|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1083 |
12.5.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1083
tal-11 ta’ Mejju 2026
li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (1), li stabbiliet il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine). |
|
(2) |
Fl-24 ta’ Frar 2022, il-Federazzjoni Russa nediet gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata kontra l-Ukrajna, li l-Kunsill Ewropew ikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Frar 2022. |
|
(3) |
Fit-18 ta’ Marzu 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/452 (2), li tat lill-EUAM Ukraine l-kompitu temporanju addizzjonali li tagħti pariri lill-awtoritajiet Ukreni bl-għan li tiffaċilita l-fluss ta’ refuġjati mill-Ukrajna lejn il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja u l-fluss ta’ għajnuna umanitarja lejn l-Ukrajna. |
|
(4) |
Fit-13 ta’ April 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/638 (3), li tat lill-EUAM Ukraine l-kompitu addizzjonali li tagħti appoġġ lill-awtoritajiet Ukreni biex tiffaċilita l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ delitti internazzjonali. |
|
(5) |
Fit-23 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill Ewropew ta lill-Ukrajna l-istatus ta’ pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-Unjoni. |
|
(6) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2023 dwar id-dimensjoni ċivili tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK), il-Kunsill issottolinja l-appoġġ sod u fit-tul tal-Unjoni għall-Ukrajna. Il-Kunsill enfasizza l-importanza li jissaħħaħ l-appoġġ għad-dimensjoni ċivili tal-PSDK u li jingħata rispons rapidu għall-ħtiġijiet dejjem jikbru tal-Ukrajna bħala parti mill-isforzi usa’ tal-Unjoni għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-Ukrajna. Il-Kunsill faħħar il-ħidma kollha li saret mill-EUAM Ukraine, inkluż l-appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà Ukren, u l-ġestjoni integrata tal-fruntieri, kif ukoll, b’rispons għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, l-isforzi li saru fil-qasam tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ delitti internazzjonali u fl-istabbiliment mill-ġdid tal-istat tad-dritt fit-territorji liberati u adjaċenti. |
|
(7) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2023 dwar it-tkabbir, filwaqt li jfakkar l-Aġenda ta’ Tessalonika tal-2003 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill ikkonferma l-impenn sħiħ u inekwivoku tiegħu lejn il-prospettivi ta’ sħubija mal-Unjoni tal-Balkani tal-Punent, l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Georgia, waqt li tenna li l-futur tagħhom jinsab fl-Unjoni. |
|
(8) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-22 ta’ Marzu 2024, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-Unjoni għadha impenjata li tappoġġa r-reparazzjoni, l-irkupru u r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna, f’koordinazzjoni mas-sħab internazzjonali. Il-Kunsill Ewropew laqa’ b’sodisfazzjon it-tisħiħ reċenti tal-EUAM Ukraine, li ser jippermetti li jiżdied l-appoġġ għall-aġenziji tal-infurzar tal-liġi Ukreni fit-territorji liberati u adjaċenti tal-Ukrajna, u għar-riformi fil-kuntest tal-proċess ta’ adeżjoni tal-Ukrajna mal-Unjoni. |
|
(9) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2025, il-Kunsill Ewropew laqa’ l-ħidma li għaddejja biex jiġu riveduti l-mandati tal-EUAM Ukraine u l-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine). L-Istati Membri huma impenjati li jikkontribwixxu għat-taħriġ u t-tagħmir tal-Forzi Armati Ukreni. |
|
(10) |
Fit-18 ta’ Novembru 2025, fil-kuntest tar-rieżami strateġiku tal-EUAM Ukraine, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) qabel li jemenda l-mandat tal-EUAM Ukraine. |
|
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/486/PESK tiġi emendata biex tirrifletti l-eżitu tar-rieżami strateġiku tal-EUAM Ukraine u jenħtieġ li jiġi aġġornat l-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-31 ta’ Mejju 2027. |
|
(12) |
L-EUAM Ukraine ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2(1), jiżdiedu l-punti li ġejjin:
; |
|
(2) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
; |
|
(3) |
fl-Artikolu 14(1), is-subparagrafu finali huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-31 ta’ Mejju 2027 għandu jkun EUR 128 025 000.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta’ Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukrajna) ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/486/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/452 tat-18 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine), (ĠU L 92, 21.3.2022, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/452/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/638 tat-13 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 117, 19.4.2022, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/638/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1083/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)