|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1073 |
13.5.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1073
tas-6 ta’ Marzu 2026
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2023/361 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(1)(b) u (c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli dwar l-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat. Fost l-oħrajn, dan jipprevedi regoli dettaljati u speċifiċi dwar l-użu fl-Unjoni ta’ prodotti mediċinali veterinarji fir-rigward tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a) (“il-mard tal-kategorija A”) tar-Regolament (UE) 2016/429 fl-annimali terrestri miżmuma u selvaġġi. |
|
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361 jistabbilixxi d-definizzjonijiet tat-termini użati f’dak ir-Regolament, inkluża dik ta’ “perjodu ta’ rkupru”. Wara t-tlestija tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza, strateġija ta’ ħruġ jenħtieġ li tippermetti lill-Istati Membri juru n-nuqqas ta’ infezzjoni qabel ma jkunu jistgħu jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-annimali u l-prodotti tagħhom. Tali strateġija ta’ ħruġ jenħtieġ li tikkonsisti f’sorveljanza klinika u tal-laboratorju msaħħa speċifika matul perjodu ta’ stennija definit minn qabel għal kull marda speċifika tal-kategorija A. Ma hemm l-ebda status ta’ ħelsien mill-mard għall-mard tal-kategorija A fir-regoli tal-UE, u għalhekk it-terminu “perjodu ta’ rkupru”, li jirreferi għall-irkupru ta’ status ta’ ħelsien mill-mard, jenħtieġ li jiġi sostitwit bit-terminu “perjodu ta’ stennija”. Jenħtieġ li d-definizzjoni tiegħu tiġi aġġornata u l-Artikolu 2 jiġi emendat kif xieraq, kif ukoll it-titolu u l-punt (1) tal-Artikolu 16. |
|
(3) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Annessi rilevanti speċifiċi għall-mard jiddeskrivu fil-Partijiet 4 tagħhom il-kundizzjonijiet rispettivi għal dan il-perjodu ta’ stennija u ma jirreferux għall-istatus tas-saħħa tal-annimali, inkluż l-istatus mogħti mid-WOAH. Għalhekk, jenħtieġ li l-annessi kollha speċifiċi għall-mard jiġu emendati kif xieraq biex jinkludu din il-bidla kunċettwali. |
|
(4) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361 jelenka l-prodotti mediċinali veterinarji projbiti għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategoriji A u B. Il-Parti 3 tal-Anness I telenka l-mard li għalih huwa permess xi tip speċifiku ta’ prodotti mediċinali veterinarji, u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom; kemm it-tip kif ukoll l-użu jenħtieġ li jikkonformaw ma’ din il-Parti 3 tal-Anness I, u jenħtieġ li dan jiġi ddikjarat b’mod ċar fl-Artikolu 4. |
|
(5) |
L-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361 jistabbilixxi strateġiji ta’ tilqim għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-Kategorija A u jiddistingwi bejn l-istrateġiji tat-tilqim ta’ emerġenza u preventivi. L-esperjenza miksuba mill-pjanijiet ta’ tilqim applikati fuq il-post turi li t-tilqim protettiv ta’ emerġenza jista’ jiġi applikat meta jseħħu tifqigħat ta’ marda elenkata f’żoni fejn it-tilqim preventiv kontra dik il-marda jkun diġà implimentat. Sabiex jiġi evitat nuqqas ta’ fehim, l-implimentazzjoni tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza jenħtieġ li tiġi ċċarata fl-Artikolu 7, u jenħtieġ li jiġi introdott xi test ta’ spjegazzjoni biex jispjega li l-pjan ta’ tilqim preventiv jista’ jkompli jiġi implimentat f’żona ristretta, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeċidix li tapplika tilqim ta’ emerġenza. |
|
(6) |
Matul ir-rieżami tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361, l-Artikolu 13 tqies bħala mhux ċar u jenħtieġ li jiġi emendat għaċ-ċarezza: il-paragrafi 1 sa 4 jenħtieġ li ma jistabbilixxux fid-dettall liema annimali jew prodotti huma pprojbiti u jistgħu jiġu mċaqilqa, u jenħtieġ li jirreferu b’mod ċar għall-partijiet rilevanti tal-annessi għad-dettalji, u l-paragrafu 6 jenħtieġ li jiġi ċċarat biex jispjega aħjar ir-restrizzjonijiet f’konformità mal-paragrafi 1 sa 5 ta’ dak l-Artikolu, li japplikaw simultanjament maż-żoni ristretti f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (3). |
|
(7) |
Matul ir-rieżami tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361, ġie nnotat li għaċ-ċarezza, l-Artikolu 14(2)(a) jenħtieġ li jinkludi referenza għall-Artikolu 13(1) li jelenka l-annimali u l-prodotti soġġetti għal projbizzjoni. |
|
(8) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2023/361 jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi, fl-annessi rispettivi speċifiċi għall-mard, għal kull marda tal-kategorija A abbażi tal-esperjenza u d-data li kienet disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni tiegħu. Għall-mard li għalih ma kienx hemm biżżejjed esperjenza u data disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni tiegħu, ma setgħux jiġu pprovduti miżuri speċifiċi għall-mard. |
|
(9) |
Għall-Marda tal-Ilsien u d-Dwiefer (FMD, Foot-and-Mouth Disease), it-tifqigħat reċenti pprovdew informazzjoni rilevanti għad-diffikultajiet fl-użu tat-tilqim protettiv u l-ħtieġa li jiġi ċċarat fl-Anness VII li l-annimali kollha tal-ispeċijiet elenkati kienu kkonċernati mill-projbizzjoni, kif kellha tiġi implimentata s-sorveljanza u skont liema kundizzjonijiet setgħu jingħataw derogi għall-projbizzjoni. |
|
(10) |
Għall-Marda tal-Infafet fil-Ġilda (LSD, Lumpy Skin Disease), l-esperjenza reċenti fuq il-post u d-data xjentifika pprovdew aktar informazzjoni u evidenza li jenħtieġ li jitqiesu fl-Anness IX għall-kundizzjonijiet relatati maż-żoni tat-tilqim, u r-restrizzjonijiet relatati u l-perjodu ta’ stennija qabel ma jitneħħew. |
|
(11) |
Għad-Deni Klassiku tal-Ħnieżer (CSF, Classical Swine Fever), jenħtieġ li tintuża d-data xjentifika disponibbli aġġornata biex jiġu aġġornati l-kundizzjonijiet għat-tilqim tal-ħnieżer domestiċi fl-Anness XII u jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tilqim tal-ħnieżer selvaġġi f’anness ġdid. |
|
(12) |
Għall-Influwenza Avjarja b’Patoġeniċità Għolja (HPAI, Highly Pathogenic Avian Influenza), l-esperjenza reċenti tal-implimentazzjoni fuq il-post tat-tilqim tal-pollam, kif ukoll id-data xjentifika dwar it-tilqim, il-mitigazzjoni tar-riskju u s-sorveljanza, inkluża opinjoni xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA, European Food Safety Authority), ipprovdiet biżżejjed informazzjoni biex jiġu emendati u aġġornati l-kundizzjonijiet speċifiċi fl-Anness XIII għar-restrizzjonijiet, id-derogi, u s-sorveljanza, b’mod partikolari meta jiġi applikat it-tilqim preventiv. |
|
(13) |
Għad-Deni tal-Ħnieżer Afrikan (ASF, African Swine Fever), għalkemm bħalissa ma hemm l-ebda vaċċin effettiv u sikur disponibbli, fid-dawl tar-rapporti reċenti tal-EFSA u tad-data xjentifika aġġornata dwar il-vaċċini inklużi fil-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri tad-WOAH, jenħtieġ li jiżdiedu annessi ġodda biex jiddeskrivu l-kundizzjonijiet għall-użu ta’ tali vaċċini, ladarba jkunu disponibbli, rispettivament fil-ħnieżer domestiċi u selvaġġi. |
|
(14) |
Għall-Ġidri tan-Nagħaġ u l-Ġidri tal-Mogħoż (SPGP, Sheep Pox and Goat Pox), il-ġustifikazzjonijiet xjentifiċi għall-modifika tal-kapitoli rilevanti tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tad-WOAH ipprovdew biżżejjed data biex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi f’anness ġdid. |
|
(15) |
Għall-konsistenza bejn l-Artikoli u l-Annessi, in-numerazzjoni jenħtieġ li tiġi emendata minħabba żidiet jew tħassir ta’ punti, u minħabba ż-żieda ta’ Annessi ġodda. |
|
(16) |
Fl-aħħar nett, l-iżbalji editorjali fl-Artikolu 3(2) jenħtieġ li jiġu kkoreġuti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi
Ir-Regolament Delegat (UE) 2023/361 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Fl-Artikolu 2(1), il-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
2. |
Fl-Artikolu 4, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu tal-prodotti mediċinali veterinarji li ġejjin fl-annimali għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategoriji A u B sakemm ma jintużawx għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard elenkat fil-Parti 3 tal-Anness I u t-tip u l-użu tagħhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fih:” |
|
3. |
Fl-Artikolu 7(1), il-punt (a)(ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
4. |
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-awtorità kompetenti tista’ timplimenta l-istrateġiji msemmija fil-paragrafu 1 simultanjament jew b’mod konsekuttiv f’popolazzjonijiet differenti ta’ annimali terrestri miżmuma u selvaġġi, f’żoni differenti u f’żoni ġeografiċi differenti u f’punti ta’ żmien differenti matul tifqigħa, u tista’ tvarja l-istrateġiji applikati skont iż-żona, l-ispeċijiet affettwati jew karatteristiċi ta’ definizzjoni oħrajn. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-istrateġiji kollha applikati simultanjament jew b’mod konsekuttiv fil-pjan uffiċjali ta’ tilqim wara l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (a). Meta żona fejn jiġi implimentat it-tilqim preventiv f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b), tiġi affettwata mill-marda tal-kategorija A rilevanti u taqa’ taħt żona ristretta stabbilita f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, il-pjan ta’ tilqim preventiv jista’ jkompli jiġi implimentat sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeċidix li tapplika tilqim ta’ emerġenza bħala rispons għar-riskju akbar.” |
|
5. |
L-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 13 Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju fiż-żona tat-tilqim meta jiġu implimentati tilqim protettiv ta’ emerġenza u tilqim ta’ emerġenza f’annimali selvaġġi 1. Meta timplimenta tilqim protettiv ta’ emerġenza, l-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi:
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (a), l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti l-movimenti tal-annimali, jew:
3. B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (a), l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti l-movimenti ta’ prodotti tal-annimali mill-istabbiliment tal-produzzjoni u/jew tal-ipproċessar f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 3, il-punt 3, tal-Annessi VII sa XVIII. 4. B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (b), l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti l-ġbir ta’ prodotti ġerminali f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 3, il-punt (3), tal-Annessi VII sa XVIII. 5. Meta timplimenta t-tilqim ta’ emerġenza f’annimali selvaġġi, l-awtorità kompetenti għandha tapplika fiż-żona tat-tilqim ir-restrizzjonijiet speċifiċi għall-mard u miżuri oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju stabbiliti fil-Parti 3 tal-Annessi VII sa XVIII għall-marda rilevanti, fejn previst speċifikament għat-tilqim ta’ emerġenza f’annimali selvaġġi. 6. F’żoni tat-tilqim li jinsabu f’żona ristretta f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, ir-restrizzjonijiet u miżuri oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju previsti fil-paragrafi 1 u 5 għandhom japplikaw flimkien mal-miżuri applikabbli għal:
7. Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 5 għandhom ikomplu japplikaw wara li jkunu tneħħew il-miżuri msemmija fil-paragrafu 6.” |
|
6. |
Fl-Artikolu 14(2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
7. |
Fit-titolu tat-Taqsima 2 u fit-titolu u fil-punt (1) tal-Artikolu 16, “rkupru” hija sostitwita bi “stennija”. |
|
8. |
Fl-Artikolu 9(4), fl-Artikolu 10(1), fl-Artikolu 10(2), fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 16(1) u fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 16(2), “XIV” hija sostitwita bi “XVIII”. |
|
9. |
L-Annessi VIII, X, XI u XIV huma emendati f’konformità mal-Parti 1 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
10. |
L-Annessi VII, IX, XII u XIII huma sostitwiti bit-test stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
11. |
L-Annessi l-ġodda XV, XVI, XVII u XVIII jiżdiedu f’konformità mal-Parti 3 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
12. |
Il-Lista ta’ Annessi hija sostitwita bit-test stabbilit fil-Parti 4 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Korrezzjoni
Ir-Regolament Delegat (UE) 2023/361 huwa kkoreġut kif ġej:
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ vaċċini kontra l-mard tal-kategorija A, ma għandhomx japplikaw għal ċerti użi ta’ vaċċini kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, b’mod partikolari għall-użu ta’ prekawzjoni ta’ rutina jew għall-użu fil-qafas tal-kummerċ, li l-Istati Membri jistgħu jippermettu irrispettivament mill-miżuri uffiċjali ta’ prevenzjoni u ta’ kontroll tal-mard imsemmija fil-paragrafu 1, għal finijiet oħra għajr ir-rispons għal tifqigħa.”
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 tat-28 ta’ Novembru 2022 jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar l-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 52, 20.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/361/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
ANNESS
PARTI 1
L-Annessi VIII, X, XI u XIV tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361 huma emendati kif ġej:
|
1. |
Fl-Anness VIII, il-Parti 1, il-punt (1) huwa sostitwit bit-test li ġej:
|
|
2. |
Fl-Anness VIII, il-Parti 3(3), l-ewwel żewġ sentenzi huma sostitwiti b’dan li ġej: “Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga f’konformità mal-Artikolu 13(2), il-punt (b), l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 13(4). Movimenti tal-annimali u tal-prodotti tagħhom li jistgħu jiġu awtorizzati:” |
|
3. |
Fl-Anness VIII, il-Parti 4, il-kelma “rkupru” hija sostitwita bil-kelma “stennija”; |
|
4. |
Fl-Anness X, il-Parti 1, il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
5. |
Fl-Anness X, il-Parti 3 hija sostitwita b’dan li ġej: “PARTI 3 KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-MOVIMENTI TAL-ANNIMALI U TAL-PRODOTTI U GĦALL-GĦOTI TA’ DEROGA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13, F’ŻONA TAT-TILQIM FEJN ISIR TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-PPR
|
|
6. |
Fl-Anness X, il-Parti 4 hija sostitwita b’dan li ġej: “PARTI 4 PERJODI TA’ STENNIJA GĦALL-PPR WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA L-awtorità kompetenti għandha żżomm fiż-żona tat-tilqim il-kundizzjonijiet previsti fil-Parti 3 sakemm:
|
|
7. |
Fl-Anness XI, il-Parti 3 hija sostitwita b’dan li ġej: “PARTI 3 KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-MOVIMENTI TAL-ANNIMALI U TAL-PRODOTTI U GĦALL-GĦOTI TA’ DEROGA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13, F’ŻONA TAT-TILQIM FEJN ISIR TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-AHS
|
|
8. |
Fl-Anness XI, il-Parti 4 hija sostitwita b’dan li ġej: “PARTI 4 PERJODI TA’ STENNIJA GĦALL-AHS WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA L-awtorità kompetenti għandha żżomm fiż-żona tat-tilqim il-kundizzjonijiet previsti fil-Parti 3 sakemm:
|
|
9. |
Fl-Anness XIV, il-Parti 3, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
10. |
Fl-Anness XIV, il-Parti 4 hija sostitwita b’dan li ġej: “PARTI 4 PERJODI TA’ STENNIJA GĦALL-NCD WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA L-awtorità kompetenti għandha żżomm fiż-żona tat-tilqim il-kundizzjonijiet previsti fil-Parti 3 sakemm:
|
PARTI 2
L-Annessi VII, IX, XII u XIII tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361 huma emendati kif ġej:
|
1. |
L-Anness VII huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS VII Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD, foot and mouth disease) PARTI 1 KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-FMD
PARTI 2 KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SORVELJANZA KLINIKA U TAL-LABORATORJU MSAĦĦA LI GĦANDHOM JIĠU IMPLIMENTATI FIŻ-ŻONI TAT-TILQIM U TAL-PERITILQIM MATUL IT-TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-FMD Sorveljanza klinika u tal-laboratorju msaħħa għandha tiġi implimentata fiż-żona tat-tilqim, li tibda mhux aktar kmieni minn 30 jum wara t-tlestija tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza. Din is-sorveljanza għandha tinkludi:
PARTI 3 KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-MOVIMENTI TAL-ANNIMALI U TAL-PRODOTTI U GĦALL-GĦOTI TA’ DEROGA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13, F’ŻONI TAT-TILQIM FEJN ISIR TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-FMD
PARTI 4 PERJODU TA’ STENNIJA GĦALL-FMD WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA L-awtorità kompetenti għandha żżomm fiż-żona tat-tilqim il-kundizzjonijiet previsti fil-Parti 3 sakemm:
|
|
2. |
L-Anness IX huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS IX Infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda (LSD, lumpy skin disease) PARTI 1 KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-LSD 1. Tipi ta’ żoni tat-tilqim
2. Daqs taż-żoni tat-tilqim u taż-żona tal-peritilqim
PARTI 2 KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SORVELJANZA KLINIKA U TAL-LABORATORJU MSAĦĦA LI GĦANDHOM JIĠU IMPLIMENTATI FIŻ-ŻONI TAT-TILQIM U TAL-PERITILQIM MATUL IT-TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-LSD L-ebda rekwiżit addizzjonali speċifiku. PARTI 3 ANNIMALI U PRODOTTI SOĠĠETTI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-MOVIMENTI U L-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-GĦOTI TA’ DEROGA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13 F’ŻONA TAT-TILQIM FEJN ISIR TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-LSD 1. Annimali u prodotti tagħhom soġġetti għall-projbizzjoni ta’ movimenti miż-żoni tat-tilqim
2. Prodotti ġerminali soġġetti għall-projbizzjoni tal-ġbir: xejn. 3. Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga f’konformità mal-Artikolu 13(2), il-punt (b), l-Artikolu 13(3), u l-Artikolu 13(4), il-punt (b) Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet fuq il-moviment li japplikaw f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u minkejja l-kundizzjonijiet għall-għoti tad-derogi stabbiliti fl-Artikolu 28(2) sa (5) u l-Artikolu 28(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, il-movimenti tal-annimali bovini li ġejjin u tal-prodotti tagħhom jistgħu jiġu awtorizzati:
4. Kundizzjonijiet relatati mal-mezzi tat-trasport li jintużaw għall-moviment tal-annimali bovini miż-żoni tat-tilqim
PARTI 4 PERJODI TA’ STENNIJA GĦAL-LSD WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA L-awtorità kompetenti għandha żżomm fiż-żona tat-tilqim il-kundizzjonijiet previsti fil-parti 3 ta’ dan l-Anness sakemm:
|
|
3. |
L-Anness XII huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS XII Id-deni klassiku tal-ħnieżer (CSF, classical swine fever) fl-annimali porċini miżmuma PARTI 1 KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAS-CSF
PARTI 2 KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SORVELJANZA KLINIKA U TAL-LABORATORJU MSAĦĦA LI GĦANDHOM JIĠU IMPLIMENTATI FIŻ-ŻONI TAT-TILQIM U TAL-PERITILQIM MATUL IT-TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAS-CSF Għandha tiġi implimentata sorveljanza klinika u tal-laboratorju msaħħa fiż-żoni tal-peritilqim u tat-tilqim biex jiġu identifikati l-istabbilimenti li jżommu l-annimali tal-ispeċijiet elenkati li kellhom kuntatt mal-virus tas-CSF mingħajr ma wrew sinjali kliniċi tal-marda. Meta jkunu għaddew mill-inqas 30 jum mit-tlestija tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza, għandha tinbeda s-sorveljanza li ġejja: Fiż-żona tal-peritilqim: kull stabbiliment li jżomm l-annimali tal-ispeċijiet elenkati għandha ssirlu żjara mill-inqas darba minn veterinarju uffiċjali li għandu jwettaq kampjunar għas-sorveljanza tal-laboratorju b’testijiet ta’ identifikazzjoni tal-patoġeni mmirati lejn l-annimali porċini miżmuma mejtin li jkollhom aktar minn 60 jum. Fin-nuqqas ta’ tali annimali mejtin li jkollhom aktar minn 60 jum, il-kampjunar jista’ jitwettaq fuq kwalunkwe annimal porċin miżmum li miet jew li nqatel wara l-ftam. Fiż-żona tat-tilqim: kull stabbiliment fejn ikun sar it-tilqim għandha ssirlu żjara minn veterinarju uffiċjali li għandu jwettaq kampjunar:
PARTI 3 ANNIMALI U PRODOTTI SOĠĠETTI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-MOVIMENTI U L-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-GĦOTI TA’ DEROGA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13 F’ŻONA TAT-TILQIM FEJN ISIR TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAS-CSF 1. Annimali u prodotti tagħhom soġġetti għall-projbizzjoni tal-movimenti L-annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona tat-tilqim, huma soġġetti għall-projbizzjoni tal-movimenti barra miż-żona tat-tilqim:
2. Prodotti ġerminali soġġetti għall-projbizzjoni tal-ġbir Semen, ooċiti u embrijuni għal inseminazzjoni artifiċjali minn annimali porċini donaturi mlaqqmin miżmuma fi stabbilimenti approvati tal-prodotti ġerminali li jinsabu fiż-żona tat-tilqim. 3. Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga f’konformità mal-Artikolu 13(2), il-punt (b), l-Artikolu 13(3), u l-Artikolu 13(4) Movimenti tal-annimali u tal-prodotti tagħhom li jistgħu jiġu awtorizzati:
PARTI 4 PERJODI TA’ STENNIJA GĦAS-CSF WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA L-awtorità kompetenti għandha żżomm fiż-żona tat-tilqim il-kundizzjonijiet previsti fil-parti 3 ta’ dan l-Anness sakemm:
|
|
4. |
L-Anness XIII huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS XIII L-Influwenza Avjarja b’Patoġeniċità Għolja (HPAI) PARTI 1 KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-HPAI
PARTI 2 KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SORVELJANZA TAL-LABORATORJU MSAĦĦA LI GĦANDHOM JIĠU IMPLIMENTATI FIŻ-ŻONI TAT-TILQIM U TAL-PERITILQIM MATUL IT-TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-HPAI Għall-fini tas-sorveljanza msaħħa kif stabbilit f’din il-Parti, “qatgħa” tfisser il-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq kollha tal-istess stat ta’ saħħa li jinżammu fl-istess spazju u li jaqsmu l-istess spazju ta’ arja. Is-sorveljanza tal-laboratorju għad-detezzjoni bikrija tal-okkorrenza ta’ infezzjoni bil-virus selvaġġ tal-HPAI għandha tiġi implimentata permezz ta’ metodi ta’ identifikazzjoni tal-patoġeni, fiż-żoni tat-tilqim u tal-peritilqim, kif ġej:
PARTI 3 ANNIMALI U PRODOTTI SOĠĠETTI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-MOVIMENTI U L-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-GĦOTI TA’ DEROGA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13 f’żona tat-tilqim fejn isir tilqim protettiv ta’ emerġenza għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-HPAI
PARTI 4 Perjodi ta’ STENNIJA għall-HPAI WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA L-awtorità kompetenti għandha żżomm fiż-żona tat-tilqim il-kundizzjonijiet previsti fil-parti 3 ta’ dan l-Anness sakemm:
PARTI 5 KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAT-TILQIM PREVENTIV TAL-HPAI
|
PARTI 3
L-Annessi XV, XVI, XVII u XVIII li ġejjin jiżdiedu mar-Regolament Delegat (UE) 2023/361.
ANNESS XV
Id-deni klassiku tal-ħnieżer (CSF, classical swine fever) fl-annimali porċini selvaġġi
PARTI 1
KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAS-CSF
|
1. |
Daqs taż-żona tat-tilqim:
L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina ż-żona tat-tilqim abbażi ta’:
|
|
2. |
Daqs taż-żona tal-peritilqim: L-ebda kundizzjoni speċifika. |
|
3. |
Tip ta’ vaċċin li għandu jintuża jew jingħata prijorità: Vaċċini ħajjin attenwati għandhom jingħataw prijorità. Vaċċini oħra jistgħu jintużaw biss għal raġunijiet debitament ġustifikati. |
|
4. |
Kopertura minima: iridu jiġu adattati skont il-vaċċin użat, għall-kundizzjonijiet lokali u għall-karatteristiċi tal-popolazzjoni stmata tal-annimali porċini selvaġġi, id-distribuzzjoni spazjali tiegħu u l-istruttura tal-pajsaġġ. |
|
5. |
Annimali/speċijiet fil-mira: L-annimali porċini selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, fiż-żona tat-tilqim. |
|
6. |
Il-kaċċa u attivitajiet oħra li x’aktarx jikkawżaw l-ispostament tal-popolazzjonijiet tal-annimali porċini selvaġġi: Iridu jiġu rregolati fiż-żona tat-tilqim mill-inqas sa tmiem il-perjodu ta’ stennija previst fil-parti 4. L-annimali porċini selvaġġi kkaċċjati jridu jiġu ttestjati b’testijiet ta’ identifikazzjoni tal-patoġeni u ta’ detezzjoni tal-antikorpi. |
PARTI 2
KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SORVELJANZA KLINIKA U TAL-LABORATORJU MSAĦĦA LI GĦANDHA TIĠI IMPLIMENTATA FIŻ-ŻONA TAT-TILQIM MATUL IT-TILQIM TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAS-CSF FL-ANNIMALI PORĊINI SELVAĠĠI
Fiż-żona tat-tilqim, wara li titlesta l-immunizzazzjoni orali, il-klassi tal-età tal-annimali porċini selvaġġi li trid tiġi eżaminata b’mod seroepidemjoloġiku għad-detezzjoni ta’ infezzjoni ġdida jew emerġenti mill-ġdid tiddependi mill-istaġun li fih ikun tlesta t-tilqim u t-tul ta’ żmien mit-tlestija.
Għandha tiġi implimentata sorveljanza speċifika fl-annimali porċini selvaġġi fiż-żona tat-tilqim biex jiġi vverifikat is-suċċess tal-operazzjoni tat-tilqim. Din is-sorveljanza għandha tinkludi sorveljanza tal-laboratorju msaħħa għall-valutazzjoni tal-livelli ta’ immunità u għad-detezzjoni ta’ kwalunkwe persistenza tal-virus fil-popolazzjoni tal-annimali porċini selvaġġi; dan jinkludi l-identifikazzjoni tal-patoġeni u d-detezzjoni tal-antikorpi fl-annimali porċini selvaġġi kollha kkaċċjati, maqtula u misjuba mejtin jew morda.
PARTI 3
ANNIMALI U PRODOTTI SOĠĠETTI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-MOVIMENTI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13 F’ŻONA TAT-TILQIM FEJN ISIR TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAS-CSF FL-ANNIMALI PORĊINI SELVAĠĠI
1. Annimali soġġetti għall-projbizzjoni tal-movimenti
Annimali porċini selvaġġi.
2. Prodotti soġġetti għall-projbizzjoni tal-movimenti
Laħam frisk, prodotti tal-laħam u kwalunkwe prodott ieħor ta’ oriġini mill-annimali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati miksuba minn annimali porċini selvaġġi u iġsma ta’ annimali porċini selvaġġi.
3. Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga f’konformità mal-Artikolu 13(3)
|
3.1. |
B’deroga mir-restrizzjonijiet fuq il-moviment stabbiliti skont il-punt 2, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-laħam frisk, prodotti tal-laħam u kwalunkwe prodott ieħor ta’ oriġini mill-annimali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati fiż-żona tat-tilqim u barra minnha, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
3.2. |
L-awtorità kompetenti għandha tiddokumenta u timmonitorja l-movimenti awtorizzati kollha skont din id-deroga u tiżgura l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.1. |
PARTI 4
PERJODI TA’ STENNIJA GĦAS-CSF WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA
L-awtorità kompetenti għandha żżomm fiż-żona tat-tilqim il-kundizzjonijiet previsti fil-parti 3 ta’ dan l-Anness sakemm:
|
Perjodu ta’ stennija |
Tip ta’ sorveljanza li għandha tiġi implimentata biex jintwera n-nuqqas ta’ okkorrenza tas-CSF matul il-perjodu ta’ stennija |
|
12-il xahar wara d-data tat-tmiem tal-aħħar kampanja ta’ tilqim fl-annimali porċini selvaġġi, u appoġġata mill-konklużjonijiet favorevoli tal-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ ħruġ li wriet in-nuqqas ta’ ċirkolazzjoni tal-virus tas-CSF. |
Sorveljanza klinika u tal-laboratorju (identifikazzjoni tal-patoġeni fl-annimali porċini selvaġġi misjuba mejtin jew maqtula) f’konformità mal-Artikolu 9(1), il-punt (c)(ii) sa (iv) u l-Parti 2 ta’ dan l-Anness |
ANNESS XVI
Id-deni tal-ħnieżer Afrikan (ASF, African swine fever) fl-annimali porċini miżmuma
PARTI 1
KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-ASF FL-ANNIMALI PORĊINI MIŻMUMA
|
1. |
Daqs taż-żona tat-tilqim: L-ebda kundizzjoni speċifika. |
|
2. |
Daqs taż-żona tal-peritilqim: L-ebda kundizzjoni speċifika. |
|
3. |
Tip ta’ vaċċin li għandu jintuża: Vaċċini tal-ASF li għandhom awtorizzazzjoni ċentralizzata għall-kummerċjalizzazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 44(9) tar-Regolament 2019/6 |
|
4. |
Kopertura minima: Il-kopertura tal-vaċċin trid tkun mill-inqas 95 % tal-istabbilimenti fiż-żona tat-tilqim li jirrappreżentaw 80 % tal-annimali fil-mira f’kull wieħed minn dawk l-istabbilimenti. |
|
5. |
Annimali/speċijiet fil-mira: L-annimali tal-ispeċijiet elenkati, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, miżmuma fiż-żona tat-tilqim. |
PARTI 2
KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SORVELJANZA KLINIKA U TAL-LABORATORJU MSAĦĦA LI GĦANDHOM JIĠU IMPLIMENTATI FIŻ-ŻONI TAT-TILQIM U TAL-PERITILQIM MATUL IT-TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-ASF
Is-sorveljanza klinika u tal-laboratorju msaħħa għandha tiġi implimentata fiż-żoni tal-peritilqim u tat-tilqim għad-detezzjoni tal-istabbilimenti li jżommu l-annimali tal-ispeċijiet elenkati li kellhom kuntatt mal-virus tal-ASF (ASFV) mingħajr ma wrew sinjali kliniċi tal-marda.
Meta jkunu għaddew mill-inqas 30 jum mit-tlestija tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza, għandha tinbeda s-sorveljanza li ġejja:
Fiż-żona tal-peritilqim, kull stabbiliment għandha ssirlu żjara mill-inqas darba minn veterinarju uffiċjali li għandu jwettaq kampjunar għas-sorveljanza tal-laboratorju b’testijiet ta’ identifikazzjoni tal-patoġeni mmirati lejn l-annimali porċini miżmuma mejtin li jkollhom aktar minn 60 jum. Fin-nuqqas ta’ tali annimali mejtin li jkollhom aktar minn 60 jum, il-kampjunar jista’ jitwettaq fuq kwalunkwe annimal porċin miżmum li miet jew li nqatel wara l-ftam.
Fiż-żona tat-tilqim, kull stabbiliment fejn ikun sar it-tilqim għandha ssirlu żjara minn veterinarju uffiċjali li għandu jwettaq il-kampjunar:
|
(i) |
għas-seroloġija minn annimali mlaqqmin tal-ispeċijiet elenkati biex tiġi vvalutata l-effettività tat-tilqim. |
|
(ii) |
għall-identifikazzjoni tal-patoġeni minn tal-inqas l-ewwel żewġ annimali porċini miżmuma mejtin kull ġimgħa li jkollhom aktar minn 60 jum. Fin-nuqqas ta’ tali annimali mejtin li jkollhom aktar minn 60 jum, il-kampjunar jista’ jitwettaq fuq kwalunkwe annimal porċin miżmum li miet jew li nqatel wara l-ftam. |
PARTI 3
ANNIMALI U PRODOTTI SOĠĠETTI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-MOVIMENTI U L-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-GĦOTI TA’ DEROGA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13 F’ŻONA TAT-TILQIM FEJN ISIR TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-ASF
1. Annimali u prodotti tagħhom soġġetti għall-projbizzjoni tal-movimenti
L-annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona tat-tilqim, fiż-żona tat-tilqim u barra minnha:
|
(a) |
annimali porċini miżmuma; |
|
(b) |
semen, ooċiti u embrijuni minn annimali porċini miżmuma donaturi; |
|
(c) |
fresh meat and meat products, including casings, obtained from kept porcine animals. |
2. Prodotti ġerminali soġġetti għall-projbizzjoni tal-ġbir
Semen, ooċiti u embrijuni għal inseminazzjoni artifiċjali minn annimali porċini donaturi mlaqqmin miżmuma fi stabbilimenti approvati tal-prodotti ġerminali li jinsabu fiż-żona tat-tilqim.
3. Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga f’konformità mal-Artikolu 13(2), il-punt (b), l-Artikolu 13(3), u l-Artikolu 13(4)
Movimenti tal-annimali u tal-prodotti tagħhom li jistgħu jiġu awtorizzati:
|
3.1. |
movimenti tal-annimali porċini miżmuma, direttament mill-istabbiliment tal-oriġini fiż-żona tat-tilqim:
|
|
3.2. |
moviment tal-laħam frisk mill-annimali porċini miżmuma f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u ta’ prodotti tal-laħam minn annimali porċini miżmuma, inklużi l-budellati, jekk ikunu għaddew minn wieħed mit-trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
PARTI 4
PERJODI TA’ STENNIJA GĦAS-CSF WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA
L-awtorità kompetenti għandha żżomm fiż-żona tat-tilqim il-kundizzjonijiet previsti fil-parti 3 ta’ dan l-Anness sakemm:
|
Perjodu ta’ stennija |
Tip ta’ sorveljanza li għandha tiġi implimentata biex jintwera n-nuqqas ta’ okkorrenza tal-ASF matul il-perjodu ta’ stennija |
|
tliet xhur wara li l-annimali porċini kollha mlaqqmin ikunu ġew skarnati jew maqtula, minbarra l-annimali porċini miżmuma msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament 2020/687 meta jkun hemm mezzi, ivvalidati f’konformità mal-Manwal Terrestri tad-WOAH, li jiddistingwu bejn annimali porċini miżmuma mlaqqmin u dawk infettati. |
Sorveljanza klinika u tal-laboratorju (identifikazzjoni tal-patoġeni u detezzjoni tal-antikorpi) f’konformità mal-Artikolu 9(1), il-punt (c)(ii) sa (iv) u l-Parti 2 ta’ dan l-Anness |
ANNESS XVII
Id-deni tal-ħnieżer Afrikan (ASF, African swine fever) fl-annimali porċini selvaġġi
PARTI 1
KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAT-TILQIM TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-ASF FL-ANNIMALI PORĊINI SELVAĠĠI
|
1. |
Daqs taż-żona tat-tilqim: L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina ż-żona tat-tilqim abbażi ta’:
|
|
2. |
Daqs taż-żona tal-peritilqim: L-ebda kundizzjoni speċifika. |
|
3. |
Tip ta’ vaċċin li għandu jintuża jew jingħata prijorità: Vaċċini tal-ASF li għandhom awtorizzazzjoni ċentralizzata għall-kummerċjalizzazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 44(9) tar-Regolament 2019/6. |
|
4. |
Kopertura minima: iridu jiġu adattati skont il-vaċċin użat, għall-kundizzjonijiet lokali u għall-karatteristiċi tal-popolazzjoni stmata tal-annimali porċini selvaġġi, id-distribuzzjoni spazjali tiegħu u l-istruttura tal-pajsaġġ. |
|
5. |
Annimali/speċijiet fil-mira: L-annimali porċini selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, fiż-żona tat-tilqim. |
|
6. |
Il-kaċċa u attivitajiet oħra li x’aktarx jikkawżaw l-ispostament tal-popolazzjonijiet tal-annimali porċini selvaġġi: Iridu jiġu rregolati fiż-żona tat-tilqim mill-inqas sa tmiem il-perjodu ta’ stennija previst fil-parti 4. L-annimali porċini selvaġġi kkaċċjati jridu jiġu ttestjati b’testijiet ta’ detezzjoni tal-antikorpi u b’testijiet ta’ identifikazzjoni tal-patoġeni. |
PARTI 2
KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SORVELJANZA KLINIKA U TAL-LABORATORJU MSAĦĦA LI GĦANDHA TIĠI IMPLIMENTATA FIŻ-ŻONA TAT-TILQIM MATUL IT-TILQIM TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-ASF FL-ANNIMALI PORĊINI SELVAĠĠI
Fiż-żona tat-tilqim, wara li titlesta l-immunizzazzjoni orali, il-klassi tal-età tal-annimali porċini selvaġġi li trid tiġi eżaminata b’mod seroepidemjoloġiku għad-detezzjoni ta’ infezzjoni ġdida jew emerġenti mill-ġdid tiddependi mill-istaġun li fih ikun tlesta t-tilqim u t-tul ta’ żmien mit-tlestija.
Għandha tiġi implimentata sorveljanza speċifika fl-annimali porċini selvaġġi fiż-żona tat-tilqim biex jiġi vverifikat is-suċċess tal-operazzjoni tat-tilqim.
Din is-sorveljanza għandha tinkludi sorveljanza tal-laboratorju msaħħa għall-valutazzjoni tal-livelli ta’ immunità u għad-detezzjoni ta’ kwalunkwe persistenza tal-virus fil-popolazzjoni tal-annimali porċini selvaġġi; dan jinkludi l-identifikazzjoni tal-patoġeni u d-detezzjoni tal-antikorpi fl-annimali porċini selvaġġi kollha kkaċċjati, maqtula u misjuba mejtin jew morda.
PARTI 3
ANNIMALI U PRODOTTI SOĠĠETTI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-MOVIMENTI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13 F’ŻONA TAT-TILQIM FEJN ISIR TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-ASF FL-ANNIMALI PORĊINI SELVAĠĠI
1. Annimali soġġetti għall-projbizzjoni tal-movimenti
Annimali porċini selvaġġi.
2. Prodotti soġġetti għall-projbizzjoni tal-movimenti
Laħam frisk, prodotti tal-laħam u kwalunkwe prodott ieħor ta’ oriġini mill-annimali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati miksuba minn annimali porċini selvaġġi u iġsma ta’ annimali porċini selvaġġi.
3. Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga f’konformità mal-Artikolu 13(3)
|
3.1. |
B’deroga mir-restrizzjonijiet fuq il-moviment stabbiliti skont il-punt 2, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-laħam frisk, prodotti tal-laħam u kwalunkwe prodott ieħor ta’ oriġini mill-annimali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati fiż-żona tat-tilqim u barra minnha, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
3.2. |
L-awtorità kompetenti għandha tiddokumenta u timmonitorja l-movimenti awtorizzati kollha skont din id-deroga u tiżgura l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.1. |
PARTI 4
PERJODI TA’ STENNIJA GĦAS-CSF WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA
L-awtorità kompetenti għandha żżomm fiż-żona tat-tilqim il-kundizzjonijiet previsti fil-parti 3 ta’ dan l-Anness sakemm:
|
Perjodu ta’ stennija |
Tip ta’ sorveljanza li għandha tiġi implimentata biex jintwera n-nuqqas ta’ okkorrenza tal-ASF matul il-perjodu ta’ stennija |
|
12-il xahar wara d-data tat-tmiem tal-aħħar kampanja ta’ tilqim fl-annimali porċini selvaġġi, u appoġġata mill-konklużjonijiet favorevoli tal-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ ħruġ li wriet in-nuqqas ta’ ċirkolazzjoni tal-virus tal-ASF. |
Sorveljanza klinika u tal-laboratorju (identifikazzjoni tal-patoġeni fl-annimali porċini selvaġġi misjuba mejtin jew maqtula) f’konformità mal-Artikolu 9(1), il-punt (c)(ii) sa (iv) u l-Parti 2 ta’ dan l-Anness |
ANNESS XVIII
Ġidri tan-nagħaġ u ġidri tal-mogħoż (SPGP, Sheep pox and goat pox)
PARTI 1
KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-ĠIDRI TAN-NAGĦAG U L-ĠIDRI TAL-MOGĦOŻ
|
1. |
Daqs taż-żona tat-tilqim: L-ebda regola speċifika. |
|
2. |
Daqs taż-żona tal-peritilqim: L-ebda kundizzjoni speċifika. |
|
3. |
Tip ta’ vaċċin li għandu jintuża: L-ebda regola speċifika. |
|
4. |
Kopertura minima: Il-kopertura tal-vaċċin trid tkun mill-inqas 95 % tal-istabbilimenti fiż-żona tat-tilqim li jirrappreżentaw mill-inqas 80 % tal-annimali fil-mira fiż-żona tat-tilqim. |
|
5. |
Annimali/speċijiet fil-mira: Annimali tal-ispeċijiet elenkati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 miżmuma fiż-żona tat-tilqim, inklużi mill-inqas annimali ovini u kaprini. |
PARTI 2
KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SORVELJANZA KLINIKA U TAL-LABORATORJU MSAĦĦA LI GĦANDHOM JIĠU IMPLIMENTATI FIŻ-ŻONI TAT-TILQIM U TAL-PERITILQIM MATUL IT-TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-ĠIDRI TAN-NAGĦAG U L-ĠIDRI TAL-MOGĦOŻ
Sorveljanza klinika msaħħa: sorveljanza għal sinjali kliniċi tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż kif ukoll għal żieda fil-mortalità fir-ruminanti żgħar.
PARTI 3
ANNIMALI U PRODOTTI SOĠĠETTI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-MOVIMENTI U L-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-GĦOTI TA’ DEROGA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13 F’ŻONA TAT-TILQIM FEJN ISIR TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-ĠIDRI TAN-NAGĦAĠ U L-ĠIDRI TAL-MOGĦOŻ
|
1. |
Annimali u prodotti tagħhom soġġetti għall-projbizzjoni tal-movimenti:
L-istess annimali u prodotti, li jinsabu fiż-żoni tat-tilqim, bħal dawk soġġetti għal restrizzjonijiet fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti fil-każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif previst fl-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
2. |
Prodotti ġerminali soġġetti għall-projbizzjoni tal-ġbir: semen, ooċiti u embrijuni minn annimali tal-ispeċijiet elenkati. |
|
3. |
Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga f’konformità mal-Artikolu 13(2), il-punt (b), l-Artikolu 13(3), u l-Artikolu 13(4).
Il-movimenti li jistgħu jiġu awtorizzati huma dawn li ġejjin: |
|
3.1. |
Movimenti tal-annimali mlaqqmin u tal-prodotti tagħhom, bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fl-Artikolu 43 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
3.2. |
Movimenti tal-annimali mhux imlaqqmin u l-prodotti tagħhom, dment li l-istabbilimenti tal-oriġini tagħhom ma jibqgħux iżommu annimali mlaqqmin. |
PARTI 4
PERJODI TA’ STENNIJA GĦALL-ĠIDRI TAN-NAGĦAĠ U L-ĠIDRI TAL-MOGĦOŻ WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA
L-awtorità kompetenti għandha żżomm fiż-żona tat-tilqim il-kundizzjonijiet previsti fil-parti 3 ta’ dan l-Anness sakemm:
|
Perjodu ta’ stennija |
Tip ta’ sorveljanza li għandha tiġi implimentata biex jintwera n-nuqqas ta’ okkorrenza tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż matul il-perjodu ta’ stennija |
|
30 jum wara d-diżinfezzjoni tal-aħħar stabbiliment affettwat u l-iskarnar jew il-qtil tal-annimali mlaqqmin kollha |
Sorveljanza klinika u tal-laboratorju (identifikazzjoni tal-patoġeni u detezzjoni tal-antikorpi) f’konformità mal-Artikolu 9(1), il-punt (c)(ii) sa (iv) u l-Parti 2 ta’ dan l-Anness |
|
8 xhur wara l-aħħar tilqim jew id-diżinfezzjoni tal-aħħar stabbiliment affettwat, skont liema jkun seħħ l-aħħar |
Sorveljanza klinika u tal-laboratorju (identifikazzjoni tal-patoġeni u detezzjoni tal-antikorpi) f’konformità mal-Artikolu 9(1), il-punt (c)(ii) sa (iv) u l-Parti 2 ta’ dan l-Anness |
PARTI 4
Il-Lista tal-Annessi hija sostitwita b’dan li ġej:
“LISTA TAL-ANNESSI
|
1. |
L-Anness I dwar il-mard tal-kategorija A u B li għalih l-użu tal-vaċċini għandu jkun ipprojbit mill-Istati Membri u dwar l-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji, għajr vaċċini, għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategorija A u B. |
|
2. |
L-Anness II dwar il-kriterji għall-użu ta’ vaċċin għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali. |
|
3. |
L-Anness III dwar l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-pjan uffiċjali ta’ tilqim. |
|
4. |
L-Anness IV dwar l-informazzjoni preliminari li għandha tiġi pprovduta lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni qabel it-tilqim. |
|
5. |
L-Anness V dwar ir-rekords minimi rigward it-tilqim. |
|
6. |
L-Anness VI dwar l-informazzjoni minima li għandha tiġi pprovduta mill-awtorità kompetenti lil Stati Membri oħra u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tat-tilqim. |
|
7. |
L-Anness VII dwar it-tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD). |
|
8. |
L-Anness VIII dwar it-tilqim kontra infezzjoni bil-virus tad-Deni tal-Wied tar-Rift (RVF). |
|
9. |
L-Anness IX dwar it-tilqim kontra infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda (LSD). |
|
10. |
L-Anness X dwar it-tilqim kontra infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar (PPR). |
|
11. |
L-Anness XI dwar it-tilqim kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel (AHS). |
|
12. |
L-Anness XII dwar it-tilqim kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer (CSF) fl-annimali porċini miżmuma. |
|
13. |
L-Anness XIII dwar it-tilqim kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI). |
|
14. |
L-Anness XIV dwar it-tilqim kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle (NCD). |
|
15. |
L-Anness XV dwar it-tilqim kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer (CSF) fl-annimali porċini selvaġġi. |
|
16. |
L-Anness XVI dwar it-tilqim kontra d-deni tal-ħnieżer Afrikan (ASF) fl-annimali porċini miżmuma. |
|
17. |
L-Anness XVII dwar it-tilqim kontra d-deni tal-ħnieżer Afrikan (ASF) fl-annimali porċini selvaġġi. |
|
18. |
L-Anness XVIII dwar it-tilqim kontra l-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż (SPGP).” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/1073/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)