip għall-verifika tal-konformità tal-produzzjoni; tal-konformità waqt is-servizz; tas-sistemi kontra t-tbagħbis, is-sigurtà u ċ-ċibersigurtà; u tal-apparati ta’ manipulazzjoni u tal-istrateġiji ta’ manipulazzjoni. Barra minn hekk, il-miżuri tekniċi meħuda mill-manifattur iridu jkunu tali li jiġi żgurat li l-emissjonijiet mit-tailpipe jkunu effettivament limitati, skont dan ir-Regolament, tul il-ħajja tal-vetturi skont il-kundizzjonijiet tat-test speċifikati f’dan ir-Regolament, ir-Regolament tan-NU Nru 154 u r-Regolament tan-NU Nru 168. Għal dan ir-Regolament, it-tul tal-ħajja jikkonsisti fit-tul tal-ħajja prinċipali estiż bit-tul tal-ħajja addizzjonali. Għall-vetturi fit-tul tal-ħajja addizzjonali, għandu jintuża multiplikatur tad-durabbiltà ta’ 1,2 għall-aġġustament tal-limiti tal-emissjonijiet għal inkwinanti gassużi. Għalhekk, il-miżuri ta’ konformità waqt is-servizz għandhom jiġu ċċekkjati għal perjodu sa 10 snin jew 200 000 km, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. Il-konformità waqt is-servizz għandha tiġi ċċekkjata, b’mod partikolari, għall-emissjonijiet mit-tailpipe ttestjati biex jiġi verifikat li jirrispettaw il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fir-Regolament tan-NU Nru 154. |
|
5.1.2. |
Il-manifatturi għandhom jiddisinjaw, jibnu u jarmaw vetturi biex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, mar-Regolament tan-NU Nru 154 u mar-Regolament tan-NU Nru 168. |
|
5.1.3. |
Riżervat |
|
5.1.4. |
Riżervat |
|
5.1.5. |
Riżervat |
|
5.1.6. |
Riżervat |
|
5.1.7. |
Riżervat |
|
5.2. |
Applikazzjoni tat-testijiet
It-Tabella A tindika d-diversi possibbiltajiet għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tip ta’ vettura. Tabella A - Rekwiżiti Applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-test għall-approvazzjoni tat-tip u l-estensjonijiet
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5.3. |
Deskrizzjoni tat-testijiet: |
|
5.3.1. |
Riżervat. |
|
5.3.2. |
Riżervat. |
|
5.3.3. |
Test tat-Tip 3 (li jivverifika l-emissjonijiet tal-gassijiet mill-kaxxa tal-krank). |
|
5.3.3.1. |
Sakemm ma jkunx meħtieġ test mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għall-fini tal-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jipprovdi, kif speċifikat fil-paragrafu 3.1.2.(c), dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mar-rekwiżiti tat-test tat-Tip 3 dwar l-emissjonijiet tal-gass mill-kaxxa tal-krank. Din id-dikjarazzjoni ta’ konformità tissostitwixxi r-rekwiżiti għall-ittestjar f’konformità ma’ dan ir-Regolament fl-approvazzjoni tat-tip.
Mudell għad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti tat-test tat-Tip 3 dwar l-emissjonijiet tal-gass mill-kaxxa tal-krank huwa stabbilit fl-Appendiċi 1 tal-Anness 2. Jekk dan it-test ikun meħtieġ mill-awtorità tal-approvazzjoni, pereżempju f’Konformità tal-Produzzjoni (ara l-paragrafu 8.), dan għandu jitwettaq fuq il-vetturi kollha msemmija fil-paragrafu 1. ħlief dawk li għandhom magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni. |
|
5.3.3.1.1. |
Il-vetturi li jistgħu jieħdu kemm petrol kif ukoll LPG jew NG jenħtieġ li jiġu ttestjati fit-test tat-Tip 3 bil-petrol biss. |
|
5.3.3.1.2. |
Minkejja r-rekwiżit tal-paragrafu 5.3.3.1.1., il-vetturi monofjuwil tal-gass jitqiesu għat-test tat-Tip 3 bħala vetturi li jistgħu jaħdmu biss bi fjuwil gassuż. |
|
5.3.3.2. |
Meta tiġi ttestjata f’konformità mal-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament, is-sistema ta’ ventilazzjoni tal-kaxxa tal-krank tal-magna ma għandhiex tippermetti l-emissjoni ta’ gassijiet mill-kaxxa tal-krank fl-atmosfera. |
|
5.3.4. |
Riżervat. |
|
5.3.5. |
Test tat-Tip 6 (li jivverifika l-emissjonijiet medji tal-egżost ta’ monossidu tal-karbonju u idrokarburi wara startjar kiesaħ f’temperatura ambjentali baxxa). |
|
5.3.5.1. |
Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi kollha msemmija fil-paragrafu 1. għajr dawk li għandhom magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni. |
|
5.3.5.1.1. |
Il-vettura titqiegħed fuq xażi dinamometriku mgħammar b’mezz ta’ simulazzjoni tat-tagħbija u tal-forza tal-inerzja. |
|
5.3.5.1.2. |
It-test juwa magħmul mill-erba’ ċikli tas-sewqan urbani elementari tal-Ewwel Parti tat-test tat-Tip I abbażi tal-NEDC. It-test tal-Ewwel Parti huwa deskritt fil-paragrafu 6.1.1. tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament u huwa muri fl-Illustrazzjoni A4a/1 tal-istess anness. It-test tat-temperatura ambjentali baxxa li jdum total ta’ 780 sekonda għandu jsir mingħajr interruzzjonijiet u jibda hekk kif tistartja l-magna. |
|
5.3.5.1.3. |
It-test tat-temperatura ambjentali baxxa għandu jsir f’temperatura ambjentali tat-test ta’ 266 K (-7 °C). Qabel ma jsir it-test, il-vetturi tat-test għandhom ikunu kkundizzjonati b’mod uniformi biex ikun żgurat li r-riżultati tat-test ikunu riproduċibbli. Il-kundizzjonament u proċeduri oħrajn tat-test jitwettqu kif deskritt fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament. |
|
5.3.5.1.4. |
Waqt it-test, il-gassijiet tal-egżost jiġu dilwiti u jinġabar kampjun proporzjonali. Il-gassijiet tal-egżost tal-vettura ttestjata jiġu dilwiti, jittieħed kampjun tagħhom u jiġu analizzati, skont il-proċedura deskritta fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jitkejjel il-volum totali tal-egżost dilwit. Il-gassijiet tal-egżost dilwiti jiġu analizzati għall-monossidu tal-karbonju u għall-idrokarburi totali. |
|
5.3.5.2. |
Soġġett għar-rekwiżiti fil-paragrafi 5.3.5.2.2. u 5.3.5.3., it-test għandu jsir tliet darbiet. Il-massa li tirriżulta mill-emissjoni tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarburi għandha tkun inqas mil-limiti indikati fit-Tabella 2.
Tabella 2 Limitu ta’ emissjoni għall-emmissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarburi mit-tailpipe wara startjar kiesaħ
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
5.3.5.2.1. |
Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.5.2., għal kull sustanza niġġiesa, mill-inqas tnejn mit-tliet riżultati tat-test iridu jkunu taħt il-limitu. Wieħed mir-riżultati tat-test jista’ jaqbeż il-limitu, iżda mhux b’aktar minn 10 fil-mija. Il-valur tal-medja aritmetika tat-tliet riżultati tat-test għal sustanza niġġiesa jrid ikun taħt il-limitu preskritt. Fejn il-limiti preskritti jinqabżu għal aktar minn sustanza niġġiesa waħda, ma tagħmilx differenza jekk dan jiġrix fl-istess test jew f’testijiet differenti. |
|
5.3.5.2.2. |
In-numru ta’ testijiet preskritti fil-paragrafu 5.3.5.2. jista’, fuq it-talba tal-manifattur, jiżdied għal 10 jekk il-medja aritmetika tal-ewwel tliet riżultati tkun inqas minn 110 fil-mija tal-limitu. F’dan il-każ, ir-rekwiżit wara l-ittestjar huwa biss li l-medja aritmetika tal-10 riżultati kollha għandha tkun inqas mill-valur ta’ limitu. |
|
5.3.5.3. |
In-numru ta’ testijiet preskritti fil-paragrafu 5.3.5.2. jista’ jitnaqqas skont il-paragrafi 5.3.5.3.1. u 5.3.5.3.2. |
|
5.3.5.3.1. |
Jekk ir-riżultat miksub għal kull sustanza niġġiesa tal-ewwel test ikun inqas minn jew daqs 0,70 L, għandu jsir test wieħed. |
|
5.3.5.3.2. |
Jekk ir-rekwiżit tal-paragrafu 5.3.5.3.1. ma jiġix issodisfat, isiru biss żewġ testijiet jekk, għal kull sustanza niġġiesa, ir-riżultat tal-ewwel test ikun inqas minn jew daqs 0,85 L u t-total tal-ewwel żewġ riżultati ikun inqas minn jew daqs 1,70 L u r-riżultat tat-tieni test ikun inqas minn jew daqs L.
(V1 ≤ 0.85 L u V1 + V2 ≤ 1.70 L u V2 ≤ L). |
6. Riżervat
7. Estensjonijiet għall-approvazzjonijiet tat-tip
|
7.1. |
Riżervat. |
|
7.2. |
Estensjonijiet għat-test f’temperaturi baxxi (test tat-Tip 6). |
|
7.2.1. |
Vetturi b’mases ta’ referenza differenti. |
|
7.2.1.1. |
L-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi estiża biss għal vetturi b’massa ta’ referenza li teħtieġ l-użu taż-żewġ kategoriji ogħla li jmiss ta’ inerzja ekwivalenti jew ta’ kwalunkwe kategorija ekwivalenti aktar baxxa ta’ inerzja. |
|
7.2.1.2. |
Għall-vetturi tal-kategorija N, l-approvazzjoni għandha tiġi estiża biss għal vetturi b’massa ta’ referenza aktar baxxa, jekk l-emissjonijiet tal-vettura diġà approvata jkunu fi ħdan il-limiti preskritti għall-vettura li għaliha qed tintalab l-estensjoni tal-approvazzjoni. |
|
7.2.2. |
Vetturi bi proporzjonijiet globali ta’ trażmissjoni differenti |
|
7.2.2.1. |
L-approvazzjoni tat-tip għandha tkun estiża għal vetturi bi proporzjonijiet ta’ trażmissjoni differenti taħt ċerti kundizzjonijiet biss. |
|
7.2.2.2. |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-approvazzjoni tat-tip tistax tiġi estiża, għal kull wieħed mill-proporzjonijiet ta’ trażmissjoni użati fit-test tat-Tip 6, għandu jiġi ddeterminat il-proporzjon,
(E) = |(V2 – V1)|/V1 fejn, b’veloċità tal-magna ta’ 1 000 min–1, V1 hija l-veloċità tat-tip ta’ vettura approvat u V2 hija l-veloċità tat-tip ta’ vettura li għalih qed tintalab l-estensjoni tal-approvazzjoni. |
|
7.2.2.3. |
Jekk, għal kull proporzjon ta’ trażmissjoni, E ≤ 8 fil-mija, l-estensjoni għandha tingħata mingħajr ma jiġi ripetut it-test tat-Tip 6. |
|
7.2.2.4. |
Jekk, għal mill-inqas proporzjon ta’ trażmissjoni wieħed, E > 8 fil-mija, u jekk, għal kull proporzjon tal-gerijiet, E ≤ 13 fil-mija, it-test tat-Tip 6 għandu jiġi ripetut. It-testijiet jistgħu jitwettqu f’laboratorju magħżul mill-manifattur soġġett għall-approvazzjoni tas-Servizz Tekniku. Ir-rapport tat-testijiet għandu jintbagħat lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
7.2.3. |
Vetturi b’mases ta’ referenza u proporzjonijiet ta’ trażmissjoni differenti
L-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi estiża għal vetturi b’mases ta’ referenza u bi proporzjonijiet ta’ trażmissjoni differenti, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha preskritti fil-paragrafi 7.2.1. u 7.2.2. |
8. Konformità tal-produzzjoni (COP -Conformity of production)
|
8.1. |
Kull vettura li jkollha marka tal-approvazzjoni kif preskritt skont dan ir-Regolament għandha tikkonforma, fir-rigward tal-komponenti li jaffettwaw l-emissjonijiet ta’ sustanżi niġġiesa mill-magna u l-emissjonijiet mill-kaxxa tal-krank, mat-tip ta’ vettura approvat. Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim tal-1958, (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), u b’mod partikolari ma’ dawn ir-rekwiżiti: |
|
8.1.1. |
Fejn applikabbli, għandu jitwettaq it-Test tat-Tip 3, kif deskritt fit-Tabella A ta’ dan ir-Regolament. Il-proċeduri speċifiċi għall-konformità tal-produzzjoni huma stabbiliti fil-paragrafu 8.2. |
|
8.1.2. |
Il-manifatturi ta’ volum żgħir huma eżentati mill-konformità tar-rekwiżiti tal-produzzjoni. |
|
8.2. |
Iċċekkjar tal-konformità tal-vettura għal test tat-Tip 3. |
|
8.2.1. |
Jekk tkun se titwettaq verifika tat-test tat-Tip 3, din għandha ssir f’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin: |
|
8.2.1.1. |
Meta l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tiddetermina li l-kwalità tal-produzzjoni tidher li mhijiex sodisfaċenti, għandha tittieħed vettura b’mod aleatorju mill-familja u tiġi soġġetta għat-testijiet deskritti fl-Anness 6. |
|
8.2.1.2. |
Il-produzzjoni għandha titqies li hija konformi jekk din il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tat-testijiet deskritti fl-Anness 6. |
|
8.2.1.3. |
Jekk il-vettura ttestjata ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8.2.1.1., għandu jittieħed kampjun aleatorju ieħor ta’ erba’ vetturi mill-istess familja u dawn għandom jiġu soġġetti għat-testijiet deskritti fl-Anness 6. It-testijiet jistgħu jitwettqu fuq vetturi li jkunu wettqu massimu ta’ 15 000 km mingħajr modifiki. |
|
8.2.1.4. |
Il-produzzjoni għandha titqies li hija konformi jekk mill-inqas tliet vetturi jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-testijiet deskritti fl-Anness 6. |
9. Konformità waqt is-servizz
|
9.1. |
Il-miżuri biex tiġi żgurata l-konformità waqt is-servizz ta’ vetturi tat-tip approvat skont dan ir-Regolament għandhom jittieħdu f’konformità mal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament għall-emissjonijiet mit-tailpipe u dawk evaporattivi, mal-Anness 5 għad-durabbiltà tal-batterija, mal-Anness 11 għall-awtonomija elettrika ta’ vetturi purament elettriċi f’temperaturi baxxi, mal-Anness 12 għall-emissjonijiet tal-brejkijiet u mal-Anness 13 għas-sistemi ta’ monitoraġġ abbord. |
|
9.2. |
Iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz tal-emissjonijiet tal-egżost u tal-emissjonijiet evaporattivi |
|
9.2.1. |
L-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz għandu jivverifika li l-emissjonijiet tal-egżost għajr is-CO2 u fakultattivament l-emissjonijiet evaporattivi jkunu effettivament limitati tul il-ħajja prinċipali u addizzjonali tal-vetturi. |
|
9.2.2. |
Il-konformità waqt is-servizz għandha tiġi ċċekkjata fuq vetturi miżmuma u użati kif suppost, f’konformità mal-Appendiċi 1 tal-Anness 4, bejn 15 000 km jew 6 xhur, skont liema minnhom isseħħ l-aħħar, u 200 000 km jew 10 snin, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel. Il-konformità waqt is-servizz għall-emissjonijiet evaporattivi għandha tiġi ċċekkjata fuq vetturi miżmuma u użati kif suppost, f’konformità mal-Appendiċi 1 tal-Anness 4, bejn 30 000 km jew 12-il xahar, skont liema minnhom isseħħ l-aħħar, u 200 000 km jew 10 snin, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel.
Ir-rekwiżiti għall-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz huma applikabbli sa 10 snin wara li jiġu rreġistrati l-aħħar vetturi ta’ familja ta’ konformità waqt is-servizz li tkun soġġetta għall-ittestjar skont il-paragrafu 9.2.3., kif definit fil-paragrafu 3 tal-Anness 4. |
|
9.2.3. |
L-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz ma għandux ikun obbligatorju jekk il-volum ta’ produzzjoni annwali ta’ familja ta’ konformità waqt is-servizz maħsuba għall-bejgħ fil-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-regolament kien ta’ inqas minn 5 000 vettura għas-sena kalendarja preċedenti. Għall-Unjoni Ewropea, dan għandu japplika għall-Unjoni kollha. Għal tali familji ta’ konformità waqt is-servizz, il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip rapport dwar kwalunkwe garanzija relatata mal-emissjonijiet u t-tiswija rilevanti kif stabbilit fil-paragrafu 4 tal-Anness 4. Tali familji ta’ konformità waqt is-servizz xorta jistgħu jintgħażlu sabiex jiġu ttestjati f’konformità mal-Anness 4. |
|
9.2.4. |
L-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz ma għandux ikun obbligatorju għall-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija lil vetturi prodotti minn manifatturi ta’ volum żgħir. |
|
9.2.5. |
Il-manifattur u l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandhom iwettqu l-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz f’konformità mal-Anness 4. Awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, servizzi tekniċi u atturi oħra jistgħu jwettqu partijiet mill-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz f’konformità mal-Anness 4. |
|
9.2.6. |
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tieħu d-deċiżjoni dwar jekk familja naqsitx milli tissodisfa d-dispożizzjonijiet tal-konformità waqt is-servizz, wara valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-paragrafu 6 tal-Anness 4 u tapprova l-pjan tal-miżuri ta’ rimedju ppreżentat mill-manifattur f’konformità mal-paragrafu 7 tal-Anness 4. |
|
9.2.7. |
Jekk awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, servizz tekniku jew atturi oħra jkunu stabbilew li familja ta’ konformità waqt is-servizz ma tgħaddix mill-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz, huma għandhom jinnotifikaw dan bla dewmien lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip.
Wara dik in-notifika, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tinforma lill-manifattur li familja ta’ konformità waqt is-servizz tfalli mill-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz. Il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 6. u 7. tal-Anness 4 għandhom jiġu segwiti mill-manifattur u mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip u l-manifattur għandu jistabbilixxi pjan ta’ miżuri ta’ rimedju u jissottomettih lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. |
|
9.2.8. |
Il-manifattur għandu jiżgura li, tul il-ħajja ta’ vettura li hija tat-tip approvat f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 154, ir-riżultati finali tal-emissjonijiet tal-RDE tagħha kif iddeterminati f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE u emessi fi kwalunkwe test tal-RDE mwettaq f’konformità ma’ dak ir-Regolament, ma jaqbżux il-limiti tal-emissjonijiet, meta jitqies il-multiplikatur tad-durabbiltà, kif speċifikat fil-paragrafu 5.1.1. , fejn applikabbli. |
|
9.3. |
Iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz tad-durabbiltà tal-batterija ġol-vettura għal OVC-HEVs u PEVs |
|
9.3.1. |
Il-konformità waqt is-servizz għad-durabbiltà tal-batterija għandha tiġi ċċekkjata fuq vetturi miżmuma u użati kif suppost, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness 5. |
|
9.4. |
Iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz tal-awtonomija elettrika ta’ vetturi purament elettriċi f’temperaturi baxxi |
|
9.4.1. |
Il-konformità waqt is-servizz għall-proporzjon tal-awtonomija elettrika ta’ vetturi purament elettriċi f’temperaturi baxxi għandha tiġi ċċekkjata fuq vetturi miżmuma u użati kif xieraq f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness 11, b’distanza totali (is-somma tad-distanza misjuqa kif irrapportata mill-odometru u d-distanza virtwali (jekk applikabbli) bejn 3 000 km u sa 40 000 km jew b’età tal-vettura sa sentejn, li tibda tgħodd mid-data tal-manifattura tal-vettura, skont liema tiġi l-ewwel. |
|
9.5. |
Iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz ta’ Emissjonijiet tal-brejkijiet |
|
9.5.1. |
Il-konformità waqt is-servizz għall-emissjonijiet tal-brejkijiet għandha tiġi ċċekkjata fuq vetturi miżmuma u użati kif suppost, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness 12. |
|
9.6. |
Iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz tas-sistemi OBM
Il-Manifatturi ta’ Volum Żgħir huma eżentati minn dawn ir-rekwiżiti |
|
9.6.1. |
Il-konformità waqt is-servizz għal OBM għandha tiġi ċċekkjata fuq vetturi miżmuma u użati kif suppost, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness 13, bejn 30 000 km jew 12-il xahar, skont liema minnhom isseħħ l-aħħar, u 200 000 km jew 10 snin, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel. |
10. Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni
|
10.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament, tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 8.1. jew jekk il-vettura jew il-vetturi meħuda ma jgħaddux mit-testijiet preskritti fil-paragrafu 8.1.1. |
|
10.2. |
Jekk Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hija għandha minnufih tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
11. Produzzjoni mwaqqfa għalkollox
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ tip ta’ vettura approvat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ kopji tal-formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.
12. Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u speċjali
|
12.1. |
Dispożizzjonijiet Ġenerali |
|
12.1.1. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 09, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi 09. |
|
12.2. |
Approvazzjonijiet tat-tip |
|
12.2.1. |
Mid-29 ta’ Novembru 2026, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjoni lil tipi ġodda ta’ vetturi biss jekk dawn ikunu konformi ma’ dan kollu li ġej:
|
|
12.2.2. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 09, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjoni tat-tip li ma tkunx ingħatat f’konformità mas-serje ta’ emendi 09 ta’ dan ir-Regolament. |
|
12.2.3. |
Mill-1 ta’ Jannar 2030, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjoni lil tipi ġodda ta’ vetturi biss jekk dawn ikunu konformi ma’:
|
|
12.2.4. |
Mill-1 ta’ Jannar 2030, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip għal vetturi li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 12.2.3. u r-rekwiżiti tal-paragrafu 3 tal-Appendiċi 5 tar-Regolament tan-NU Nru 154. |
|
12.2.5. |
Sat-30 ta’ Ġunju 2030, għal vetturi tal-kategorija M1 jew N1 prodotti minn manifatturi ta’ volum żgħir, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jaċċettaw approvazzjoni tat-tip ta’ tip ta’ vettura approvat skont is-serje preċedenti ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament. |
|
12.2.6. |
Mill-1 ta’ Lulju 2030, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjoni għal tipi ġodda ta’ vetturi minn manifatturi ta’ volum żgħir biss jekk jikkonformaw ma’:
|
|
12.2.7. |
Mill-1 ta’ Lulju 2030, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjoni tat-tip għal vetturi minn manifattur ta’ volum żgħir li ma jkunx ingħata għotja f’konformità mas-serje ta’ emendi 09 ta’ dan ir-Regolament. |
|
12.3. |
Dispożizzjonijiet għal vetturi bi skop speċjali |
|
12.3.1. |
Dispożizzjonijiet għal vetturi blindati
L-awtorità responsabbli tista’ tagħti approvazzjonijiet tat-tip inklużi eżenzjoni(jiet) tar-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament lil vetturi blindati f’konformità mal-paragrafu 2.5.2. tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), jekk il-manifattur juri li l-vettura ma tistax tissodisfa r-rekwiżiti minħabba l-iskop speċjali tagħha. It-tip ta’ vettura bi skop speċjali u l-eżenzjonijiet mogħtija jridu jiġu deskritti fil-punt 1.0. tat-taqsima I taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. Ir-rekwiżiti dwar il-konformità waqt is-servizz f’konformità mal-paragrafu 9. ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal vetturi blindati. |
|
12.3.2. |
Dispożizzjonijiet għal karozzi tal-mejtin
Ir-rekwiżiti dwar il-konformità waqt is-servizz f’konformità mal-paragrafu 9. ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għall-karozzi tal-mejtin f’konformità mal-paragrafu 2.5.4. tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3). |
13. Ismijiet u indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni, u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra (5).
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.7, il-paragrafu 2. – www.unece.org/transport/vehicle-regulations/wp29/resolutions.
(2) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.7, Anness 3 – www.unece.org/transport/vehicle-regulations/wp29/resolutions.
(5) Din il-komunikazzjoni għandha ssir permezz ta’ “343-app” li hija disponibbli fuq: https://apps.unece.org/WP29_application.
ANNESS 1
Karatteristiċi tal-magna u tal-vettura u informazzjoni dwar it-twettiq tat-testijiet
L-informazzjoni li ġejja, meta applikabbli, għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej.
Jekk ikun hemm disinji, dawn għandhom ikunu fi skala xierqa u juru dettall suffiċjenti; għandhom jiġu ppreżentati f’format A4 jew jintwew f’dak il-format. F’każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandhom ikunu f’dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom għandha tiġi pprovduta.
Nota: in-numerazzjoni tal-paragrafi f’dan l-anness apposta mhix sekwenzjali xi kultant.
0.
Ġenerali
0.1.
L-għamla (isem l-intrapriża): …
0.2.
Tip: …
0.2.1.
L-isem/ismijiet kummerċjali, jekk ikun(u) disponibbli: …
0.2.3.1.
Familja ta’ interpolazzjoni (skont ir-Regolament tan-NU Nru 154): …
0.2.3.3.
Identifikatur tal-familja tal-PEMS (skont ir-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE (jekk applikabbli) …
0.2.3.4.
Familja tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq …
0.3.
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: (1)….
0.3.1.
Il-post ta’ dak l-immarkar: …
0.4.
Kategorija tal-vettura: (2)….
0.5.
L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …
0.8.
L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …
0.9.
L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur fejn ikun xieraq: ……
2.
Il-mases u d-dimensjonijiet (3) (f’kg u mm) (fejn ikun applikabbli, irreferi għad-disinn) …
2.6.
Massa tal-vettura bil-karozzerija u, fil-każ ta’ vettura tal-irmonk ta’ kategorija għajr għal M1, b’apparat tal-akkoppjament, jekk installat mill-manifattur, f’kundizzjoni ta’ sewqan, jew massa tax-xażi jew xażi bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew apparat tal-akkoppjament jekk il-manifattur ma jinstallax il-karozzerija u/jew l-apparat tal-akkoppjament (inklużi likwidi, għodda, stepni, jekk ikunu installati, u s-sewwieq u, għal karozzi tal-linja u kowċis, membru tal-ekwipaġġ jekk fil-vettura jkun hemm sit għall-membru tal-ekwipaġġ) (4) (massimu u minimu għal kull varjant): …
3.
Deskrizzjoni tal-konvertituri tal-enerġija u tal-impjant tal-enerġija. (7) (Fil-każ ta’ vettura li tista’ taħdem bil-petrol, bid-diżil, eċċ., jew ukoll f’kombinazzjoni ma’ fjuwil ieħor, il-punti għandhom jiġu ripetuti. (8)) …
3.1.
Manifattur tal-Magna: …
3.1.1.
Kodiċi mogħti lill-magna mill-manifattur (kif immarkat fuq il-magna, jew xi mezz ieħor ta’ identifikazzjoni): …
3.2.
Magna tal-kombustjoni interna: …
3.2.1.
Informazzjoni speċifika dwar il-magna: …
3.2.1.1.
Prinċipju tat-tħaddim: Tqabbid bi spark/tqabbid bil-kompressjoni, ċiklu four-stroke/two-stroke/rotattiv (9)
3.2.1.3.
Ċilindrata tal-magna (10): …cm3
3.2.1.6.
Veloċità tal-magna fuq idle normali (11): …
3.2.1.6.1.
Veloċità idle għolja tal-magna: (11)…
3.2.1.7.
Kontenut tal-monossidu tal-karbonju skont il-volum fil-gass tal-egżost tal-manifattur, magni ta’ tqabbid bi spark biss) (11) …fil-mija
3.2.13.
Il-post tas-simbolu tal-koeffiċjent ta’ assorbiment (magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni biss): …
3.2.15.
Sistema ta’ forniment tal-LPG: iva/le …
3.2.16.
Sistema ta’ forniment tal-NG: iva/le (9)
3.2.18.
Sistema ta’ forniment tal-idroġenu: iva/le (9)
3.4.
Il-kombinazzjonijiet ta’ magni jew ta’ muturi
3.4.1.
Vettura Elettrika Ibrida: iva/le (9)
3.4.2.
Il-kategorija tal-vettura Elettrika Ibrida: Iċċarġjar Mhux Fuq l-Vettura / Iċċarġjar Fuq il-Vettura (9)
3.4.3.
Swiċċ tal-mod operattiv: bi/mingħajr (9)
3.4.3.1.
Modi li jistgħu jintgħażlu …
3.4.3.1.1.
Elettriku biss: iva/le (9)
3.4.3.1.2.
Konsum tal-fjuwil biss: iva/le (9)
3.4.3.1.3.
Modi ibridi: iva/le (jekk iva, deskrizzjoni qasira)
3.4.5.
Il-magni elettriċi (iddeskrivi kull tip ta’ magna elettrika separatament)
3.4.5.1.
Għamla: …
3.4.5.2.
Tip: …
3.4.5.3.
Użu primarju: mutur ta’ trazzjoni/ġeneratur
4.
Trażmissjoni (12)
4.5.
Il-gearbox: …
4.5.1.
It-tip (manwali/awtomatika/CVT (trażmissjoni kontinwament varjabbli)9 …
4.6.
Il-proporzjonijiet tal-gerijiet …|
Indiċi |
Il-proporzjonijiet interni tal-gearbox (il-proporzjonijiet ta’ rivoluzzjonijiet tal-magna mar-rivoluzzjonijiet tax-xaft tal-output tal-gearbox) |
Proporzjonijiet finali tal-propulsjoni (proporzjon tar-rivoluzzjonijiet tax-xaft tal-output tal-gearbox mar-rivoluzzjonijiet tar-rota motorizzata) |
Proporzjonijiet tal-gerijiet totali |
|
Il-Massimu għal Trażmissjoni Kontinwament Varjabbli (CVT - Continuously Variable Transmission) |
|
|
|
|
1 |
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
4, 5, oħrajn |
|
|
|
|
Minimu għal CVT |
|
|
|
|
Riversjar |
|
|
|
6.
Sospensjoni …
6.6.
Tajers u roti …
6.6.1.
Il-kombinazzjoni(jiet) tat-tajers/tar-roti|
(a) |
… |
Għall-possibbiltajiet kollha tat-tajers indika d-deżinjazzjoni tad-daqs, l-indiċi tal-kapaċità ta’ tagħbija, is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità;
|
(b) |
… |
Għat-tajers tal-kategorija Z maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi li l-veloċità massima tagħhom taqbeż it-300 km/h għandha tiġi pprovduta informazzjoni ekwivalenti; għar-roti indika d-daqs(ijiet) tar-rimm u l-offset(s).
6.6.1.1.
Fusien
6.6.1.1.1.
Fus 1: …
6.6.1.1.2.
Fus 2: …
6.6.1.1.3.
Fus 3: …
6.6.1.1.4.
Fus 4: …eċċ.
6.6.2.
Il-limiti ta’ fuq u ta’ isfel tar-raġġi/ċirkonferenza tad-dawrien: (13)
6.6.2.1.
Fusien
6.6.2.1.1.
Fus 1: …
6.6.2.1.2.
Fus 2: …
6.6.2.1.3.
Fus 3: …
6.6.2.1.4.
Fus 4: …eċċ.
6.6.3.
Il-pressjoni(jiet) tat-tajers kif rakkomandat(i) mill-manifattur: …kPa
(1) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip fih karattri li ma humiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tip tal-vettura, il-komponenti jew l-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??)
(2) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, il-paragrafu 2. –
https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions
(3) Meta jkun hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, iż-żewġ settijiet ta’ mases u dimensjonijiet iridu jiġu ddikjarati.
(4) Il-massa tas-sewwieq u, jekk ikun applikabbli, tal-membru tal-ekwipaġġ tiġi stmata bħala 75 kg (sottodiviżi fi 68 kg ta’ massa tal-okkupant u f’7 kg ta’ massa tal-bagalji skont l-Istandard ISO 2416 – 1992), it-tank tal-fjuwil ikun mimli 90 fil-mija u s-sistemi l-oħrajn li jkun fihom likwidi (ħlief dawk għall-ilma użat) ikunu mimlija 100 fil-mija tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur.
(5) Għal trejlers jew għal semitrejlers, u għal vetturi mqabbda bi trejler jew b’semitrejler, li japplikaw tagħbija vertikali sinifikanti fuq l-apparat ta’ akkoppjament jew fuq in-nagħla, din it-tagħbija, diviża bl-aċċellerazzjoni standard tal-gravità, hija inkluża fil-massa massima teknikament permissibbli.
(6) Jekk jogħġbok niżżel hawnhekk il-valuri superjuri u inferjuri għal kull varjant.
(7) Fil-każ ta’ magni u ta’ sistemi mhux konvenzjonali, il-manifattur għandu jipprovdi dettalji ekwivalenti għal dawk imsemmija hawn fuq.
(8) Il-vetturi monofjuwil tal-gass jitqiesu għat-test bħala vetturi li jistgħu jaħdmu biss bi fjuwil gassuż.
(9) Ingassa dak li ma japplikax.
(10) Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat (π = 3,1416) u arrotondat sal-eqreb cm3.
(11) Speċifika t-tolleranza.
(12) Id-dettalji speċifikati jridu jingħataw għal kwalunkwe varjant propost.
(13) Speċifika wieħed jew l-ieħor.
Anness 1 - Appendiċi 1
Rapport tat-test
Rapporti tat-Testijiet
Rapport tat-Test huwa r-rapport maħruġ mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet skont dan ir-Regolament.
L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, hija d-data minima meħtieġa
Numru tar-rapport
|
APPLIKANT |
|
||
|
Manifattur |
|
||
|
SUĠĠETT |
… |
||
|
Oġġett sottomess għat-testijiet |
|||
|
|
Għamla |
: |
|
|
|
Tip |
: |
|
|
KONKLUŻJONI |
L-oġġett sottomess għat-testijiet huwa konformi mar-rekwiżiti msemmija fis-suġġett. |
||
|
post, |
JJ/XX/SSSS |
Noti ġenerali:
Jekk ikun hemm diversi għażliet (referenzi), dik li tiġi ttestjata jenħtieġ li tiġi deskritta fir-rapport tat-test
Jekk ma jkunx hemm, referenza waħda għad-dokument ta’ informazzjoni fil-bidu tar-rapport tat-test tista’ tkun biżżejjed.
Kull Servizz Tekniku huwa liberu li jinkludi xi informazzjoni addizzjonali.
Il-karattri huma inklużi fit-taqsimiet tar-rapport tat-test relatati ma’ tipi speċifiċi ta’ vetturi, kif ġej:
|
“(a)” |
Speċifika għal vetturi b’magna ta’ tqabbid bi spark |
|
“(b)” |
Speċifika għal vetturi b’magna ta’ tqabbid bil-kompressjoni |
1. Deskrizzjoni tal-vettura/i ttestjata/i
|
1.1. |
Ġenerali
|
|
1.1.1. |
Arkitettura tas-Sistema tal-Motopropulsjoni
|
|
1.1.2. |
Magna tal-kombustjoni interna
Għal aktar minn ICE waħda, jekk jogħġbok irrepeti l-punt
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1.1.3. |
Fjuwil tat-test
Għal aktar minn fjuwil tat-test wieħed, jekk jogħġbok irrepeti l-punt
|
|
1.1.4. |
Sistema ta’ alimentazzjoni tal-fjuwil (jekk applikabbli)
Għal aktar minn sistema waħda ta’ alimentazzjoni tal-fjuwil, jekk jogħġbok irrepeti l-punt
|
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
1.1.5. |
Sistema tad-dħul (jekk applikabbli)
Għal aktar minn sistema tad-dħul waħda, jekk jogħġbok irrepeti l-punt
|
|
1.1.6. |
Sistema tal-egżost u sistema antievaporattiva (jekk applikabbli)
Għal aktar minn waħda, jekk jogħġbok irrepeti l-punt
|
|
1.1.8. |
Trażmissjoni (jekk applikabbli)
Għal aktar minn Trażmissjoni waħda, jekk jogħġbok irrepeti l-punt
Proporzjonijiet tat-trażmissjoni (R.T.), proporzjonijiet primarji (R.P.) u (veloċità tal-vettura (km/h)) / (veloċità tal-magna (1000 (min–1)) (V1000) għal kull wieħed mill-proporzjonijiet tal-gearbox (R.B.).
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1.1.9. |
Magna elettrika (jekk applikabbli)
Għal aktar minn Magna Elettrika waħda, jekk jogħġbok irrepeti l-punt
|
|
1.1.10. |
REESS ta’ Trazzjoni (jekk applikabbli)
Għal aktar minn REESS ta’ Trazzjoni waħda, jekk jogħġbok irrepeti l-punt
|
|
1.1.12. |
Elettronika tal-potenza (jekk applikabbli)
Tista’ tkun aktar minn PE waħda (konvertitur tal-propulsjoni, sistema b’vultaġġ baxx jew ċarġer)
|
|
1.2. |
Deskrizzjoni tal-vettura |
|
1.2.1. |
Massa
|
|
1.2.2. |
Parametri tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq
|
2. Riżultati tat-testijiet
|
2.3. |
Test tat-tip 3 (a)
Emissjonijiet ta’ gassijiet mill-kaxxa tal-krank fl-atmosfera: xejn |
|
2.7. |
Test tat-Tip 6 (a)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
ANNESS 2
Komunikazzjoni
(format massimu: A4 (210 x 297 mm))
|
|
maħruġa minn: |
Isem l-amministrazzjoni: … … … |
|
(1) In-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni fir-Regolament). |
||
|
Li tikkonċerna: (2) |
Approvazzjoni mogħtija Approvazzjoni estiża Approvazzjoni rrifjutata Approvazzjoni rtirata Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
(2) Ingassa dak li ma japplikax. |
|
ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-emissjonijiet tal-inkwinanti tal-gass mill-magna skont is-serje ta’ emendi 09 tar-Regolament tan-NU Nru 83
Nru tal-Approvazzjoni …
Raġuni għall-estensjoni : …
Taqsima I
|
Nota: |
in-numerazzjoni tal-paragrafi f’dan l-anness apposta mhix sekwenzjali xi kultant. |
|
0.1. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
|
0.2. |
Tip: … |
|
0.2.1. |
Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): … |
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (3) |
|
0.3.1. |
Il-post ta’ dak l-immarkar: … |
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura: (4)… |
|
0.5. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur: … |
|
0.8. |
L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: … |
|
0.9. |
Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: … |
|
1.0 |
Rimarki: … |
Taqsima II
|
1. |
Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): (ara l-addendum) |
|
2. |
Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: … |
|
3. |
Data tar-rapport tat-test: … |
|
4. |
Numru tar-rapport tat-test: … |
|
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): (ara t-Taqsima 3 tal-addendum) |
|
6. |
Post: … |
|
7. |
Data: … |
|
8. |
Firma: …
|
(1) In-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni fir-Regolament).
(2) Ingassa dak li ma japplikax.
(3) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tal-vettura, tal-komponent jew tat-tipi ta’ unitajiet tekniċi separati koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, tali karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
(4) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.7, il-paragrafu 2. – https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions.
Addendum tal-komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-emissjonijiet tal-egżost skont ir-Regolament tan-NU Nru 83, is-serje ta’ emendi 09
|
Nota: |
in-numerazzjoni tal-paragrafi f’dan l-addendum apposta mhix sekwenzjali xi kultant. |
1.
Informazzjoni addizzjonali
1.1.
Massa tal-vettura kundizzjoni ta’ sewqan: …
1.2.
Il-massa ta’ referenza tal-vettura: …
1.3.
Il-massa massima tal-vettura: …
1.7.
Roti motorizzati: quddiem, wara, 4 x 4 (1)
1.9.
Vettura elettrika ibrida: iva/le (1)
1.9.1.
Kategorija tal-vettura Elettrika Ibrida: Iċċarġjar Mhux Fuq il-Vettura (OVC - Off Vehicle Charging)/Iċċarġjar Fuq il-Vettura (NOVC - Vehicle Charging) (1)
1.9.2.
Swiċċ tal-mod operattiv: bi/mingħajr (1)
1.10.
Identifikazzjoni tal-magna: …
1.10.1.
L-ispostament (ċilindrata) tal-magna: …
1.10.2.
Sistema tal-provvista tal-fjuwil: injezzjoni diretta/injezzjoni indiretta (1)
1.10.3.
Fjuwil rakkomandat mill-manifattur: …
1.10.4.
Potenza massima: … kW bi …min-1
1.10.5.
Apparat għall-iċċarġjar tal-pressjoni: iva/le (1)
1.10.6.
Sistema tat-tqabbid: tqabbid bil-kompressjoni / tqabbid bi spark (1)
1.11.
Sistema tal-motopropulsjoni elettrika (għal vettura purament elettrika jew għal vettura elettrika ibrida) (1)
1.11.1.
Potenza netta massima: …kW, bi: … sa . …min-1
1.11.2.
Potenza massima fuq tletin minuta: …kW
1.11.3.
Torque nett massimu: …Nm, bi …min-1
1.12.
Batterija tat-trazzjoni (għal vettura purament elettrika jew għal vettura elettrika ibrida)
1.12.1.
Vultaġġ nominali: …V
1.12.2.
Kapaċità (rata ta’ sagħtejn): …Ah
1.13.
Trażmissjoni
1.13.2.
Numru ta’ proporzjonijiet tal-gerijiet: …
1.13.3.
Proporzjon tal-gerijiet totali (inklużi ċ-ċirkonferenzi tad-dawrien tat-tajers mgħobbija): il-veloċitajiet fit-triq għal kull 1 000 min-1 (km/h)|
L-ewwel ger: … |
Is-sitt ger: … |
|
It-tieni ger: … |
Is-seba’ ger: … |
|
It-tielet ger: … |
It-tmien ger: … |
|
Ir-raba’ ger: … |
Overdrive: … |
|
Il-ħames ger: … |
|
1.13.4.
Proporzjon tat-trażmissjoni finali: …
1.14.
Tajers: …
1.14.1.
Tip: …
1.14.2.
Dimensjonijiet: …
1.14.3.
Ċirkonferenza tad-dawrien meta mgħobbija: …
2.
Riżultati tat-testijietTip 3 (jekk applikabbli): …
Tip 6:
|
Tip 6 |
CO (mg/km) |
THC (mg/km) |
|
Valur imkejjel |
|
|
3.
Rimarki: …
(1) Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’gearboxes li jaqilbu awtomatikament, agħti d-data teknika kollha rilevanti għalihom.
Anness 2 – Appendiċi 1
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti tat-Tip 3
(Manifattur): …..
(Indirizz tal-manifattur): …..
Jiddikjara li l-vetturi koperti minn din l-approvazzjoni/il-vetturi elenkati fl-Anness I ta’ din id-dikjarazzjoni (1) jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-Tip 3:
[ ] hija installata sistema magħluqa tal-kaxxa tal-krank.
[ ] l-emissjonijiet mill-kaxxa tal-krank jiġu diretti direttament jew indirettament lejn it-tailpipe tal-vettura.
[ ] l-emissjonijiet mill-kaxxa tal-krank jiġu diretti lejn kwalunkwe sistema oħra li tipprevjeni l-emissjonijiet tal-gassijiet mill-kaxxa tal-krank fl-atmosfera.
Magħmul fi [….. Post]
Fi [ …..Data]
[Isem u firma tal-persuna awtorizzata mill-Manifattur jew ir-Rappreżentant tal-Manifattur]
Dokumenti mehmuża
Anness I: It-Tip(i), il-Familja/i ta’ Vettura/i jew il-vetturi deskritti minn deskrittur(i) ieħor/oħra tal-vetturi li għalihom tapplika din id-dikjarazzjoni (jekk applikabbli).
(1) Ħassar dak li mhux applikabbli.
Anness 2 – Appendiċi 2
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti ta’ kontra t-tbagħbis, tas-sigurtà u taċ-ċibersigurtà għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet
(Manifattur): …..
(Indirizz tal-manifattur): …..
Jiddikjara li:
|
1. |
Il-vetturi koperti b’din l-approvazzjoni/il-vetturi elenkati fl-Anness I ta’ din id-dikjarazzjoni (1) huma konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tan-NU Nru 83 relatat mal-ġlieda kontra t-tbagħbis, mas-sigurtà u maċ-ċibersigurtà; |
|
2. |
Id-dokumentazzjoni tal-informazzjoni kontra t-tbagħbis, tas-sigurtà u taċ-ċibersigurtà fl-Anness II ta’ din id-dikjarazzjoni li tiddeskrivi l-kriterji tekniċi dettaljati mehmuża ma’ din id-dikjarazzjoni hija korretta u kompluta għall-vetturi kollha li għalihom tapplika din id-dikjarazzjoni; |
|
3. |
L-Anness III ta’ din id-dikjarazzjoni jelenka kwalunkwe eżenzjoni applikabbli għal dawn il-vetturi relatati mad-dispożizzjonijiet kontra t-tbagħbis, tas-sigurtà u taċ-ċibersigurtà stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
Magħmul fi [….. Post ]
Nhar [….. Data]
[Isem u firma tal-persuna awtorizzata mill-Manifattur jew ir-Rappreżentant tal-Manifattur]
Dokumenti mehmuża
Anness I: Lista ta’ Tip(i) ta’ Vettura/i, Familja/i jew deskrittur(i) ieħor/oħra tal-vettura fir-rigward tal-emissjonijiet li għalihom tapplika din id-dikjarazzjoni
Anness II: Pakkett ta’ dokumentazzjoni tas-sistema kontra t-tbagħbis, tas-sigurtà u taċ-ċibersigurtà
Anness III: lista ta’ kwalunkwe eżenzjoni u/jew defiċjenza applikabbli għal dawn il-vetturi relatati mad-dispożizzjonijiet tas-sistema kontra t-tbagħbis, tas-sigurtà u taċ-ċibersigurtà stabbiliti fir-Regolament tan-NU Nru 83
(1) Ħassar dak li mhux applikabbli.
Anness 2 – Appendiċi 3
Dan l-appendiċi huwa applikabbli għal manifatturi ta’ volum żgħir
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-Rekwiżiti tat-Tip 6
(Manifattur): …..
(Indirizz tal-manifattur): …..
Jiddikjara li:
Il-vetturi koperti minn din l-approvazzjoni / il-vetturi elenkati fl-Anness I ta’ din id-dikjarazzjoni (1) huma konformi mar-rekwiżiti tat-Tip 6 rigward l-emissjonijiet tal-egżost f’temperatura ambjentali baxxa għall-emissjonijiet tal-komposti gassużi f’konformità mal-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament.
Magħmul fi [….. Post]
Nhar [….. Data]
[Isem u firma tal-persuna awtorizzata mill-Manifattur jew ir-Rappreżentant tal-Manifattur]
Dokumenti mehmuża
Anness I: It-Tip(i), il-Familja/i ta’ Vettura/i jew il-vetturi deskritti minn deskrittur(i) ieħor/oħra tal-vetturi li għalihom tapplika din id-dikjarazzjoni (jekk applikabbli).
(1) Ħassar dak li mhux applikabbli.
Anness 2 – Appendiċi 4
Dan l-appendiċi huwa applikabbli għal manifatturi ta’ volum żgħir
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-Rekwiżiti tat-Tip 1
(Manifattur): …..
(Indirizz tal-manifattur): …..
Jiddikjara li:
Il-vetturi koperti minn din l-approvazzjoni / il-vetturi elenkati fl-Anness I ta’ din id-dikjarazzjoni (1) huma konformi mar-rekwiżiti tat-Tip 1 tad-WLTP f’konformità mal-Anness B6 tar-Regolament tan-NU Nru 154.
Magħmul fi [….. Post]
Nhar [….. Data]
[Isem u firma tal-persuna awtorizzata mill-Manifattur jew ir-Rappreżentant tal-Manifattur]
Dokumenti mehmuża
Anness I: It-Tip(i), il-Familja/i ta’ Vettura/i jew il-vetturi deskritti minn deskrittur(i) ieħor/oħra tal-vetturi li għalihom tapplika din id-dikjarazzjoni (jekk applikabbli).
(1) Ħassar dak li mhux applikabbli.
Anness 2 – Appendiċi 5
Dan l-appendiċi huwa applikabbli għal manifatturi ta’ volum żgħir
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-Rekwiżiti tat-Tip 4
(Manifattur): …..
(Indirizz tal-manifattur): …..
Jiddikjara li:
Il-vetturi koperti minn din l-approvazzjoni / il-vetturi elenkati fl-Anness I ta’ din id-dikjarazzjoni (1) huma konformi mar-rekwiżiti tat-Tip 4 rigward l-emissjonijiet evaporattivi f’konformità mal-Anness C3 tar-Regolament tan-NU Nru 154.
Magħmul fi [….. Post]
Nhar [….. Data]
[Isem u firma tal-persuna awtorizzata mill-Manifattur jew ir-Rappreżentant tal-Manifattur]
Dokumenti mehmuża
Anness I: It-Tip(i), il-Familja/i ta’ Vettura/i jew il-vetturi deskritti minn deskrittur(i) ieħor/oħra tal-vetturi li għalihom tapplika din id-dikjarazzjoni (jekk applikabbli).
(1) Ħassar dak li mhux applikabbli.
Anness 2 – Appendiċi 6
Dan l-appendiċi huwa applikabbli għal manifatturi ta’ volum żgħir
Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mat-test tal-laboratorju għall-proporzjon tal-awtonomija purament elettrika f’temperatura baxxa għal Vetturi Purament Elettriċi
(Manifattur): …..
(Indirizz tal-manifattur): …..
Jiddikjara li:
Il-vetturi koperti minn din l-approvazzjoni / il-vetturi elenkati fl-Anness I ta’ din id-dikjarazzjoni (1) huma konformi mar-rekwiżiti dwar it-test fil-laboratorju għall-awtonomija elettrika f’temperatura baxxa għal Vetturi Purament Elettriċi f’konformità mal-Anness B10 tar-Regolament tan-NU Nru 154.
Magħmul fi [….. Post]
Nhar [….. Data]
[Isem u firma tal-persuna awtorizzata mill-Manifattur jew ir-Rappreżentant tal-Manifattur]
Dokumenti mehmuża
Anness I: It-Tip(i), il-Familja/i ta’ Vettura/i jew il-vetturi deskritti minn deskrittur(i) ieħor/oħra tal-vetturi li għalihom tapplika din id-dikjarazzjoni (jekk applikabbli).
(1) Ħassar dak li mhux applikabbli.
Anness 2 – Appendiċi 7
Dan l-appendiċi huwa applikabbli għal manifatturi ta’ volum żgħir
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-Rekwiżiti għad-Determinazzjoni tal-Enerġija
(Manifattur): …..
(Indirizz tal-manifattur): …..
Jiddikjara li:
Il-vetturi koperti minn din l-approvazzjoni / il-vetturi elenkati fl-Anness I ta’ din id-dikjarazzjoni (1) huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 85 u, fejn applikabbli, mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 177.
Magħmul fi [….. Post]
Nhar [….. Data]
[Isem u firma tal-persuna awtorizzata mill-Manifattur jew ir-Rappreżentant tal-Manifattur]
Dokumenti mehmuża
Anness I: It-Tip(i), il-Familja/i ta’ Vettura/i jew il-vetturi deskritti minn deskrittur(i) ieħor/oħra tal-vetturi li għalihom tapplika din id-dikjarazzjoni (jekk applikabbli).
(1) Ħassar dak li mhux applikabbli.
ANNESS 3
Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni
Fil-marka tal-approvazzjoni maħruġa u mwaħħla ma’ vettura f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan ir-Regolament, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun akkumpanjat minn karattru tal-emissjoni assenjat skont it-Tabella A3/1 ta’ dan l-anness, li jkun jirrifletti l-kategorija u l-klassi tal-vetturi li l-approvazzjoni hija limitata għalihom.
Dan l-anness jiddeskrivi d-dehra ta’ din il-marka u jagħti eżempju ta’ kif għandha tkun komposta.
Il-grafika skematika li ġejja tippreżenta t-tqassim, il-proporzjonijiet u l-kontenut ġenerali tal-immarkar. It-tifsira tan-numri u tal-karattri alfabetiċi huma identifikati, u jissemmew ukoll is-sorsi li jiddeterminaw l-alternattivi korrispondenti għal kull każ ta’ approvazzjoni.
a = 8 mm (minimu)
Il-grafiċi li ġejjin huma eżempji prattiċi ta’ kif jenħtieġ li jkun kompost l-immarkar.
Eżempju 1
Il-marka tal-approvazzjoni preċedenti mwaħħla ma’ vettura f’konformità mal-paragrafu 4. ta’ dan ir-Regolament turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fir-Renju Unit (E 11), skont ir-Regolament tan-NU Nru 83 bin-numru tal-approvazzjoni 2439, kif iddefinit fit-Taqsima 3 tal-paragrafu 4.2.1. ta’ dan ir-Regolament. Din il-marka tindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament bis-serje ta’ emendi 09 inkorporata. Barra minn hekk, il-karattru (FL) jindika li l-vettura tappartjeni għal vettura li tissodisfa l-istandard tal-emissjonijiet Euro 7A.
Eżempju 2
Il-marka tal-approvazzjoni preċedenti mwaħħla ma’ vettura f’konformità mal-paragrafu 4. ta’ dan ir-Regolament turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4), skont:
|
(a) |
Ir-Regolament tan-NU Nru 83 bin-numru tal-approvazzjoni 0925, kif definit fit-Taqsima 3 tal-paragrafu 4.2.1. ta’ dan ir-Regolament. Din il-marka tindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament bis-serje ta’ emendi 09 inkorporata. Barra minn hekk, l-ittra ta’ akkumpanjament FL tindika li l-vettura tappartjeni għal vettura li tissodisfa l-istandard tal-emissjonijiet Euro 7A. |
|
(b) |
Ir-Regolament tan-NU Nru 154 bin-numru tal-approvazzjoni 0807. Din il-marka tindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament bis-serje ta’ emendi 04 inkorporata. Barra minn hekk, il-kodiċi ta’ akkumpanjament (1A) jindika li l-vettura hija approvata għal-Livell 1A (Ewropa). |
|
(c) |
Ir-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE bin-numru tal-approvazzjoni 1102. Din il-marka tindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament bis-serje ta’ emendi 01 inkorporata. Barra minn hekk, il-kodiċi ta’ akkumpanjament (1A) jindika li l-vettura hija approvata għal-Livell 1A (Ewropa). |
|
(d) |
Ir-Regolament tan-NU Nru 177 bin-numru tal-approvazzjoni 0818. Din il-marka tindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament bis-serje ta’ emendi 01 inkorporata. |
|
(e) |
Ir-Regolament tan-NU Nru 180 dwar l-OBM/EVP bin-numru tal-approvazzjoni 0713. Din il-marka tindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament fil-verżjoni oriġinali tiegħu. |
|
(f) |
Ir-Regolament tan-NU Nru 179 dwar l-emissjonijiet tal-partikoli tal-brejkijiet bin-numru tal-approvazzjoni 0909. Din il-marka tindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament fil-verżjoni oriġinali tiegħu. Tabella A3/1 Ittri b’referenza għall-istandard tal-emissjonijiet u għall-kategorija tal-vetturi (*1)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Tabella A3/2
Tabella tas-subkarattri b’referenza għall-kategorija tal-vettura u għas-sistema tal-motopropulsjoni
|
Subkarattru |
Deskrizzjoni |
Kategorija tal-vettura (7) |
Sistema ta’ motopropulsjoni |
|
MA |
R154-04 |
M1, N1 |
ICEV |
|
ME |
R154-04 UF EC (6) |
M1, N1 |
NOVC-HEV, OVC-HEV |
|
MB |
R154-04 |
N2 |
ICEV |
|
MF |
R154-04 UF EC (6) |
N2 |
NOVC-HEV, OVC-HEV |
|
ME |
R154-04 |
M1, N1 |
PEV, FCHV |
|
MF |
R154-04 |
N2 |
PEV, FCHV |
|
MG |
R154-04 – B’OBFCM-2 (8) |
M1, N1, N2 |
Kollha |
|
NA |
R154-04 |
M1 (SVM), N1 (SVM) |
Kollha |
|
NB |
R154-04 |
N2 (SVM) |
Kollha |
|
(6) Għall-OVC-HEVs li jużaw il-fattur ta’ utilità mill-Euro 6e-bis-FCM (EC), l-applikazzjoni tal-parametru dnec għad-determinazzjoni tal-UF frazzjonali skont l-Appendiċi 5 tal-Anness B8 tar-Regolament tan-NU Nru 154. (7) Meta ssir referenza għal “N2” f’din il-kolonna, din hija applikabbli biss għal vetturi Euro 7ext kif definit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2024/1257. (8) OBFCM-2: valur ta’ żamma tul il-ħajja għas-sistemi ta’ motopropulsjoni kollha applikabbli, parametri addizzjonali għall-OVC-HEV u rekwiżiti ġodda għall-PEVs skont il-Paragrafu 11 u l-Appendiċi 5 tar-Regolament tan-NU Nru 154. |
|||
Tabella A3/3
Tabella tas-subkarattri għall-konformità mar-Regolament tan-NU Nru 180 dwar l-OBM u l-EVP
|
Subkarattru |
Deskrizzjoni |
Kategorija tal-vettura (9) |
Sistema ta’ motopropulsjoni |
|
OA |
Verżjoni oriġinali |
M1, N1 |
Kollha |
|
OB |
Verżjoni oriġinali |
N2 |
Kollha |
|
PA |
Verżjoni oriġinali tal-SVM |
M1, N1 |
Kollha |
|
PB |
Verżjoni oriġinali tal-SVM |
N2 |
Kollha |
|
(9) Meta ssir referenza għal “N2” f’din il-kolonna, din hija applikabbli biss għal vetturi Euro 7ext kif definit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2024/1257. |
|||
Tabella A3/4
Tabella tas-subkarattri għall-konformità mar-Regolament tan-NU Nru 179 dwar l-Emissjonijiet tal-Partikoli tal-Brejkijiet
|
Subkarattru |
Deskrizzjoni |
Kategorija tal-vettura (10) |
Sistema ta’ motopropulsjoni |
|
RA |
Konformità mar-Regolament tan-NU Nru 179 fil-verżjoni oriġinali tiegħu |
M1, N1 |
Kollha |
|
RB |
N2 |
Kollha |
|
|
RC |
Konformità mas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 179 |
M1, N1, N2 |
Kollha |
|
RD |
M1 (SVM), N1 (SVM) |
Kollha |
|
|
RE |
N2 (SVM) |
Kollha |
|
|
(10) Meta ssir referenza għal “N2” f’din il-kolonna, din hija applikabbli biss għal vetturi Euro 7ext kif definit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2024/1257. |
|||
(1) In-numru tal-pajjiż skont in-nota f’qiegħ il-paġna fil-paragrafu 4.4.1. ta’ dan ir-Regolament.
(2) Skont it-Tabella A3/1 ta’ dan l-anness.
ANNESS 4
Metodoloġija ta’ konformità waqt is-servizz għall-emissjonijiet
1. Introduzzjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi l-metodoloġija tal-konformità waqt is-servizz (ISC, In-Service Conformity) għall-iċċekkjar tal-konformità mal-limiti tal-emissjonijiet għall-emissjonijiet mit-tailpipe (inkluża temperatura baxxa) u għall-emissjonijiet evaporattivi tul il-ħajja tal-vettura, kif stabbilit fil-paragrafu 5.1.1.
2. Deskrizzjoni tal-proċess
Illustrazzjoni A4/1
Illustrazzjoni tal-proċess ta’ konformità waqt is-servizz
|
Nota: |
GTAA tirreferi għall-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip, OEM tirreferi għall-manifattur, u Atturi Oħra huma definiti bħala: TAA tirreferi għal awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip differenti minn dik li tagħti l-approvazzjoni tat-tip rilevanti, TS tirreferi għal Servizzi Tekniċi, CP oħra tirreferi għal Partijiet Kontraenti li ma joħorġux l-approvazzjoni tat-tip, u għal partijiet terzi. |
3. Definizzjoni tal-familja tal-ISC
Familja tal-ISC għandha tkun magħmula mill-vetturi li ġejjin:
|
(a) |
Għall-emissjonijiet mit-tailpipe (testijiet tat-Tip 1, tal-RDE u tat-Tip 6), il-vetturi koperti mill-familja tat-test tal-PEMS, kif deskritt fil-paragrafu 6.3.1. tar-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE, |
|
(b) |
Għall-emissjonijiet evaporattivi (test tat-Tip 4), il-vetturi inklużi fil-familja tal-emissjonijiet evaporattivi, kif deskritt fil-paragrafu 6.6.3. tar-Regolament tan-NU Nru 154. |
4. Ġbir ta’ informazzjoni u valutazzjoni inizjali tar-riskju
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip u l-atturi l-oħra għandhom jiġbru l-informazzjoni rilevanti kollha dwar in-nuqqasijiet ta’ konformità possibbli relatati mal-emissjonijiet rilevanti sabiex jiġi deċiż liema familji tal-ISC għandhom jiġu ċċekkjati f’sena partikolari. Dawn għandhom iqisu, b’mod partikolari, l-informazzjoni li tindika t-tipi ta’ vetturi b’emissjonijiet għoljin f’kundizzjonijiet reali ta’ sewqan. Dik l-informazzjoni għandha tinkiseb permezz ta’ metodi xierqa, li jistgħu jinkludu telerilevament, sistemi ssimplifikati ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet abbord (SEMS) u ttestjar b’PEMS. In-numru u l-importanza tal-eċċessi osservati matul tali ttestjar jistgħu jintużaw sabiex tingħata prijorità lill-ittestjar tal-ISC.
Bħala parti mill-informazzjoni pprovduta għall-iċċekkjar tal-ISC, kull manifattur għandu jirrapporta lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip dwar talbiet ta’ garanzija relatati mal-emissjonijiet, u kwalunkwe xogħol ta’ tiswija ta’ garanzija relatata mal-emissjonijiet imwettaq jew irreġistrat waqt is-servizz ta’ manutenzjoni, f’konformità ma’ format miftiehem bejn l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip u l-manifattur waqt l-approvazzjoni tat-tip. L-informazzjoni għandha tispjega fid-dettall il-frekwenza u n-natura tal-ħsarat għall-komponenti u s-sistemi relatati mal-emissjonijiet skont il-familja tal-ISC. Ir-rapporti tal-ISC għandhom jiġu ppreżentati mill-inqas darba fis-sena għal kull familja tal-ISC għad-durata tal-perjodu li matulu jrid jitwettaq iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz f’konformità mal-paragrafu 9.2.2. ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapporti tal-ISC għandhom ikunu disponibbli fuq talba.
Abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni paragrafi, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tagħmel valutazzjoni inizjali tar-riskju li familja tal-ISC ma tikkonformax mar-regoli ta’ konformità waqt is-servizz u, abbażi ta’ dan, għandha tieħu deċiżjoni dwar liema familji għandhom jiġu ttestjati u liema tipi ta’ testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet tal-ISC. Barra minn hekk, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tista’ tagħżel b’mod aleatorju l-familji tal-ISC li għandhom jiġu ttestjati.
Atturi oħra għandhom iqisu l-informazzjoni miġbura skont l-ewwel paragrafu sabiex jipprijoritizzaw l-ittestjar. Barra minn hekk, jistgħu jagħżlu b’mod aleatorju l-familji tal-ISC li għandhom jiġu ttestjati.
5. Ittestjar tal-ISC
Il-manifattur għandu jwettaq ittestjar tal-ISC għall-emissjonijiet mit-tailpipe li jinkludi mill-inqas it-test tat-Tip 1 għall-familji tal-ISC kollha. Il-manifattur jista’ jwettaq ukoll RDE, testijiet tat-Tip 4 u tat-Tip 6 għall-familji tal-ISC kollha jew parti minnhom. Il-manifattur għandu jirrapporta lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip ir-riżultati kollha tal-ittestjar tal-ISC għall-konformità waqt is-servizz.
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tiċċekkja numru xieraq ta’ familji tal-ISC kull sena, kif stabbilit fil-paragrafu 5.4.
Atturi oħra jistgħu jwettqu ċċekkjar fuq kwalunkwe numru ta’ familji tal-ISC kull sena. Dawn għandhom jirrapportaw lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip ir-riżultati kollha tal-ittestjar tal-ISC.
|
5.1. |
Assigurazzjoni tal-kwalità tal-ittestjar
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tivverifika kull sena l-iċċekkjar tal-ISC imwettaq mill-manifattur. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tista’ wkoll tivverifika l-iċċekkjar tal-ISC imwettaq minn atturi oħrajn. Il-verifika għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-manifatturi, jew minn atturi oħra, li għandha tinkludi mill-inqas ir-rapport dettaljat tal-ISC f’konformità mal-Appendiċi 3. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tista’ titlob lill-manifatturi, jew lil atturi oħra, biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali. |
|
5.2. |
Divulgazzjoni tar-riżultati tat-testijiet
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tikkomunika r-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità, hekk kif isiru disponibbli, u l-miżuri ta’ rimedju għal familja tal-ISC partikolari lil atturi oħra li jkunu pprovdew ir-riżultati tat-testijiet għal dik il-familja. Ir-riżultati tat-testijiet, inkluża d-data dettaljata għall-vetturi kollha ttestjati, jistgħu jiġu divulgati biss lill-pubbliku wara l-pubblikazzjoni mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tar-rapport annwali jew tar-riżultati ta’ proċedura tal-ISC individwali jew wara d-divulgazzjoni tal-proċedura statistika (ara l-paragrafu 5.10.) mingħajr riżultat. Jekk ir-riżultati tat-testijiet tal-ISC imwettqa minn atturi oħra jiġu ppubblikati, għandha ssir referenza għar-rapport annwali mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip li inkludiethom. |
|
5.3. |
Tipi ta’ testijiet
L-ittestjar tal-ISC għandu jitwettaq biss fuq il-vetturi magħżula f’konformità mal-Appendiċi 1. L-ittestjar tal-ISC bit-test tat-Tip 1 għandu jitwettaq f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 154. L-ittestjar tal-ISC bit-test tal-RDE għandu jitwettaq f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE, it-testijiet tat-Tip 4 għandhom jitwettqu f’konformità mal-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness u t-testijiet tat-Tip 6 għandhom jitwettqu f’konformità mal-Anness 8. |
|
5.4. |
Il-frekwenza u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ittestjar tal-ISC
Il-perjodu ta’ żmien bejn il-bidu ta’ żewġ istanzi ta’ ċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz mill-manifattur għal familja tal-ISC partikolari ma għandux jaqbeż l-24 xahar. Il-frekwenza tal-ittestjar tal-ISC imwettaq mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tkun ibbażata fuq metodoloġija ta’ valutazzjoni tar-riskju konsistenti mal-istandard internazzjonali ISO 31000:2018 — Ġestjoni tar-Riskji — Prinċipji u linji gwida li għandhom jinkludu r-riżultati tal-valutazzjoni inizjali magħmula skont il-paragrafu 4. Kull awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha twettaq kemm it-test tat-Tip 1 kif ukoll it-test tal-RDE fuq minimu ta’ 5 fil-mija tal-familji tal-ISC għal kull manifattur kull sena jew mill-inqas żewġ familji tal-ISC għal kull manifattur kull sena, fejn ikunu disponibbli. Ir-rekwiżit għall-ittestjar ta’ minimu ta’ 5 fil-mija jew mill-inqas żewġ familji tal-ISC għal kull manifattur kull sena ma għandux japplika għal manifatturi ta’ volum żgħir. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura l-aktar kopertura wiesgħa possibbli tal-familji tal-ISC u l-età tal-vettura f’familja partikolari ta’ konformità waqt is-servizz sabiex tiżgura l-konformità skont il-paragrafu 9.2.2. ta’ dan ir-Regolament. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tlesti l-proċedura statistika għal kull familja tal-ISC li tkun bdiet fi żmien 12-il xahar. It-testijiet tal-ISC tat-Tip 4 jew tat-Tip 6 ma għandu jkollhom ebda rekwiżit ta’ frekwenza minima. |
|
5.5. |
Il-finanzjament għall-ittestjar tal-ISC mill-awtoritajiet li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li jkun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli sabiex ikopru l-ispejjeż għall-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz. Mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali, dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rkuprati mill-miżati li jistgħu jiġu imposti fuq il-manifattur mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. Tali miżati għandhom ikopru l-ittestjar tal-ISC sa massimu ta’ 5 fil-mija tal-familji ta’ konformità waqt is-servizz għal kull manifattur kull sena jew mill-inqas żewġ familji tal-ISC għal kull manifattur kull sena. |
|
5.6. |
Il-pjan tal-ittestjar
Meta twettaq ittestjar għall-ISC, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tabbozza pjan tal-ittestjar. Fil-każ tal-ittestjar tal-RDE, dak il-pjan għandu jinkludi ttestjar biex tiġi ċċekkjata l-konformità tal-ISC taħt firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet skont ir-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE. |
|
5.7. |
L-għażla tal-vetturi għall-ittestjar tal-ISC
L-informazzjoni miġbura għandha tkun komprensiva biżżejjed sabiex tiżgura li l-prestazzjoni waqt is-servizz tkun tista’ tiġi vvalutata għall-vetturi li jinżammu u jintużaw kif suppost. It-tabelli fl-Appendiċi 1 għandhom jintużaw sabiex jiġi deċiż jekk il-vettura tistax tintgħażel għall-finijiet tal-ittestjar tal-ISC. Matul l-iċċekkjar abbażi tat-tabelli fl-Appendiċi 1, xi vetturi jistgħu jiġu ddikjarati bħala difettużi u ma jiġux ittestjati għall-fini tal-ISC, meta jkun hemm evidenza li partijiet mis-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet kellhom il-ħsara. L-istess vettura tista’ tintuża sabiex jitwettqu u jiġu stabbiliti r-rapporti minn aktar minn tip wieħed ta’ testijiet (Tip 1, RDE, Tip 4, Tip 6), iżda għall-proċedura statistika għandu jitqies biss l-ewwel test validu ta’ kull tip. |
|
5.7.1. |
Rekwiżiti ġenerali
Il-vettura għandha tappartjeni għal familja tal-ISC kif deskritt fil-paragrafu 3 u għandha tikkonforma mal-iċċekkjar stabbilit fit-tabella fl-Appendiċi 1. Hija għandha tkun irreġistrata fil-Parti Kontraenti u tkun instaqet fil-Parti Kontraenti għal mill-inqas 90 fil-mija tal-ħin tas-sewqan tagħha. L-ittestjar tal-emissjonijiet jista’ jsir f’reġjun ġeografiku differenti minn dak minn fejn intgħażlu l-vetturi. Fil-każ tal-ittestjar tal-ISC imwettaq mill-manifattur, bi qbil mal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip, il-vetturi rreġistrati f’Parti mhux Kontraenti jistgħu jiġu ttestjati, jekk ikunu jappartjenu għall-istess familja tal-ISC u jkunu akkumpanjati b’Ċertifikat ta’ Konformità fl-UE, jew ekwivalenti f’Partijiet Kontraenti oħra. Il-vetturi magħżula għandhom ikunu akkumpanjati b’rekord ta’ manutenzjoni li juri li l-vettura nżammet f’kundizzjoni tajba u li sarilha servizz ta’ manutenzjoni f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur, fejn jintużaw biss parts oriġinali għall-bdil tal-parts relatati mal-emissjonijiet. Vetturi li juru indikazzjonijiet ta’ abbuż, użu mhux xieraq li jista’ jaffettwa l-prestazzjoni tal-emissjonijiet tagħhom, tbagħbis jew kundizzjonijiet li jistgħu jwasslu għal tħaddim mhux sikur għandhom jiġu esklużi mill-ISC. Il-vetturi ma għandhomx ikunu għaddew minn modifiki ajrudinamiċi li ma jkunux jistgħu jitneħħew qabel l-ittestjar. Vettura ma għandhiex tiġi eskluża mill-ittestjar tal-ISC jekk l-informazzjoni maħżuna fil-kompjuter abbord turi li l-vettura tħaddmet wara li ntwera kodiċi tal-ħsara u t-tiswija ma saritx f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur. Vettura għandha tiġi eskluża mill-ittestjar tal-ISC jekk il-fjuwil mit-tank tal-vettura ma jissodisfax l-istandards applikabbli jew jekk ikun hemm evidenza jew rekord ta’ alimentazzjoni bit-tip ta’ fjuwil żbaljat. |
|
5.7.1.1. |
Rekwiżiti addizzjonali tal-ISC relatati mal-RDE
Għall-finijiet tal-ittestjar tal-ISC jew tas-sorveljanza tas-suq reġjonali, il-massa ta’ referenza tas-CO2 għandha tinkiseb miċ-Ċertifikat ta’ Konformità għall-vettura individwali. Il-valur għall-vetturi OVC-HEV għandu jinkiseb mit-test tad-WLTP imwettaq bl-użu tal-mod ta’ Sostenn taċ-Ċarġ. |
|
5.7.1.2. |
Żejt lubrifikanti, fjuwil u reaġent
Għat-testijiet imwettqa matul l-ISC, jew is-sorveljanza tas-suq reġjonali, il-fjuwil użat għall-ittestjar tal-RDE jista’ jkun kwalunkwe fjuwil legalment disponibbli fis-suq u fl-ispeċifikazzjonijiet maħruġa mill-manifattur għat-tħaddim tal-vettura mill-klijent. |
|
5.7.2. |
Eżaminazzjoni u Manutenzjoni tal-Vettura
Id-dijanjożi tal-ħsarat u kwalunkwe manutenzjoni normali meħtieġa f’konformità mal-Appendiċi 1 għandhom jitwettqu fuq vetturi aċċettati għall-ittestjar, qabel jew wara li jsir l-ittestjar tal-ISC. Għandu jitwettaq l-iċċekkjar li ġej: L-iċċekkjar tal-OBD (imwettaq qabel jew wara t-test), l-iċċekkjar viżwali għall-bozoz indikaturi tal-ħsara mixgħula, l-iċċekkjar fuq il-filtru tal-arja, l-iċċekkjar taċ-ċineg tat-trażmissjoni kollha, tal-livelli tal-fluwidi kollha, tat-tapp tar-radjatur u tat-tank tal-fjuwil, tal-pajpijiet tal-vakwu u tas-sistema tal-fjuwil kollha u tal-wajers tal-elettriku relatati mas-sistema tal-posttrattament għall-integrità; l-iċċekkjar fuq l-ignixin, id-dożaġġ tal-fjuwil u l-komponenti tal-apparat tal-kontroll tat-tniġġis għal aġġustamenti ħżiena u/jew tbagħbis. Jekk il-vettura jkun jonqosha 800 km għal servizz ta’ manutenzjoni skedat, dak is-servizz ta’ manutenzjoni għandu jitwettaq. Il-fluwidu li jintuża għall-ħasil tal-ħġieġ għandu jitneħħa qabel it-test tat-Tip 4 u jiġi sostitwit b’ilma sħun. F’każ ta’ riżultat negattiv, għandu jinġabar kampjun tal-fjuwil u jinżamm għal analiżi ulterjuri f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE. Għandhom jiġu rreġistrati l-ħsarat kollha. Meta l-ħsara tkun fuq l-apparat tal-kontroll tat-tniġġis, il-vettura għandha tiġi rrapportata bħala difettuża u ma tkomplix tintuża għall-ittestjar, iżda l-ħsara għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mwettqa f’konformità mal-paragrafu 6.1. |
|
5.8. |
Daqs tal-kampjun
Meta l-manifatturi japplikaw il-proċedura statistika stabbilita fil-paragrafu 5.10. għat-test tat-Tip 1, in-numru ta’ lottijiet ta’ kampjuni għandu jiġi stabbilit abbażi tal-volum tal-produzzjoni annwali ta’ familja waqt is-servizz maħsub għall-bejgħ fil-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-regolament, kif deskritt fit-Tabella A4/1. Tabella A4/1 In-numru ta’ lottijiet ta’ kampjuni għall-ittestjar tal-ISC b’testijiet tat-Tip 1
Kull lott tal-kampjuni għandu jinkludi biżżejjed tipi ta’ vetturi (fir-rigward tal-emissjonijiet), sabiex jiġi żgurat li jkunu koperti mill-inqas 20 fil-mija tar-reġistrazzjonijiet totali ta’ din il-familja tal-PEMS fil-Parti Kontraenti għas-sena preċedenti. F’każ li l-istess familja tal-PEMS tkun tappartjeni għal aktar marki, il-marki kollha għandhom jiġu ttestjati. Meta familja tkun teħtieġ li jiġu ttestjati aktar minn lott wieħed ta’ kampjuni, bħala vetturi fit-tieni u t-tielet lottijiet ta’ kampjuni, għandhom jintgħażlu vetturi użati f’kundizzjonijiet ambjentali u/jew tipiċi differenti minn dawk magħżula għall-ewwel kampjun. |
|
5.9. |
Aċċess għad-data meħtieġa għall-ittestjar
Il-manifattur għandu jikkompleta l-pakkett dwar it-Trasparenza tal-Ittestjar fil-format speċifikat fit-Tabelli 1 u 2 tal-Appendiċi 5 u fit-Tabella A4/2 u jibagħtu lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. It-Tabella 2 tal-Appendiċi 5 għandha tintuża sabiex tippermetti l-għażla ta’ vetturi mill-istess familja għall-ittestjar u flimkien mat-Tabella 1 tal-Appendiċi 5 tipprovdi biżżejjed informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu ttestjati l-vetturi. L-informazzjoni kollha fit-Tabelli 1 u 2 tal-Appendiċi 5 għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku f’forma elettronika mingħajr ħlas fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mit-talba. L-informazzjoni li ġejja għandha tkun ukoll parti mill-pakkett dwar it-Trasparenza tal-Ittestjar u għandha tiġi pprovduta mill-manifattur mingħajr ħlas fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mit-talba minn atturi oħra. Tabella A4/2 Informazzjoni sensittiva
|
|
5.10. |
Proċedura statistika |
|
5.10.1. |
Ġenerali
Il-verifika tal-konformità waqt is-servizz għandha tistrieħ fuq metodu statistiku li jsegwi l-prinċipji ġenerali tat-teħid ta’ kampjuni sekwenzjali għal spezzjoni permezz ta’ attributi. Id-daqs minimu tal-kampjun sabiex jgħaddi mit-test huwa ta’ tliet vetturi, u d-daqs massimu kumulattiv tal-kampjun huwa ta’ għaxar vetturi għat-testijiet tat-Tip 1 u RDE. Għat-testijiet tat-Tip 4 u tat-Tip 6 jista’ jintuża metodu ssimplifikat, fejn il-kampjun għandu jikkonsisti fi tliet vetturi u għandu jitqies bħala li ma għaddiex mit-test jekk it-tliet vetturi kollha jonqsu milli jgħaddu mit-test u għandu jitqies bħala li għadda jekk it-tliet vetturi kollha jgħaddu mit-test. F’każijiet fejn tnejn mit-tliet vetturi ikunu għaddew jew ma għaddewx mit-test, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista’ tiddeċiedi li twettaq aktar testijiet jew tipproċedi bil-valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-paragrafu 6.1. Ir-riżultati tat-testijiet ma għandhomx jiġu mmultiplikati bil-fatturi ta’ deterjorament. Għall-vetturi li jkollhom valuri Massimi Ddikjarati tal-RDE rrapportati fiċ-ċertifikat ta’ konformità tal-RDE tal-Manifattur, kif deskritt fl-Anness 12 tar-Regolament tan-NU Nru 168, li jkunu aktar baxxi mil-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6.1. tar-Regolament tan-NU Nru 168, il-konformità għandha tiġi ċċekkjata abbażi ta’ dawn il-valuri Massimi Ddikjarati tal-RDE. Jekk jinstab li l-kampjun ma jikkonformax mal-valuri Massimi Ddikjarati tal-RDE, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tirrikjedi lill-manifattur jieħu azzjonijiet korrettivi. Qabel ma jwettaq l-ewwel test tal-ISC, il-manifattur, jew atturi oħra għandhom jinnotifikaw l-intenzjoni li jwettqu ttestjar għall-konformità waqt is-servizz ta’ familja ta’ vetturi partikolari lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. Malli ssir din in-notifika, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tiftaħ folder tal-istatistika ġdid sabiex tipproċessa r-riżultati għal kull kombinazzjoni rilevanti tal-parametri li ġejjin għal dik il-parti partikolari jew dak il-grupp ta’ partijiet: il-familja tal-vettura, it-tip ta’ test tal-emissjonijiet u s-sustanza niġġiesa. Għandhom jinfetħu proċeduri statistiċi separati għal kull kombinazzjoni rilevanti ta’ dawk il-parametri. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tinkorpora f’kull folder tal-istatistika biss ir-riżultati pprovduti mill-parti rilevanti. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha żżomm rekord tan-numru ta’ testijiet imwettqa, tan-numru ta’ testijiet li għaddew jew li fallew u ta’ data oħra meħtieġa sabiex tappoġġja l-proċedura statistika. Billi jistgħu jinfetħu aktar minn proċedura statistika waħda fl-istess ħin għal kombinazzjoni partikolari ta’ tip ta’ test u familja ta’ vettura, parti għandha titħalla tipprovdi biss ir-riżultati tat-test għal proċedura statistika waħda miftuħa għal kombinazzjoni partikolari ta’ tip ta’ test u familja ta’ vettura. Kull test għandu jiġi rrapportat darba biss u t-testijiet kollha (validi, mhux validi, dawk li għaddew u li fallew, eċċ.) għandhom jiġu rrapportati. Kull proċedura statistika tal-ISC għandha tibqa’ miftuħa sakemm jinkiseb eżitu meta l-proċedura statistika tasal għal deċiżjoni dwar jekk il-kampjun għaddiex jew le mit-test f’konformità mal-paragrafu 5.10.5. Madankollu, jekk ma jinkisibx eżitu fi żmien 12-il xahar mill-ftuħ ta’ folder tal-istatistika, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tagħlaq il-folder tal-istatistika, sakemm ma tiddeċidix li tlesti l-ittestjar għal dak il-folder tal-istatistika fis-sitt xhur li ġejjin. |
|
5.10.2. |
Il-ġbir flimkien tar-riżultati tal-ISC
Ir-riżultati tat-testijiet minn atturi oħra jistgħu jinġabru flimkien għall-finijiet ta’ proċedura statistika komuni. Il-ġbir flimkien tar-riżultati tat-testijiet għandu jirrikjedi l-kunsens bil-miktub mill-partijiet interessati kollha li jipprovdu r-riżultati tat-testijiet għal ġabra flimkien tar-riżultati, u notifika lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip qabel il-bidu tal-ittestjar. Waħda mill-partijiet għandha tiġi nnominata bħala l-mexxejja tal-ġbir flimkien u tkun responsabbli għar-rapportar u l-komunikazzjoni tad-data mal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. |
|
5.10.3. |
Eżitu ta’ Riżultat Pożittiv/Negattiv/Invalidu għal test wieħed
Test tal-emissjonijiet tal-ISC għandu jitqies bħala li għadda (riżultat pożittiv) għal sustanza niġġiesa waħda jew aktar meta r-riżultat tal-emissjonijiet ikun daqs jew inqas mil-limitu tal-emissjonijiet stabbilit fil-paragrafu 6.3.10. tar-Regolament tan-NU Nru 154 għal dak it-tip ta’ test. Meta jiġu ttestjati l-vetturi fit-tul tal-ħajja addizzjonali, għandu jintuża multiplikatur tad-durabbiltà għall-aġġustament tal-limiti tal-emissjonijiet għal inkwinanti gassużi, kif speċifikat fil-paragrafu 5.1.1. ta’ dan ir-Regolament. Test tal-emissjonijiet għandu jitqies bħala li ma għaddiex (riżultat negattiv) għal sustanza niġġiesa waħda jew aktar meta r-riżultat tal-emissjonijiet ikun akbar mil-limitu tal-emissjonijiet korrispondenti għal dak it-tip ta’ test. Kull riżultat ta’ test li kiseb riżultat negattiv għandu jżid l-għadd ta’ “f” (ara l-paragrafu 5.10.5) b’wieħed għal dik l-istanza statistika. Test tal-emissjonijiet tal-ISC għandu jitqies bħala invalidu jekk ma jirrispettax ir-rekwiżiti tat-testijiet imsemmija fil-paragrafu 5.3. Ir-riżultati tat-test invalidi għandhom jiġu esklużi mill-proċedura statistika u t-test għandu jiġi ripetut bl-istess vettura sabiex jinkiseb test validu. Ir-riżultati tat-testijiet tal-ISC kollha għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-eżekuzzjoni ta’ kull test fuq vettura waħda. Ir-riżultati tat-test għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport ta’ test komprensiv fi tmiem it-testijiet. Ir-riżultati għandhom jiġu inkorporati fil-kampjun f’ordni kronoloġika ta’ eżekuzzjoni. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tinkorpora r-riżultati kollha tat-testijiet tal-emissjonijiet validi fil-proċedura statistika miftuħa rilevanti sakemm tintlaħaq deċiżjoni ta’ “riżultat negattiv tal-kampjun” jew ta’ “riżultat pożittiv tal-kampjun” f’konformità mal-paragrafu 5.10.5. |
|
5.10.4. |
Trattament tal-Anomaliji
Il-preżenza ta’ riżultati anomali fil-proċedura statistika tal-kampjun tista’ twassal għal deċiżjoni ta’ “riżultat negattiv” f’konformità mal-proċeduri deskritti hawn taħt:
|
|
5.10.5. |
Deċiżjoni ta’ Riżultat Pożittiv/Negattiv għal kampjun
Għall-finijiet tat-teħid ta’ deċiżjoni dwar riżultat pożittiv/negattiv għall-kampjun, “p” huwa l-għadd ta’ riżultati pożittivi u “f” huwa l-għadd ta’ riżultati negattivi. Kull riżultat tat-test li kiseb riżultat pożittiv għandu jżid l-għadd ta’ “p” b’wieħed u kull riżultat tat-test li kiseb riżultat negattiv għandu jżid l-għadd ta’ “f” b’wieħed għall-proċedura statistika miftuħa rilevanti. Mal-inkorporazzjoni tar-riżultati tat-test tal-emissjonijiet validi f’istanza miftuħa tal-proċedura statistika, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha twettaq l-azzjonijiet li ġejjin:
Id-deċiżjoni tiddependi fuq id-daqs kumulattiv tal-kampjun “n”, l-għadd ta’ riżultati pożittivi u negattivi “p” u “f”, kif ukoll in-numru ta’ anomaliji intermedji u/jew estremi fil-kampjun. Għad-deċiżjoni dwar riżultat pożittiv/negattiv ta’ kampjun tal-ISC, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tuża ċ-ċart tad-deċiżjonijiet fl-Illustrazzjoni A4/2. Iċ-ċarts jindikaw id-deċiżjoni li trid tittieħed għal daqs kumulattiv ta’ kampjun partikolari “n” u l-għadd ta’ riżultati negattivi “f”. Hemm żewġ deċiżjonijiet possibbli għal proċedura statistika għal kombinazzjoni partikolari ta’ familja ta’ vetturi, tip ta’ test tal-emissjonijiet u sustanza niġġiesa: Għandha tintlaħaq deċiżjoni ta’ “riżultat pożittiv tal-kampjun” meta ċ-ċart tad-deċiżjonijiet applikabbli mill-Illustrazzjoni A4/2 tagħti deċiżjoni ta’ “RIŻULTAT POŻITTIV” għad-daqs kumulattiv tal-kampjun attwali “n” u l-għadd ta’ riżultati negattivi “f”. Għandha tintlaħaq deċiżjoni ta’ “riżultat negattiv tal-kampjun” meta, għal daqs kumulattiv ta’ kampjun partikolari “n”, tiġi ssodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
Jekk ma tintlaħaq ebda deċiżjoni, il-proċedura statistika għandha tibqa’ miftuħa u r-riżultati ulterjuri għandhom jiġu inkorporati fiha sakemm tintlaħaq deċiżjoni, jew inkella l-proċedura tingħalaq f’konformità mal-paragrafu 5.10.1. Illustrazzjoni A4/2 Ċart tad-deċiżjonijiet għall-proċedura statistika għall-vetturi (fejn “UND” tfisser mhux deċiżi)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6. Valutazzjoni tal-Konformità
|
6.1. |
Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mit-tmiem tal-ittestjar tal-ISC għall-kampjun kif imsemmi fil-paragrafu 5.10.5, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tibda investigazzjonijiet dettaljati mal-manifattur sabiex tiddeċiedi jekk il-familja tal-ISC (jew parti minnha) hijiex konformi mar-regoli tal-ISC u jekk teħtieġx miżuri ta’ rimedju. Għal vetturi b’diversi stadji jew bi skop speċjali, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha twettaq ukoll investigazzjonijiet dettaljati meta jkun hemm mill-inqas tliet vetturi difettużi bl-istess difett jew ħames vetturi mmarkati fl-istess familja tal-ISC, kif stabbilit fil-paragrafu 5.10.6. |
|
6.2. |
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li jkun hemm disponibbli riżorsi suffiċjenti sabiex ikopru l-ispejjeż għall-valutazzjoni tal-konformità. Mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali, dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rkuprati mill-miżati li jistgħu jiġu imposti fuq il-manifattur mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. Dawn il-miżati għandhom ikopru l-ittestjar jew l-awditjar kollu meħtieġ sabiex issir valutazzjoni dwar il-konformità. |
|
6.3. |
Fuq talba tal-manifattur, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tista’ testendi l-investigazzjonijiet għal vetturi fis-servizz tal-istess manifattur li jappartjenu għal familji tal-ISC oħrajn li x’aktarx jiġu affettwati mill-istess difetti. |
|
6.4. |
L-investigazzjoni dettaljata ma għandhiex iddum għaddejja għal aktar minn 60 jum tax-xogħol wara l-bidu tal-investigazzjoni mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tista’ twettaq testijiet tal-ISC addizzjonali maħsuba sabiex jiddeterminaw għaliex il-vetturi ma għaddewx mit-testijiet tal-ISC oriġinali. It-testijiet addizzjonali għandhom jitwettqu f’kundizzjonijiet simili għal dawk tat-testijiet tal-ISC oriġinali tal-vetturi li ma għaddewx.
Fuq talba tal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali, li turi, b’mod partikolari, il-kawża possibbli tal-fallimenti, liema partijiet mill-familja jistgħu jiġu affettwati, jekk hemmx familji oħra li jistgħu jiġu affettwati jew għaliex il-problema li kkawżat il-falliment fit-testijiet tal-ISC oriġinali ma hijiex relatata mal-konformità waqt is-servizz, jekk applikabbli. Il-manifattur għandu jingħata l-opportunità li jipprova li d-dispożizzjonijiet dwar il-konformità waqt is-servizz ġew irrispettati. |
|
6.5. |
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tieħu d-deċiżjoni dwar il-konformità jew in-nuqqas ta’ konformità sal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 6.4. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tiddefinixxi l-miżuri ta’ rimedju għall-familja tal-ISC skont il-paragrafu 7. Hija għandha tinnotifikahom lill-manifattur. |
7. Miżuri ta’ Rimedju
|
7.1. |
Il-manifattur għandu jistabbilixxi pjan ta’ miżuri ta’ rimedju u jippreżentah lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip fi żmien 45 jum tax-xogħol mid-deċiżjoni dwar il-konformità jew in-nuqqas ta’ konformità msemmija fil-paragrafu 6.5. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż sa massimu ta’ 30 jum tax-xogħol addizzjonali meta l-manifattur juri lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip li huwa meħtieġ aktar żmien sabiex jiġi investigat in-nuqqas ta’ konformità. |
|
7.2. |
Il-miżuri ta’ rimedju meħtieġa mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandhom jinkludu t-testijiet neċessarji u mfassla b’mod raġonevoli fuq il-komponenti u l-vetturi sabiex juru l-effettività u d-durabbiltà tal-miżuri ta’ rimedju. |
|
7.3. |
Il-manifattur għandu jassenja isem jew numru ta’ identifikazzjoni uniku lill-pjan tal-miżuri ta’ rimedju. Il-pjan tal-miżuri ta’ rimedju għandu jinkludi mill-inqas dawn li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punt (d), il-manifattur ma jistax jimponi kundizzjonijiet tal-użu jew tal-manutenzjoni li ma jkunux relatati b’mod ċar man-nuqqas ta’ konformità u mal-miżuri ta’ rimedju. |
|
7.4. |
It-tiswija għandha ssir b’mod espedjenti, fi żmien raġonevoli wara li l-manifattur jirċievi l-vettura għat-tiswija. Fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-pjan propost ta’ miżuri ta’ rimedju, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tapprovah jew inkella titlob pjan ġdid f’konformità mal-paragrafu 7.5. |
|
7.5. |
Meta l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip ma tapprovax il-pjan ta’ miżuri ta’ rimedju, il-manifattur għandu jiżviluppa pjan ġdid u jippreżentah lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip fi żmien 20 jum tax-xogħol min-notifika tad-deċiżjoni tal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. |
|
7.6. |
Jekk l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip ma tapprovax it-tieni pjan ippreżentat mill-manifattur, dan tal-aħħar għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex terġa’ tinkiseb il-konformità, inkluż permezz tal-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip, meta jkun meħtieġ. |
|
7.7. |
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha dwar il-miżuri ta’ rimedju lill-Partijiet Kontraenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. |
|
7.8. |
Il-miżuri ta’ rimedju għandhom japplikaw għall-vetturi kollha fil-familja tal-ISC (jew familji rilevanti oħrajn identifikati mill-manifattur f’konformità mal-paragrafu 6.2) li x’aktarx jiġu affettwati mill-istess difett. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tiddeċiedi jekk huwiex neċessarju li temenda l-approvazzjoni tat-tip. |
|
7.9. |
Il-manifattur huwa responsabbli sabiex jeżegwixxi l-pjan approvat ta’ miżuri ta’ rimedju fil-Partijiet Kontraenti kollha u sabiex iżomm rekord ta’ kull vettura mneħħija mis-suq jew imsejħa lura u msewwija u l-workshop li għamel it-tiswija. |
|
7.10. |
Il-manifattur għandu jżomm kopja tal-komunikazzjoni mal-klijenti tal-vetturi affettwati rigward il-pjan ta’ miżuri ta’ rimedju. Il-manifattur għandu jżomm ukoll rekord tal-kampanja ta’ sejħa lura, inkluż in-numru totali ta’ vetturi affettwati għal kull Parti Kontraenti u n-numru totali ta’ vetturi diġà msejħa lura għal kull Parti Kontraenti, flimkien ma’ spjegazzjoni dwar kwalunkwe dewmien fl-applikazzjoni tal-miżuri ta’ rimedju. Il-manifattur għandu jipprovdi dak ir-rekord tal-kampanja ta’ sejħa lura lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip, lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ta’ kull Parti Kontraenti kull xahrejn. |
|
7.11. |
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-pjan approvat tal-miżuri ta’ rimedju jiġi applikat fi żmien sentejn għal mill-inqas 90 fil-mija tal-vetturi affettwati rreġistrati fit-territorju tagħhom. |
|
7.12. |
It-tiswija u l-modifika jew iż-żieda ta’ tagħmir ġdid għandhom jiġu rreġistrati f’ċertifikat ipprovdut lis-sid tal-vettura, li għandu jinkludi n-numru tal-kampanja ta’ rimedju. |
8. Rapport annwali mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tagħmel disponibbli fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku, mingħajr ħlas u mingħajr il-ħtieġa li l-utent jiżvela l-identità tiegħu jew jirreġistra, rapport bir-riżultati tal-investigazzjonijiet tal-ISC iffinalizzati kollha tas-sena preċedenti, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena. F’każ li xi investigazzjonijiet tal-ISC tas-sena preċedenti jkunu għadhom miftuħa sa dik id-data, huma għandhom jiġu rrapportati hekk kif tiġi ffinalizzata l-investigazzjoni. Ir-rapport għandu jkun fih mill-inqas il-punti elenkati fl-Appendiċi 4.
Anness 4 - Appendiċi 1
Il-kriterji għall-għażla tal-vetturi u d-deċiżjoni dwar il-vetturi li ma għaddewx mit-testijiet
L-ispezzjoni tal-vettura għandha tintuża sabiex jintgħażlu l-vetturi miżmuma u użati kif suppost għall-ittestjar fl-ISC. Il-vetturi li għandhom wieħed jew aktar mill-kriterji ta’ esklużjoni ta’ hawn taħt għandhom jiġu esklużi mill-ittestjar jew imsewwija mod ieħor u mbagħad jintgħażlu.
|
Għażla tal-Vetturi għall-Ittestjar tal-Emissjonijiet għall-Konformità Waqt is-Servizz |
||||
|
|
|
|
|
Kunfidenzjali |
|
Data: |
|
|
x |
|
|
L-isem tal-investigatur: |
|
|
x |
|
|
Il-post fejn sar it-test: |
|
|
x |
|
|
Il-pajjiż tar-reġistrazzjoni: |
|
x |
|
|
|
|
|
x = Kriterji tal-Esklużjoni |
X = Iċċekkjata u rrapportata |
|
|
Karatteristiċi tal-Vettura |
|
|||
|
|
|
|
||
|
In-numru tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni: |
|
x |
x |
|
|
Il-kilometraġġ u l-età tal-vettura: Il-vettura trid tikkonforma mar-regoli fir-rigward tal-kilometraġġ u l-età fil-paragrafu 9. ta’ dan ir-Regolament, inkella ma tkunx tista’ tintgħażel. L-età tal-vettura tgħodd mid-data tal-ewwel reġistrazzjoni |
x |
|
|
|
|
Id-data tal-ewwel reġistrazzjoni: |
|
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
VIN: |
|
x |
x |
|
|
Il-klassi u l-karattru tal-emissjonijiet: |
|
x |
|
|
|
Il-pajjiż tar-reġistrazzjoni: Il-vettura trid tkun irreġistrata fil-Parti Kontraenti |
x |
x |
|
|
|
Mudell: |
|
x |
|
|
|
Kodiċi tal-magna: |
|
x |
|
|
|
Volum tal-magna (l): |
|
x |
|
|
|
Potenza tal-magna (kW): |
|
x |
|
|
|
Tip ta’ gearbox (awtomatika/manwali): |
|
x |
|
|
|
Fus motorizzat (FWD/AWD/RWD): |
|
x |
|
|
|
Daqs tat-tajers (ta’ quddiem u ta’ wara, jekk ikunu differenti): |
|
x |
|
|
|
Il-vettura hija involuta f’kampanja ta’ sejħa lura jew ta’ servizz ta’ manutenzjoni? Jekk iva: Liema waħda? It-tiswijiet tal-kampanja diġà saru? It-tiswijiet iridu jkunu saru qabel il-bidu tal-ittestjar tal-ISC |
x |
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Intervista mas-Sid tal-Vettura (is-sid se jiġi mistoqsi biss il-mistoqsijiet ewlenin u ma għandu jkollu ebda għarfien tal-implikazzjonijiet tat-tweġibiet) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Isem is-sid (disponibbli biss għall-korp ta’ spezzjoni jew il-laboratorju/is-servizz tekniku akkreditat) |
|
|
x |
|
|
Kuntatt (indirizz / telefon) (disponibbli biss għall-korp ta’ spezzjoni jew il-laboratorju/is-servizz tekniku akkreditat) |
|
|
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
Kemm kellha sidien il-vettura? |
|
x |
|
|
|
L-odometru ma ħadimx? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
Il-vettura ntużat għal waħda minn dawn li ġejjin? |
|
|
|
|
|
Bħala karozza li tintuża f’show-rooms? |
|
x |
|
|
|
Bħala taxi? |
|
x |
|
|
|
Bħala vettura ta’ kunsinna? |
|
x |
|
|
|
Għat-tlielaq / għal sport tal-karozzi? |
x |
|
|
|
|
Bħala karozza tal-kiri? |
|
x |
|
|
|
Il-vettura ġarret tagħbijiet tqal aktar mill-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
Kien hemm xi tiswijiet maġġuri tal-magna jew tal-vettura? |
|
x |
|
|
|
Kien hemm xi tiswijiet maġġuri tal-magna jew tal-vettura mhux awtorizzati? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
Il-potenza tal-vettura ġiet miżjuda mingħajr awtorizzazzjoni jew sar xi tuning tal-magna mhux awtorizzat? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
Ġiet sostitwita xi parti mis-sistema tal-fjuwil u/jew tal-posttrattament tal-emissjonijiet? Intużaw parts oriġinali? Jekk ma ntużawx parts oriġinali, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
x |
|
|
|
Kien hemm xi parti mis-sistema tal-posttrattament tal-emissjonijiet li tneħħiet b’mod permanenti? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel |
x |
|
|
|
|
Ġie installat xi apparat mhux awtorizzat (Urea killer, emulatur, eċċ.)? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel |
x |
|
|
|
|
Il-vettura kienet involuta f’aċċident serju? Ipprovdi lista tal-ħsarat u tat-tiswijiet li saru wara |
|
x |
|
|
|
Il-karozza ntużat b’tip ta’ fjuwil żbaljat (jiġifieri petrol minflok diżil) fil-passat? Il-karozza ntużat bi fjuwil li mhux kummerċjalment disponibbli (suq illeċitu, jew fjuwil imħallat?) Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
Użajt xi air-fresher, sprej tal-kokpit, prodott li jnaddaf il-brejkijiet jew sors ieħor ta’ emissjonijiet għolja ta’ idrokarburi madwar il-vettura matul l-aħħar xahar? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel għal ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi. |
x |
|
|
|
|
Matul l-aħħar 3 xhur, kien hemm xi tixrid ta’ petrol ġewwa jew barra l-vettura? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel għal ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi. |
x |
|
|
|
|
Matul l-aħħar 12-il xahar, sar tipjip fil-karozza? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel għal ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi |
x |
|
|
|
|
Applikajt xi protezzjoni kontra l-korrużjoni, adeżivi, protezzjoni underseal, jew kwalunkwe sorsi potenzjali oħrajn ta’ komposti volatili fuq il-karozza? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel għal ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi |
x |
|
|
|
|
Il-karozza reġgħet inżebgħet? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel għal ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi |
x |
|
|
|
|
Fejn intużat l-aktar ta’ spiss il-vettura tiegħek? |
|
|
|
|
|
% awtostrada |
|
x |
|
|
|
% rurali |
|
x |
|
|
|
% urbani |
|
x |
|
|
|
Soqt il-vettura f’Parti mhux Kontraenti għal aktar minn 10 % tal-ħin tas-sewqan? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel |
x |
— |
|
|
|
F’liema pajjiż il-vettura ġiet rifornita bil-fjuwil fl-aħħar żewġ okkażżjonijiet? Jekk il-vettura ġiet rifornita bil-fjuwil fl-aħħar żewġ okkażżjonijiet ’il barra minn Stat li japplika l-Istandards tal-Fjuwil konformi, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
Intuża xi addittiv tal-fjuwil li mhuwiex approvat mill-manifattur? Jekk iva, mela l-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
Il-vettura saritilha manutenzjoni u ntużat f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur? Jekk le, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
L-istorja sħiħa tas-servizz ta’ manutenzjoni u tat-tiswijiet, inklużi kwalunkwe modifikazzjonijiet kbar Jekk ma tistax tiġi pprovduta d-dokumentazzjoni sħiħa, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Eżaminazzjoni u Manutenzjoni tal-Vettura |
X = Kriterji tal-Esklużjoni / F= Vettura Difettuża |
X = iċċekkjata u rrapportata |
|
|
|
|
|
|
|
|
1 |
Il-livell tat-tank tal-fjuwil (mimli / battal) Id-dawl tar-riżerva tal-fjuwil huwa MIXGĦUL? Jekk iva, irriforni l-vettura bil-fjuwil qabel it-test. |
|
|
x |
|
2 |
Hemm xi dawl ta’ twissija fuq il-pannell tal-istrumenti attivat li jindika ħsara tal-vettura jew tas-sistema ta’ posttrattament tal-egżost li ma tistax tiġi solvuta permezz ta’ manutenzjoni normali? (Indikatur tal-Ħsara, Indikatur tal-Ħtieġa ta’ Servizz ta’ Manutenzjoni tal-Magna, eċċ.?) Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel |
x |
|
|
|
3 |
Id-dawl tal-SCR jixgħel wara li tinxtegħel il-magna? Jekk iva, l-AdBlue jenħtieġ li jimtela, jew it-tiswija tiġi eżegwita qabel ma l-vettura tintuża għall-ittestjar. |
x |
|
|
|
4 |
Eżami viżwali tas-sistema tal-egżost Iċċekkja għat-tnixxijiet bejn il-manifold tal-egżost u t-tarf tat-tailpipe. F’każ ta’ problemi notevoli jew ta’ riżultat negattiv, iċċekkja u ddokumenta (b’ritratti) Jekk ikun hemm ħsara jew tnixxijiet, il-vettura tiġi ddikjarata bħala difettuża. |
F |
|
|
|
5 |
Komponenti rilevanti għall-gass tal-egżost F’każ ta’ problemi notevoli jew ta’ riżultat negattiv, iċċekkja u ddokumenta (b’ritratti) il-komponenti rilevanti kollha tal-emissjonijiet għall-ħsara. Jekk ikun hemm ħsara, il-vettura tiġi ddikjarata bħala difettuża. |
F |
|
|
|
6 |
Sistema evaporattiva Ippressa s-sistema tal-fjuwil (min-naħa tal-kaxxetta), ittestja għal tnixxijiet f’ambjent b’temperatura ambjentali kostanti, agħmel “sniff test” tal-FID madwar u fil-vettura. Jekk is-“sniff test” tal-FID ma jiksibx riżultat pożittiv, il-vettura tiġi ddikjarata bħala difettuża. |
F |
|
|
|
7 |
Kampjun tal-fjuwil F’każ ta’ riżultat negattiv, iġbor kampjun tal-fjuwil mit-tank tal-fjuwil. |
|
|
x |
|
8 |
Filtru tal-arja u filtru taż-żejt Iċċekkja jekk hemmx kontaminazzjoni u ħsara u agħmel il-bidliet meħtieġa jekk ikun hemm ħsara jew kontaminazzjoni qawwija, jew inkella inqas minn 800 km qabel il-bidla rrakkomandata li jkun imiss. |
|
|
x |
|
9 |
Fluwidu li jintuża għall-ħasil tal-ħġieġ (għal ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi biss) Neħħi l-fluwidu li jintuża għall-ħasil tal-ħġieġ u imla t-tank b’ilma sħun. |
|
|
x |
|
10 |
Roti (ta’ quddiem u ta’ wara) Iċċekkja jekk ir-roti jistgħux jiċċaqilqu liberament, jew humiex imblukkati mill-brejk. Jekk le, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
11 |
Tajers (għal ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi biss) Neħħi t-tajer ta’ riżerva, biddel għal tajers stabbilizzati jekk it-tajers ikunu nbidlu inqas minn 15 000 km ilu. Uża biss tajers addattati għas-sajf u tajers addattati għall-istaġuni kollha. |
|
|
x |
|
12 |
Ċineg tat-trażmissjoni u għata tal-berried F’każ ta’ ħsara, il-vettura tiġi ddikjarata bħala difettuża. Iddokumenta bir-ritratti |
F |
|
|
|
13 |
Iċċekkja l-livelli tal-fluwidi Iċċekkja l-livelli minimi u massimi (taż-żejt tal-magna, tal-likwidu tat-tkessiħ) / imla sa fuq jekk il-livell ikun taħt il-minimu |
|
|
x |
|
14 |
Flap tal-filler (għal ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi biss) Iċċekkja li l-linja tal-mili żejjed fil-flap tal-filler hija kompletament ħielsa minn residwi jew ifflaxxja l-pajp flessibbli b’ilma sħun. |
|
|
x |
|
15 |
Pajpijiet tal-vakwu u wajers tal-elettriku Iċċekkja kollox għall-integrità. F’każ ta’ ħsara, il-vettura tiġi ddikjarata bħala difettuża. Iddokumenta bir-ritratti |
F |
|
|
|
16 |
Valvi tal-injezzjoni / sistema ta’ kejbils Iċċekkja l-linji tal-provvista tal-fjuwil u l-kejbils kollha. F’każ ta’ ħsara, il-vettura tiġi ddikjarata bħala difettuża. Iddokumenta bir-ritratti |
F |
|
|
|
17 |
Kejbil tal-ignixin (petrol) Iċċekkja l-ispark plugs, il-kejbils, eċċ. F’każ ta’ ħsara, biddilhom. |
|
|
x |
|
18 |
EGR u Katalizzatur, Filtru tal-Partikuli Iċċekkja l-kejbils, il-wajers u s-sensuri kollha. F’każ ta’ tbagħbis, il-vettura ma tistax tintgħażel. F’każ ta’ ħsara, il-vettura tiġi ddikjarata bħala Difettuża. Iddokumenta bir-ritratti |
x/F |
|
|
|
19 |
Kundizzjoni tas-sikurezza Iċċekkja li t-tajers, il-bodi tal-vettura, l-istatus tas-sistema tal-ibbrejkjar u tas-sistema elettrika huma f’kundizzjonijiet sikuri għat-test u li jirrispettaw ir-regoli tat-traffiku tat-triq. Jekk le, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
|
20 |
Semitrejler Hemm kejbils elettriċi għal konnessjoni ta’ semitrejler, fejn meħtieġ? |
|
|
x |
|
21 |
Modifiki ajrudinamiċi Ivverifika li wara l-bejgħ tal-vettura fis-suq ma saret ebda modifika ajrudinamika li ma tistax titneħħa qabel l-ittestjar (kaxxi fuq is-saqaf, xkaffar tat-tagħbija, spojlers, eċċ.) u li ma hemm ebda komponent tal-ajrudinamika standard nieqes (defletturi ta’ quddiem, diffusers, splitters, eċċ.). Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. Iddokumenta bir-ritratti. |
x |
|
|
|
22 |
Iċċekkja jekk il-vettura jonqosiex inqas minn 800 km għas-servizz ta’ manutenzjoni skedat li jmiss, jekk iva, wettaq is-servizz ta’ manutenzjoni. |
|
|
x |
|
23 |
L-iċċekkjar kollu li jirrikjedi konnessjonijiet tal-OBD irid jitwettaq qabel u/jew wara t-tmiem tal-ittestjar |
|
|
|
|
24 |
Checksum u n-numru tal-part tal-kalibrazzjoni tal-Modulu tal-Kontroll tas-Sistema tal-Motopropulsjoni |
|
|
x |
|
25 |
Id-dijanjostika tal-OBD (qabel jew wara t-test tal-emissjonijiet) Aqra l-Kodiċijiet Dijanjostiċi tal-Ħsara u Stampa r-reġistru tal-erruri |
|
|
x |
|
26 |
Talba għal informazzjoni dwar il-Mod tas-Servizz ta’ Manutenzjoni 09 tal-OBD (qabel jew wara t-test tal-emissjonijiet) Aqra l-Mod tas-Servizz ta’ Manutenzjoni 09. Irreġistra l-informazzjoni. |
|
|
x |
|
27 |
Il-mod 7 tal-OBD (qabel jew wara t-test tal-emissjonijiet) Aqra l-Mod tas-Servizz ta’ Manutenzjoni 07. Irreġistra l-informazzjoni |
|
|
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
Rimarki għal: Tiswija / bdil tal-komponenti / numri tal-parts |
|||
Anness 4 - Appendiċi 2
Regoli għat-twettiq tat-testijiet tat-Tip 4 matul il-konformità waqt is-servizz
It-testijiet tat-Tip 4 għall-konformità waqt is-servizz għandhom jitwettqu f’konformità mal-Anness C3 tar-Regolament tan-NU Nru 154, fejn applikabbli bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-vetturi ttestjati bit-test tat-Tip 4 għandu jkollhom mill-inqas 12-il xahar. |
|
(b) |
il-kaxxetta għandha titqies li għaddiet minn proċess ta’ tiqdim u, għalhekk, ma għandhiex tiġi segwita l-proċedura ta’ Tiqdim fuq il-Bank tal-Kaxxetta. |
|
(c) |
il-kaxxetta għandha titgħabba barra l-vettura, skont il-proċedura deskritta għal dan l-għan fl-Anness C3 tar-Regolament tan-NU Nru 154 u għandha titneħħa u tiġi mmuntata fuq il-vettura skont l-istruzzjonijiet tat-tiswija tal-manifattur. “Sniff test” tal-FID (b’riżultati inqas minn 100 ppm f’temperatura ta’ 20 C) għandu jsir mill-aktar qrib possibbli tal-kaxxetta qabel u wara t-tagħbija sabiex jiġi kkonfermat li l-kaxxetta hija mmuntata kif suppost. |
|
(d) |
it-tank għandu jitqies bħala li għadda minn proċess ta’ tiqdim u, għalhekk, ma għandu jiżdied ebda Fattur ta’ Permeabbiltà fil-kalkolu tar-riżultat tat-test tat-Tip 4. |
Anness 4 - Appendiċi 3
Rapport tal-ISC
L-informazzjoni li ġejja għandha tkun inkluża fir-rapport dettaljat tal-ISC:
1.
Data tat-Test
2.
Numru Uniku tar-Rapport tal-ISC
3.
Data tal-approvazzjoni minn rappreżentant awtorizzat
4.
Data tat-trasmissjoni lill-GTAA
5.
L-isem u l-indirizz tal-manifattur;
6.
L-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tal-laboratorju tal-ittestjar responsabbli;
7.
L-isem/ismijiet tal-mudell(i) tal-vetturi inklużi fil-pjan tat-test;
8.
Fejn ikun xieraq, il-lista tat-tipi ta’ vetturi koperti mill-informazzjoni tal-manifattur, jiġifieri għall-emissjonijiet mit-tailpipe, il-familja ta’ waqt is-servizz;
9.
In-numri tal-approvazzjonijiet tat-tip applikabbli għal dawn it-tipi ta’ vetturi fi ħdan il-familja ta’ vetturi, inklużi, fejn applikabbli, in-numri tal-estensjonijiet u tat-tiswijiet li jsiru fil-post/irtirar ta’ prodott difettuż (mudelli ġodda) kollha;
10.
Id-dettalji tal-estensjonijiet, tat-tiswijiet fil-post/irtirar ta’ prodott difettuż, eċċ. għal dawk l-approvazzjonijiet tat-tip għall-vetturi koperti mill-informazzjoni tal-manifattur (jekk jintalbu mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip);
11.
Il-perjodu ta’ żmien li matulu nġabret l-informazzjoni;
12.
Il-proċedura tal-iċċekkjar tal-ISC, inkluż fejn applikabbli:|
(a) |
il-metodu tal-akkwist tal-vetturi; |
|
(b) |
il-kriterji tal-għażla u tar-rifjut tal-vetturi (inklużi t-tweġibiet għat-tabella fl-Appendiċi 1, inklużi ritratti); |
|
(c) |
it-tipi ta’ testijiet u l-proċeduri użati għall-programm; |
|
(d) |
iż-żona/i ġeografika/ġeografiċi minn fejn il-manifattur ġabar l-informazzjoni; |
|
(e) |
in-numru tal-lott tal-kampjun u l-pjan ta’ kampjunar użati; |
13.
ir-riżultati tal-proċedura tal-ISC, inklużi:|
(a) |
l-identifikazzjoni tal-vetturi inklużi fil-programm (kemm jekk ittestjati kif ukoll jekk le). L-identifikazzjoni għandha tinkludi t-Tabella fl-Appendiċi 1 mingħajr l-oġġetti kunfidenzjali. |
|
(b) |
id-data tat-test għall-emissjonijiet mit-tailpipe:
|
|
(c) |
id-data tat-test għall-emissjonijiet evaporattivi:
|
Anness 4 - Appendiċi 4
Rapport annwali tal-ISC mill-Awtorità li tagħti l-Approvazzjoni tat-Tip
Titolu
|
A. |
Ħarsa ġenerali fil-qosor u l-konklużjonijiet ewlenin |
|
B. |
L-attivitajiet tal-ISC imwettqa mill-manifattur fis-sena preċedenti:
|
|
C. |
L-attivitajiet tal-ISC imwettqa mill-atturi l-oħra fis-sena preċedenti:
|
|
D. |
L-attivitajiet tal-ISC imwettqa mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip fis-sena preċedenti:
|
|
E. |
Valutazzjoni tat-tnaqqis annwali ta’ emissjonijiet mistenni minħabba kwalunkwe miżuri ta’ rimedju tal-ISC |
|
F. |
Il-Lezzjonijiet Miksuba (inkluż għall-prestazzjoni tal-istrumenti użati) |
|
G. |
Rapport ta’ testijiet invalidi oħrajn |
Anness 4 - Appendiċi 5
Listi ta’ Trasparenza
Tabella 1
Lista ta’ Trasparenza 1
|
ID |
Input |
Tip ta’ data |
Unità |
Deskrizzjoni |
||||||||||
|
1 |
Numru tat-TA tal-Emissjonijiet |
Test |
-- |
Numru tal-approvazzjoni tar-Regolament tan-NU Nru 154; Numru tal-approvazzjoni tar-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE (jekk applikabbli) |
||||||||||
|
1a |
Data tal-Approvazzjoni tat-Tip tal-Emissjonijiet |
Data |
-- |
Data tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet |
||||||||||
|
2 |
ID tal-Familja tal-Interpolazzjoni (IP ID) |
Test |
-- |
Kif rapportat fir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness A2, Addendum għall-komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip, il-punt 0.1: Identifikatur tal-Familja tal-Interpolazzjoni kif definit fil-paragrafu 6.2.1. tal-istess Regolament |
||||||||||
|
5 |
ID tal-familja tal-ATCT |
Test |
-- |
Kif rapportat fil-paragrafu 0.2.3.2. tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
7 |
ID tal-familja ta’ RL tal-vettura H jew ID tal-familja ta’ RM |
Test |
-- |
Kif irrapportat fil-paragrafu 0.2.3.4.1. tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 għal RL u l-paragrafu 0.2.3.5. għal RM |
||||||||||
|
7a |
ID tal-familja ta’ RL tal-vettura L (jekk rilevanti) |
Test |
-- |
Kif rapportat fil-paragrafu 0.2.3.4.2. tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
7b |
ID tal-familja ta’ RL tal-vettura M (jekk rilevanti) |
Test |
-- |
Kif rapportat fir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness A1 – l-Appendiċi 1, il-paragrafu 1.4.2. Parametri tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq |
||||||||||
|
13 |
Ir-roti motorizzati tal-vettura fil-familja |
Enumerazzjoni (ta’ Quddiem, ta’ Wara, 4 Wheel Drive) |
-- |
Il-paragrafu 1.7. tal-Addendum tal-Anness A2 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
14 |
Il-konfigurazzjoni tax-Xażi Dinamometriku waqt test tat-TA |
Enumerazzjoni (Fus wieħed, Fus Doppju) |
-- |
Bħal fil-paragrafu 2.4.2.4. tal-Anness B6 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
18 |
Mod(i) li jista’/jistgħu jintgħażel/jintgħażlu mis-sewwieq użat(i) waqt it-testijiet tat-TA (ICE pura) jew għat-test ta’ sostenn taċ-ċarġ (NOVC-HEV, OVC-HEV, NOVC-FCHV) |
Formati possibbli: pdf, jpg. L-isem tal-fajl għandu jkun UUID, uniku ġewwa l-pakkett. |
-- |
Iddikjara u ddeskrivi l-mod(i) użat(i) għall-approvazzjoni tat-tip. F’każijiet ta’ mod predominanti dan ikun entrata waħda biss. Alternattivament, jeħtieġ li jiġu deskritti l-aħjar u l-agħar modi possibbli. Deskrizzjoni tal-modi li jeħtieġ li jintużaw għat-testijiet tat-TA bħal fil-paragrafu 2.6.6. tal-Anness B6 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
19 |
Mod(i) li jista’/jistgħu jintgħażel/jintgħażlu mis-sewwieq użat(i) waqt it-testijiet tat-TA għat-test tal-eżawriment taċ-ċarġ (OVC-HEV) |
Formati possibbli: pdf, jpg. L-isem tal-fajl għandu jkun UUID, uniku ġewwa l-pakkett. |
-- |
Iddikjara u ddeskrivi l-mod(i) użat(i) għall-approvazzjoni tat-tip. F’każijiet ta’ mod predominanti dan ikun entrata waħda biss. Alternattivament, jeħtieġ li jiġu deskritti l-aħjar u l-agħar modi possibbli. Deskrizzjoni tal-modi li jeħtieġ li jintużaw għat-testijiet tat-TA bħal fil-paragrafu 3.2.3. tal-Anness B8 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
20 |
Veloċità idle tal-magna għal vetturi bi trażmissjoni manwali, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Numru |
rpm |
Il-paragrafu 3.2.1.6. tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
21 |
Nru ta’ gerijiet għal vetturi bi trażmissjoni manwali |
Numru |
-- |
Il-paragrafu 1.13.2. tal-Addendum tal-Anness A2 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
23 |
Id-dimensjonijiet tat-tajers ta’ quddiem/ta’ wara/tan-nofs tal-vettura tat-test, għal vetturi bi trażmissjoni manwali |
Test |
-- |
Il-paragrafu 1.1.8. tal-Appendiċi 1 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 Uża 1 għad-dimensjonijiet tat-tajers tar-roti ta’ quddiem, 2 għad-dimensjonijiet tat-tajers tar-roti ta’ wara, 3 għad-dimensjonijiet tat-tajers tar-roti tan-nofs (jekk applikabbli) |
||||||||||
|
24 + 25 |
Kurva tal-potenza b’tagħbija sħiħa b’marġni addizzjonali tas-sikurezza (ASM) għal vetturi bi trażmissjoni manwali, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Valuri tat-tabella |
rpm vs. kW vs. % |
Il-kurva tal-potenza b’tagħbija sħiħa fuq il-medda tal-veloċità tal-magna minn nidle sa nrated jew nmax, jew ndv(ngvmax) × vmax, skont liema tkun l-ogħla flimkien mal-ASM (jekk tintuża għall-kalkolu tat-tibdil tal-ger) mill-paragrafu 1.2.4. tal-Appendiċi 1 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 Eżempju ta’ valuri tat-tabella jista’ jinstab fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 154, Anness B2, Tabella A2/1 |
||||||||||
|
26 |
Informazzjoni addizzjonali għall-kalkolu tat-tibdil tal-gerijiet għal vetturi bi tat-trażmissjoni manwali, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Ara t-tabella fl-eżempju |
Ara t-tabella fl-eżempju |
Il-paragrafu 1.2.4. tal-Appendiċi 1 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
29 |
ATCT FCF, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Numru |
-- |
Valur wieħed għal kull fjuwil fil-każ ta’ vettura bifjuwil u bi fjuwil flessibbli. Dejjem qabbel il-Fjuwil 1 mal-ATCT FCF tiegħu u l-Fjuwil 2 mal-ATCT FCF tiegħu. Kif definit fil-paragrafu 3.8.1. tal-Anness B6a tar-Regolament tan-NU Nru 154, |
||||||||||
|
30 a |
Fattur(i) Ki addittiv(i) għal vetturi mgħammra b’sistemi li b’riġenerazzjoni perjodika |
Valuri tat-tabella |
g/km għal CO2, mg/km għall-bqija kollha |
Tabella li tiddefinixxi l-valuri għal CO, NOX, PM, THC (mg/km), u għal CO2 (g/km). Ħalliha vojta jekk jiġu pprovduti fatturi Ki multiplikattivi jew għal vetturi li ma għandhomx sistemi b’riġenerazzjoni perjodika. Il-paragrafu 2.1.1.1.1. tal-Appendiċi 1 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 għal sustanzi niġġiesa u l-paragrafu 2.1.1.2.1. għal CO2 |
||||||||||
|
30b |
Fatturi Ki multiplikattivi għal vetturi mgħammra b’sistemi b’riġenerazzjoni perjodika |
Valuri tat-tabella |
mingħajr unitajiet |
Tabella li tiddefinixxi l-valuri għal CO, NOX, PM, THC, u għal CO2. Ħalliha vojta jekk jiġu pprovduti fatturi Ki addittivi jew għal vetturi li ma għandhomx sistemi b’riġenerazzjoni perjodika. Il-paragrafu 2.1.1.1.1. tal-Appendiċi 1 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 għal sustanzi niġġiesa u l-paragrafu 2.1.1.2.1. għal CO2 |
||||||||||
|
31 a |
Fatturi ta’ Deterjorament (DF) addittivi, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Valuri tat-tabella |
(mg/km, ħlief għal PN li huwa #/km |
Tabella li tiddefinixxi l-fatturi ta’ deterjorament għal kull sustanza niġġiesa.
|
||||||||||
|
31b |
Fatturi ta’ Deterjorament (DF) multiplikattivi, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Valuri tat-tabella |
mingħajr unitajiet |
Tabella li tiddefinixxi l-fatturi ta’ deterjorament għal kull sustanza niġġiesa.
|
||||||||||
|
32 |
Il-vultaġġ tal-batterija għall-REESS kollha |
Numru |
V |
Kif definit fil-paragrafu 4.1. tal-Appendiċi 2 tal-Anness B6 tar-Regolament tan-NU Nru 154 (DIN EN 60050-482) |
||||||||||
|
33 |
Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni K, għal NOVC u OVC-HEVs biss |
Tabella |
(g/km)/(Wh/km) |
Fakultattivi għal NOVC u OVC-HEVs korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tas-CS kif definit fil-paragrafu 2. tal-Appendiċi 2 tal-Anness B8 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
42 |
Rikonoxximent tar-riġenerazzjoni |
Dokument pdf jew jpg L-isem tal-fajl għandu jkun UUID, uniku ġewwa l-pakkett. |
|
Deskrizzjoni mill-manifattur tal-vettura dwar kif tirrikonoxxi li seħħet riġenerazzjoni waqt test |
||||||||||
|
43 |
Tlestija tar-riġenerazzjoni |
Dokument pdf jew jpg L-isem tal-fajl għandu jkun UUID, uniku ġewwa l-pakkett. |
- |
Deskrizzjoni tal-proċedura sabiex titlesta r-riġenerazzjoni |
||||||||||
|
44a |
Numru tal-indiċi taċ-ċiklu ta’ tranżizzjoni għal VL |
Numru |
- |
Għal vetturi OVC-HEV biss. Numru ta’ testijiet ta’ CD mwettqa sakemm jiġi ssodisfat il-kriterju tal-waqfien f’daqqa. Il-paragrafu 2.1.1.4.1.4. tal-Appendiċi 1 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
49 |
Tip ta’ Propulsjoni |
Enumerazzjoni ICE pura, OVC-HEV, NOVC-HEV |
-- |
Tip ta’ propulsjoni kif definit fil-paragrafu 6.3.1.2.(a) tar-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE |
||||||||||
|
50 |
Tip ta’ tqabbid |
Enumerazzjoni Tqabbid bi spark, Tqabbid bil-kompressjoni |
-- |
Tip ta’ tqabbid kif rapportat fil-paragrafu 3.2.1.1. tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
51 |
Mod Operattiv tal-Fjuwil |
Enumerazzjoni (Monofjuwil, Bifjuwil, Fjuwil flessibbli) |
-- |
Tip ta’ Fjuwil tal-Vettura kif rapportat fil-paragrafu 3.2.2.4. tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
52 |
Tip ta’fjuwil, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Enumerazzjoni (Petrol, Diżil, LPG, NG/Bijometan, Etanol (E85), Idroġenu). |
-- |
Tip ta’ Fjuwil kif rapportat fil-paragrafu 3.2.2.1. tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154. Fil-każ ta’ vetturi Bifjuwil u bi Fjuwil flessibbli elenka ż-żewġ fjuwils. |
||||||||||
|
53 |
Tip ta’ trażmissjoni |
Enumerazzjoni (Manwali, Awtomatika, CVT) |
-- |
Tip ta’ Trażmissjoni kif rapportat fil-paragrafu 4.5.1. tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
54 |
Ċilindrata |
Numru |
cm3 |
Ċilindrata kif rapportat fil-paragrafu 3.2.1.3. tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
||||||||||
|
55 |
Metodu tal-alimentazzjoni tal-magna, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Enumerazzjoni Diretta/Indiretta/Diretta u Indiretta |
|
Il-metodu tal-alimentazzjoni tal-magna kif iddikjarat mill-OEM. Il-paragrafu 1.10.2. tal-Addendum tal-Anness A2 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
Tabella 2
Lista ta’ Trasparenza 2
|
Kamp ta’ data |
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
|
TVV |
Test |
Identifikatur uniku tat-Tip, Varjant u Verżjoni tal-vettura |
|
ID tal-Familja tal-PEMS |
Test |
Il-paragrafu 6.5.2. tar-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE |
|
Għamla |
Test |
Isem kummerċjali tal-manifattur |
|
Isem kummerċjali |
Test |
Ismijiet kummerċjali tat-TVV |
|
Isem ieħor |
Test |
Test Liberu |
|
Kategorija u klassi |
Enumerazzjoni (M1, N1 klassi I, N1 klassi II, N1 klassi III, M2) |
Kategorija u klassi tal-vettura |
|
Karozzerija |
Enumerazzjoni (AA Saloon; AB Hatchback, AC Station Wagon, AD Coupe, AE Konvertibbli, AF Vetturi Multi-purpose AG Trakk station wagon BA Trakk, BB Van, BC Unità ta’ trattur għal semitrejler BD Trattur tat-triq BE Trakk pick-up BX Kabina tax-xażi jew chassis-cowl) |
Tip ta’ karozzerija |
|
Numru tat-TA tal-Emissjonijiet |
Test |
Numru tal-approvazzjoni tar-Regolament tan-NU Nru 154; Numru tal-approvazzjoni tar-Regolament tan-NU Nru 168 dwar l-RDE (jekk applikabbli) |
|
Numru tad-WVTA |
Test |
Identifikatur tal-Approvazzjoni tat-Tip tal-Vettura Sħiħa |
|
ID tal-familja Evap |
Test |
Kif rapportat fil-paragrafu 0.2.3.7. tal-Appendiċi 1 tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
|
Potenza attribwita tal-magna, fjuwil 1, fjuwil 2 (jekk rilevanti) |
Numru |
Il-paragrafu 3.2.1.8. tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
|
Tajers doppji |
Iva/Le |
Kif dikjarat mill-OEM |
|
Kapaċitajiet tat-tank(ijiet) tal-fjuwil (valuri diskreti) |
Numru |
Kapaċità/Kapaċitajiet tat-tank(ijiet) tal-fjuwil |
|
Tank issiġillat |
Iva/Le |
Il-paragrafu 3.2.12.2.5.5.3. tal-Anness A1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
|
WMI użat f’din id-WVTA + TVV |
Test |
Kif dikjarat mill-OEM (ISO 3779) |
|
Identifikatur tal-Familja tal-OBM |
Test |
Kif muri fid-Dikjarazzjoni tal-Konformità bl-OBM, bl-EVP u bil-wiri ġol-vettura tar-rekwiżiti tad-data ambjentali tar-Regolament tan-NU Nru 180 dwar il-Monitoraġġ Abbord (OBM) |
ANNESS 5
Metodoloġija tal-konformità waqt is-servizz għad-durabbiltà tal-batterija
1.
Il-manifattur għandu jwettaq it-testijiet tal-konformità waqt is-servizz kif deskritt fil-paragrafu 1 tal-Anness C1 tar-Regolament Nru 154. L-awtoritajiet responsabbli u korpi terzi oħra jistgħu jwettqu testijiet ta’ verifika waqt is-servizz.
2.
Ġbir tal-informazzjoniL-informazzjoni li ġejja għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet mill-manifattur f’format li jrid jiġi miftiehem bejn l-awtoritajiet u l-manifattur: rapport annwali dwar it-talbiet ta’ garanzija rilevanti; u statistika annwali dwar it-tiswijiet kemm għall-batteriji kif ukoll għal sistemi oħra li jistgħu jinfluwenzaw il-konsum tal-enerġija elettrika tal-vettura. Tali informazzjoni għandha tkun disponibbli darba fis-sena għal kull familja ta’ durabbiltà tal-batterija għat-tul tal-perjodu ta’ 8 snin wara li tiġi prodotta l-aħħar vettura ta’ din il-familja.
3.
Parti A: Verifika tal-monitors tal-SOCR/SOCE
3.1.
Obbligi għall-manifattur
3.1.1.
Frekwenza tal-verifikiIl-manifattur għandu jlesti l-proċedura għall-verifika waqt l-użu għall-Parti A fi żmien 3 snin wara li tiġi prodotta l-ewwel vettura ta’ kull familja tal-Parti A u kull sentejn wara sa 8 snin wara li tiġi prodotta l-aħħar vettura ta’ kull familja ta’ monitor kif definit fil-paragrafu 6.11.1.1. tar-Regolament tan-NU Nru 154 u jirrapporta r-riżultati tal-verifika lill-awtoritajiet. L-awtoritajiet jistgħu jiddeċiedu li jipproċedu bil-verifika tagħhom stess tal-Parti A, bi frekwenza u kobor ibbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskju, jew jitolbu aktar informazzjoni mill-manifatturi.
Il-verifika tal-monitors ma għandhiex tkun obbligatorja jekk il-volum ta’ produzzjoni annwali ta’ familja ta’ konformità waqt is-servizz maħsuba għall-bejgħ fil-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ikun inqas minn 5 000 vettura fil-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għas-sena kalendarja preċedenti. Tali familji xorta jistgħu jintgħażlu biex jiġu ttestjati għall-Parti A, fuq talba tal-awtoritajiet responsabbli.
3.1.2.
Proċedura ta’ verifikaSabiex jiġu vverifikati l-monitors tal-SOCR/SOCE, il-valuri għall-awtonomija elettrika u l-UBE għandhom jitkejlu fil-ħin tal-verifika u l-valuri relatati mill-monitors għandhom jinġabru qabel il-proċedura tat-test ta’ verifika. Sabiex jiġi appoġġat it-titjib futur tar-Regolament, il-valuri tal-indikaturi għandhom jerġgħu jinġabru wara l-proċedura tat-test ta’ verifika. Dawk l-indikaturi li jinqraw wara l-proċedura tat-test ta’ verifika ma għandhomx jitqiesu fil-verifika tal-Parti A.
Il-valuri mkejla tal-SOCR u tal-SOCE għandhom jiġu ddeterminati billi l-valuri mkejla għall-awtonomija elettrika u għall-UBE jiġu diviżi bil-valuri ċċertifikati għall-awtonomija elettrika u għall-UBE, rispettivament, u r-riżultati espressi f’perċentwal.
F’każijiet fejn l-UBEmeasured ikun ogħla mill-UBEcertified, l-SOCEmeasured għandu jiġi stabbilit għal 100 fil-mija. F’każijiet fejn ir-Rangemeasured tkun ogħla mir-Rangemeasured, l-SOCRmeasured għandu jiġi stabbilit għal 100 fil-mija.
3.1.3.
Metodu Statistiku għal deċiżjoni ta’ Riżultat Pożittiv/Negattiv għal kampjun ta’ vetturiGħandha tiġi kkalkolata statistika separata għall-monitor tal-SOCR u għall-monitor tal-SOCE.
Għandu jintgħażel għadd adegwat ta’ vetturi (mill-inqas tlieta u mhux aktar minn 16) mill-istess familja ta’ monitor għall-ittestjar wara spezzjoni tal-vettura (ara l-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness) li jkun fih informazzjoni mfassla biex jiġi żgurat li l-vettura tkun intużat u nżammet kif suppost skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur. L-istatistika li ġejja għandha tintuża biex tittieħed deċiżjoni dwar l-akkuratezza tal-monitor.
Għall-evalwazzjoni tal-monitors tal-SOCR/SOCE għandhom jiġu kkalkolati l-valuri normalizzati:
Fejn
|
SOCX read,i |
hija l-SOCR/SOCE abbord li jinqara mill-vettura i; u |
|
SOCX measured,i |
hija l-SOCR/SOCE mkejjel tal-vettura i. |
Għall-għadd totali ta’ testijiet N u għall-valuri normalizzati tal-vetturi ttestjati, x 1, x 2, … x N , għandhom jiġu ddeterminati Xtests medji u d-devjazzjoni standard s:
kif ukoll
Għal kull test N 3 ≤ N ≤ 16, tista’ tintlaħaq waħda mit-tliet deċiżjonijiet li ġejjin, fejn il-fattur A għandu jkun stabbilit għal 5:
|
(a) |
Tingħata deċiżjoni ta’ riżultat pożittiv lill-familja jekk
|
|
(b) |
Tingħata deċiżjoni ta’ riżultat negattiv lill-familja jekk
|
|
(c) |
Jittieħed kejl ieħor jekk: |
il-parametri tP1,N, tP2,N, tF1,N, u tF2 jittieħdu mit-Tabella 3.
Billi fl-istadju attwali ma huwa stabbilit l-ebda rekwiżit ta’ akkuratezza għall-monitor tal-SOCR, statistika separata għall-monitors tal-SOCR ma għandhiex tiġi kkalkolata għal finijiet ta’ verifika. Statistika separata għall-monitor tal-SOCR għandha tiġi kkalkolata ladarba jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ akkuratezza għall-Parti A f’emenda futura ta’ dan ir-Regolament.
Tabella 3
Kriterji tad-deċiżjoni ta’ riżultat pożittiv/negattiv għad-daqs tal-kampjun
|
|
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT NEGATTIV |
||
|
Testijiet (N) |
tP1,N |
tP2,N |
tF1,N |
tF2 |
|
3 |
1,686 |
0,438 |
1,686 |
0,438 |
|
4 |
1,125 |
0,425 |
1,177 |
0,438 |
|
5 |
0,850 |
0,401 |
0,953 |
0,438 |
|
6 |
0,673 |
0,370 |
0,823 |
0,438 |
|
7 |
0,544 |
0,335 |
0,734 |
0,438 |
|
8 |
0,443 |
0,299 |
0,670 |
0,438 |
|
9 |
0,361 |
0,263 |
0,620 |
0,438 |
|
10 |
0,292 |
0,226 |
0,580 |
0,438 |
|
11 |
0,232 |
0,190 |
0,546 |
0,438 |
|
12 |
0,178 |
0,153 |
0,518 |
0,438 |
|
13 |
0,129 |
0,116 |
0,494 |
0,438 |
|
14 |
0,083 |
0,078 |
0,473 |
0,438 |
|
15 |
0,040 |
0,038 |
0,455 |
0,438 |
|
16 |
0,000 |
0,000 |
0,438 |
0,438 |
3.1.4.
Miżuri korrettivi għall-monitors tal-SOCR u tal-SOCEDeċiżjoni ta’ riżultat negattiv għall-kampjun tfisser li l-monitors jonqsu milli jirrapportaw b’mod akkurat id-durabbiltà tas-sistema u għandha tittieħed azzjoni xierqa mill-manifattur bi qbil mal-awtorità responsabbli. Dan jista’ jwassal għar-rekwiżit li l-manifattur isewwi jew jissostitwixxi l-monitor difettuż inkluż is-sensuri rilevanti jew billi japplika miżuri tas-software fil-vetturi affettwati kollha fil-familja tal-monitor.
Deċiżjoni ta’ riżultat pożittiv jew korrezzjoni tan-nuqqas ta’ konformità hija meħtieġa biex wieħed jipproċedi bil-Parti B. Il-monitors tal-SOCR ma għandhomx iwasslu għal deċiżjoni ta’ riżultat negattiv iżda għandhom jiġu mmonitorjati bl-għan li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta’ akkuratezza għall-Parti A f’emenda futura ta’ dan ir-Regolament.
3.2.
L-awtorità tal-approvazzjoni tista’ tiddeċiedi li twettaq test tal-Parti A kif deskritt fil-paragrafi minn 3.1.1. sa 3.1.4.
4.
Parti B: Verifika tad-Durabbiltà tal-Batterija
4.1.
Obbligi tal-manifatturi:
4.1.1.
Frekwenza tal-verifikiId-data għandha tinġabar kull sena mill-manifattur minn kampjun statistikament adegwat ta’ vetturi fl-istess familja ta’ durabbiltà tal-batterija, kif definit fil-paragrafu 6.11.1.2. tar-Regolament tan-NU Nru 154, magħżul b’mod aleatorju minn varjetà ta’ kundizzjonijiet klimatiċi. Id-deċiżjoni dwar l-għadd ta’ vetturi fil-kampjun tista’ tittieħed mill-manifattur abbażi tal-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju, iżda fil-prinċipju ma għandhiex tkun inqas minn 500.
Jekk l-għadd ta’ vetturi fil-kampjun ikun inqas minn 500, massimu ta’ 5 fil-mija tal-valuri jista’ jiġi eskluż mill-kampjun. F’każ bħal dan, il-manifattur jeħtieġ li juża ġudizzju inġiniriku tajjeb.
Jekk l-għadd ta’ vetturi fil-kampjun ikun 500 jew aktar, f’dak il-każ il-vetturi kollha għandhom jiġu inklużi fil-kampjun. Id-data li tinqara għandha tkun dik tal-monitors tal-SOCR u tal-SOCE (u data rilevanti oħra, bħal dik definita fl-Appendiċi 1 tal-Anness C1 tar-Regolament tan-NU Nru 154). Il-monitors tal-SOCR ta’ vetturi tal-kategorija N u l-monitors tal-SOCR ta’ vetturi tal-kategorija M għandhom jinġabru biss għal finijiet ta’ monitoraġġ sakemm it-Tabella 2 tal-Anness C1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 ma jkun fiha l-ebda MPR għall-SOCR.
4.1.2.
Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtoritajiet responsabbli ċertifikat ta’ konformità li jiddikjara li t-tip ta’ vettura jikkonforma mar-rekwiżiti kif iddikjarat fil-paragrafu 1.3 tal-Anness C1 tar-Regolament tan-NU Nru 154.
4.2.
L-awtorità responsabbli ta’ parti kontraenti li tapplika dan ir-regolament tista’ tiddeċiedi li twettaq verifika tal-Parti B. F’dan il-każ, il-manifattur għandu jagħmel disponibbli d-data miġbura annwali lill-awtoritajiet f’format miftiehem mal-awtoritajiet. Minn dik id-data, għandu jintgħażel b’mod aleatorju kampjun statistikament adegwat ta’ vetturi fl-istess familja ta’ durabbiltà tal-batterija minn varjetà ta’ kundizzjonijiet klimatiċi. Id-deċiżjoni dwar l-għadd ta’ vetturi fil-kampjun tista’ tittieħed mill-awtorità responsabbli abbażi tal-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju, iżda fil-prinċipju ma għandhiex tkun inqas minn 500.Jekk l-għadd ta’ vetturi fil-kampjun ikun inqas minn 500, imbagħad fuq talba tal-manifattur u bi qbil mal-awtorità responsabbli, massimu ta’ 5 fil-mija tal-valuri jistgħu jiġu esklużi mill-kampjun. F’każ bħal dan, il-manifattur jeħtieġ li jipprovdi informazzjoni adegwata dwar ir-raġuni wara l-esklużjoni għal kull vettura lill-awtorità.
Jekk l-għadd ta’ vetturi fil-kampjun ikun 500 jew aktar, f’dak il-każ il-vetturi kollha għandhom jiġu inklużi fil-kampjun. Id-data li tinqara għandha tkun dik tal-monitors tal-SOCR u tal-SOCE (u data rilevanti oħra, bħal dik definita fl-Appendiċi 1 tal-Anness C1 tar-Regolament tan-NU Nru 154). Il-monitors tal-SOCR ta’ vetturi tal-kategorija N u l-monitors tal-SOCR ta’ vetturi tal-kategorija M għandhom jinġabru biss għal finijiet ta’ monitoraġġ sakemm it-Tabella 2 tal-Anness C1 tar-Regolament tal-UN Nru 154 ma jkun fiha l-ebda MPR għall-SOCR.
4.3.
Kriterji ta’ Riżultat Pożittiv/Negattiv għall-familja ta’ durabbiltà tal-batterijaFamilja ta’ durabbiltà tal-batterija għandha tikseb riżultat pożittiv jekk 90 fil-mija jew aktar mill-valuri tal-monitor li jinqraw mill-kampjun tal-vettura jkunu ogħla mill-MPRi jew mid-DPRi. Familja ta’ durabbiltà tal-batterija għandha tikseb riżultat negattiv jekk inqas minn 90 fil-mija tal-valuri tal-monitoraġġ li jinqraw mill-kampjun tal-vettura jkunu ogħla mill-MPRi jew mid-DPRi.
5.
Parti C: Verifika tad-distanza virtwali rrapportata
5.1.
Proċedura ta’ verifikaVerifika tad-distanza virtwali rrapportata hija meħtieġa biss jekk il-manifattur jitlob li tiġi applikata l-għażla ekwivalenti ta’ distanza virtwali. Sabiex tiġi vverifikata d-distanza virtwali li tinqara mill-vettura li tappartjeni għal familja tal-Parti C kif definit fil-paragrafu 6.11.1.3. tar-Regolament tan-NU Nru 154, għandu jitwettaq test b’użu adegwat u rappreżentattiv tal-vettura għal finijiet V2X jew mhux ta’ trazzjoni, jekk applikabbli, biex jiġi vverifikat jekk iż-żieda fid-distanza virtwali rrapportata hijiex akkurata. L-enerġija totali ta’ disċarġ matul dan l-użu għandha titkejjel sabiex tiġi kkalkolata d-distanza virtwali mkejla. Il-każ ta’ użu tal-proċedura ta’ verifika (inkluż l-ammont minimu ta’ enerġija skarikata li jikkorrispondi għal distanza virtwali ta’ mill-inqas 50 km) għandu jiġi miftiehem u approvat mill-awtorità responsabbli. Jekk ma tkunx tista’ tintlaħaq distanza virtwali ta’ 50 km b’batterija kompletament iċċarġjata, id-distanza virtwali meħtieġa għall-verifika għandha tiġi stabbilita għal valur irrakkomandat mill-manifattur.
Tabella 4
Għandhom jitwettqu l-passi li ġejjin biex jiġu ddeterminati r-riżultati tal-verifika meħtieġa:
|
Pass nru |
Input |
Deskrizzjoni |
Output |
|
Pass 1 |
mhux applikabbli |
Aqra d-distanza virtwali inizjali u l-konsum tal-enerġija ċċertifikat tal-agħar xenarju tal-familja tal-Parti B skont l-Appendiċi 2 tal-Anness C1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
dvirt,on-board,init (km) ECPart B (Wh/km) |
|
Pass 2 |
mhux applikabbli |
Wettaq il-każ ta’ użu ta’ V2X u kejjel l-enerġija skarikata |
EV2X,meas (Wh) |
|
Pass 3 |
mhux applikabbli |
Aqra d-distanza virtwali finali skont l-Appendiċi 1 tal-Anness C1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 |
dvirt,on-board,final (km) |
|
Pass 4 |
Minn Pass 1: dvirt,on-board,init (km) ECPart B (Wh/km) Minn Pass 2: EV2X,meas (Wh) Minn Pass 3: dvirt,on-board,final (km) |
Ikkalkula d-delta tad-distanza virtwali abbord:
Ikkalkula d-distanza virtwali mkejla:
|
Δdvirt,on-board (km) Δdvirt,meas (km) |
5.2.
Riżultat pożittiv jew negattiv tad-distanza virtwali rrapportataKaż ta’ użu miftiehem ta’ proċedura ta’ verifika (kif imsemmi fil-paragrafu 5.1.) għandu jitwettaq b’għadd adegwat ta’ vetturi (mill-inqas waħda u mhux aktar minn erbgħa) użati għal finijiet ta’ V2X jew mhux ta’ trazzjoni. Il-verifika tad-distanza virtwali rrapportata għandha twassal għal riżultat negattiv fil-proċedura ta’ verifika jekk id-distanza virtwali tad-delta rrapportata Δdvirt,on-board skont it-Tabella 4 tkun aktar minn 5 fil-mija ogħla mid-distanza virtwali mkejla Δdvirt,meas skont it-Tabella 4. L-istatistika li ġejja għandha tintuża biex tittieħed deċiżjoni dwar l-akkuratezza tad-distanza virtwali.
Għall-finijiet tat-teħid ta’ deċiżjoni dwar riżultat pożittiv/negattiv għall-kampjun, “p” huwa l-għadd ta’ riżultati pożittivi u “f” huwa l-għadd ta’ riżultati negattivi. Kull riżultat ta’ test li kiseb riżultat pożittiv għandu jżid l-għadd ta’ “p” b’wieħed u kull riżultat ta’ test li kiseb riżultat negattiv għandu jżid l-għadd ta’ “f” b’wieħed għall-proċedura statistika miftuħa rilevanti.
Mal-inkorporazzjoni tar-riżultati validi tat-test tal-enerġija V2X f’istanza miftuħa tal-proċedura statistika, l-awtorità responsabbli għandha twettaq l-azzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
taġġorna d-daqs kumulattiv tal-kampjun “n” għal dik l-istanza biex ikun jirrifletti l-għadd totali ta’ testijiet validi inkorporati fil-proċedura statistika; |
|
(b) |
wara evalwazzjoni tar-riżultati, taġġorna l-għadd ta’ riżultati pożittivi “p” u l-għadd ta’ riżultati negattivi “f”; |
|
(c) |
tiċċekkja jekk intlaħqitx deċiżjoni bil-proċedura deskritta hawn taħt. |
Id-deċiżjoni tiddependi fuq id-daqs kumulattiv tal-kampjun “n”, fuq l-għadd ta’ riżultati pożittivi u riżultati negattivi “p” u “f”. Għad-deċiżjoni dwar riżultat pożittiv/negattiv ta’ kampjun ta’ verifika, l-awtorità responsabbli għandha tuża ċ-ċart tad-deċiżjonijiet fit-Tabella 5. Iċ-ċart tindika d-deċiżjoni li trid tittieħed għal daqs kumulattiv ta’ kampjun partikolari “n” u l-għadd ta’ riżultati negattivi “f”.
Hemm żewġ deċiżjonijiet possibbli għal proċedura statistika għal familja ta’ vetturi partikolari:
|
(a) |
Għandu jintlaħaq eżitu ta’ “riżultat pożittiv tal-kampjun” meta ċ-ċart tad-deċiżjonijiet mit-Tabella 5 tagħti eżitu ta’ “RIŻULTAT POŻITTIV” għad-daqs kumulattiv tal-kampjun attwali “n” u l-għadd ta’ riżultati negattivi “f”. |
|
(b) |
Għandha tintlaħaq deċiżjoni ta’ “riżultat negattiv tal-kampjun” meta, għal daqs kumulattiv tal-kampjun partikolari “n”, meta ċ-ċart tad-deċiżjonijiet applikabbli mit-Tabella 5 tagħti deċiżjoni ta’ “RIŻULTAT NEGATTIV” għad-daqs kumulattiv tal-kampjun attwali “n” u l-għadd ta’ riżultati negattivi “f”. |
Jekk ma tintlaħaq l-ebda deċiżjoni, il-proċedura statistika għandha tibqa’ miftuħa u r-riżultati ulterjuri għandhom jiġu inkorporati fiha sakemm tintlaħaq deċiżjoni.
Tabella 5
Ċart tad-deċiżjonijiet għall-verifika ta’ riżultat pożittiv/negattiv tal-Parti C
|
L-għadd ta’ riżultati negattivi “f”’ |
3 |
|
|
RIŻULTAT NEGATTIV |
RIŻULTAT NEGATTIV |
|
2 |
|
UND |
UND |
RIŻULTAT POŻITTIV |
|
|
1 |
UND |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
|
|
0 |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
|
|
|
|
1 |
2 |
3 |
4 |
|
|
|
n |
|||
|
Nota: |
“UND” tfisser mhux deċiż |
5.3.
Miżuri korrettivi għad-distanza virtwali rrapportataDeċiżjoni ta’ riżultat negattiv għall-kampjun tfisser li l-kalkolaturi tad-distanza virtwali (algoritmu) jonqsu milli jirrapportaw b’mod akkurat id-distanza virtwali tas-sistema u għandha tittieħed azzjoni xierqa mill-manifattur bi qbil mal-awtorità responsabbli. Dan jista’ jwassal għar-rekwiżit li l-manifattur isewwi jew jissostitwixxi l-kalkolatur difettuż tad-distanza virtwali fil-vetturi affettwati u futuri kollha fil-familja ta’ durabbiltà tal-batterija, li jikkoreġi distanzi virtwali diġà rrapportati għal din il-familja u li jirrepeti l-proċedura għall-verifika tal-Parti B sabiex jiġi kkonfermat ir-riżultat pożittiv jew negattiv.
6.
Dijagrammi sekwenzjali tal-proċess għall-Parti A u għall-Parti BId-dijagrammi sekwenzjali ta’ hawn taħt juru d-diversi passi fil-proċess ta’ verifika tal-Parti A (Illustrazzjoni 1) u tal-Parti B (Illustrazzjoni 2).
Illustrazzjoni 1
Dijagramma sekwenzjali għall-Parti A: Verifika tal-Monitors
Illustrazzjoni 2
Dijagramma sekwenzjali għall-Parti B: Verifika tad-Durabbiltà tal-Batterija
Anness 5 – Appendiċi 1
Spezzjoni tal-Vettura
L-ispezzjoni tal-vettura għandha tintuża għall-vetturi kollha magħżula għall-ittestjar fil-Parti A tal-verifika tal-monitors tal-SOCE/SOCR definiti fil-paragrafu 3. ta’ dan l-anness. Il-vetturi li jaqgħu taħt wieħed mill-kriterji ta’ esklużjoni ta’ hawn taħt għandhom jiġu eliminati mill-ittestjar, jew inkella jiġu aġġornati skont il-proċeduri deskritti hawn taħt.
|
|
x = Kriterji tal-Esklużjoni |
x = Iċċekkjata u rrapportata |
Kunfidenzjali |
|
Data: |
|
|
x |
|
L-isem tal-investigatur: |
|
|
x |
|
Il-post fejn sar it-test: |
|
|
x |
|
Il-pajjiż tar-reġistrazzjoni: |
|
x |
|
Karatteristiċi tal-Vettura
|
|
x = Kriterji tal-Esklużjoni |
x = Iċċekkjata u rrapportata |
Kunfidenzjali |
||
|
In-numru tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni: |
|
x |
x |
||
|
Il-vettura jrid ikollha kemm “età” kif ukoll “distanza vvjaġġata” (definita bħala ż-żmien li għadda wara l-manifattura) taħt dawk meħtieġa fil-paragrafu 1.2. tal-Anness C1 tar-Regolament tan-NU Nru 154 għall-verifika tal-MPR |
x |
|
|
||
|
Il-vettura hija PEV jew OVC-HEV? Jekk le: il-vettura ma tistax tintgħażel |
x |
|
|
||
|
Data tal-manifattura: |
|
x |
|
||
|
|
|
|
|
||
|
VIN: |
|
x |
|
||
|
Klassi u karattru tal-emissjonijiet jew is-Sena tal-Mudell |
|
x |
|
||
|
Il-pajjiż tar-reġistrazzjoni: Il-vettura trid tkun irreġistrata f’Parti Kontraenti |
x |
x |
|
||
|
Mudell: |
|
x |
|
||
|
Kodiċi tal-magna (fejn applikabbli): |
|
x |
|
||
|
Kapaċità tal-magna (l) (fejn applikabbli): |
|
x |
|
||
|
Potenza tal-magna (kW) (fejn applikabbli): |
|
x |
|
||
|
Kodiċi tal-mutur elettriku: |
|
x |
|
||
|
Potenza tal-mutur elettriku (kW): |
|
x |
|
||
|
Tip ta’ sistema tal-motopropulsjoni elettrika |
|
x |
|
||
|
Kapaċità tal-enerġija u tip ta’ batterija |
|
x |
|
||
|
Tip ta’ gearbox (awtomatika/manwali): |
|
x |
|
||
|
Fus motorizzat (FWD/AWD/RWD): |
|
x |
|
||
|
Daqs tat-tajers (ta’ quddiem u ta’ wara, jekk ikunu differenti): |
|
x |
|
||
|
Konsum medju tal-fjuwil għall-OVC-HEVs |
|
x |
|
||
|
Il-vettura kienet involuta f’kampanja ta’ sejħa lura jew servizz ta’ manutenzjoni? Jekk iva: Liema waħda? It-tiswijiet tal-kampanja diġà saru? It-tiswijiet iridu jkunu saru qabel ma tintgħażel il-vettura. |
x |
x |
|
||
|
Intervista mas-Sid tal-Vettura (is-sid se jiġi mistoqsi biss il-mistoqsijiet ewlenin u ma għandu jkollu ebda għarfien tal-implikazzjonijiet tat-tweġibiet) |
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
Isem is-sid (disponibbli biss għall-korp ta’ spezzjoni jew għal-laboratorju/għas-servizz tekniku akkreditat) |
|
|
x |
||
|
Kuntatt (indirizz / telefon) (disponibbli biss għall-korp ta’ spezzjoni jew il-laboratorju/is-servizz tekniku akkreditat) |
|
|
x |
||
|
|
|
|
|
||
|
Kemm kellha sidien il-vettura? |
|
x |
|
||
|
L-odometru dejjem ħadem? Jekk le, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
||
|
Il-vettura ntużat għal waħda minn dawn li ġejjin? |
|
|
|
||
|
Bħala karozza li tintuża f’show-rooms? |
|
x |
|
||
|
Bħala taxi? |
|
x |
|
||
|
Bħala vettura tal-konsenja? |
|
x |
|
||
|
Għat-tlielaq / għal sport tal-karozzi? |
x |
|
|
||
|
Bħala karozza tal-kiri? |
|
x |
|
||
|
Il-vettura ġarret tagħbijiet tqal aktar mill-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
||
|
Kien hemm xi tiswijiet maġġuri tal-magna, tal-mutur elettriku jew tal-vettura? |
|
x |
|
||
|
Kien hemm xi tiswijiet maġġuri tal-magna jew tal-vettura mhux awtorizzati? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
||
|
Il-batterija tal-propulsjoni nbidlet jew issewwiet? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel għall-ittestjar, iżda għandha tinġabar informazzjoni |
x |
x |
|
||
|
Il-potenza tal-vettura ġiet miżjuda mingħajr awtorizzazzjoni jew sar xi tuning tal-magna mhux awtorizzat? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
||
|
Kien hemm xi parti mis-sistema tal-posttrattament tal-emissjonijiet li ġiet immodifikata (fejn applikabbli)? Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel |
x |
|
|
||
|
Fejn intużat l-aktar ta’ spiss il-vettura tiegħek? |
|
|
|
||
|
% awtostrada |
|
x |
|
||
|
% rurali |
|
x |
|
||
|
% urbani |
|
x |
|
||
|
Il-vettura saritilha manutenzjoni u ntużat f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur? Jekk le, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
||
|
L-istorja sħiħa tas-servizz ta’ manutenzjoni u tat-tiswijiet, inkluż kwalunkwe modifika disponibbli? Jekk ma tistax tiġi pprovduta d-dokumentazzjoni sħiħa, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
||
|
Iċċekkjar relatat mal-batterija: |
|
|
|
||
|
Kemm-il darba ċċarġjajt il-vettura meta: % bil-batterija kważi b’ċarġ ta’ 0 % bin-nofs tal-batterija ċċarġjata % bil-batterija kważi kompletament iċċarġjata |
- - - |
x x x |
|
||
|
Bħala medja, kemm-il darba ntużaw ċarġers veloċi jew superveloċi fix-xahar? |
|
x |
|
||
|
X’inhi l-istima tiegħek tal-perċentwal ta’ ħin li l-vettura ntużat fil-meded tat-temperatura ambjentali li ġejjin: Taħt -7 °C: Bejn -7 °C u 35 °C: Aktar minn 35 °C: |
|
x x x |
|
||
|
|
|
|
|
||
|
Eżaminazzjoni u Manutenzjoni tal-Vettura miċ-Ċentru tal-Ittestjar (jekk jogħġbok uża l-entrati rilevanti skont it-tip ta’ vettura) |
x= Kriterji ta’ Esklużjoni |
x= iċċekkjata u rrapportata |
Rilevanti għall-EV |
||
|
Meta ġiet iċċarġjata l-aħħar b’mod adegwat* il-vettura? Jekk il-vettura ma tkunx ġiet iċċarġjata b’mod adegwat matul l-aħħar xahar (kif muri mill-valuri li jinqraw mill-vettura skont il-punt 7 tal-Appendiċi 1 tal-Anness C1 tar-Regolament tan-NU Nru 154), allura tiġi kkundizzjonata qabel l-ittestjar billi l-vettura tinstaq mhux inqas minn 50 km u b’mod li jirriżulta f’disċarġ ta’ mill-inqas 50 fil-mija tal-kapaċità li tista’ tintuża tal-batterija, segwit minn iċċarġjar komplut mill-ġdid.
|
x |
|
x |
||
|
Livell tat-tank tal-fjuwil (mimli/vojt) (fejn applikabbli) Id-dawl tar-riżerva tal-fjuwil huwa MIXGĦUL? Jekk iva, irriforni l-vettura bil-fjuwil qabel it-test. |
|
x |
|
||
|
Hemm xi dwal ta’ twissija fuq il-pannell tal-istrumenti attivati li jindikaw ħsara tal-vettura jew tas-sistema ta’ wara t-trattament tal-egżost (fejn applikabbli) li ma tistax tiġi solvuta permezz ta’ manutenzjoni normali? (Indikatur tal-Ħsara, Indikatur tal-Ħtieġa ta’ Servizz ta’ Manutenzjoni tal-Magna, eċċ.?) Jekk iva, il-vettura ma tistax tintgħażel |
x |
|
|
||
|
Id-dawl tal-SCR jixgħel (fejn applikabbli) wara li tinxtegħel il-magna? Jekk iva, ir-reaġent għandu jimtela, jew it-tiswija tiġi eżegwita qabel ma l-vettura tintuża għall-ittestjar. |
x |
|
|
||
|
Spezzjoni viżwali tas-sistema tal-egżost (fejn applikabbli) Iċċekkja għat-tnixxijiet bejn il-manifold tal-egżost u t-tarf tat-tailpipe. Iċċekkja u ddokumenta (bir-ritratti) Jekk ikun hemm ħsara jew tnixxijiet, il-vettura ma tistax tiġi ttestjata |
x |
|
|
||
|
Komponenti rilevanti għall-gass tal-egżost (fejn applikabbli) Iċċekkja u ddokumenta (bir-ritratti) il-komponenti tal-emissjonijiet kollha rilevanti għall-ħsara. Jekk ikun hemm ħsara, il-vettura ma tistax tiġi ttestjata |
x |
|
|
||
|
Filtru tal-arja u filtru taż-żejt (fejn applikabbli) Iċċekkja għall-kontaminazzjoni u għall-ħsara. Biddel jekk ikun bil-ħsara jew ikun ikkontaminat ħafna jew inqas minn 800 km qabel it-tibdil irrakkomandat li jmiss. |
|
x |
|
||
|
Roti (ta’ quddiem u ta’ wara) Iċċekkja jekk ir-roti jistgħux jiċċaqilqu liberament, jew humiex imblukkati jew ostakolati mill-brejk. Jekk ma jkunux jistgħu jiċċaqilqu liberament, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
Y |
||
|
Ċineg tat-trażmissjoni u għata tal-berried F’każ ta’ ħsara, il-vettura ma tistax tiġi ttestjata. |
x |
|
|
||
|
Iċċekkja l-livelli tal-fluwidu (fejn applikabbli) Iċċekkja l-livelli minimi u massimi (taż-żejt tal-magna, tal-likwidu tat-tkessiħ) / imla sa fuq jekk il-livell ikun taħt il-minimu |
|
x |
|
||
|
Pajpijiet tal-vakwu u wajers tal-elettriku Iċċekkja kollox għall-integrità. F’każ ta’ ħsara, il-vettura ma tistax tiġi ttestjata. |
x |
|
Y |
||
|
Valvi tal-injezzjoni / kejbils (fejn applikabbli) Iċċekkja l-linji tal-provvista tal-fjuwil u l-kejbils kollha. F’każ ta’ ħsara, il-vettura ma tistax tiġi ttestjata. |
x |
|
Y |
||
|
Kejbil tal-ignixin (petrol) (fejn applikabbli) Iċċekkja l-ispark plugs, il-kejbils, eċċ. F’każ ta’ ħsara, biddilhom. |
|
x |
|
||
|
EGR u Katalizzatur, Filtru tal-Partikoli (fejn applikabbli) Iċċekkja l-kejbils, il-wajers u s-sensuri kollha. F’każ ta’ tbagħbis jew ħsara, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
|
||
|
Kundizzjoni tas-sikurezza Iċċekkja li t-tajers, il-bodi tal-vettura, l-istatus tas-sistema tal-ibbrejkjar u tas-sistema elettrika huma f’kundizzjonijiet sikuri għat-test u li jirrispettaw ir-regoli tat-traffiku tat-triq. Jekk le, il-vettura ma tistax tintgħażel. |
x |
|
Y |
||
|
Semitrejler Hemm kejbils elettriċi għal konnessjoni ta’ semitrejler, fejn meħtieġ? |
|
x |
Y |
||
|
Iċċekkja jekk il-vettura jonqosiex inqas minn 800 km għas-servizz ta’ manutenzjoni skedat li jmiss, jekk iva, wettaq is-servizz ta’ manutenzjoni. |
|
x |
Y |
||
|
Checksum u n-numru tal-part tal-kalibrazzjoni tal-Modulu tal-Kontroll tas-Sistema tal-Motopropulsjoni |
|
x |
Y |
||
|
Dijanjostika tal-OBD (qabel jew wara t-test tal-awtonomija) Aqra l-Kodiċijiet Dijanjostiċi tal-Ħsara u Stampa r-reġistru tal-erruri |
|
x |
|
||
|
Talba għal informazzjoni dwar il-Mod tas-Servizz ta’ Manutenzjoni 09 tal-OBD (qabel jew wara t-test tal-awtonomija) Aqra l-Mod tas-Servizz ta’ Manutenzjoni 09. Irreġistra l-informazzjoni. |
|
x |
|
||
|
Mod 7 tal-OBD (qabel jew wara t-test tal-awtonomija) Aqra l-Mod tas-Servizz ta’ Manutenzjoni 07. Irreġistra l-informazzjoni |
|
x |
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
Rimarki għal: Tiswija / bdil tal-komponenti / numri tal-parts
ANNESS 6
Test tat-Tip 3
(Verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet mill-kaxxa tal-krank)
1. Introduzzjoni
Dan l-anness jiddeskrivi l-proċedura għat-Test tat-Tip 3 kif definit fil-paragrafu 5.3.3. ta’ dan ir-Regolament.
2. Dispożizzjonijiet Ġenerali
|
2.1. |
It-test tat-Tip 3, jekk ikun meħtieġ, għandu jitwettaq fuq vettura b’magna ta’ tqabbid bi spark, li tkun ġiet soġġetta għat-test tat-Tip 1, kif speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 154. |
|
2.2. |
Il-magni ttestjati għandhom jinkludu magni li ma jnixxux għajr dawk iddisinjati b’mod li anki tnixxija żgħira tista’ tikkawża ħsarat operattivi mhux aċċettabbli (bħal magni flat-twin). |
|
2.3. |
Il-koeffiċjenti tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq li jridu jintużaw għandhom ikunu dawk għal vehicle low (VL). Jekk VL ma teżistix, allura għandha tintuża r-reżistenza għall-avvanz fit-triq ta’ VH. F’dak il-każ VH għandha tiġi definita f’konformità mal-paragrafu 4.2.1.1.1. tal-Anness B4 tar-Regolament tan-NU Nru 154. F’każ li jintuża l-metodu ta’ interpolazzjoni, VL u VH għandhom jiġu speċifikati f’konformità mal-paragrafu 4.2.1.1.2. tal-Anness B4 tar-Regolament tan-NU Nru 154. Alternattivament, il-manifattur jista’ jagħżel li juża r-reżistenzi għall-avvanz fit-triq li jkunu ġew iddeterminati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 7a jew tal-Appendiċi 7b tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 83 għal vettura inkluża fil-familja ta’ interpolazzjoni. |
3. Kundizzjonijiet tat-test
|
3.1. |
It-tħaddim bil-magna fuq idle għandu jiġi regolat f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur. |
|
3.2. |
Il-kejl għandu jsir f’dawn it-tliet settijiet ta’ kundizzjonijiet ta’ tħaddim tal-magna:
|
|
3.3. |
Rekwiżiti addizzjonali għall-Vetturi Elettriċi Ibridi |
|
3.3.1. |
Il-vetturi għandhom jiġu ttestjati bil-magna li tikkonsma l-fjuwil qiegħda taħdem. Il-manifattur għandu jipprovdi “mod ta’ manutenzjoni” li bih ikun jista’ jitwettaq dan it-test. |
|
3.3.2. |
It-testijiet għandhom isiru biss fil-kundizzjonijiet 1 u 2 tal-paragrafu 3.2. Jekk għal xi raġuni ma jkunx jista’ jsir it-test fil-kundizzjoni 2, għandha tintuża minflok kundizzjoni oħra tal-veloċità stabbli (bil-magna li tikkonsma l-fjuwil taħdem b’tagħbija). |
4. Metodu ta’ ttestjar
|
4.1. |
Għall-kundizzjonijiet operattivi kif elenkati fil-paragrafu 3.2. ta’ dan l-anness, għandu jiġi ċċekkjat kemm hu affidabbli l-mod kif qed taħdem is-sistema ta’ ventilazzjoni tal-kaxxa tal-krank. |
5. Metodu ta’ verifika tas-sistema ta’ ventilazzjoni tal-kaxxa tal-krank
|
5.1. |
L-aperturi tal-magna għandhom jitħallew kif jinstabu. |
|
5.2. |
Il-pressjoni fil-kaxxa tal-krank għandha titkejjel f’post xieraq. Huwa rrakkomandat li l-pressjoni titkejjel fit-toqba tad-dipstick, jekk ikun fattibbli. |
|
5.3. |
Il-vettura għandha titqies sodisfaċenti jekk, f’kull kundizzjoni tal-kejl definita fil-paragrafu 3.2. ta’ dan l-anness, il-pressjoni mkejla fil-kaxxa tal-krank ma tkunx ogħla mill-pressjoni atmosferika prevalenti meta jsir il-kejl. |
|
5.4. |
Għat-test bil-metodu deskritt hawn fuq, il-pressjoni fil-manifold tad-dħul għandha titkejjel sa ±1 kPa. |
|
5.5. |
Il-veloċità tal-vettura kif indikata fid-dinamometru għandha titkejjel sa ±2 km/h. |
|
5.6. |
Il-pressjoni mkejla fil-kaxxa tal-krank għandha titkejjel sa ± 0,01 kPa. |
|
5.7. |
Jekk f’waħda mill-kundizzjonijiet ta’ kejl definiti fil-paragrafu 3.2. ta’ dan l-anness, il-pressjoni mkejla fil-kaxxa tal-krank tkun ogħla mill-pressjoni atmosferika, għandu jsir test addizzjonali kif definit fil-paragrafu 6. ta’ dan l-anness jekk il-manifattur jitlob li jsir hekk. |
6. Metodu ta’ ttestjar addizzjonali
|
6.1. |
L-aperturi tal-magna għandhom jitħallew kif jinstabu. |
|
6.2. |
Borża flessibbli li ma tħallix il-gassijiet tal-kaxxa tal-krank jgħaddu minnha u li tesa’ madwar ħames litri għandha tiġi mqabbda mat-toqba tad-dipstick. Qabel kull kejl, il-borża għandha tkun vojta. |
|
6.3. |
Qabel kull kejl, il-borża għandha tingħalaq. Għandha tinfetaħ għall-kaxxa tal-krank għal ħames minuti għal kull kundizzjoni ta’ kejl preskritta fil-paragrafu 3.2. ta’ dan l-anness. |
|
6.4. |
Il-vettura għandha titqies bħala sodisfaċenti jekk, f’kull kundizzjoni ta’ kejl definita fil-paragrafu 3.2. ta’ dan l-anness, ma jkun hemm l-ebda nefħa viżibbli tal-borża. |
|
6.5. |
Rimarka |
|
6.5.1. |
Jekk it-tqassim strutturali tal-magna jkun tali li t-test ma jkunx jista’ jsir bil-metodi deskritti fil-paragrafi 6.1. sa 6.4. ta’ dan l-anness, il-kejl għandu jsir b’dak il-metodu modifikat kif ġej: |
|
6.5.2. |
Qabel it-test, l-aperturi kollha għajr dawk meħtieġa għall-irkuprar tal-gassijiet għandhom jiġu magħluqa; |
|
6.5.3. |
Il-borża għandha titqiegħed f’punt ta’ kampjunar adattat li ma jwassal għal ebda telf ieħor ta’ pressjoni u tiġi installata fuq iċ-ċirkwit ta’ riċiklaġġ tal-apparat direttament fl-apertura tal-konnessjoni mal-magna (ara d-dijagramma ta’ hawn taħt).
|
ANNESS 7
Apparati ta’ manipulazzjoni u strateġiji ta’ manipulazzjoni
1. Introduzzjoni
|
1.1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi t-testijiet, il-metodi u l-proċeduri biex jiġi stabbilit in-nuqqas ta’ apparati ta’ manipulazzjoni u strateġiji ta’ manipulazzjoni kif speċifikat fil-paragrafu 3. ta’ dan l-anness. |
|
1.2. |
Dan l-Anness jispeċifika wkoll id-dokumentazzjoni li tiżgura l-monitoraġġ u l-infurzar xierqa tar-regoli relatati mal-apparati ta’ manipulazzjoni u l-istrateġiji ta’ manipulazzjoni. Għandu l-għan li jsaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-emissjonijiet, itejjeb it-trasparenza, u jiżgura li l-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji għat-tul tal-ħajja tal-vetturi, b’mod partikolari l-limiti tal-emissjonijiet tal-egżost u tal-emissjonijiet evaporattivi stabbiliti fir-Regolament tan-NU Nru 154 u fir-Regolament tan-NU Nru 168 u l-kundizzjonijiet tat-test fihom, kif ukoll il-projbizzjoni ta’ apparati ta’ manipulazzjoni u strateġiji ta’ manipulazzjoni. |
|
1.3. |
L-ispeċifikazzjonijiet għall-metodoloġiji, it-testijiet u l-proċeduri li huma relatati mal-integrità tad-data, bħall-manipulazzjoni tad-data relatata mas-sensuri, il-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija elettrika, l-awtonomija elettrika jew id-durabbiltà tal-batterija, huma previsti fir-Regolament tan-NU Nru 180 dwar il-Monitoraġġ Abbord (OBM). |
|
1.4. |
Dan l-Anness jistabbilixxi wkoll ir-rwoli u r-responsabbiltajiet għall-atturi involuti biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti regolatorji msemmija hawn fuq u l-projbizzjoni ta’ apparati ta’ manipulazzjoni u strateġiji ta’ manipulazzjoni. |
|
1.5. |
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-apparati ta’ manipulazzjoni u l-istrateġiji ta’ manipulazzjoni għandhom jiġu interpretati kif stabbilit fil-paragrafi 2.41. u 2.42. ta’ dan ir-Regolament. Il-kunċett ta’ strateġija ta’ manipulazzjoni għandu jiġi distint rispettivament mill-kunċetti ta’ “Strateġiji Bażi ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet (BES, Base Emission Strategies)” u “Strateġiji Awżiljarji ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet (AES, Auxiliary Emission Strategies)” li huma definiti rispettivament fil-paragrafi 2.38. u 2.39. ta’ dan ir-Regolament, u li huma relatati mar-rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni skont dan l-Anness. |
2. Rekwiżiti ġenerali – testijiet u metodoloġiji
|
2.1. |
B’referenza għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2.41. u 2.42. ta’ dan ir-Regolament, għandha ssir distinzjoni bejn (i) l-apparati ta’ manipulazzjoni u l-istrateġiji ta’ manipulazzjoni relatati mal-emissjonijiet (egżost, evaporattivi jew oħrajn) u (ii) l-apparati ta’ manipulazzjoni u l-istrateġiji ta’ manipulazzjoni relatati mal-integrità tad-data. |
|
2.2. |
Meta jiġu vvalutati sitwazzjonijiet li jistgħu jinvolvu l-użu ta’ apparati ta’ manipulazzjoni jew strateġiji ta’ manipulazzjoni għall-emissjonijiet tal-egżost u għall-emissjonijiet evaporattivi, għandha ssir valutazzjoni u interpretazzjoni wiesgħa ta’ dawk is-sitwazzjonijiet. Kwalunkwe apparat jew strateġija li jnaqqsu l-effettività tal-limiti tal-emissjonijiet tal-egżost u mhux tal-egżost u r-rekwiżiti tal-kundizzjoni tal-ittestjar skont dan ir-Regolament, li jwasslu biex vettura mhux konformi tidher konformi jew li jiffalsifikaw ir-riżultati tat-test, għandhom jitqiesu meta jiġi ddeterminat jekk jeżistux apparati ta’ manipulazzjoni jew strateġiji ta’ manipulazzjoni. Il-Parti Kontraenti għandha tapplika testijiet ta’ skrinjar u miżuri ta’ infurzar dedikati biex jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni tar-rekwiżiti tal-emissjonijiet. |
|
2.3. |
Il-valutazzjoni ta’ tali sitwazzjonijiet bħala parti mill-approvazzjoni tat-tip għandha tiddistingwi u tidentifika sitwazzjonijiet speċifiċi meta t-tnaqqis tal-effettività tal-kontroll tal-egżost u tal-emissjonijiet evaporattivi huwa ġġustifikat minn raġunijiet tekniċi u mhux minħabba manipulazzjoni. Dan huwa partikolarment rilevanti fil-kundizzjonijiet tas-sewqan li jkunu qrib kundizzjoni ta’ limitu waħda jew aktar ta’ test tal-emissjonijiet regolat. Għal tali sitwazzjonijiet, il-manifatturi għandhom jikkonformaw mal-kriterji għad-dikjarazzjoni ta’ strateġiji teknikament ġustifikati għall-kontroll tal-emissjonijiet li huma attivi biss għal sett speċifiku ta’ kundizzjonijiet ambjentali jew operattivi, u b’hekk jiddokumentaw u jispjegaw it-tnaqqis tal-effettività tal-kontroll tal-emissjonijiet li jista’ jiġi osservat (pereżempju, id-dożaġġ tar-reaġent jista’ jieqaf f’temperaturi baxxi ħafna minħabba limitazzjonijiet fiżiċi tal-hardware). Dawn l-istrateġiji teknikament ġustifikati dwar l-emissjonijiet għandhom jissodisfaw kriterji stretti biex juru li huma aċċettabbli u li għalhekk ma jikkostitwux apparat ta’ manipulazzjoni jew strateġija ta’ manipulazzjoni. Il-metodoloġija għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni tal-AES hija speċifikata fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. |
|
2.4. |
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-ebda vettura ma tkun mgħammra b’apparati jew bi strateġiji ta’ manipulazzjoni relatati mal-integrità tad-data. |
|
2.5. |
Il-manifatturi ma għandhomx jintroduċu aġġornamenti tas-software jew tal-kalibrazzjoni li jimmanipulaw id-data relatata mas-sensuri, il-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija elettrika, l-awtonomija elettrika jew id-durabbiltà tal-batterija, qabel jew wara l-introduzzjoni fis-suq. |
|
2.6. |
Il-manifatturi għandhom jiżvelaw kwalunkwe aġġornament tas-software u tal-kalibrazzjoni li jaffettwa l-integrità tad-data relatata mas-sensuri, mal-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija elettrika, mal-awtonomija elettrika jew mad-durabbiltà tal-batterija lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. |
3. Rekwiżiti tekniċi – dokumentazzjoni
|
3.1. |
Il-manifatturi għandhom jiddokumentaw l-Istrateġiji Awżiljarji ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet (AES) fl-approvazzjoni tat-tip. Sabiex l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ikunu jistgħu jivvalutaw l-użu xieraq tal-AES, meta titqies il-projbizzjoni ta’ apparati ta’ manipulazzjoni u strateġiji ta’ manipulazzjoni, il-manifattur għandu jipprovdi pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża, kif deskritt fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. |
|
3.2. |
Id-dokumentazzjoni estiża għandha tibqa’ strettament kunfidenzjali. Din tista’ tinżamm mill-awtorità tal-approvazzjoni, jew, fid-diskrezzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni, mill-manifattur. Fil-każ li l-pakkett ta’ dokumentazzjoni jinżamm mill-manifattur, il-pakkett għandu jiġi identifikat u datat mill-awtorità tal-approvazzjoni wara li jiġi rieżaminat u approvat. Għandu jkun disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtorità tal-approvazzjoni fil-ħin tal-approvazzjoni jew fi kwalunkwe ħin matul il-validità tal-approvazzjoni. |
|
3.3. |
Il-manifatturi għandhom jipprovdu wkoll lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni pakkett tad-dokumentazzjoni formali, kif deskritt fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness, li jkun fih informazzjoni dwar l-AES/il-BES li jippermetti lil tester indipendenti jidentifika jekk l-emissjonijiet imkejla jistgħux jiġu attribwiti għal strateġija AES jew BES jew jekk humiex potenzjalment dovuti għal apparat ta’ manipulazzjoni jew strateġija ta’ manipulazzjoni. |
|
3.4. |
Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-pakkett tad-dokumentazzjoni formali disponibbli għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, is-servizzi tekniċi, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, il-partijiet terzi rikonoxxuti u l-Kummissjoni Ewropea, jew l-ekwivalenti għal Partijiet Kontraenti oħra kollha, fuq talba. |
|
3.5. |
Il-manifatturi għandhom jintroduċu indikatur (sinjal jew timer tal-AES) biex jindikaw meta vettura taħdem f’mod fejn AES li tkun ġiet iddokumentata fil-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża tkun attiva minflok mod tal-BES. L-indikatur għandu jkun disponibbli permezz tal-port serjali tal-konnettur dijanjostiku standard fuq talba ta’ għodda ġenerika għall-iskennjar. L-AES li tkun qed tintuża għandha tkun identifikabbli permezz tal-pakkett ta’ dokumentazzjoni formali. |
4. Rwoli u responsabbiltajiet
|
4.1. |
Dan il-paragrafu jistabbilixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet għall-atturi involuti biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji:
|
|
4.2. |
Rwoli u responsabbiltajiet tal-manifatturi tal-vetturi |
|
4.2.1. |
Il-manifatturi għandhom jiżguraw l-assenza ta’ apparati ta’ manipulazzjoni u strateġiji ta’ manipulazzjoni relatati mal-emissjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament: il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-ebda vettura ma tkun mgħammra b’apparati jew bi strateġiji ta’ manipulazzjoni. |
|
4.2.2. |
Il-manifatturi għandhom jiddokumentaw aġġornamenti tas-software fil-vetturi fis-servizz li jnaqqsu l-effettività tal-istrateġiji għall-kontroll tal-emissjonijiet wara l-approvazzjoni tat-tip. |
|
4.2.3. |
Il-manifatturi għandhom jiżvelaw kwalunkwe aġġornament jew kalibrazzjoni tas-software li taffettwa s-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet tal-egżost lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. |
|
4.2.4. |
Il-manifatturi għandhom jiddokumentaw l-Istrateġiji Awżiljarji ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet (AES) bħala parti mill-approvazzjoni tat-tip kif speċifikat fil-paragrafu 3 “Rekwiżiti tekniċi – dokumentazzjoni”. |
|
4.2.5. |
Il-manifattur għandu jikkoopera mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip biex ikunu jistgħu jintgħażlu sa massimu ta’ ħames AES li jiġu mmonitorjati mill-OBM skont l-Anness 4 tar-Regolament tan-NU Nru 180 dwar il-Monitoraġġ Abbord (OBM). |
|
4.3. |
Rwoli u responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip |
|
4.3.1. |
Fuq talba tal-manifattur, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha twettaq valutazzjoni preliminari tal-AES għal tipi ġodda ta’ vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet, flimkien mal-għażla tal-AES skont il-paragrafu 4.2.5. F’dak il-każ, id-dokumentazzjoni rilevanti għandha tiġi pprovduta lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bejn xahrejn u 12-il xahar qabel il-bidu tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
4.3.2. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħmel valutazzjoni preliminari bbażata fuq il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża, kif deskritt fil-punt (b) tal-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness, ipprovduta mill-manifattur. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħmel il-valutazzjoni f’konformità mal-metodoloġija deskritta fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista’ tiddevja minn dik il-metodoloġija f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati. |
|
4.3.3. |
Il-valutazzjoni preliminari tal-AES għal tipi ġodda ta’ vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet għandha tibqa’ valida għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip għal perjodu ta’ 18-il xahar. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bi 12-il xahar oħra fuq talba tal-manifattur. |
|
4.3.4. |
F’kooperazzjoni mal-manifattur, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħżel sa massimu ta’ ħames AES li jiġu mmonitorjati mill-OBM skont l-Anness 4 tar-Regolament tan-NU Nru 180 dwar il-Monitoraġġ Abbord (OBM). L-għażla tal-AES għandha tagħti prijorità lil dawk l-AES bl-akbar impatt mistenni permezz tal-kombinazzjoni tal-effett tagħhom fuq l-emissjonijiet meta jkunu attivi u r-rata mistennija tagħhom ta’ attivazzjoni waqt li l-vetturi jkunu qed jintużaw. |
|
4.3.5. |
Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża għandu jiġi identifikat u datat mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Jekk il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża jinżamm mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, għandu jinżamm għal mill-inqas 10 snin wara li tingħata l-approvazzjoni. |
|
4.3.6. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tevalwa d-dokumentazzjoni tal-aġġornamenti tas-software li jnaqqsu l-effettività tal-istrateġiji għall-kontroll tal-emissjonijiet wara l-approvazzjoni tat-tip u testendi l-approvazzjoni kif xieraq sakemm ir-rekwiżiti jibqgħu jiġu ssodisfati. |
|
4.3.7. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista’ tittestja l-funzjonalità sinjal jew timer tal-AES biex tindika meta vettura taħdem fil-mod tal-AES minflok fil-mod BES. |
|
4.3.8. |
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jiżguraw valutazzjoni armonizzata tal-Istrateġiji Awżiljarji ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet (AES). Lista ta’ AES li tqiesu mhux aċċettabbli mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandha tinġabar kull sena mill-Forum tal-UE għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar jew entità simili f’Parti Kontraenti u ssir disponibbli għall-pubbliku mill-Partijiet Kontraenti sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, f’każ li kien hemm AES li tqiesu mhux aċċettabbli mill-Forum jew entità simili. |
|
4.4. |
Rwoli u responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti |
|
4.4.1. |
L-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti jistgħu jwettqu testijiet ta’ skrinjar biex jidentifikaw apparati ta’ manipulazzjoni u strateġiji ta’ manipulazzjoni relatati mal-emissjonijiet. |
|
4.4.2. |
L-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti għandhom jiddeċiedu każ b’każ liema metodi huma l-aktar adattati, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju xierqa li tqis in-nuqqas ta’ konformità possibbli, il-probabbiltà li dan iseħħ, u indikaturi possibbli oħra, bħas-severità tal-okkorrenza. |
|
4.4.3. |
It-tfittxija għal apparati jew strateġiji ta’ manipulazzjoni tista’ tinkludi żewġ każijiet distinti:
Każ A) “Detezzjoni tal-limiti”: apparati jew strateġiji ta’ manipulazzjoni li jużaw il-limiti regolati tat-test jew is-sostituti tagħhom bħala skattaturi (bħall-meded tat-temperatura ambjentali, tal-altitudni, tad-durata tal-vjaġġ, tal-fjuwil ikkunsmat u tad-dinamika tas-sewqan), jew; Każ B) “Detezzjoni tat-test”: apparati jew strateġiji ta’ manipulazzjoni skattati mill-preżenza ta’ tagħmir tat-test (eż. żieda fil-kontropressjoni fit-tailpipe, sinjali fuq sensuri ultrasoniċi ta’ wara, konnessjoni ta’ reġistratur tad-data fil-port tal-OBD) jew il-lokalizzazzjoni tal-vettura (jiġifieri, kwalunkwe ħaġa li tinforma lill-vettura li qed tiġi ttestjata fit-triq għall-emissjonijiet mit-tailpipe). Dawn l-apparati ta’ manipulazzjoni jew l-istrateġiji ta’ manipulazzjoni tad-“detezzjoni tat-test” japplikaw primarjament għat-testijiet fit-triq bil-PEMS, peress li l-vetturi ttestjati fil-laboratorju normalment ikollhom bżonn jużaw “mod tax-xażi dinamometriku” speċjali biex jippermettu l-ittestjar tal-emissjonijiet mingħajr ma jiskattaw apparati ta’ sikurezza, eċċ. |
|
4.4.4. |
Għall-kampanji kollha ta’ ttestjar tal-iskrinjar, għandu jkun meħtieġ, bħala minimu, li jiġi inkluż l-ittestjar tal-vettura bil-metodoloġiji regolatorji. Dan huwa pass importanti biex jiġi żgurat li l-vettura tkun ħielsa minn funzjonament ħażin, manutenzjoni ħażina jew kwistjonijiet simili oħra, li jżidu bla bżonn il-livell tal-emissjonijiet. |
|
4.4.5. |
Sabiex tiġi identifikata l-preżenza ta’ apparati jew strateġiji ta’ manipulazzjoni skont il-Każ A, huwa meħtieġ li l-vetturi jiġu ttestjati taħt varjazzjonijiet tal-kundizzjonijiet regolati tal-ittestjar imsejħa “modalitajiet”. Is-sett ta’ modalitajiet ma huwiex fiss iżda minflok jinżamm miftuħ minħabba l-ħtieġa li tiġi identifikata mġiba teknoloġika speċifika b’rispons għal sett kumpless ta’ parametri u l-ħtieġa li jinżamm karattru imprevedibbli. |
|
4.4.6. |
L-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti għandhom jinfurzaw il-projbizzjoni ta’ apparati ta’ manipulazzjoni u strateġiji ta’ manipulazzjoni relatati mal-emissjonijiet. Jekk jiġu identifikati apparati jew strateġiji ta’ manipulazzjoni relatati mal-emissjonijiet, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jipproċedu f’konformità mal-Kapitolu XI dwar il-Klawżoli tas-Salvagwardji tar-Regolament (UE) 2018/858 jew dispożizzjonijiet ekwivalenti f’Partijiet Kontraenti oħra. |
|
4.4.7. |
L-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti għandhom jiżguraw applikazzjoni uniformi tal-kriterji għall-valutazzjoni tat-testijiet tal-iskrinjar billi jqisu l-aħħar verżjoni tal-gwida rilevanti mhux vinkolanti ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea jew ekwivalenti għal Partijiet Kontraenti oħra u l-informazzjoni disponibbli fil-Forum tal-UE għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar jew entità simili f’Parti Kontraenti oħra. |
|
4.5. |
Rwoli u responsabbiltajiet tal-Partijiet Kontraenti u ta’ partijiet terzi rikonoxxuti |
|
4.5.1. |
Il-Partijiet Kontraenti u partijiet terzi rikonoxxuti jistgħu jwettqu testijiet ta’ skrinjar biex jidentifikaw apparati ta’ manipulazzjoni u strateġiji ta’ manipulazzjoni relatati mal-emissjonijiet skont il-paragrafu 4.4.1. |
Anness 7 – Appendiċi 1
Metodoloġija għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni tal-AES u tal-BES
Dan l-appendiċi jipprovdi approċċ strutturat għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni tal-Istrateġiji Awżiljarji ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet (AES) u tal-Istrateġiji Bażi ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet (BES).
1. Dokumentazzjoni tal-AES u tal-BES
|
1.1. |
Il-manifatturi għandhom jinkludu deskrizzjoni teknika tal-BES tagħhom fil-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża skont l-Appendiċi 2. |
|
1.2. |
Il-manifatturi għandhom jiddokumentaw l-AES kollha, bl-omissjoni possibbli ta’ ċerti AES skont il-paragrafu 1.5. Il-manifatturi għandhom jiġġustifikaw l-użu ta’ AES li tkun iddokumentata abbażi ta’ wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:
|
|
1.3. |
Għal kull AES iddokumentata, il-manifatturi għandhom jissottomettu:
|
|
1.4. |
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.3. għandha tiġi inkluża fil-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża skont l-Appendiċi 2. |
|
1.5. |
Il-manifatturi jistgħu jħallu barra kwalunkwe AES mill-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża dment li jissodisfaw kundizzjoni waħda jew aktar milli ġejjin:
|
2. Valutazzjoni tal-AES u tal-BES
|
2.1. |
L-awtoritajiet għandhom japprovaw BES li tissodisfa r-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni tal-paragrafu 1.1. |
|
2.2. |
L-awtoritajiet għandhom japprovaw AES iddokumentata jekk tkun teknikament ġustifikata minn kriterju wieħed jew aktar skont il-paragrafu 1.2., dment li jiġu ssodisfati wkoll il-kriterji li ġejjin:
|
3. Approvazzjoni tal-AES u tal-BES
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tapprova l-AES u l-BES sottomessi mill-manifattur abbażi tal-kontenut tal-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża.
Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża għandu jkun limitat għal 100 paġna.
Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża jista’ jiġi kkomplementat b’annessi u dokumenti oħra mehmuża, li jkun fihom elementi addizzjonali u komplementari, jekk ikun meħtieġ. Il-manifattur għandu jibgħat verżjoni konsolidata ġdida tal-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża (b’bidliet intraċċati) lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip kull darba li jiġu introdotti bidliet fl-AES. Il-verżjoni l-ġdida tal-AES għandha tiġi evalwata u approvata mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.
Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża għandu jinkludi dikjarazzjoni tal-verżjonijiet tas-software u l-kalibrazzjonijiet użati għall-kontroll ta’ dawn l-AES/il-BES, inkluż iċ-checksums jew il-valuri ta’ referenza xierqa ta’ dawn il-verżjonijiet u l-kalibrazzjonijiet tas-software, kif ukoll struzzjonijiet lill-awtorità dwar kif għandhom jinqraw iċ-checksums jew il-valuri ta’ referenza; id-dikjarazzjoni għandha tiġi aġġornata u tintbagħat lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li jkollha dan il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża kull darba li jkun hemm verżjoni jew kalibrazzjoni tas-software ġdida li jkollha impatt fuq l-AES/il-BES. Il-manifatturi jistgħu jitolbu li jużaw alternattiva għal checksum jekk dan jipprovdi livell ekwivalenti ta’ traċċabbiltà għall-verżjoni tas-software u l-ġestjoni tal-kalibrazzjoni.
Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża għandu jinkludi wkoll dikjarazzjoni tal-manifattur dwar l-assenza ta’ apparati ta’ manipulazzjoni jew ta’ strateġiji ta’ manipulazzjoni. L-approvazzjoni tal-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża ma għandhiex tikkostitwixxi prova tal-assenza ta’ apparati ta’ manipulazzjoni jew ta’ strateġiji ta’ manipulazzjoni.
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Reċiproka Nru 2 (M.R.2, Mutual Resolution No. 2) tal-Ftehimiet tal-1958 u tal-1998 tal-NU/KEE.
Anness 7 – Appendiċi 2
Pakketti ta’ dokumentazzjoni
Pakkett ta’ Dokumentazzjoni Formali
Il-manifattur jista’ juża pakkett ta’ dokumentazzjoni formali wieħed għal diversi approvazzjonijiet tat-tip tal-emissjonijiet. Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni formali għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
Punt |
Spjegazzjoni |
||||||||||
|
Lista tan-numru/i tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet koperti minn din id-dikjarazzjoni BES-AES: inklużi r-referenza tal-approvazzjoni tat-tip, ir-referenza tas-software, in-numru tal-kalibrazzjoni jew iċ-checksums ta’ kull verżjoni u ta’ kull Unità ta’ Kontroll rilevanti bħal dawk tal-magna u tal-posttrattament |
||||||||||
|
Metodu tal-qari tal-verżjoni tas-software u tar-regolar |
Eż. spjegazzjoni tal-għodda tal-iskennjar |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
BES x |
Deskrizzjoni tal-istrateġija x |
||||||||||
|
BES y |
Deskrizzjoni tal-istrateġija y |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
Preżentazzjoni tal-AESs |
Relazzjonijiet ġerarkiċi fost l-AES: liema AES tieħu preċedenza jekk ikun hemm aktar minn waħda preżenti |
||||||||||
|
AES x |
|
||||||||||
|
AES y |
Bħal hawn fuq |
Pakkett ta’ Dokumentazzjoni Estiża
Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża għandu jkun strutturat kif ġej:
Pakkett ta’ Dokumentazzjoni Estiża għall-applikazzjoni tal-AES Nru YYY/OEM
|
Partijiet |
Paragrafu |
Punt |
Spjegazzjoni |
|
Dokumenti ta’ introduzzjoni |
|
Ittra ta’ introduzzjoni lit-TAA |
Referenza tad-dokument bil-verżjoni, id-data tal-ħruġ tad-dokument, il-firma mill-persuna rilevanti fl-organizzazzjoni tal-manifattur |
|
|
Tabella tal-verżjonijiet |
Il-kontenut tal-modifiki ta’ kull verżjoni: u liema parti hija mmodifikata |
|
|
|
Deskrizzjoni tat-tipi (ta’ emissjonijiet) ikkonċernati |
|
|
|
|
Tabella tad-dokumenti mehmuża |
Lista tad-dokumenti mehmuża kollha |
|
|
|
Kontroreferenzi |
(Indika fejn tista’ ssib kull rekwiżit tar-Regolament) |
|
|
|
Dikjarazzjoni dwar l-assenza ta’ apparati ta’ manipulazzjoni u ta’ strateġiji ta’ manipulazzjoni |
+ firma |
|
|
Dokument bażiku |
0 |
Akronimi/abbrevjazzjonijiet |
|
|
1 |
DESKRIZZJONI ĠENERALI |
|
|
|
1.1 |
Preżentazzjoni ġenerali tal-magna |
Deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin: spostament, posttrattament, … |
|
|
1.2 |
Arkitettura ġenerali tas-sistema |
Dijagramma tal-blokka tas-sistema: lista tas-sensuri u tal-attwaturi, spjegazzjoni tal-funzjonijiet ġenerali tal-magna |
|
|
1,3 |
Qari tal-verżjoni tas-software u tar-regolar |
Eż. spjegazzjoni tal-għodda tal-iskennjar |
|
|
2 |
Strateġiji Bażi ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet |
|
|
|
2.x |
BES x |
Deskrizzjoni tal-istrateġija x |
|
|
2.y |
BES y |
Deskrizzjoni tal-istrateġija y |
|
|
3 |
Strateġiji Awżiljarji ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet |
|
|
|
3.0 |
Preżentazzjoni tal-AESs |
Relazzjonijiet ġerarkiċi bejn l-AES: deskrizzjoni u ġustifikazzjoni (eż. sikurezza, affidabbiltà, eċċ.) |
|
|
3.x |
AES x |
3.x.1 Ġustifikazzjoni tal-AES 3.x.2 Parametri mkejla u/jew immudellati għall-karatterizzazzjoni tal-AES 3.x.3 Mod ta’ azzjoni tal-AES – Parametri użati 3.x.4 Effett tal-AES fuq l-inkwinanti u fuq is-CO2 3.x.5 Stima tar-rata mistennija ta’ attivazzjoni tal-AES waqt li l-vetturi jkunu qed jintużaw |
|
|
3.y |
AES y |
3.y.1 3.y.2 eċċ. |
|
|
Il-limitu ta’ 100 paġna jintemm hawnhekk |
|||
|
Anness |
|
Il-lista ta’ tipi koperti minn dawn il-BES-l-AES: inklużi r-referenza tal-approvazzjoni tat-tip, ir-referenza tas-software, in-numru tal-kalibrazzjoni, iċ-checksums ta’ kull verżjoni u ta’ kull unità ta’ kontroll (il-magna u/jew il-posttrattament jekk ikun hemm) |
|
|
Dokumenti mehmużin |
|
Nota teknika għal ġustifikazzjoni tal-AES nruo xxx |
Valutazzjoni tar-riskju jew ġustifikazzjoni permezz ta’ ttestjar jew eżempju ta’ ħsara f’daqqa, jekk ikun hemm |
|
|
Nota teknika għal ġustifikazzjoni tal-AES nruo yyy |
|
|
|
|
Rapport tat-test għal kwantifikazzjoni speċifika tal-impatt tal-AES |
Rapport tat-test tat-testijiet speċifiċi kollha mwettqa għal ġustifikazzjoni tal-AES, dettalji tal-kundizzjonijiet tat-test, deskrizzjoni tal-vettura, id-data tat-testijiet, l-impatt fuq l-emissjonijiet u/jew is-CO2 bi jew mingħajr attivazzjoni tal-AES |
|
ANNESS 8
Test tat-Tip 6
(Verifika tal-emissjonijiet medji tal-egżost tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarburi wara startjar kiesaħ f’temperatura ambjentali baxxa)
1. Introduzzjoni
Dan l-anness japplika biss għal vetturi b’magni ta’ tqabbid bi spark. Jiddeskrivi t-tagħmir meħtieġ u l-proċedura għat-test tat-Tip 6 definit fil-paragrafu 5.3.5. ta’ dan ir-Regolament sabiex jivverifika l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju u tal-idrokarburi f’temperaturi ambjentali baxxi. Is-suġġetti indirizzati f’dan l-anness jinkludu:
|
(a) |
Ir-rekwiżiti tat-tagħmir; |
|
(b) |
Il-kundizzjonijiet tat-test; |
|
(c) |
Il-proċeduri tat-test u r-rekwiżiti tad-data. |
2. Tagħmir tal-ittestjar
|
2.1. |
Sommarju |
|
2.1.1. |
Dan il-kapitolu jittratta dwar l-apparat meħtieġ għat-testijiet tal-emissjonijiet tal-egżost f’temperatura ambjentali baxxa tal-vetturi li għandhom magni ta’ tqabbid bi spark. It-tagħmir meħtieġ u l-ispeċifikazzjonijiet huma ekwivalenti għar-rekwiżiti tat-test tat-Tip I abbażi tal-NEDC kif speċifikat fl-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament, b’appendiċijiet, jekk ma jkunux previsti rekwiżiti speċifiċi għat-test tat-Tip 6. Il-paragrafi 2.2. sa 2.6. ta’ dan l-anness jiddeskrivu d-devjazzjonijiet applikabbli għat-test tat-Tip 6 f’temperatura ambjentali baxxa. |
|
2.2. |
Xażi dinamometriku |
|
2.2.1. |
Japplikaw ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 1 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. Id-dinamometru għandu jiġi aġġustat sabiex jissimula l-operazzjoni ta’ vettura fit-triq f’temperatura ta’ 266 K (-7 °C). Dak l-aġġustament jista’ jkun ibbażat fuq id-determinazzjoni tal-profil tal-forza tat-tagħbija fit-triq f’266 K (-7 °C). Alternattivament, ir-reżistenza tas-sewqan determinata skont l-Appendiċi 7 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi aġġustata għal tnaqqis ta’ 10 fil-mija tal-ħin tad-deċellerazzjoni libera. Is-servizz tekniku jista’ japprova l-użu ta’ metodi oħra li jiddeterminaw ir-reżistenza tas-sewqan. |
|
2.2.2. |
Għar-regolar tad-dinamometru japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 1 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. |
|
2.3. |
Sistema tal-kampjunar |
|
2.3.1. |
Japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 2 u l-Appendiċi 3 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. |
|
2.4. |
Tagħmir analitiku |
|
2.4.1. |
Japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 3 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament, iżda biss għall-ittestjar tal-monossidu tal-karbonju, tad-diossidu tal-karbonju u tal-idrokarburi totali. |
|
2.4.2. |
Għar-regolar tat-tagħmir analitiku japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. |
|
2.5. |
Gassijiet |
|
2.5.1. |
Japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3. tal-Appendiċi 3 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament, fejn ikunu rilevanti. |
|
2.6. |
Tagħmir addizzjonali |
|
2.6.1. |
Għat-tagħmir li jintuża għall-kejl tal-volum, tat-temperatura, tal-pressjoni u tal-umdità japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4.6. tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. |
3. Is-sekwenza tat-test u l-fjuwil
|
3.1. |
Rekwiżiti ġenerali |
|
3.1.1. |
Is-sekwenza tat-test fl-Illustrazzjoni A8/1 turi l-passi li minnhom tgħaddi l-vettura tat-test waqt il-proċeduri għat-test tat-Tip 6. Il-livelli tat-temperatura ambjentali li tiltaqa’ magħhom il-vettura tat-test għandu jkollhom medja ta’: 266 K (-7 °C) ±3 K u ma għandhiex tkun inqas minn 260 K (-13 °C), jew aktar minn 272 K (-1 °C).
It-temperatura ma tistax tinżel aktar minn 263 K (-10 °C), jew tkun aktar minn 269 K (-4 °C) għal iżjed minn 3 minuti konsekuttivi. |
|
3.1.2. |
It-temperatura tal-kompartiment tal-ittestjar immonitorjata waqt l-ittestjar għandha titkejjel fil-ħruġ tal-fann tat-tkessiħ (il-paragrafu 5.2.1. ta’ dan l-anness). It-temperatura ambjentali reġistrata għandha tkun il-medja aritmetika tat-temperaturi tal-kompartiment tal-ittestjar imkejla f’intervalli kostanti li ma jkunux aktar minn minuta ’l bogħod minn xulxin. |
|
3.2. |
Proċedura tat-test
Iċ-ċiklu tas-sewqan urban tal-Ewwel Parti, skont l-Illustrazzjoni A4a/1 fl-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament, huwa magħmul minn erba’ ċikli urbani elementari li flimkien jagħmlu ċiklu komplut tal-Ewwel Parti. |
|
3.2.1. |
L-istartjar tal-magna, il-bidu tal-kampjunar u l-operazzjoni tal-ewwel ċiklu għandhom ikunu skont it-Tabella 4a/1 u l-Illustrazzjoni A4a/1 fl-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. |
|
3.3. |
Preparazzjoni għat-test |
|
3.3.1. |
Għall-vettura tat-test japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.2. tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. Għall-issettjar tal-massa tal-inerzja ekwivalenti japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.1. tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament.
Illustrazzjoni A8/1 Proċedura għat-test b’temperatura ambjentali baxxa
|
|
3.4. |
Fjuwil tat-test |
|
3.4.1. |
Il-fjuwil tat-test għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 2. tal-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament. |
|
3.5. |
Il-koeffiċjenti tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq li jridu jintużaw għandhom ikunu dawk għal vehicle low (VL). Jekk VL ma teżistix, allura għandha tintuża r-reżistenza għall-avvanz fit-triq ta’ vehicle high (VH). F’dak il-każ VH għandha tiġi definita f’konformità mal-punt 4.2.1.1.1. tal-Anness B4 tar-Regolament tan-NU Nru 154. F’każ li jintuża l-metodu ta’ interpolazzjoni, VL u VH għandhom jiġu speċifikati f’konformità mal-paragrafu 4.2.1.1.2. tal-Anness B4 tar-Regolament tan-NU Nru 154. Id-dinamometru għandu jiġi aġġustat sabiex jissimula l-operazzjoni ta’ vettura fit-triq f’temperatura ta’ –7 °C. Tali aġġustament jista’ jkun ibbażat fuq id-determinazzjoni tal-profil tal-forza tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq f’temperatura ta’ –7 °C. Alternattivament, ir-reżistenza għas-sewqan iddeterminata tista’ tiġi aġġustata għal tnaqqis ta’ 10 % tal-ħin tad-deċellerazzjoni libera. Is-Servizz Tekniku jista’ japprova l-użu ta’ metodi oħra għad-determinazzjoni tar-reżistenza tas-sewqan. |
4. Prekundizzjonament tal-vettura
|
4.1. |
Sommarju |
|
4.1.1. |
Sabiex ikun żgurat li t-testijiet tal-emissjonijiet ikunu riproduċibbli, il-vetturi tat-test għandhom jiġu kkundizzjonati b’mod uniformi. Il-kundizzjonament huwa magħmul minn sewqan preparatorju fuq xażi dinamometriku segwit minn perjodu ta’ tgħaddis qabel it-test tal-emissjonijiet skont il-paragrafu 4.3. ta’ dan l-anness. |
|
4.2. |
Prekundizzjonament |
|
4.2.1. |
It-tank(ijiet) tal-fjuwil għandu/għandhom jimtela/jimtlew bil-fjuwil tat-test speċifikat. Jekk il-fjuwil eżistenti fit-tank(ijiet) tal-fjuwil ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 3.4.1. ta’ dan l-anness, il-fjuwil eżistenti għandu jitbattal qabel ma t-tank jimtela bil-fjuwil. Il-fjuwil tat-test għandu jkun f’temperatura ta’ 289 K (+16 °C) jew inqas. Għall-operazzjonijiet ta’ hawn fuq, is-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi ma għandhiex titnaddaf jew titgħabba b’mod mhux normali. |
|
4.2.2. |
Il-vettura titmexxa lejn il-kompartiment tal-ittestjar u titpoġġa fuq id-dinamometru tax-xażi. |
|
4.2.3. |
Il-prekundizzjonament huwa magħmul minn ċiklu tas-sewqan wieħed sħiħ, l-Ewwel u t-Tieni Parti, skont it-Tabelli A4a/1 u A4a/2 u l-Illustrazzjoni A4a/1 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. Fuq talba tal-manifattur, il-vetturi b’magni ta’ tqabbid bi spark jistgħu jiġu prekundizzjonati b’ċiklu tas-sewqan wieħed tal-Ewwel Parti u żewġ ċikli tas-sewqan tat-Tieni Parti. |
|
4.2.4. |
Waqt il-prekundizzjonament, it-temperatura tal-kompartiment tal-ittestjar għandha tibqa’ relattivament kostanti u ma għandhiex tkun ogħla minn 303 K (30 °C) |
|
4.2.5. |
Il-pressjoni tat-tajers tar-roti motorizzati għandha tiġi ssettjata skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.3. tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.2.6. |
Fi żmien għaxar minuti mit-tlestija tal-prekundizzjonament, il-magna għandha tiġi mitfija. |
|
4.2.7. |
Jekk jintalab mill-manifattur u jkun approvat mis-Servizz Tekniku, jista’, f’każijiet eċċezzjonali, jitħalla li jsir prekundizzjonament addizzjonali. Is-Servizz Tekniku jista’ jagħżel ukoll li jwettaq prekundizzjonament addizzjonali. Il-prekundizzjonament addizzjonali huwa magħmul minn skeda tas-sewqan waħda jew aktar taċ-ċiklu tal-Ewwel Parti kif deskritt fit-Tabella A4a/1 u l-Illustrazzjoni A4a/1 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. Il-livell ta’ tali prekundizzjonament addizzjonali għandu jiġi reġistrat fir-rapport tat-test. |
|
4.3. |
Metodi ta’ tgħaddis |
|
4.3.1. |
Għandu jintuża wieħed miż-żewġ metodi li ġejjin, li jrid jintgħażel mill-manifattur, biex tiġi stabbilizzata l-vettura qabel it-test tal-emissjonijiet. |
|
4.3.2. |
Metodu Standard
Il-vettura tinħażen għal mhux inqas minn 12-il siegħa u għal mhux aktar minn 36 siegħa qabel it-test tal-emissjonijiet tal-egżost f’temperatura ambjentali baxxa. It-temperatura ambjentali (termometru niexef) matul dan il-perjodu għandha tinżamm f’temperatura medja ta’: 266 K (-7 °C) ±3 K waqt kull siegħa ta’ dan il-perjodu u ma għandhiex tkun inqas minn 260 K (-13 °C) jew aktar minn 272 K (-1 °C). Barra minn hekk, it-temperatura ma tistax tinżel aktar minn 263 K (-10 °C) u lanqas titla’ aktar minn 269 K (-4 °C) għal aktar minn tliet minuti konsekuttivi. |
|
4.3.3. |
Metodu sfurzat
Il-vettura għandha tinħażen għal mhux aktar minn 36 siegħa qabel it-test tal-emissjonijiet tal-egżost f’temperatura ambjentali baxxa. |
|
4.3.3.1. |
Il-vettura ma għandhiex tinħażen f’temperaturi ambjentali ta’ aktar minn 303 K (30 °C) waqt dan il-perjodu. |
|
4.3.3.2. |
It-tkessiħ tal-vettura jista’ jsir billi l-vettura tiġi mkessħa b’mod sfurzat għat-temperatura tat-test. Jekk it-tkessiħ jiżdied permezz ta’ fannijiet, il-fannijiet għandhom jitqiegħdu f’pożizzjoni vertikali sabiex jinkiseb it-tkessiħ massimu tas-sistema tal-mototrażmissjoni u tal-magna li u mhux primarjament tas-samp. Ma għandhomx jitqiegħdu fannijiet taħt il-vettura. |
|
4.3.3.3. |
It-temperatura ambjentali ma hemmx għalfejn tkun ikkontrollata b’mod strett wara li l-vettura tkun tkessħet għal 266 K (-7 °C) ± 2 K, kif determinat minn temperatura ta’ massa taż-żejt rappreżentattiva.
It-temperatura ta’ massa taż-żejt rappreżentattiva hi t-temperatura taż-żejt imkejla qrib in-nofs tas-samp taż-żejt, mhux fil-wiċċ jew fil-qiegħ tas-samp taż-żejt. Jekk jiġu mmonitorjati żewġ postijiet differenti jew aktar fiż-żejt, dawn kollha għandhom jissodisafaw ir-rekwiżiti tat-temperatura. |
|
4.3.3.4. |
Il-vettura għandha tinħażen tal-inqas għal siegħa wara li tkun tkessħet għal 266 K (-7 °C) ± 2 K, qabel it-test tal-emissjonijiet tal-egżost f’temperatura ambjentali baxxa. It-temperatura ambjentali (termometru niexef) matul dan il-perjodu għandha tinżamm f’temperatura medja ta’ 266 K (-7 °C) ±3 K u ma għandhiex tkun inqas minn 260 K (-13 °C) jew aktar minn 272 K (-1 °C).
Barra minn hekk, it-temperatura ma tistax tinżel aktar minn 263 K (-10 °C), jew tkun aktar minn 269 K (-4 °C) għal iżjed minn tliet minuti konsekuttivi. |
|
4.3.4. |
Jekk il-vettura hi stabbilizzata f’266 K (-7 °C), f’żona separata u tiġi mgħoddija minn żona sħuna lejn il-kompartiment tal-ittestjar, il-vettura għandha tiġi stabbilizzata mill-ġdid fil-kompartiment tal-ittestjar imqar għal sitt darbiet il-perjodu li fih il-vettura hi esposta għal temperaturi iktar sħan. It-temperatura ambjentali (termometru niexef) waqt dan il-perjodu għandha tinżamm f’temperatura medja ta’ 266 K (-7 °C) ± 3 K u ma għandhiex tkun inqas minn 260 K (-13 °C) jew aktar minn 272 K (-1 °C).
Barra minn hekk, it-temperatura ma tistax tinżel aktar minn 263 K (-10 °C), jew tkun aktar minn 269 K (-4 °C) għal iżjed minn tliet minuti konsekuttivi. |
5. Proċedura tad-dinamometru
|
5.1. |
Sommarju |
|
5.1.1. |
Il-kampjunar tal-emissjonijiet isir bi proċedura tat-test magħmula miċ-ċiklu tal-Ewwel Parti (l-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament, it-Tabella A4a/1 u l-Illustrazzjoni A4a/1). L-istartjar tal-magna, il-kampjunar immedjat, it-tħaddim fuq iċ-ċiklu tal-Ewwel Parti u t-tifi tal-magna jiffurmaw test komplet f’temperatura ambjentali baxxa, b’ħin totali tat-test ta’ 780 sekonda. L-emissjonijiet tal-egżost jiġu dilwiti bl-arja ambjentali u jinġabar kampjun ta’ proporzjon kostanti għall-analiżi. Il-gassijiet tal-egżost miġbura fil-borża jiġu analizzati għall-idrokarburi, għall-monossidu tal-karbonju, u għad-diossidu tal-karbonju. Kampjun parallel tal-arja ta’ dilwizzjoni jiġi analizzat bl-istess mod għall-monossidu tal-karbonju, għall-idrokarburi totali u għad-diossidu tal-karbonju. |
|
5.2. |
Tħaddim tad-dinamometru |
|
5.2.1. |
Fann tat-tkessiħ |
|
5.2.1.1. |
Fann tat-tkessiħ jitqiegħed b’mod li l-arja tat-tkessiħ tiġi direzzjonata sew lejn ir-radjatur (tkessiħ tal-ilma) jew lejn id-dħul tal-arja (tkessiħ tal-arja) u lejn il-vettura. |
|
5.2.1.2. |
Għall-vetturi bil-magna fuq quddiem, il-fann għandu jitqiegħed quddiem il-vettura, sa 300 mm ’il bogħod minnha. Fil-każ ta’ vetturi li għandhom il-magna fuq wara jew jekk l-arranġament ta’ hawn fuq mhux prattiku, il-fann tat-tkessiħ għandu jitqiegħed b’tali mod li tgħaddi arja suffiċjenti biex tkessaħ l-vettura. |
|
5.2.1.3. |
Il-veloċità tal-fann għandha tkun tali li, fil-medda operattiva ta’ 10 km/h sa mill-inqas 50 km/h, il-veloċità lineari tal-arja fl-iżbokk tal-blower tkun sa ±5 km/h tal-veloċità korrispondenti tar-roller. L-għażla finali tal-blower għandhu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:
Bħala alternattiva, il-veloċità lineari tal-arja tal-blower għandha tkun tal-anqas 6 m/s (21,6 km/h). Fuq talba tal-manifattur, għal vetturi speċjali (eż. vannijiet, vetturi off-road) l-għoli tal-fann tat-tkessiħ jista’ jiġi modifikat. |
|
5.2.1.4. |
Il-veloċità tal-vettura kif imkejla mid-dawrien tad-dinamometru (il-paragrafu 1.2.6. tal-Appendiċi 1 tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament). |
|
5.2.2. |
Riżervat |
|
5.2.3. |
Jekk ikun meħtieġ jistgħu jsiru ċikli ta’ ttestjar preliminari, biex jiġi stabbilit kif l-aħjar li jiġu attivati l-aċċelleratur u l-pedali tal-brejk sabiex jinkiseb ċiklu li jqarreb iċ-ċiklu teoretiku fi ħdan il-limiti preskritti, jew sabiex ikun jista’ jsir aġġustament tas-sistema kampjunarja. Dan is-sewqan għandu jsir qabel “START” skont l-Illustrazzjoni A8/1. |
|
5.2.4. |
L-umdità fl-arja għandha tinżamm baxxa biżżejjed biex ma tħallix li jkun hemm kondensazzjoni fuq ir-romblu/i tad-dinamometru. |
|
5.2.5. |
Id-dinamometru għandu jissaħħan sewwa kif rakkomandat mill-manifattur tad-dinamometru, u permezz tal-proċeduri jew metodi ta’ kontroll li jiżguraw l-istabbilità tal-potenza frizzjonali residwali. |
|
5.2.6. |
Il-ħin bejn it-tisħin tad-dinamometru u l-bidu tat-test tal-emissjonijiet ma għandux ikun itwal minn 10 minuti jekk il-bearings tad-dinamometru ma jissaħħnux indipendentement. Jekk il-bearings tad-dinamometru jissaħħnu għalihom, it-test tal-emissjonijiet għandu jibda mhux aktar tard minn 20 minuta wara li jisħon id-dinamometru.
Jekk it-telf frizzjonali tad-dinamometru jista’ jiġi stabbilizzat mingħajr ma jissaħħan id-dinamometru, it-test jista’ jibda skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur tad-dinamometru. Il-manifattur għandu jipprovdi dokumentazzjoni dwar il-validazzjoni tas-sistemi fuq talba tal-awtorità responsabbli. |
|
5.2.7. |
Jekk il-potenza tad-dinamometru trid tiġi aġġustata b’mod manwali, għandha tiġi ssettjata fi żmien siegħa qabel il-fażi tat-test tal-emissjonijiet tal-egżost. Il-vettura tat-test ma tistax tintuża’ biex isir l-aġġustament. Id-dinamometru, bl-użu ta’ kontroll awtomatiku tas-settings tal-potenza magħżula minn qabel, jista’ jiġi ssettjat fi kwalunkwe ħin qabel ma jibda t-test tal-emissjonijiet. |
|
5.2.8. |
Qabel ma tkun tista’ tibda l-iskeda tas-sewqan tat-test tal-emissjonijiet, it-temperatura tal-kompartiment tal-ittestjar għandha tkun 266 K (-7 °C) ± 2 K, kif imkejla fil-kurrent tal-arja tal-fann tat-tkessiħ b’distanza massima ta’ 1,5 m mill-vettura. |
|
5.2.9. |
Waqt it-tħaddim tal-vettura, l-apparat tat-tisħin u l-apparat li jwaqqa’ s-silġ għandhom ikunu mitfija. |
|
5.2.10. |
Jiġu rreġistrati d-distanza totali tas-sewqan jew id-dawriet imkejla tar-roller. |
|
5.2.11. |
Vetturi bi trażmissjoni fuq erba’ roti għandhom jiġu ttestjati fil-mod operattiv bi trażmissjoni fuq żewġ roti. L-istabbiliment tal-potenza totali tat-triq għall-issettjar tad-dinamometru jsir waqt li l-vettura tkun operattiva fil-mod tas-sewqan preskritt inizjalment. Fuq talba tal-manifattur, vettura bi trażmissjoni fuq erba’ roti għandha tiġi ttestjata fil-mod operattiv preskritt inizjalment tagħha. |
|
5.3. |
Twettiq tat-test |
|
5.3.1. |
Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.4., minbarra 6.4.1.2., tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament japplikaw fir-rigward tal-istartjar tal-magna, it-twettiq tat-test u l-kampjunar tal-emissjonijiet. Il-kampjunar jibda qabel jew meta tinbeda l-proċedura tal-istartjar tal-magna u jintemm fi tmiem l-aħħar perjodu ta’ tħaddim bil-magna fuq idle tal-aħħar ċiklu elementari tal-Ewwel Parti (ċiklu tas-sewqan urban), wara 780 sekonda.
L-ewwel ċiklu ta’ sewqan jibda b’perjodu ta’ 11-il sekonda tħaddim bil-magna fuq idle hekk kif il-magna tkun startjat. |
|
5.3.2. |
Għall-analiżi tal-emissjonijiet kampjunarji japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.5., minbarra 6.5.2. tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. Meta ssir l-analiżi tal-kampjuni tal-egżost, is-Servizz Tekniku għandu joqgħod attent biex jipprevjeni li jkun hemm kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma fil-boroż kampjunarji tal-gass tal-egżost. |
|
5.3.3. |
Għall-kalkoli tal-emissjonijiet tal-massa japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.6. tal-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. |
|
5.4. |
Rekwiżiti addizzjonali għall-Vetturi Elettriċi Ibridi |
|
5.4.1. |
Għall-vetturi OVC, il-kejliet tal-emissjonijiet tal-inkwinanti għandhom jitwettqu fl-istess kundizzjonijiet bħal kif speċifikat għall-kundizzjoni B tat-test tat-Tip I abbażi tal-NEDC (il-paragrafi 3.1.3. u 3.2.3. tal-Anness 14 tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament). |
|
5.4.2. |
Għall-vetturi NOVC, il-kejlijiet tal-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa għandhom jitwettqu fl-istess kundizzjonijiet bħal fit-test tat-Tip I abbażi tal-NEDC kif stabbilit fl-Anness 4a tas-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament. |
ANNESS 9
Kontra t-tbagħbis, is-sigurtà u ċ-ċibersigurtà
1. Introduzzjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi miżuri rigward l-approvazzjoni tat-tip tas-sistemi kontra t-tbagħbis, tas-sigurtà u taċ-ċibersigurtà.
2. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fir-Regolament tan-NU Nru 155.
“Attakki” għandha tinftiehem bħala li tinkludi tentattivi kompromettenti ta’ tbagħbis, tentattivi ta’ ċirkomvenzjoni tas-sigurtà u attakki ċibernetiċi.
3. Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip
|
3.1. |
Responsabbiltajiet tal-manifatturi
Hija r-responsabbiltà tal-manifattur li t-tip ta’ vettura (fir-rigward tal-emissjonijiet) ikun mgħammar b’biżżejjed miżuri kontra t-tbagħbis, tas-sigurtà u taċ-ċibersigurtà biex it-tip ta’ vettura jkun reżistenti kontra t-tbagħbis, it-theddidiet għaċ-ċibersigurtà u għas-sigurtà li jirriżultaw fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. Sabiex tiġi ssodisfata din ir-responsabbiltà, il-vulnerabbiltajiet li jistgħu jwasslu għal tbagħbis għandhom jiġu minimizzati kemm jista’ jkun, abbażi tal-aħjar għarfien disponibbli fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip, għas-sistemi kollha li ġejjin:
Dan għandu jitqies li jkun hemm konformità miegħu meta:
Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.2.2.2(g) tar-Regolament tan-NU Nru 155, il-manifattur għandu jimmonitorja, jidentifika, jirrispondi u jinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni dwar evidenzi ta’ attakki b’suċċess fuq kwalunkwe waħda mis-sistemi elenkati hawn fuq f’dan il-paragrafu. |
|
3.2. |
Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni
Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-paragrafu 5.1.1. tar-Regolament tan-NU Nru 155, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jivverifikaw jekk l-analiżi tal-vulnerabbiltà/tat-theddidiet u l-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-manifattur humiex xierqa u suffiċjenti. Din il-verifika għandha tiżgura li l-vulnerabbiltajiet u t-theddidiet tat-tabelli fl-Appendiċi 1 ikunu ġew ġestiti b’mod xieraq mill-manifattur. L-eżempji f’dawn it-tabelli għandhom jintużaw bħala referenza. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista’ tirrikjedi dokumentazzjoni addizzjonali biex tivverifika li l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni proposti huma implimentati b’mod korrett. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip huma mħeġġa jiskambjaw l-aħjar prattiki u esperjenzi fil-qafas tal-Forum tal-UE għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar jew entità simili f’Parti Kontraenti. |
|
3.3. |
Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti
Skont ir-rekwiżiti fl-Artikolu 8 dwar l-obbligi tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tar-Regolament (UE) 2018/858, jew dispożizzjonijiet ekwivalenti f’Partijiet Kontraenti oħra, l-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti għandhom iwettqu testijiet regolari biex jivverifikaw jekk il-miżuri kontra t-tbagħbis, tas-sigurtà u taċ-ċibersigurtà humiex biżżejjed. L-awtoritajiet tal-Part Kontraenti għandhom ikunu responsabbli għall-għażla tal-vetturi, għall-applikazzjoni tal-metodi tal-ittestjar, għall-attivitajiet ta’ segwitu, għar-rapportar u għall-miżuri korrettivi jew restrittivi. |
|
3.3.1. |
Għażla tal-vettura għal finijiet ta’ sorveljanza
Meta jwettqu testijiet tas-sorveljanza, l-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti għandhom jagħżlu t-tipi ta’ vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet li jridu jiġu ttestjati abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju. It-tipi ta’ vetturi (fir-rigward tal-emissjonijiet) meqjusa li jippreżentaw riskju akbar skont il-valutazzjoni tar-riskju għandhom jingħataw prijorità għall-ittestjar skont il-paragrafu 3.3.2. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis l-aspetti li ġejjin:
|
|
3.3.2. |
Metodi ta’ ttestjar
L-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti jistgħu jużaw kwalunkwe metodu ta’ ttestjar biex jistabbilixxu jekk il-vetturi li jappartjenu għal ċertu tip ta’ vettura fir-rigward tal-emissjonijiet humiex protetti biżżejjed kontra attakki li jistgħu jaffettwaw it-tħaddim kif suppost tas-sistemi elenkati fil-paragrafu 3.1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq huma mħeġġa jiskambjaw l-aħjar prattiki u esperjenzi fil-qafas tal-Forum tal-UE għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar jew entità simili f’Parti Kontraenti oħra. L-istat tajjeb ta’ kull vettura tat-test għandu jiġi vverifikat qabel ma jitwettqu t-testijiet, filwaqt li jiġi żgurat b’mod partikolari t-tħaddim kif suppost tas-sistemi elenkati fil-paragrafu 3.1. u li ma jkunux ġew soġġetti għal attakki fl-ambitu tat-testijiet. Il-verifika għandha tiżgura li ma jinħażen l-ebda kodiċi tal-ħsara rilevanti u lanqas ma jkun hemm dawl ta’ twissija rilevanti, li l-ebda wieħed mill-istatuses tal-monitoraġġ tal-inkwinanti ma jkun fuq “Errur” u li l-livell ta’ detezzjoni tat-tbagħbis kif stabbilit fl-Anness 4 tar-Regolament tan-NU Nru 180 dwar il-Monitoraġġ Abbord (OBM) irrapportat mill-OBM ikun “Normali”. Din il-verifika għandha tinkludi wkoll, fejn xieraq, it-twettiq ta’ test ex ante tat-Tip 1 jew tal-RDE skont dan ir-Regolament tan-NU Nru 154 jew Nru 168 rispettivament. It-test tal-attakk ma għandux jipproċedi sakemm ir-riżultati tal-emissjonijiet tat-test ex ante ma jissodisfawx il-limiti tal-emissjonijiet applikabbli. It-testijiet imwettqa mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq reġjonali għandu jkollhom l-għan li jirriproduċu l-attakki li x’aktarx jiġu esperjenzati minn ċerti tipi ta’ vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet fuq il-post minħabba proporzjon kostijiet-benefiċċji għoli. Dawn jistgħu jinkludu tentattivi ta’ tbagħbis mal-vetturi billi jiġu sfruttati l-vulnerabbiltajiet eżistenti tat-tbagħbis, tas-sigurtà u taċ-ċibersigurtà, jew billi jiġu installati prodotti tat-tbagħbis li huma disponibbli fis-suq. L-għażla tal-attakki għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju deskritta fil-paragrafu 3.3.1. |
|
3.3.3. |
Evalwazzjoni tat-test
L-awtorità tal-Parti Kontraenti għandha tiddetermina l-eżitu tat-test billi tevalwa l-effetti tal-attakk fuq l-emissjonijiet tal-egżost jew fuq l-integrità tad-data użata mis-sistemi elenkati fil-paragrafu 3.1., filwaqt li tqis ir-rispons tal-vettura għall-attakki. L-awtorità għandha tasal għal deċiżjoni ta’ “riżultat pożittiv”, “segwitu” jew “riżultat negattiv” fuq aspett wieħed jew fuq iż-żewġ aspetti, kif xieraq skont in-natura tal-attakk. Eżitu ta’ “riżultat pożittiv” ma jeħtieġ l-ebda azzjoni ulterjuri. Eżitu ta’ “segwitu” għandu jiġi segwit mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafu 3.3.4. Eżitu ta’ “riżultat negattiv” għandu jiġi segwit mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafu 3.3.5. Wara l-attakk, l-awtorità tal-Parti Kontraenti tista’ tikkundizzjona l-vettura billi ssuqha għal ċerta distanza, għal diversi vjaġġi, jew f’kundizzjonijiet oħra li jitqiesu xierqa biex jiġi identifikat l-attakk. |
|
3.3.3.1. |
Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-emissjonijiet tal-egżost (inkwinanti mmonitorjati mill-OBM)
Wara l-attakk u l-kundizzjonament fakultattiv, għandu jitwettaq test ex post tat-Tip 1 jew tal-RDE. It-testijiet ex ante u ex post għandhom ikunu tal-istess tip. Jekk isiru żewġ testijiet tal-RDE, it-testijiet għandhom jitwettqu fuq l-istess rotta, b’imġiba tas-sewqan simili, u f’kundizzjonijiet ambjentali u tat-traffiku komparabbli. Wara t-test tal-emissjonijiet ex post, l-eżitu tat-test għandu jiġi ddeterminat għal kull inkwinant immonitorjat mis-sistema OBM. L-eżitu tat-test għandu jitqies bħala “riżultat pożittiv” jekk jiġi osservat wieħed minn dawn li ġejjin:
Jekk l-eżitu tat-test ma jkunx “riżultat pożittiv” dirett, il-vettura tista’ tiġi kkundizzjonata aktar biex ikun hemm aktar ħin ta’ evalwazzjoni għas-sistema OBM biex tgħaddi l-istatuses ta’ monitoraġġ tal-inkwinanti u l-livell ta’ detezzjoni tat-tbagħbis. Meta, wara kundizzjonament ulterjuri, l-istatuses ta’ monitoraġġ jew il-livell ta’ detezzjoni ta’ tbagħbis ma jinbidlux b’tali mod li jwasslu għal eżitu ta’ “riżultati pożittiv”, l-eżitu tat-test għandu jitqies bħala “segwitu” jekk jiġi osservat wieħed mill-eżiti li ġejjin:
Jekk l-eżitu la jkun “riżultat pożittiv” u lanqas “segwitu”, dan għandu jitqies bħala “riżultat negattiv”. Il-vetturi mhux mgħammra b’sistema OBM għandhom jiġu esklużi mill-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-emissjonijiet tal-egżost skont dan il-paragrafu. |
|
3.3.3.2. |
Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-emissjonijiet tal-egżost (inkwinanti mhux immonitorjati mill-OBM)
Wara l-attakk u l-kundizzjonament fakultattiv, għandu jitwettaq test ex post tat-Tip 1 jew tal-RDE. It-testijiet ex ante u ex post għandhom ikunu tal-istess tip. Jekk isiru żewġ testijiet tal-RDE, it-testijiet għandhom jitwettqu fuq l-istess rotta, b’imġiba tas-sewqan simili, u f’kundizzjonijiet ambjentali u tat-traffiku komparabbli. Wara t-test tal-emissjonijiet ex post, għall-inkwinanti kollha mhux immonitorjati mis-sistema OBM, l-eżitu tat-test għandu jitqies bħala “segwitu” meta l-inkwinanti jiżdiedu sostanzjalment għal livell ogħla mill-valuri ta’ limitu tal-OBD applikabbli kif speċifikat fil-paragrafu 6.8.2 tar-Regolament tan-NU Nru 154 filwaqt li l-indikatur tal-ħsara (MI, Malfunction Indicator) ma jiġix attivat. Fi kwalunkwe każ ieħor, għandu jitqies bħala “riżultat pożittiv”. Jekk l-eżitu tat-test ma jkunx “riżultat pożittiv” dirett, il-vettura tista’ tiġi kkundizzjonata aktar biex ikun hemm aktar ħin ta’ evalwazzjoni għas-sistema OBD biex tattiva l-indikatur tal-ħsara. |
|
3.3.3.3. |
Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-integrità tad-data
Wara l-attakk u l-kundizzjonament fakultattiv, l-eżitu għandu jitqies bħala “riżultat pożittiv” meta l-attakk ma jirnexxilux jimmodifika d-data tas-sistemi elenkati fil-paragrafu 3.1. Jekk l-attakk jirnexxilu jimmodifika d-data tas-sistemi elenkati fil-paragrafu 3.1., l-eżitu għandu jiġi evalwat mill-awtorità tal-Parti Kontraenti skont iż-żewġ kriterji li ġejjin:
Meta l-impatt jitqies bħala insinifikanti, l-eżitu għandu jitqies bħala “riżultat pożittiv”. Meta l-impatt jitqies bħala sinifikanti, u r-rispons jitqies adegwat mill-awtorità, l-eżitu għandu jitqies bħala “riżultat pożittiv”. Meta l-impatt jitqies bħala sinifikanti u r-rispons jitqies inadegwat, l-eżitu għandu jitqies bħala “segwitu”. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tikkuntattja lill-manifattur biex tinfurmah bl-eżitu tat-test, il-karatteristiċi tal-vettura u n-natura tat-testijiet imwettqa. Il-manifattur jista’ jipproponi kundizzjonament ulterjuri biex iħalli ħin addizzjonali biex il-vettura tirrispondi għall-attakk, jew testijiet ripetuti fuq vetturi simili. Wara l-kundizzjonament ulterjuri jew it-testijiet ripetuti, ir-rispons tal-vettura għandu jiġi evalwat. Jekk ir-rispons tal-vettura xorta jitqies inadegwat mill-awtorità tal-Parti Kontraenti, l-eżitu għandu jiġi kkonfermat bħala “segwitu”. Jekk ir-rispons tal-vettura jitqies adegwat, l-eżitu għandu jitqies bħala “riżultat pożittiv”. |
|
3.3.4. |
Attivitajiet ta’ segwitu
Fil-każ ta’ attakk b’eżitu kkunsidrat bħala “segwitu”, dan għandu jiġi investigat fid-dettall, fejn ikun meħtieġ f’kooperazzjoni mal-manifattur u mal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip, biex jiġu stabbiliti:
Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-Kapitolu XI tar-Regolament (UE) 2018/858 jew dispożizzjonijiet ekwivalenti f’Parti Kontraenti oħra, il-manifattur għandu, fi żmien perjodu miftiehem mal-awtorità tal-Parti Kontraenti, jipproponi soluzzjoni teknika lill-awtorità tal-Parti Kontraenti biex tiżdied ir-reżistenza tal-vettura kontra l-attakki, jew billi jimmitiga b’mod effettiv l-isfruttament tal-vulnerabbiltà jew billi jimplimenta metodi biex jiġi identifikat l-attakk u jingħata bidu għal rispons xieraq, flimkien ma’ pjan biex tiġi implimentata din is-soluzzjoni teknika. L-awtorità tal-Parti Kontraenti għandha tevalwa s-soluzzjoni teknika u l-pjan ta’ implimentazzjoni li jakkumpanjaha u titlob modifiki fejn ikun xieraq. Meta s-soluzzjoni teknika u l-pjan ta’ implimentazzjoni jiġu aċċettati mill-awtorità tal-Parti Kontraenti, il-manifattur għandu jipproċedi bl-implimentazzjoni tas-soluzzjoni teknika kif miftiehem mal-awtorità tal-Parti Kontraenti. Meta s-soluzzjoni teknika u l-pjan ta’ implimentazzjoni jonqsu milli jissodisfaw lill-awtorità tal-Parti Kontraenti, l-eżitu għandu jitqies bħala “riżultat negattiv”. Ir-riżultati tal-investigazzjoni ta’ attakki b’eżitu ta’ “segwitu” għandhom jitressqu għall-attenzjoni tal-Forum tal-UE għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar jew entità simili f’Parti Kontraenti. |
|
3.3.5. |
Rapportar, miżuri korrettivi u amministrattivi wara eżitu ta’ “riżultat negattiv”
Eżitu ta’ “riżultat negattiv” f’każ ta’ attakk għandu jiġi investigat fid-dettall, fejn ikun meħtieġ f’kooperazzjoni mal-manifattur u mal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip, biex jiġu stabbiliti:
Id-dettalji tat-testijiet b’eżitu ta’ “riżultat negattiv” għandhom jiġu rrapportati lill-manifattur, u l-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti għandhom jirrikjedu li l-manifattur jieħu miżuri f’konformità mal-Kapitolu XI dwar Klawżoli ta’ Salvagwardji tar-Regolament (UE) 2018/858 jew dispożizzjonijiet ekwivalenti f’Parti Kontraenti oħra biex jiżgura li l-vulnerabbiltà sfruttata tiġi mitigata b’mod effettiv, preferibbilment permezz ta’ aġġornament mingħajr fili tas-sistemi tal-vetturi rilevanti skont ir-Regolament tan-NU Nru 156. Fid-determinazzjoni ta’ jekk humiex xierqa l-miżuri korrettivi, l-awtoritajiet għandhom jikkunsidraw l-istat tat-teknoloġija tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-emissjonijiet, il-fattibbiltà teknika ta’ mitigazzjonijiet possibbli u l-probabbiltà ta’ sfruttament tal-vulnerabbiltà (approssimata mill-proporzjon kostijiet-benefiċċji tal-attakk). Il-manifattur jista’, b’evidenza ta’ sostenn xierqa, juri li vulnerabbiltà ma tistax tiġi mitigata b’mod effettiv jew li ma jistax jitwettaq rispons xieraq mid-detezzjoni ta’ tbagħbis, minħabba limitazzjonijiet tekniċi tal-arkitettura tal-vettura. Jekk il-manifattur juri b’mod komprensiv lill-awtorità tal-Parti Kontraenti li mitigazzjoni ma hijiex teknikament fattibbli, il-manifattur ma għandux ikun meħtieġ jipprovdi miżuri korrettivi. Ir-riżultati tal-investigazzjoni ta’ attakki b’eżitu ta’ “riżultat negattiv” għandhom jitressqu għall-attenzjoni tal-Forum tal-UE għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar jew entità simili f’Parti Kontraenti. F’każ li jiġu identifikati vulnerabbiltajiet li ma jistgħux jiġu mitigati b’mod effettiv minħabba limitazzjonijiet tekniċi, il-Forum jew entità simili għandha tikkunsidra li titlob mitigazzjonijiet addizzjonali korrispondenti f’approvazzjonijiet tat-tip futuri. |
|
3.4. |
Rwoli u responsabbiltajiet għal Partijiet Kontraenti u għal partijiet terzi rikonoxxuti
Il-Partijiet Kontraenti u l-partijiet terzi rikonoxxuti jistgħu jivverifikaw jekk il-vetturi li jappartjenu għal ċertu tip ta’ vettura fir-rigward tal-emissjonijiet humiex protetti biżżejjed kontra tentattivi ta’ tbagħbis kif ukoll attakki tas-sigurtà u taċ-ċibersigurtà li jaffettwaw is-sistemi elenkati fil-paragrafu 3.1. skont il-metodi deskritti fil-paragrafu 3.3.2. |
4. Dispożizzjonijiet amministrattivi
|
4.1. |
Dispożizzjonijiet amministrattivi kontra t-tbagħbis, għas-sigurtà u għas-ċibersigurtà
Id-dokumentazzjoni biex tintwera l-konformità mal-paragrafu 3.1. għandha ssir disponibbli mill-manifattur f’żewġ partijiet:
F’każijiet fejn jintwera li l-informazzjoni hija koperta minn drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew tikkostitwixxi għarfien espert speċifiku tal-manifattur jew tal-fornituri tiegħu, il-manifattur jew il-fornituri tiegħu għandhom jagħmlu disponibbli biżżejjed informazzjoni biex l-iċċekkjar imsemmi f’dan ir-Regolament ikun jista’ jsir kif suppost. Tali informazzjoni għandha tiġi ttrattata fuq bażi kunfidenzjali. Il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti kontra t-tbagħbis, tas-sigurtà u taċ-ċibersigurtà ta’ dan ir-Regolament għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip. Din id-dikjarazzjoni għandha tuża l-format ipprovdut fl-Appendiċi 2 tal-Anness 2. |
Anness 9 – Appendiċi 1
Vulnerabbiltajiet/theddidiet ta’ livell għoli, eżempji ta’ vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk, u eżempji ta’ mitigazzjonijiet
Il-manifatturi, filwaqt li janalizzaw il-vulnerabbiltajiet/it-theddidiet u jivvalutaw ir-riskji għas-sistemi elenkati fil-paragrafu 3.1. ta’ dan l-anness, għandhom jikkunsidraw il-vulnerabbiltajiet jew il-metodi ta’ attakk rilevanti kollha assoċjati ma’ kull vulnerabbiltà/theddida ta’ livell għoli, u jimplimentaw mitigazzjonijiet proporzjonati biex jipproteġu t-tip ta’ vettura fir-rigward tal-emissjonijiet kif xieraq. Eżempji ta’ vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk li jridu jiġu kkunsidrati u eżempji ta’ mitigazzjonijiet li jridu jiġu implimentati huma inklużi fit-Tabella 4.1, it-Tabella 4.2 u t-Tabella 4.3 għal kull vulnerabbiltà/theddida ta’ livell għoli ta’ kull sistema. L-eżempji li jirreferu għall-Anness 5, il-Parti A u l-Parti B tar-Regolament Nru 155 tan-NU għandhom jitqiesu fil-kuntest tas-sistema speċifika li għaliha japplikaw.
Tabella 4.1.
Vulnerabbiltajiet/theddidiet ta’ livell għoli, eżempji ta’ vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk u eżempju ta’ mitigazzjonijiet
|
Sistema |
Vulnerabbiltà/theddida ta’ livell għoli |
Eżempji ta’ vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk |
Eżempji ta’ mitigazzjonijiet |
|
Sistemi għall-kontroll tat-tniġġis |
Modifika mhux awtorizzata tad-data jew tal-kodiċi tas-software tal-unità ta’ kontroll tal-magna/tas-sensur (ECU, Electronic Control Unit / SCU, Sensor Control Unit) |
Vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 9.1, 12.1, 17.1, 18.3 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
Injezzjoni ta’ software mhux awtorizzat permezz ta’ għodod għall-flashing tal-ECU biex jiddiżattivaw jew jalteraw il-komponenti tal-kontroll tal-emissjonijiet, irażżnu l-inċitament tal-OBD/OBM, jew jipprevjenu d-DTCs |
Tekniki/disinji tal-kontroll tal-aċċess u proċeduri siguri ta’ aġġornament tas-software, eż. aġġornament tal-awtentikazzjoni, iċċekkjar tal-integrità, proċess sigur tal-ibbutjar |
||
|
Aċċess mhux awtorizzat u modifika tal-hardware tal-ECU/SCU |
Vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 28.2, 32.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
|
Aċċess mhux awtorizzat għal ċirkwit intern ta’ unitajiet ta’ kontroll ta’ komponenti relatati mal-emissjonijiet u modifika tiegħu |
Miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ detezzjoni tal-aċċess, eż. b’hardware reżistenti għat-tbagħbis jew li juri t-tbagħbis |
||
|
Manipulazzjoni ta’ messaġġi ta’ komunikazzjoni ġewwa l-vettura permezz ta’ modifiki tad-data |
Vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 11.3, 20.3, 23.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
|
Injezzjoni, interċettazzjoni jew alterazzjoni ta’ messaġġi ta’ komunikazzjoni tal-vettura (eż. CAN, Controller Area Network), pereżempju permezz ta’ emulaturi |
Miżuri għad-detezzjoni ta’ messaġġi jew attività interni malizzjużi, eż. iċċekkjar tal-plawżibbiltà, analiżi tal-kronometraġġ jew awtentikazzjoni bbażata fuq iċ-ċertifikazzjoni biex tinżamm l-integrità tad-data dwar l-emissjonijiet |
||
|
Manipulazzjoni tas-sinjali ġewwa l-vettura permezz ta’ modifiki tal-hardware |
Vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 11.1, 25.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
|
Alterazzjoni jew manipulazzjoni mhux awtorizzata ta’ sinjali relatati mal-emissjonijiet (eż. temperatura ambjentali jew tal-egżost) permezz ta’ modifiki fiżiċi, pereżempju permezz ta’ modifikaturi |
Funzjonijiet dijanjostiċi, iċċekkjar tal-plawżibbiltà jew sistemi ta’ detezzjoni tal-anomaliji |
||
|
Sistema tal-fjuwil u tar-reaġent |
Modifika mhux awtorizzata tal-kodiċi tad-data jew tas-software tal-ECU/SCU |
Vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 9.1, 20.4, 23.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
Modifika mhux awtorizzata tas-software ta’ kontroll tal-magna biex jimmodifika l-injezzjoni tal-fjuwil jew tar-reaġent, eż. l-alterazzjoni tal-kwantità injettata |
Tekniki/disinji tal-kontroll tal-aċċess u proċeduri siguri ta’ aġġornament tas-software, eż. aġġornament tal-awtentikazzjoni, iċċekkjar tal-integrità, proċess sigur tal-ibbutjar |
||
|
Aċċess mhux awtorizzat u modifika tal-hardware tal-ECU/SCU |
Vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 25.1, 27.1, 32.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
|
Aċċess mhux awtorizzat għaċ-ċirkwit intern tal-unitajiet ta’ kontroll tal-fjuwil jew komponenti relatati mar-reaġenti u l-modifika tiegħu |
Miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ detezzjoni tal-aċċess, eż. b’hardware reżistenti għat-tbagħbis jew li juri t-tbagħbis |
||
|
Magna u unitajiet ta’ kontroll tal-magna |
Modifika mhux awtorizzata tad-data jew tal-kodiċi tas-software tal-ECU |
Vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 9.1, 20.4, 23.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
Installazzjoni ta’ firmware mhux awtorizzat biex jiġu mmodifikati l-parametri funzjonali tal-magna |
Tekniki/disinji tal-kontroll tal-aċċess u proċeduri siguri ta’ aġġornament tas-software, eż. aġġornament tal-awtentikazzjoni, iċċekkjar tal-integrità, proċess sigur tal-ibbutjar |
||
|
Aċċess mhux awtorizzat u modifika tal-hardware tal-ECU |
Vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 11.3, 18.3, 32.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
|
Aċċess mhux awtorizzat għaċ-ċirkwit intern tal-unitajiet ta’ kontroll tal-magna u l-modifika tiegħu |
Miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ detezzjoni tal-aċċess, eż. b’hardware reżistenti għat-tbagħbis jew li juri t-tbagħbis |
Tabella 4.2.
Vulnerabbiltajiet/theddidiet ta’ livell għoli, eżempji ta’ vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk u eżempju ta’ mitigazzjonijiet
|
Sistema |
Vulnerabbiltà/theddida ta’ livell għoli |
Eżempji ta’ vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk |
Eżempji ta’ mitigazzjonijiet |
|
Sistema OBM |
Modifika mhux awtorizzata tal-kodiċi tad-data jew tas-software tal-ECU/SCU |
Vulnerabbiltajiet fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 9.1, 20.4, 23.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
Modifika jew diżattivazzjoni tad-data tal-vettura rrapportata mis-sistema OBM |
Tekniki/disinji tal-kontroll tal-aċċess u proċeduri siguri ta’ aġġornament tas-software, eż. aġġornament tal-awtentikazzjoni, iċċekkjar tal-integrità, proċess sigur tal-ibbutjar |
||
|
Aċċess mhux awtorizzat u modifika tal-hardware tal-ECU/SCU |
Vulnerabbiltajiet fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 25.1, 32.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
|
Aċċess mhux awtorizzat għaċ-ċirkwit intern tal-unitajiet ta’ kontroll tal-komponenti relatati mal-OBM u l-modifika tiegħu |
Miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ detezzjoni tal-aċċess, eż. b’hardware reżistenti għat-tbagħbis jew li juri t-tbagħbis |
||
|
Sistema OBD |
Modifika mhux awtorizzata tal-kodiċi tad-data jew tas-software tal-ECU/SCU |
Vulnerabbiltajiet fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 19.1, 18.3, 20.4, 20.5, 23.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
Installazzjoni ta’ firmware mhux awtorizzat biex tiġi mmodifikata l-imġiba dijanjostika |
Tekniki/disinji tal-kontroll tal-aċċess u proċeduri siguri ta’ aġġornament tas-software, eż. aġġornament tal-awtentikazzjoni, iċċekkjar tal-integrità, proċess sigur tal-ibbutjar |
||
|
Aċċess mhux awtorizzat u modifika tal-hardware tal-ECU/SCU |
Vulnerabbiltajiet fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 25.1, 32.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
|
Aċċess mhux awtorizzat għaċ-ċirkwit intern tal-unitajiet ta’ kontroll tal-komponenti relatati mal-OBD u l-modifika tiegħu |
Miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ detezzjoni tal-aċċess, eż. b’hardware reżistenti għat-tbagħbis jew li juri t-tbagħbis |
||
|
Apparat OBFCM |
Modifika mhux awtorizzata tal-kodiċi tad-data jew tas-software tal-ECU/SCU |
Vulnerabbiltajiet fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 9.1, 20.4, 23.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
Modifika tad-data dwar il-konsum tal-fjuwil irrapportata mill-apparat |
Tekniki/disinji tal-kontroll tal-aċċess u proċeduri siguri ta’ aġġornament tas-software, eż. aġġornament tal-awtentikazzjoni, iċċekkjar tal-integrità, proċess sigur tal-ibbutjar |
||
|
Aċċess mhux awtorizzat u modifika tal-hardware tal-ECU/SCU |
Vulnerabbiltajiet fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 25.1, 32.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
|
Aċċess mhux awtorizzat għaċ-ċirkwit intern tal-unitajiet ta’ kontroll tal-komponenti relatati mal-OBFCM u l-modifika tiegħu |
Miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ detezzjoni tal-aċċess, eż. b’hardware reżistenti għat-tbagħbis jew li juri t-tbagħbis |
Tabella 4.3.
Vulnerabbiltajiet/theddidiet ta’ livell għoli, eżempji ta’ vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk u eżempju ta’ mitigazzjonijiet
|
Sistema |
Vulnerabbiltà/theddida ta’ livell għoli |
Eżempji ta’ vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk |
Eżempji ta’ mitigazzjonijiet |
|
Batteriji tat-trazzjoni u sistemi ta’ ġestjoni relatati |
Modifika mhux awtorizzata tal-kodiċi tad-data jew tas-software tal-ECU/SCU |
Vulnerabbiltajiet fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 12.2, 20.3, 23.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
Alterazzjoni tas-software biex jiġu mmodifikati r-rati tal-iċċarġjar / tal-iskarikar u d-data dwar id-durabbiltà tal-batterija |
Tekniki/disinji tal-kontroll tal-aċċess u proċeduri siguri ta’ aġġornament tas-software, eż. aġġornament tal-awtentikazzjoni, iċċekkjar tal-integrità, proċess sigur tal-ibbutjar |
||
|
Aċċess mhux awtorizzat u modifika tal-hardware tal-ECU/SCU |
Vulnerabbiltajiet fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 27.1, 32.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
|
Aċċess mhux awtorizzat għaċ-ċirkwit intern tal-unitajiet ta’ kontroll ta’ komponenti relatati mal-batteriji u l-modifika tiegħu |
Miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ detezzjoni tal-aċċess, eż. b’hardware reżistenti għat-tbagħbis jew li juri t-tbagħbis |
||
|
Mutur Elettriku u Unitajiet ta’ Kontroll Relatati |
Modifika mhux awtorizzata tal-kodiċi tad-data jew tas-software tal-ECU/SCU |
Vulnerabbiltajiet fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 5.1, 9.1, 20.4, 23.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
Installazzjoni ta’ firmware mhux awtorizzat biex jimmodifika l-kontrolluri tal-invertituri jew tal-muturi |
Tekniki/disinji tal-kontroll tal-aċċess u proċeduri siguri ta’ aġġornament tas-software, eż. aġġornament tal-awtentikazzjoni, iċċekkjar tal-integrità, proċess sigur tal-ibbutjar |
||
|
Aċċess mhux awtorizzat u modifika tal-hardware tal-ECU/SCU |
Vulnerabbiltajiet fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 25.1, 32.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
|
Aċċess mhux awtorizzat għaċ-ċirkwit intern tal-unitajiet ta’ kontroll ta’ komponenti relatati mal-mutur elettriku, u l-modifika tiegħu |
Miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ detezzjoni tal-aċċess, eż. b’hardware reżistenti għat-tbagħbis jew li juri t-tbagħbis |
||
|
Passaport Ambjentali ta’ Vettura (EVP) |
Modifika mhux awtorizzata tal-kodiċi tad-data jew tas-software tal-ECU/SCU |
Vulnerabbiltajiet fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 9.1, 20.4, 23.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
Modifika tad-data ambjentali relatata mal-EVP |
Tekniki/disinji tal-kontroll tal-aċċess u proċeduri siguri ta’ aġġornament tas-software, eż. aġġornament tal-awtentikazzjoni, iċċekkjar tal-integrità, proċess sigur tal-ibbutjar |
||
|
Aċċess mhux awtorizzat u modifika tal-hardware tal-ECU/SCU |
Vulnerabbiltajiet fl-Anness 5, il-Parti A tar-Regolament tan-NU Nru 155: 25.1, 32.1 |
Mitigazzjonijiet korrispondenti fl-Anness 5, il-Parti B tar-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
|
Aċċess mhux awtorizzat għaċ-ċirkwit intern tal-unitajiet ta’ kontroll u l-modifika tiegħu biex tiġi mmodifikata d-data ambjentali relatata mal-EVP |
Miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ detezzjoni tal-aċċess, eż. b’hardware reżistenti għat-tbagħbis jew li juri t-tbagħbis |
ANNESS 10
Speċifikazzjonijiet tal-fjuwils ta’ referenza
1.
Speċifikazzjonijiet tal-fjuwils ta’ referenza għall-ittestjar tal-vetturi fir-rigward tal-limiti tal-emissjonijiet
1.1
L-ispeċifikazzjonijiet għall-fjuwils ta’ referenza għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness B3 tar-Regolament tan-NU Nru 154.
2.
Speċifikazzjonijiet tal-fjuwil ta’ referenza li għandu jintuża għall-ittestjar tal-vetturi mgħammra b’magni ta’ tqabbid bi spark f’temperaturi ambjentali baxxi – Test tat-Tip 6Tip: Petrol (E10)
|
Parametru |
Unità |
Limiti (1) |
Metodu ta’ ttestjar |
||||
|
Minimu |
Massimu |
||||||
|
Indiċi tal-ottan riċerka, RON (2) |
|
95,0 |
98.0 |
EN ISO 5164 |
|||
|
Indiċi tal-ottan mutur, MON (2) |
|
85.0 |
89,0 |
EN ISO 5163 |
|||
|
Densità f’temperatura ta’ 15 °C |
kg/m (3) |
743,0 |
756,0 |
EN ISO 12185 |
|||
|
Pressjoni tal-fwar (DVPE) |
kPa |
56,0 |
95,0 |
EN 13016-1 |
|||
|
Kontenut ta’ ilma |
|
massimu 0,05 Dehra f’temperatura ta’ -7 °C: Ċara u Tleqq |
EN 12937 |
||||
|
Distillazzjoni: |
|
|
|
|
|||
|
% v/v |
34,0 |
46,0 |
EN ISO 3405 |
|||
|
% v/v |
54,0 |
62,0 |
EN ISO 3405 |
|||
|
% v/v |
86,0 |
94,0 |
EN ISO 3405 |
|||
|
°C |
170 |
195 |
EN ISO 3405 |
|||
|
Residwu |
% v/v |
— |
2,0 |
EN ISO 3405 |
|||
|
Analiżi tal-idrokarburi: |
|
|
|
|
|||
|
% v/v |
6.0 |
13.0 |
EN 22854 |
|||
|
% v/v |
25,0 |
32,0 |
EN 22854 |
|||
|
% v/v |
- |
1,00 |
EN 22854 EN 238 |
|||
|
% v/v |
rapport |
EN 22854 |
||||
|
Proporzjon ta’ karbonju/idroġenu |
|
rapport |
|
||||
|
Proporzjon ta’ karbonju/ossiġenu |
|
rapport |
|
||||
|
Perjodu ta’ induzzjoni (3) |
minuti |
480 |
— |
EN ISO 7536 |
|||
|
Kontenut ta’ ossiġenu (4) |
% m/m |
3,3 |
3,7 |
EN 22854 |
|||
|
Gomma maħsula bis-solvent (Kontenut eżistenti ta’ gomma) |
mg/100ml |
— |
4 |
EN ISO 6246 |
|||
|
Kontenut ta’ kubrit (5) |
mg/kg |
— |
10 |
EN ISO 20846 EN ISO 20884 |
|||
|
Korrużjoni tar-ram (3 sigħat, 50 °C) |
|
— |
Klassi 1 |
EN ISO 2160 |
|||
|
Kontenut ta’ ċomb |
mg/l |
— |
5 |
EN 237 |
|||
|
Kontenut ta’ fosfru (6) |
mg/l |
— |
1,3 |
ASTM D 3231 |
|||
|
Etanol (4) |
% v/v |
9,0 |
10,0 |
EN 22854 |
|||
|
(1) Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu tagħhom, ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 Prodotti tal-petroleum – Determinazzjoni u applikazzjoni ta’ data preċiża fir-rigward tal-metodi ta’ ttestjar u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero; fl-iffissar ta’ valur massimu u minimu, id-differenza minima hija ta’ 4R (R = riproduċibbiltà). Minkejja din il-miżura, li hija meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifattur tal-fjuwils għandu xorta waħda jimmira għall-valur ta’ żero meta l-valur massimu stipulat ikun ta’ 2R u għall-valur medju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet tal-limiti massimi u minimi. F’każ li jkun meħtieġ li jiġi ċċarat jekk fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259. (2) Għandu jitnaqqas fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,2 għall-MON u għall-RON għall-kalkolu tar-riżultat finali f’konformità mal-EN 228:2008. (3) Il-fjuwil jista’ jkun fih inibituri tal-ossidazzjoni u d-deattivaturi tal-metall li normalment jintużaw sabiex ikunu stabbilizzati l-flussi tal-gażolina tar-raffineriji, iżda ma għandhomx jiżdiedu addittivi tad-deterġenti/dispersivi u żjut solventi. (4) L-etanol huwa l-uniku ossiġenat li għandu jiżdied intenzjonalment mal-fjuwil ta’ referenza. L-Etanol użat għandu jkun konformi mal-EN 15376. (5) Għandu jiġi rapportat il-kontenut proprju tal-kubrit fil-fjuwil li jintuża għat-test tat-Tip 6. (6) Ma għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom fosforu, ħadid, manganiż jew ċomb ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza. |
|||||||
Tip: Etanol (E75)
|
Parametru |
Unità |
Limiti (7) |
Metodu ta’ ttestjar (8) |
|
|
Minimu |
Massimu |
|||
|
Indiċi tal-ottan riċerka, RON |
|
95 |
- |
EN ISO 5164 |
|
Indiċi tal-ottan mutur, MON |
|
85 |
- |
EN ISO 5163 |
|
Densità f’temperatura ta’ 15 °C |
kg/m3 |
rapport |
EN ISO 12185 |
|
|
Pressjoni tal-fwar |
kPa |
50 |
60 |
EN ISO 1 30 16-1 (DVPE) |
|
mg/kg |
- |
10 |
EN ISO 20846 EN ISO 20884 |
|
|
Stabbiltà tal-ossidazzjoni |
minuti |
360 |
- |
EN ISO 7536 |
|
Kontenut eżistenti ta’ gomma (maħsula bis-solvent) |
mg/100ml |
- |
4 |
EN ISO 6246 |
|
Id-dehra għandha tiġi determinata f’temperatura ambjentali jew fi 15 °C skont liema tkun l-ogħla. |
|
Ċara u tleqq, viżibbilment ħielsa minn kontaminanti sospiżi jew preċipitati |
Spezzjonijiet viżwali |
|
|
Etanol u alkoħols superjuri (13) |
% (V/V) |
70 |
80 |
EN 1601 EN 13132 EN 1451 7 |
|
Alkoħols superjuri (C3 - C8) |
% (V/V) |
- |
2 |
|
|
Metanol |
|
- |
0,5 |
|
|
Petrol (11) |
% (V/V) |
Bilanċ |
EN 228 |
|
|
Fosforu |
mg/l |
0,3 (12) |
EN 15487 ASTM D 3231 |
|
|
Kontenut ta’ ilma |
% (V/V) |
- |
0,3 |
ASTM E 1064 EN 15 489 |
|
Kontenut ta’ klorur inorganiku |
mg/1 |
- |
1 |
ISO 6227 - EN 15492 |
|
pHe |
|
6,5 |
9 |
ASTM D 6423 EN 15490 |
|
Korrużjoni tal-istrixxa tar-ram (3 sigħat, 50 °C) |
Klassifikazzjoni |
Klassi I |
|
EN ISO 2160 |
|
Aċidità (bħala aċidu aċetiku CH3COOH) |
% (m/m) |
|
0,005 |
ASTM 0161 3 EN 15491 |
|
mg/1 |
|
40 |
||
|
Proporzjon ta’ karbonju/idroġenu |
|
rapport |
|
|
|
Proporzjon ta’ karbonju/ossiġenu |
|
rapport |
|
|
|
(7) Il-valuri msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 “Prodotti tal-petroleum - Determinazzjoni u applikazzjoni ta’ data preċiża fir-rigward tal-metodi ta’ ttestjar”. Fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima hija ta’ 2R ’il fuq miż-żero. Fl-iffissar ta’ valur massimu u minimu, ġiet applikata d-differenza minima ta’ 4R (R = riproduċibilità). Minkejja din il-proċedura, li hija meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifatturi tal-fjuwils għandhom jimmiraw għal valur ta’ żero meta l-valur massimu stipulat ikun 2R u għall-valur medju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet tal-limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġi ċċarat jekk fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259. (8) F’każijiet ta’ tilwim, għandhom jintużaw il-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim u għall-interpretazzjoni tar-riżultati bbażati fuq il-preċiżjoni tal-metodu ta’ ttestjar deskritti fl-EN ISO 4259. (9) F’każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil nazzjonali dwar il-kontenut ta’ kubrit, għandhom jintużaw jew l-EN ISO 20846 jew l-EN ISO 20884 simili għar-referenza fl-anness nazzjonali tal-EN 228. (10) Għandu jiġi rapportat il-kontenut proprju tal-kubrit fil-fjuwil li jintuża għat-test tat-Tip 6. (11) Il-kontenut tal-petrol bla ċomb jista’ jiġi determinat bħala 100 nieqes is-somma tal-kontenut f’perċentwali ta’ ilma u ta’ alkoħols. (12) Ma għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom fosforu, ħadid, manganiż jew ċomb ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza. (13) L-etanol li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-EN 15376 huwa l-uniku ossiġenat li għandu jiżdied intenzjonalment ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza. |
||||
Anness 10 a
Speċifikazzjonijiet tal-fjuwils gassużi ta’ referenza
1.
Speċifikazzjonijiet tal-fjuwils gassużi ta’ referenza
1.1.
L-ispeċifikazzjonijiet għall-fjuwils gassużi ta’ referenza għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness B3 tar-Regolament tan-NU Nru 154.
ANNESS 11
Metodoloġija tal-konformità waqt is-servizz għat-test tal-laboratorju għall-proporzjon tal-awtonomija elettrika f’temperatura baxxa għal Vetturi Purament Elettriċi
1. Introduzzjoni
|
1.1 |
Sabiex jiġi vverifikat il-proporzjon iddikjarat tal-medda ta’ temperatura baxxa matul il-konformità waqt is-servizz għal kull vettura, għandha tiġi ddeterminata l-awtonomija elettrika f’temperatura baxxa (PERWLTC,LT,ave) skont it-Tabella A10/1, l-Anness B10 tar-Regolament Nru 154 u l-awtonomija purament elettrika skont il-pass 7 (PERWLTC,ave) tat-Tabella A8/10, l-Anness B8 tar-Regolament tan-NU Nru 154. |
|
1.2. |
Deċiżjoni ta’ Riżultat Pożittiv/Negattiv ta’ vettura waħda
Id-deċiżjoni ta’ Riżultat Pożittiv/Negattiv ta’ vettura waħda għandha tkun ibbażata fuq il-proporzjon tal-medda ta’ temperatura baxxa definit fil-paragrafu 6.1.3. tal-Anness B10 tar-Regolament tan-NU 154. Il-verifika tal-proporzjon tal-medda ta’ temperatura baxxa ta’ vettura waħda għandha twassal għal Riżultat Pożittiv jekk il-proporzjon irrapportat tal-medda ta’ temperatura baxxa mmultiplikat b’1,04 jkun ogħla jew daqs il-proporzjon iddikjarat tal-medda ta’ temperatura baxxa skont l-ekwazzjoni ta’ hawn taħt.
|
|
1.3. |
Deċiżjoni ta’ Riżultat Pożittiv/Negattiv għal kampjun
Il-proċedura ta’ verifika għandha titwettaq b’għadd adegwat ta’ vetturi (mill-inqas waħda u mhux aktar minn erbgħa). L-ispezzjoni tal-vettura, kif definita fl-Appendiċi 1 tal-Anness 5, għandha tintuża għall-vetturi kollha magħżula għall-ittestjar. Għall-finijiet tat-teħid ta’ deċiżjoni dwar riżultat pożittiv/negattiv għall-kampjun, “p” huwa l-għadd ta’ riżultati pożittivi u “f” huwa l-għadd ta’ riżultati negattivi. Kull riżultat tat-test li kiseb riżultat pożittiv għandu jżid l-għadd ta’ “p” b’wieħed u kull riżultat tat-test li kiseb riżultat negattiv għandu jżid l-għadd ta’ “f” b’wieħed għall-proċedura statistika miftuħa rilevanti. Mal-inkorporazzjoni tar-riżultati tat-test validi f’istanza miftuħa tal-proċedura statistika, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha twettaq l-azzjonijiet li ġejjin:
Id-deċiżjoni tiddependi fuq id-daqs kumulattiv tal-kampjun “n”, l-għadd ta’ riżultati pożittivi u negattivi “p” u “f”. Għad-deċiżjoni dwar riżultat pożittiv/negattiv ta’ kampjun tal-ISC, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tuża ċ-ċart tad-deċiżjonijiet fit-Tabella 11/1. Iċ-ċarts jindikaw id-deċiżjoni li trid tittieħed għal daqs kumulattiv ta’ kampjun partikolari “n” u l-għadd ta’ riżultati negattivi “f”. Hemm żewġ deċiżjonijiet possibbli għal proċedura statistika għal kombinazzjoni partikolari ta’ familja ta’ vetturi b’temperatura baxxa: Għandha tintlaħaq deċiżjoni ta’ “riżultat pożittiv tal-kampjun” meta ċ-ċart tad-deċiżjonijiet applikabbli mit-Tabella 11/1 tagħti deċiżjoni ta’ “RIŻULTAT POŻITTIV” għad-daqs kumulattiv tal-kampjun attwali “n” u l-għadd ta’ riżultati negattivi “f”. Għandha tintlaħaq deċiżjoni ta’ “riżultat negattiv tal-kampjun” meta, għal daqs kumulattiv ta’ kampjun partikolari “n”, tiġi ssodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ANNESS 12
Metodoloġija ta’ konformità waqt is-servizz għall-Emissjonijiet tal-Brejkijiet
L-awtoritajiet responsabbli u l-partijiet terzi jistgħu jivverifikaw il-koeffiċjenti tas-sehem tal-ibbrejkjar bil-frizzjoni ddikjarati fl-approvazzjoni tat-tip. F’dan il-każ, dan għandu jsir skont l-Anness 5 tar-Regolament tan-NU Nru 179 dwar l-emissjonijiet tal-brejkijiet permezz ta’ proċedura tat-test tal-ISC.
1. Għażla tal-Vetturi għall-Ittestjar tal-ISC
Mill-inqas vettura waħda iżda mhux aktar minn erba’ vetturi waqt is-servizz rappreżentattivi ta’ familja ta’ interpolazzjoni waħda jew aktar li jaqsmu l-istess koeffiċjent tas-sehem tal-ibbrejkjar bil-frizzjoni għandhom jintgħażlu b’mod aleatorju. Il-kriterji għall-kondiviżjoni tal-istess koeffiċjent tas-sehem tal-ibbrejkjar bil-frizzjoni fost diversi familji ta’ interpolazzjoni huma stabbiliti fil-paragrafu 4.1. tal-Anness 5 tar-Regolament tan-NU Nru 179 dwar l-emissjonijiet tal-brejkijiet.
Sabiex vettura tkun soġġetta għal proċedura tat-test tal-konformità waqt is-servizz, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
L-ebda użu ħażin tas-sistema tal-brejkijiet jew tal-vettura, jekk dan jista’ jiġi identifikat; |
|
(b) |
L-ebda użu eċċessiv ovvju tas-sistema tal-brejkijiet u tal-komponenti tal-brejkijiet; |
|
(c) |
L-ebda ħsara viżibbli fis-sistema tal-brejkijiet u fil-komponenti tal-brejkijiet (eż. hot spots fuq iċ-ċirku tal-frizzjoni jew sinjali viżibbli ta’ korrużjoni); |
|
(d) |
Manutenzjoni tal-vettura u tas-sistema tal-brejkijiet skont ir-rekwiżiti tal-manifattur tal-vettura; |
|
(e) |
L-ebda entrata ta’ errur attiv viżibbli għall-utent fil-memorja tal-ħsara; |
|
(f) |
Il-vettura għandha tkun mgħammra b’parts oriġinali jew b’parts ta’ sostituzzjoni oriġinali kif definit fil-paragrafu 3. tar-Regolament tan-NU Nru 179 dwar l-emissjonijiet tal-brejkijiet, ma huwa permess l-ebda komponent modifikat; |
|
(g) |
It-tul tal-ħajja tal-vettura ma għandux jaqbeż il-valuri definiti fit-Tabella 12/1. |
Jekk ikun hemm dubji li s-sistema tal-brejkijiet ma tkunx ġiet ibbeddjata b’mod adegwat, l-awtorità responsabbli jew il-parti terza li tkun qed twettaq it-test tista’ tirrikjedi bbeddjar addizzjonali tal-brejkijiet, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur.
Tabella 12/1
Rekwiżiti tul il-ħajja tal-kapaċitajiet ta’ rkupru tal-vettura kollha
|
kejl tal-fattur c |
Vetturi tal-kategoriji M1, N1 u M2 |
|
Tul tal-ħajja prinċipali |
Sa 160 000 km jew 8 snin, skont liema jiġi l-ewwel |
|
Nota: |
Hija permessa s-sostituzzjoni tal-partijiet li jiddeterjoraw bl-użu tal-kantuniera tal-brejk f’intervalli tas-servizz definiti |
2. Test tal-ISC
Il-vettura magħżula għandha tiġi ttestjata fuq xażi dinamometriku skont il-proċedura tat-test u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 5 tar-Regolament tan-NU Nru 179 dwar l-emissjonijiet tal-brejkijiet.
L-emissjonijiet tal-PM10 u tal-SPN10 tal-vettura kollha ttestjata għandhom jiġu kkalkolati skont l-Ekwazzjoni 7.1 tar-Regolament tan-NU Nru 179 dwar l-emissjonijiet tal-brejkijiet u rrapportati, filwaqt li jitqiesu:
|
(a) |
il-koeffiċjent tas-sehem tal-ibbrejkjar bil-frizzjoni mkejjel skont dan il-paragrafu, cISC; |
|
(b) |
il-fatturi ta’ emissjonijiet ta’ referenza tal-ġenituri tal-familja tal-emissjonijiet tal-kantuniera tal-brejk ta’ quddiem u ta’ wara mkejla fl-approvazzjoni tat-tip; |
|
(c) |
it-tagħbijiet fuq ir-roti tal-vettura bl-ogħla massa tat-test fost dawk li jikkondividu l-istess koeffiċjent tas-sehem tal-ibbrejkjar bil-frizzjoni kif indikat fil-paragrafu 1. |
3. Evalwazzjoni tad-data tal-ISC
Il-familja ta’ interpolazzjoni li tkun qed tiġi vverifikata jew il-familji ta’ interpolazzjoni kif applikabbli, għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ISC, jekk l-emissjonijiet kollha tal-PM10 tal-vettura ISC magħżula jkunu daqs il-limitu regolatorju, jew inqas minnu, kif definit fit-Tabella 3 tar-Regolament tan-NU Nru 179 dwar l-emissjonijiet tal-brejkijiet.
Jekk l-emissjonijiet tal-PM10 tal-vettura kollha tal-ISC magħżula jkunu ogħla mil-limitu regolatorju, għandha tintgħażel u tiġi ttestjata vettura oħra tal-istess familja ta’ interpolazzjoni jew familji ta’ interpolazzjoni kif applikabbli, fl-istess kundizzjoni kif indikat fil-paragrafu 2. Se titlesta proċedura ġdida ta’ verifika kif deskritta hawn fuq li se tqis din il-vettura l-ġdida, li r-riżultat tagħha se jiġi inkorporat fil-proċedura statistika deskritta fil-paragrafu 4.
4. Evalwazzjoni statistika tal-kampjuni tal-ISC
Id-deċiżjoni tiddependi fuq id-daqs kumulattiv tal-kampjun “n”, fuq l-għadd ta’ riżultati pożittivi u riżultati negattivi “p” u “f”. Għad-deċiżjoni dwar riżultat pożittiv/negattiv ta’ kampjun ta’ verifika, għandha tintuża ċ-ċart tad-deċiżjonijiet fit-Tabella 12/2. Iċ-ċart tindika d-deċiżjoni li trid tittieħed għal daqs kumulattiv ta’ kampjun partikolari “n” u l-għadd ta’ riżultati negattivi “f”.
Huma possibbli żewġ deċiżjonijiet għal proċedura statistika għall-emissjonijiet tal-brejkijiet tal-vettura kollha, ikkalkolati skont il-paragrafu 2.
|
(a) |
Għandu jintlaħaq eżitu ta’ “riżultat pożittiv tal-kampjun” meta ċ-ċart tad-deċiżjonijiet mit-Tabella 12/2 tagħti eżitu ta’ “RIŻULTAT POŻITTIV” għad-daqs kumulattiv tal-kampjun attwali “n” u l-għadd ta’ riżultati negattivi “f”. |
|
(b) |
Għandha tintlaħaq deċiżjoni ta’ “riżultat negattiv tal-kampjun” meta, għal daqs kumulattiv tal-kampjun partikolari “n”, meta ċ-ċart tad-deċiżjonijiet applikabbli mit-Tabella 12/2 tagħti deċiżjoni ta’ “RIŻULTAT NEGATTIV” għad-daqs kumulattiv tal-kampjun attwali “n” u l-għadd ta’ riżultati negattivi “f”. |
Jekk ma tintlaħaq l-ebda deċiżjoni (“UND” = mhux deċiżi), il-proċedura statistika għandha tibqa’ miftuħa u r-riżultati ulterjuri għandhom jiġu inkorporati fiha sakemm tintlaħaq deċiżjoni.
Tabella 12/2
Ċart tad-deċiżjonijiet għall-verifika ta’ riżultat pożittiv/negattiv:
|
L-għadd ta’ riżultati negattivi f |
3 |
|
|
RIŻULTAT NEGATTIV |
RIŻULTAT NEGATTIV |
|
2 |
|
UND |
UND |
RIŻULTAT POŻITTIV |
|
|
1 |
UND |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
|
|
0 |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
RIŻULTAT POŻITTIV |
|
|
|
|
1 |
2 |
3 |
4 |
|
|
|
n |
|||
|
n |
= daqs kumulattiv tal-kampjun (kombinazzjoni tal-komponenti tal-brejkijiet ta’ quddiem u ta’ wara = “emissjoni tal-brejkijiet tal-vettura kollha”) |
ANNESS 13
Iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz tas-sistemi OBM
1. Iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz tas-sistemi OBM
|
1.1. |
L-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz għandu jsegwi l-metodoloġija ġenerali stabbilita fl-Anness 4. |
|
1.2. |
Għandhom jittieħdu miżuri biex tiġi żgurata l-konformità waqt is-servizz tas-sistemi OBM f’konformità mal-arranġamenti tal-konformità tal-produzzjoni kif stabbilit fil-parti A tal-Appendiċi 1. |
|
1.3. |
L-awtoritajiet għandhom jużaw id-data anonima tal-OBM sottomessa mill-manifatturi biex jappoġġaw l-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz imwettaq f’konformità ma’ dan l-anness. |
2. Status ta’ monitoraġġ tal-OBM u eliġibbiltà tal-vetturi għall-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz
|
2.1. |
Il-vetturi b’mill-inqas status wieħed ta’ monitoraġġ tal-OBM imsemmi fil-paragrafu 7.2. tar-Regolament tan-NU Nru 180 dwar l-OBM issettjat għal “Errur” ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz tal-emissjonijiet tal-egżost f’konformità mal-paragrafu 1. It-testijiet tal-konformità waqt is-servizz tal-emissjonijiet tal-egżost li fihom mill-inqas status wieħed ta’ monitoraġġ tal-OBM jinqaleb għal “Errur” wara t-test, għandhom ikunu nulli. |
|
2.2. |
Matul l-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz tal-emissjonijiet tal-egżost f’konformità mal-paragrafu 1., dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala sinjali ta’ twissija li jistgħu jissuġġerixxu ħsara f’konformità mal-punt 8.3.2. tar-Regolament tan-NU Nru 168:
|
|
2.3. |
Il-vetturi b’tal-inqas status wieħed ta’ monitoraġġ tal-OBM issettjat għal “Errur” qabel l-ittestjar ma għandhomx ikunu eliġibbli għal iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz tas-sistema OBM. Madankollu, vetturi bħal dawn għandhom ikunu eliġibbli għat-twettiq ta’ verifika f’konformità mal-paragrafu 3. |
|
2.4. |
Il-vetturi b’mill-inqas status ta’ monitoraġġ wieħed issettjat għal “Intermedju” qabel l-ittestjar għandhom ikunu eliġibbli għall-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz tal-emissjonijiet tal-egżost f’konformità mal-paragrafu 1 u għall-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz tas-sistema OBM f’konformità mal-Appendiċi 1 u mal-Appendiċi 2, dment li ssir proċedura ta’ prekundizzjonament deskritta fil-paragrafu 4.6 tal-Appendiċi 1. |
3. Sorveljanza fakultattiva tas-suq tas-sistemi OBM
Jekk il-partijiet kontraenti jiddeċiedu li jwettqu testijiet ta’ sorveljanza tas-suq, dawn għandhom jivverifikaw il-konformità tas-sistemi OBM mal-paragrafi 7.1 sa 7.8 tar-Regolament tan-NU Nru 180 dwar l-OBM f’konformità mal-parti B tal-Appendiċi 1.
4. Rwoli u responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq
|
4.1. |
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jwettqu testijiet perjodiċi ta’ skrinjar biex jidentifikaw apparati ta’ manipulazzjoni u strateġiji ta’ manipulazzjoni relatati mal-integrità tad-data. |
|
4.2. |
Jekk jiġu identifikati apparat jew strateġija ta’ manipulazzjoni relatata mal-integrità tad-data, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jipproċedu f’konformità mal-Anness 4. |
Anness 13 – Appendiċi 1
Metodi għall-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz u għas-sorveljanza fakultattiva tas-suq reġjonali tas-sistemi OBM
Dan l-appendiċi jistabbilixxi l-metodoloġija tal-konformità waqt is-servizz (ISC) għall-iċċekkjar tal-konformità tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet NOx u PM imwettaq mis-sistemi OBM, u l-metodi ta’ sorveljanza fakultattiva tas-suq għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ġenerali tas-sistemi OBM.
Parti A: Iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz tas-sistemi OBM
1. Introduzzjoni
|
1.1. |
L-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz tas-sistemi OBM għandu jiżgura li s-sistema OBM preżenti f’kampjun ta’ vetturi li jappartjenu għall-istess familja tal-OBM kif definita fil-paragrafu 2 twettaq kalkoli tal-emissjonijiet speċifiċi għad-distanza tal-NOx b’akkuratezza raġonevoli u li ma sseħħ l-ebda sottovalutazzjoni sistematika tal-emissjonijiet. |
|
1.2. |
L-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz għandu jiżgura wkoll li s-sistemi OBM ikunu kapaċi jidentifikaw meta l-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet tal-egżost rilevanti stabbiliti fit-Tabella 1A tar-Regolament tan-NU Nru 154 jinqabżu b’mill-inqas 2,5 darbiet kemm għall-NOx kif ukoll għall-PM. |
|
1.3. |
L-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz għandu jitwettaq mill-manifatturi tal-vetturi u mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
1.4. |
L-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz jista’ jitwettaq mill-Partijiet Kontraenti u minn partijiet terzi rikonoxxuti. |
|
1.5. |
L-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz ma għandu jkollu l-ebda rekwiżit ta’ frekwenza minima. |
2. Definizzjoni tal-familja tal-OBM
|
2.1. |
Għall-finijiet tal-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz tas-sistemi OBM, familja tal-OBM għandha tikkonsisti minn vetturi li jkunu koperti mill-istess dikjarazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU Nru 180 dwar l-OBM. |
3. Kriterji tal-għażla tal-vettura u eliġibbiltà għall-ittestjar
|
3.1. |
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip u entitajiet rilevanti oħra għandhom jiġbru l-informazzjoni meħtieġa biex jiddeterminaw fuq liema familji tal-OBM għandu jitwettaq l-iċċekkjar. Għandha tiġi kkunsidrata d-data anonima tal-OBM sottomessa mill-manifatturi lill-awtoritajiet skont il-paragrafu 7.2. |
|
3.2. |
L-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz tas-sistemi OBM għandu jitwettaq għal perjodu sa 200 000 km jew 10 snin, skont liema jiġi l-ewwel. |
|
3.3. |
Minbarra l-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz mill-paragrafu 2. ta’ dan l-anness, il-kriterji tekniċi applikabbli għall-għażla tal-vetturi se jkunu dawk stabbiliti fl-Anness 4. |
4. Testijiet tal-konformità waqt is-servizz tal-OBM
|
4.1. |
L-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz tas-sistemi OBM għandu jitwettaq permezz ta’ test tal-emissjonijiet fil-laboratorju jew fit-triq. Għal testijiet fit-triq b’tagħmir tal-PEMS, għandha tiġi segwita l-proċedura tal-validazzjoni stabbilita fl-Anness 6 tar-Regolament Nru 168 tan-NU. |
|
4.2. |
It-testijiet għandhom jitwettqu b’tali mod li l-emissjonijiet u d-distanzi koperti mit-test tal-emissjonijiet u mill-vjaġġ tal-OBM korrispondenti jkunu l-istess. |
|
4.3. |
L-iċċekkjar għandu jitwettaq fuq kampjun ta’ vetturi li jappartjenu għall-istess familja tal-OBM, u r-riżultati għandhom jiġu evalwati skont il-metodu ta’ evalwazzjoni deskritt fil-paragrafu 5. Kull vettura ttestjata għandha tikkontribwixxi għal massimu ta’ żewġ riżultati għall-verifika deskritta fil-paragrafu 5.1. u żewġ riżultati għall-verifika deskritta fil-paragrafu 5.2. (riżultat wieħed għall-PM u riżultat wieħed għall-NOx). |
|
4.4. |
L-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz tas-sistemi OBM għandu jitwettaq b’mod parallel mat-testijiet tal-ISC għall-verifika tal-konformità mal-limiti tal-emissjonijiet mit-tailpipe, kif deskritt fl-Anness 4. L-istess test tal-emissjonijiet (RDE skont ir-Regolament tan-NU Nru 168 jew it-Tip 1 (WLTP b’erba’ fażijiet skont ir-Regolament tan-NU Nru 154) għandu jappoġġa ż-żewġ metodoloġiji tal-ittestjar. |
|
4.5. |
Bħala metodu alternattiv, l-iċċekkjar tal-konformità waqt is-servizz tas-sistemi OBM skont il-paragrafu 1.1 jista’ jitwettaq bl-użu ta’ kwalunkwe vjaġġ fit-triq itwal minn 40 minuta u 20 kilometru li jikkonforma mal-kundizzjonijiet ambjentali u dinamiċi tal-vjaġġ stabbiliti fil-paragrafi 8.1. u 8.2. tar-Regolament Nru 168 tan-NU, b’veloċità massima ta’ 160 km/siegħa. Jekk parti mit-test jew it-test kollu jitwettaq barra mill-kundizzjonijiet estiżi, jew jekk tinqabeż il-veloċità massima, it-test għandu jitqies invalidu. |
|
4.6. |
Vettura b’mill-inqas status wieħed ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-egżost issettjat għal “Intermedju” qabel l-ittestjar għandha ssirilha proċedura ta’ prekundizzjonament. Matul dan il-prekundizzjonament, il-vettura għandha tinstaq għal mill-inqas 40 minuta u 20 kilometru bil-magna b’kombustjoni interna taħdem. Il-prekundizzjonament għandu jinkludi mill-inqas 5 minuti konsekuttivi li fihom il-vettura għandha tinstaq b’veloċità ta’ 90 km/siegħa jew aktar. Wara l-prekundizzjonament, is-sistema tal-motopropulsjoni għandha tiġi diżattivata, u għandhom jinqraw l-istatuses kollha ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-egżost. Il-vetturi għandhom ikunu eliġibbli għall-ittestjar tal-ISC jekk l-ebda wieħed mill-istatuses ta’ monitoraġġ ma jkun issettjat għal “Errur”. |
|
4.7. |
Vettura b’valur tad-“distanza tal-OBM sa mir-risettjar tal-istatus ta’ monitoraġġ” (parametru 1.51 tal-Anness 4 tar-Regolament tan-NU Nru 180 dwar l-OBM) ta’ inqas minn 400 km għandu jsirilha prekundizzjonament kif deskritt fil-paragrafu 4.6. sakemm dan il-parametru jaqbeż l-400 km. |
5. Evalwazzjoni tar-Riżultati tat-Test
|
5.1. |
Ir-riżultati tat-test tal-emissjonijiet għandhom jintużaw biex tiġi ċċekkjata l-akkuratezza tal-kalkolu tal-emissjonijiet tal-egżost speċifiċi għad-distanza tal-NOx imwettaq mis-sistema OBM skont il-paragrafu 7.4. |
|
5.2. |
Jekk ir-riżultati tat-test tal-emissjonijiet ikunu mill-inqas 2,5 darbiet il-valuri ta’ limitu rilevanti tal-emissjonijiet tal-egżost stabbiliti fir-Regolament tan-NU Nru 154 għall-NOx jew għall-PM jew aktar, ir-riżultati tat-test tal-emissjonijiet għandhom jintużaw sabiex jiġi vverifikat li s-sistema OBM tista’ tidentifika skorrimenti bħal dawn. Din il-verifika ma għandhiex tapplika għal testijiet imwettqa bl-użu tal-metodu alternattiv deskritt fil-paragrafu 4.6. |
|
5.3. |
Fi tmiem it-test tal-emissjonijiet, il-valur irrapportat mis-sistema OBM għall-“NOx speċifiċi għad-distanza” għall-vjaġġ tal-OBM (parametru 2.5 tal-Anness 4 tar-Regolament tan-NU Nru 180 dwar l-OBM) u l-valur tal-emissjonijiet ta’ NOx speċifiċi għad-distanza għall-vjaġġ kif imkejjel mil-laboratorju tal-emissjonijiet jew mit-tagħmir tas-Sistema ta’ Kejl tal-Emissjonijiet Portabbli (PEMS, Portable Emissions Measurement System) għandhom jiġu rreġistrati u għandhom jitqabblu. |
|
5.4. |
Il-valur tal-emissjonijiet tal-NOx speċifiċi għad-distanza għall-vjaġġ kif imkejjel mit-tagħmir tal-PEMS għandu jiġi kkalkulat billi jiġu diviżi l-emissjonijiet tal-massa tal-NOx akkumulati matul il-vjaġġ bid-distanza totali tal-vjaġġ. Għandhom japplikaw il-korrezzjoni tal-marġni tal-PEMS mill-paragrafu 4. tal-Anness 11 tar-Regolament Nru 168 tan-NU u l-korrezzjonijiet mill-paragrafu 5. tal-Anness 7 tal-istess Regolament. |
|
5.5. |
La l-valur mis-sistema OBM u lanqas il-valur imkejjel mil-laboratorju tal-emissjonijiet jew mit-tagħmir tal-PEMS ma għandhom jiġu mmodifikati bi kwalunkwe fattur ieħor ta’ korrezzjoni. |
6. Proċedura Statistika għall-Konformità Waqt is-Servizz tal-OBM
|
6.1. |
Qabel ma jitwettaq l-ewwel test tal-ISC tal-OBM għal familja tal-OBM, il-manifattur, il-laboratorju akkreditat jew is-servizz tekniku (“il-parti”) għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu li jwettaq ittestjar tal-konformità waqt is-servizz ta’ familja tal-OBM partikolari lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. Malli tirċievi din in-notifika, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tiftaħ folder statistiku ġdid biex tipproċessa r-riżultati għall-familja tal-OBM biex tipproċessa r-riżultati għal dik il-parti partikolari jew għal dak il-grupp ta’ partijiet. |
|
6.2. |
Ir-riżultati tat-testijiet minn żewġ laboratorji akkreditati jew servizzi tekniċi jew aktar jistgħu jinġabru b’mod komuni għall-finijiet ta’ proċedura statistika komuni. |
|
6.3. |
Il-ġbir flimkien tar-riżultati tat-testijiet għandu jirrikjedi l-kunsens bil-miktub mill-partijiet interessati kollha li jipprovdu r-riżultati tat-testijiet għal ġabra komuni ta’ riżultati, u notifika lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip qabel il-bidu tal-ittestjar. |
|
6.4. |
Waħda mill-partijiet li tiġbor flimkien ir-riżultati tat-testijiet għandha tiġi nnominata bħala l-mexxejja tal-ġabra komuni u għandha tkun responsabbli għar-rapportar u għall-komunikazzjoni tad-data mal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. |
|
6.5. |
Id-daqs tal-kampjun f’folder statistiku għandu jkun ta’ 10 vetturi. |
7. Valutazzjoni tal-konformità
|
7.1. |
Id-deċiżjoni dwar il-konformità ta’ familja tal-OBM skont il-paragrafi 1.1. u 1.2. għandha ssir skont l-Appendiċi 2. |
|
7.2. |
Id-deċiżjoni dwar il-konformità ta’ familja tal-OBM skont il-paragrafu 1.1. għandha ssir kull meta jintlaħaq id-daqs tal-kampjun, u l-għadd ta’ vetturi fil-kampjun għandu jiġi rrisettjat għal żero minn hemm ’il quddiem. |
|
7.3. |
Id-deċiżjoni dwar il-konformità ta’ familja tal-OBM skont il-paragrafu 1.2. għandha tittieħed meta r-riżultat tat-test tal-emissjonijiet ikun daqs jew 2,5 darbiet akbar mil-limitu tal-emissjonijiet applikabbli għall-PM jew għall-NOx. |
|
7.4. |
Il-multiplikaturi tad-durabbiltà għall-aġġustament tal-limiti tal-emissjonijiet tal-egżost skont ir-Regolament tan-NU Nru 154 għandhom japplikaw matul tul ta’ ħajja addizzjonali. |
8. Miżuri ta’ rapportar, korrettivi u amministrattivi
|
8.1. |
Jekk jinstab li familja tal-OBM ma tkunx konformi, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jirrikjedu li l-manifattur jieħu miżuri f’konformità mal-Anness 4. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tista’ testendi l-investigazzjonijiet għal vetturi waqt is-servizz tal-istess manifattur li jappartjenu għal familji oħra tal-ISC bl-istess sistema OBM li x’aktarx ikunu affettwati mill-istess nuqqas ta’ konformità. |
|
8.2. |
L-ittestjar tal-konformità tas-sistema OBM għandu jkun parti mir-rapport annwali mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. |
Parti B: Sorveljanza fakultattiva tas-suq tas-sistemi OBM
9. Introduzzjoni
|
9.1. |
L-iċċekkjar tas-sorveljanza tas-suq tal-OBM għandu jiżgura li s-sistema OBM ta’ vetturi introdotti fis-suq tikkonforma mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-paragrafi 7.1. sa 7.8. |
|
9.2. |
It-testijiet tas-sorveljanza tas-suq tas-sistemi OBM ma għandu jkollhom l-ebda rekwiżit ta’ frekwenza minima. |
10. Kriterji tal-għażla tal-vettura u eliġibbiltà għall-ittestjar
|
10.1. |
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jagħżlu l-vetturi li jridu jiġu ttestjati abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju. Għandhom jikkunsidraw id-data anonima tal-OBM sottomessa mill-manifatturi lill-awtoritajiet. |
|
10.2. |
It-testijiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jitwettqu sakemm il-vetturi jkunu qed jintużaw. |
11. Valutazzjoni tal-konformità
|
11.1. |
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu valutazzjoni tal-konformità tal-vetturi mar-rekwiżiti ġenerali tas-sistemi OBM u tal-EEEDWS. |
|
11.2. |
Bħala parti minn din il-verifika tar-rekwiżiti ġenerali, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jivverifikaw l-integrità tad-data tal-OBM mill-produzzjoni tagħha sas-sottomissjoni tagħha mill-manifattur tal-vettura. Din il-verifika tista’ ssir billi jiġu rintraċċati s-settijiet tad-data tal-OBM minn vjaġġi tat-test partikolari permezz tal-valuri hash tagħhom, jew permezz ta’ metodi xierqa oħra. |
12. Miżuri ta’ rapportar, korrettivi u amministrattivi
|
12.1. |
Jekk jinstab li familja tal-OBM ma tkunx konformi, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jipproċedu f’konformità mal-Anness 4.
L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista’ testendi l-investigazzjonijiet għal vetturi waqt is-servizz tal-istess manifattur li jappartjenu għal familji oħra tal-OBM bl-istess sistema OBM li x’aktarx ikunu affettwati mill-istess nuqqas ta’ konformità. |
Anness 13 – Appendiċi 2
Kriterji tal-konformità għal familja tal-OBM
1.
Kriterji tal-konformità skont il-Parti A, il-paragrafu 1.1. tal-Appendiċi 1.Meta jkunu disponibbli 10 pari ta’ valur tal-emissjonijiet tal-NOx speċifiċi għad-distanza minn test tal-emissjonijiet u valur tal-“NOx speċifiku għad-distanza” għall-vjaġġ tal-OBM korrispondenti, tista’ tiġi stabbilita l-konformità tal-familja tal-OBM mar-rekwiżiti ta’ akkuratezza għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-egżost speċifiċi għad-distanza tal-NOx abbażi tad-differenzi bejn il-pari.
Jekk riżultat tat-test tal-emissjonijiet ikun daqs jew 2,5 darbiet akbar mil-limitu tal-emissjonijiet applikabbli għall-PM jew għall-NOx, jew jekk l-istatus ta’ monitoraġġ tal-OBM għall-NOx (parametru 1.47. tal-Anness 4 tar-Regolament tan-NU Nru 180 dwar l-OBM) jinbidel għal “Errur” wara li jsir it-test, il-valur tal-emissjonijiet tal-NOx speċifiċi għad-distanza minn test tal-emissjonijiet bħal dan u l-valur tal-“NOx speċifiċi għad-distanza” għall-vjaġġ tal-OBM korrispondenti ma għandhomx jgħoddu mal-10 pari għall-kalkolu tal-kriterji tal-konformità deskritti f’dan il-paragrafu.
Δ għandha tiġi kkalkolata bħala d-differenza medja bejn l-emissjonijiet tal-NOx speċifiċi għad-distanza mir-riżultati tat-test tal-emissjonijiet (NOxemissions,i) u l-“NOx speċifiċi għad-distanza” għall-vjaġġ tal-OBM (NOxOBM,i) għat-testijiet validi kollha:
σ għandha tiġi kkalkolata bħala l-għerq tal-medja tal-kwadrati tad-differenzi fuq it-testijiet kollha:
Il-familja tal-OBM għandha tkun konformi fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
Jekk Δ tkun żero jew inqas. |
|
(b) |
Jekk Δ tkun akbar minn żero iżda inqas minn 30 % tal-limitu applikabbli tal-NOx, u σ tkun inqas minn 50 % tal-limitu applikabbli tal-NOx. |
Fi kwalunkwe każ ieħor, il-familja tal-OBM ma tkunx konformi, u għandha tapplika l-proċedura tal-paragrafu 7. tal-Appendiċi 1.
2.
Kriterji tal-konformità skont il-Parti A, il-paragrafu 1.2. tal-Appendiċi 1.Jekk ir-riżultat tat-test tal-emissjonijiet ikun daqs jew 2,5 darbiet akbar mil-limitu applikabbli tal-emissjonijiet għall-PM jew għall-NOx, għandhom japplikaw kriterji speċifiċi tal-konformità abbażi tar-riżultati tat-test uniku. Ir-riżultati minn dawn it-testijiet ma għandhomx jitqiesu għall-konformità skont il-Parti A, il-paragrafu 1.1. tal-Appendiċi 1.
Il-familja tal-OBM għandha tkun konformi fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
Meta r-riżultat tat-test tal-emissjonijiet ikun daqs jew 2,5 darbiet akbar mil-limitu tal-emissjonijiet applikabbli għall-PM:
|
|
(b) |
Meta r-riżultat tat-test tal-emissjonijiet ikun daqs jew 2,5 darbiet akbar mil-limitu tal-emissjonijiet applikabbli għall-NOx:
|
Fi kwalunkwe każ ieħor, il-familja tal-OBM ma tkunx konformi, u għandha tapplika l-proċedura tal-paragrafu 8. tal-Appendiċi 1.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1086/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)