|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1066 |
10.6.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1066
tat-8 ta’ Ġunju 2026
li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/982 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tiftix u l-iskambju awtomatizzati tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/982 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 dwar it-tiftix u l-iskambju awtomatizzat ta’ data għall-kooperazzjoni tal-pulizija, u li jemenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u 2008/616/ĠAI u r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament Prüm II) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 31 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2024/982 jistabbilixxi qafas dwar it-tiftix u l-iskambju awtomatizzat ta’ ċerti kategoriji ta’ data għall-kooperazzjoni transfruntiera tal-pulizija, inkluża data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi bejn l-Istati Membri għall-fini tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati kriminali. |
|
(2) |
Skont ir-Regolament (UE) 2024/982, il-Kummissjoni għandha tispeċifika r-regoli tekniċi għat-tiftix u l-iskambju awtomatizzati tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi li għandhom jitwettqu permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni Ewropea tal-Liċenzji tal-Vetturi u tas-Sewqan (EUCARIS). |
|
(3) |
Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli tekniċi li jirregolaw it-tiftix u l-iskambji awtomatizzati ta’ tali data sabiex jiġu żgurati l-interoperabbiltà, l-affidabbiltà u livell uniformi ta’ sigurtà fl-Istati Membri kollha. |
|
(4) |
L-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2024/982 jiddistingwi bejn tipi differenti ta’ tiftix awtomatizzat. Jenħtieġ li jiġu speċifikati regoli tekniċi għaż-żewġ tipi ta’ tiftix li għandhom jiġu implimentati għad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi, jiġifieri tiftix imwettaq b’data relatata mal-vettura biex jiġi identifikat is-sid jew id-detentur u tiftix imwettaq b’data relatata mas-sid jew id-detentur biex jiġu identifikati l-vetturi kollha assoċjati ma’ dik il-persuna. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti fl-iskambju tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi u livell xieraq ta’ kwalità tad-data skambjata, huwa meħtieġ li jiġu definiti l-elementi tad-data obbligatorji li għandhom jiġu skambjati u l-elementi tad-data fakultattivi li jistgħu jiġu skambjati, il-parametri tat-tiftix korrispondenti u l-mekkaniżmi ta’ komunikazzjoni permezz tal-EUCARIS. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jiskambjaw elementi tad-data fakultattivi meta jkunu disponibbli fil-bażijiet tad-data nazzjonali tagħhom, biex itejbu l-kompletezza u l-utilità tal-iskambju transfruntier tal-informazzjoni. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/982 u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Għalhekk id-Danimarka mhijiex marbuta b’din id-Deċiżjoni jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(7) |
L-Irlanda hija marbuta bir-Regolament (UE) 2024/982 u għalhekk hija marbuta b’din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta l-opinjoni tiegħu fis-27 ta’ Jannar 2026. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Prüm II, stabbilit bl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2024/982, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“obbligatorju (O)” tfisser komunikazzjoni obbligatorja tal-element tad-data meta jkun disponibbli fi kwalunkwe reġistru nazzjonali ta’ Stat Membru; |
|
(b) |
“fakultattiv (F)” tfisser komunikazzjoni fakultattiva tal-element tad-data meta jkun disponibbli f’bażi tad-data nazzjonali ta’ Stat Membru.; |
|
(c) |
“entità” tfisser Stat Membru jew l-Europol; |
|
(d) |
“entità rikjedenti” tfisser l-Istat Membru jew l-Europol li jibda tfittxija; |
|
(e) |
“data u ħin ta’ referenza” tfisser mument speċifiku ta’ żmien iddeterminat mill-entità rikjedenti u użat biex tinkiseb id-data rreġistrata f’dik id-data u l-ħin speċifiċi; |
|
(f) |
“data u ħin attwali” tfisser il-mument fil-ħin użat biex tinkiseb id-data attwalment irreġistrata. |
Artikolu 2
L-ispeċifikazzjonijiet relatati mar-regoli tekniċi għat-tiftix u l-iskambju awtomatizzat tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/982, 5.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/982/oj.
ANNESS
Regoli tekniċi għat-tfittxija u l-iskambju awtomatizzati ta’ data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi kif imsemmi fl-Artikolu 2
KAPITOLU 1
Tfittxijiet għall-iskambju tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi
1. Tipi ta’ tfittxija
F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2024/982 (Prüm II), għandhom jiġu implimentati żewġ tipi ta’ tfittxija għad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi, jiġifieri tfittxija b’data relatata mal-vettura biex jinstab is-sid jew id-detentur, u tfittxija b’data relatata mas-sid jew id-detentur biex jinstabu l-vetturi kollha ta’ dak is-sid jew id-detentur.
2. Tfittxija fuq il-vettura biex jinstab is-sid/id-detentur
2.1. Deskrizzjoni tat-tfittxija
Hemm żewġ modi differenti kif tfittex l-informazzjoni dwar is-sid jew id-detentur ta’ vettura:
|
— |
permezz ta’ Numru tax-Xażi/Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Vettura (VIN), Data ta’ Referenza u l-Ħin kompluti, |
|
— |
permezz ta’ Numru tal-Pjanċa tal-Liċenzja komplut, Data ta’ Referenza u l-Ħin. |
Jekk id-Data ta’ Referenza u l-Ħin ma jiġux ipprovduti, is-sistema għandha tuża awtomatikament id-Data u l-Ħin Attwali bħala r-referenza għat-tfittxija. Meta ssir tfittxija b’Data ta’ Referenza u l-Ħin u l-informazzjoni storika ma tkunx disponibbli fir-reġistru ta’ Stat Membru partikolari minħabba li ma tkun irreġistrata l-ebda informazzjoni bħal din, l-informazzjoni fid-Data u l-Ħin Attwali tista’ tiġi rritornata b’indikazzjoni li d-data tikkorrispondi għas-sitwazzjoni attwali.
B’dawn il-kriterji ta’ tiftix, toħroġ informazzjoni dwar vettura waħda u kultant aktar minn waħda. Jekk trid tiġi rritornata informazzjoni għal vettura waħda biss, is-sett komplut tad-data elenkat fil-punt 2.2.2 għandu jiġi rritornat f’risposta waħda.
Jekk tinstab aktar minn vettura waħda, għandhom jiġu rritornati l-elementi kollha tad-data meħtieġa għall-irfinar tat-tfittxija kif deskritt fil-punt 2.2.1.
Meta t-tfittxija ssir skont in-Numru tax-Xażi/in-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Vettura u d-Data ta’ Referenza u l-Ħin, it-talba għandha tintbagħat lil Stat Membru wieħed, lil xi wħud jew lill-Istati Membri kollha.
Meta t-tfittxija ssir permezz tan-Numru tal-Pjanċa tal-Liċenzja u d-Data ta’ Referenza u l-Ħin, it-talba għandha tintbagħat lil Stat Membru speċifiku wieħed tar-reġistrazzjoni.
Jekk l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni ma jkunx ċert, it-talba għandha tintbagħat lil xi wħud mill-Istati Membri jew lill-Istati Membri kollha u t-tfittxija għandha titwettaq fuq bażi ta’ hit/no hit. Fit-tweġiba, l-entità rikjedenti għandha tirċievi indikazzjoni ta’ hit/no hit għal kull Stat Membru rikjest.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu data aġġornata. Meta ssir tfittxija fid-Data u l-Ħin Attwali, għandha tiġi pprovduta s-sitwazzjoni attwali. Meta l-vettura titneħħa mir-reġistru, l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni li l-vettura tkun tneħħiet mir-reġistru. L-aħħar reġistrazzjoni magħrufa għandha tiġi pprovduta meta tintalab.
L-entitajiet għandhom jindikaw permezz ta’ bandiera jekk id-data relatata mad-detentur tal-vettura, id-data relatata mas-sid tal-vettura, id-data relatata mal-assigurazzjoni u/jew l-aħħar reġistrazzjoni magħrufa, humiex mitluba li jiġu inklużi fis-sett ta’ data rritornat bħala riżultat tat-tfittxija.
2.2. Settijiet ta’ data
2.2.1. Elementi ta’ data obbligatorji li għandhom jiġu pprovduti għall-irfinar tat-tfittxija
|
Elementi tad-data |
O/F |
Rimarki |
||
|
Data dwar il-vetturi |
||||
|
Numru tal-pjanċa |
O |
(Kodiċi A) Numru tar-reġistrazzjoni sħiħ tal-vettura (numru permanenti, numru temporanju meta validu) |
||
|
/Numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN)/Numru tax-xażi |
O |
(Kodiċi E) Numru sħiħ ta’ identifikazzjoni tal-vettura/numru tax-xażi tal-vettura |
||
|
Stat Membru tar-reġistrazzjoni |
O |
Kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-vettura |
||
|
Il-Marka |
O |
(Kodiċi D.1) eż. Ford, Opel, Renault, eċċ. |
||
|
Deskrizzjoni(jiet) kummerċjali |
O |
(Kodiċi D.3) eż. Fokus, Astra, Megane, eċċ. |
||
|
Kodiċi tal-Kategorija tal-UE |
O |
(Kodiċi J) mopeds, muturi, karozzi, eċċ. |
||
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/37/oj). |
||||
2.2.2. Sett komplut ta’ data ta’ elementi ta’ data li għandhom jiġu pprovduti bħala riżultat tat-tfittxija
|
Elementi tad-data |
O/F |
Rimarki |
||||||
|
Data dwar id-detentur tal-vettura |
(Kodiċi C.1) Id-data tirreferi għad-detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni speċifiku. Id-data għandha tingħata lura jekk tintalab fit-tfittxija. |
|||||||
|
Tip ta’ detentur |
O |
Persuna fiżika, persuna ġuridika |
||||||
|
Kunjom(ijiet) jew isem tan-negozju |
O |
(Kodiċi C.1.1) L-isem jista’ jkun relatat ma’ persuna fiżika jew persuna ġuridika. Jintużaw kaxxi separati għall-kunjom jew l-isem tan-negozju, l-infissi u t-titoli. Dawn għandhom jiġu kkomunikati wkoll f’format li jista’ jiġi stampat Jekk persuna fiżika jkollha isem wieħed biss, dan jitqies bħala kunjom. |
||||||
|
Isem/ismijiet |
O |
(Kodiċi C.1.2) Taqsimiet separati għall-isem/ismijiet u l-inizjali. Dawn għandhom jiġu kkomunikati wkoll f’format li jista’ jiġi stampat. |
||||||
|
Indirizz |
O |
(Kodiċi C.1.3) Għandhom jintużaw taqsimiet separati għat-triq, in-numru tad-dar u l-anness, il-kodiċi postali, il-post ta’ residenza, il-pajjiż ta’ residenza, eċċ. u l-indirizz. Dawn għandhom jiġu kkomunikati wkoll f’format li jista’ jiġi stampat. |
||||||
|
Ġeneru |
F |
Raġel, mara, mhux speċifikat uffiċjalment, persuni mhux binarji |
||||||
|
Data tat-twelid |
O |
|
||||||
|
Post ta’ Twelid |
F |
|
||||||
|
Numru tal-Identità |
F |
Identifikatur li jidentifika b’mod uniku l-persuna fiżika jew il-persuna ġuridika. |
||||||
|
Tip ta’ Numru tal-Identità |
F |
It-tip ta’ numru tal-Identità (eż. numru tal-passaport). |
||||||
|
Data tal-bidu tal-pussess |
O |
Id-data tal-bidu tal-pussess tal-karozza. Din id-data spiss tkun id-data kif stampata taħt (I) fuq iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura. |
||||||
|
Data tat-tmiem tal-pussess |
O |
Id-data tat-tmiem tal-pussess tal-karozza. |
||||||
|
L-istatus tad-detentur |
F |
(Kodiċi C.4) Meta s-sid tal-vettura (C.2) ma jkunx inkluż fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura, referenza għall-fatt li d-detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni:
|
||||||
|
Data dwar sid il-vettura |
(Kodiċi C.2) Id-data tirreferi għas-sid tal-vettura. Id-data għandha tingħata lura jekk tintalab fit-tfittxija. |
|||||||
|
Tip ta’ sid |
O |
Persuna fiżika, persuna ġuridika |
||||||
|
Kunjom(ijiet) jew isem tan-negozju |
O |
(Kodiċi C.2.1) L-isem jista’ jkun relatat ma’ persuna fiżika jew persuna ġuridika. Jintużaw kaxxi separati għall-kunjom jew l-isem tan-negozju, l-infissi u t-titoli. Dawn għandhom jiġu kkomunikati wkoll f’format li jista’ jiġi stampat. Jekk persuna fiżika jkollha isem wieħed biss, dan jitqies bħala kunjom. |
||||||
|
Isem/ismijiet |
O |
(Kodiċi C.2.2) Taqsimiet separati għall-isem/ismijiet u l-inizjali. Dawn għandhom jiġu kkomunikati wkoll f’format li jista’ jiġi stampat. |
||||||
|
Indirizz |
O |
(Kodiċi C.2.3) Għandhom jintużaw taqsimiet separati għat-triq, in-numru tad-dar u l-anness, il-kodiċi postali, il-post ta’ residenza, il-pajjiż ta’ residenza, eċċ. u l-indirizz. Dawn għandhom jiġu kkomunikati wkoll f’format li jista’ jiġi stampat. |
||||||
|
Ġeneru |
F |
raġel, mara, mhux speċifikat uffiċjalment, persuni mhux binarji |
||||||
|
Data tat-twelid |
O |
|
||||||
|
Post ta’ Twelid |
F |
|
||||||
|
Numru tal-Identità |
F |
Identifikatur li jidentifika b’mod uniku l-persuna fiżika jew il-persuna ġuridika. |
||||||
|
Tip ta’ Numru tal-Identità |
F |
It-tip ta’ numru tal-Identità (eż. numru tal-passaport). |
||||||
|
Data tal-bidu tas-sjieda |
O |
Id-data tal-bidu tas-sjieda tal-vettura. |
||||||
|
Data tat-tmiem tas-sjieda |
O |
Id-data tal-bidu tas-sjieda tal-vettura. |
||||||
|
Data dwar il-vetturi |
||||||||
|
Numru tal-pjanċa |
O |
(Kodiċi A) Numru sħiħ tar-reġistrazzjoni tal-vettura |
||||||
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-vettura (VIN)/Numru tax-xażi |
O |
(Kodiċi E) Numru sħiħ ta’ identifikazzjoni tal-vettura/numru tax-xażi tal-vettura |
||||||
|
Stat Membru tar-reġistrazzjoni |
O |
Kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-vettura |
||||||
|
Il-Marka |
O |
(Kodiċi D.1) eż. Ford, Opel, Renault, eċċ. |
||||||
|
Deskrizzjoni(jiet) kummerċjali |
O |
(Kodiċi D.3) eż. Fokus, Astra, Megane, eċċ. |
||||||
|
Kodiċi tal-Kategorija tal-UE |
O |
(Kodiċi J) mopeds, muturi, karozzi, eċċ. |
||||||
|
L-ewwel data tar-reġistrazzjoni |
O |
(Kodiċi B) Data tal-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura. |
||||||
|
Data tal-bidu tar-reġistrazzjoni attwali |
O |
(Kodiċi I) Data tar-reġistrazzjoni li għaliha jirreferi ċ-ċertifikat tal-vettura. |
||||||
|
Data ta’ tmiem tar-reġistrazzjoni |
O |
Data ta’ tmiem tar-reġistrazzjoni. Din id-data tindika l-perjodu ta’ validità kif stampat fuq id-dokument (taqsira tad-dokument = H). |
||||||
|
Status fid-data ta’ referenza u l-ħin |
O |
Kwalifiki meqruda, misruqa, esportati jew kwalifiki applikabbli oħra |
||||||
|
Data tal-bidu tal-istatus |
O |
|
||||||
|
Data tat-tmiem tal-istatus |
O |
Obbligatorju li jiġi pprovdut jekk applikabbli |
||||||
|
Il-potenza netta massima (kW) |
F |
(Kodiċi P.2) |
||||||
|
Kapaċità |
F |
(Kodiċi P.1) |
||||||
|
Tip ta’ numru tal-liċenzja |
F |
Regolari, ta’ tranżitu jew tipi oħra |
||||||
|
ID tad-dokument tal-vettura |
F |
L-ewwel ID uniku tad-dokument kif indikat fid-dokument tal-vettura. Jista’ jintbagħat it-tieni ID tad-dokument. |
||||||
|
Il-kulur tal-vettura |
O |
(Kodiċi R) Nota: il-kuluri huma rreġistrati biss għal vetturi tal-kategorija M1 (jiġifieri l-karozzi) skont ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) |
||||||
|
Reġistrazzjonijiet tal-kilometraġġ |
F |
Valur, data tar-reġistrazzjoni, kejl tal-unità |
||||||
|
Data relatata mal-assigurazzjoni |
Id-data għandha tingħata lura jekk tintalab fit-tfittxija. |
|||||||
|
Isem il-kumpanija tal-assigurazzjoni |
F |
|
||||||
|
Data tal-bidu tal-assigurazzjoni |
F |
|
||||||
|
Data tat-tmiem tal-assigurazzjoni |
F |
|
||||||
|
Indirizz |
F |
Għandhom jintużaw taqsimiet separati għat-triq, in-numru tad-dar u l-anness, il-kodiċi postali, il-post ta’ residenza, il-pajjiż ta’ residenza, eċċ. u l-indirizz. Dawn għandhom jiġu kkomunikati wkoll f’format li jista’ jiġi stampat. |
||||||
|
Numru tal-assigurazzjoni |
F |
|
||||||
|
Numru tal-Identità |
F |
Identifikatur li jidentifika b’mod uniku l-kumpanija. |
||||||
|
Tip ta’ numru tal-Identità |
F |
Eż. Numru tal-Kamra tal-Kummerċ |
||||||
|
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/858/oj). |
||||||||
3. Fittex għall-vetturi kollha ta’ sid id-detentur
3.1. Deskrizzjoni tat-tfittxija
Din it-tfittxija għandha l-għan li tirkupra l-vetturi kollha miżmuma u/jew proprjetà ta’ persuna fiżika jew ġuridika speċifika, jew attwalment, jew f’data u ħin speċifikati fil-passat, fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.
F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2024/982, huwa obbligatorju għall-entitajiet li jwettqu tfittxija bi:
l-isem/ismijiet, il-kunjom(ijiet) u d-data sħiħa tat-twelid meta s-sid jew id-detentur tal-vettura jkun persuna fiżika;
l-isem tal-persuna ġuridika meta s-sid jew id-detentur tal-vettura jkun persuna ġuridika.
Il-parametri tat-tiftix fakultattivi elenkati fit-tabelli fil-punti 3.2.1 u 3.2.2 jistgħu jintużaw flimkien mal-parametri tat-tiftix obbligatorji, biex is-sistema tkun tista’ tirfina r-riżultat tat-tiftix għal kandidat wieħed biss, f’każ li l-parametri tat-tiftix obbligatorji jwasslu għal diversi kandidati. In-numru tal-Identità, meta jkun disponibbli, għandu jintuża l-ewwel nett biex jiġi rfinat ir-riżultat tat-tfittxija, minflok il-kombinazzjoni tal-isem, il-kunjom u d-data tat-twelid. Meta n-numru tal-Identità jkun disponibbli u jintuża biex issir it-tfittxija, ir-riżultat tat-tfittxija għandu jiġi rritornat ukoll anki jekk element ta’ data wieħed fost il-kunjom, l-isem, u d-data sħiħa tat-twelid ma jkunx jaqbel.
Il-parametri tat-tiftix fakultattivi użati biex tiġi rfinata t-tfittxija għall-vetturi kollha ta’ sid jew detentur jistgħu jinkisbu mir-riżultati ta’ tfittxija fuq vettura biex jinstab sid/detentur kif imsemmi fil-punt 2.
L-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu jippermetti t-tfittxija bil-parametri tat-tiftix fakultattivi fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu.
Jekk tiġi mistħarrġa sitwazzjoni fil-passat, għandhom jiġu pprovduti Data ta’ Referenza u l-Ħin.
Biex l-inkjesta tirnexxi, l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu jkun jista’ jidentifika detentur jew sid uniku speċifiku (= Persuna ta’ interess), jiġifieri t-tfittxija għandha tirriżulta f’kandidat uniku.
Jekk ma jiġi identifikat l-ebda kandidat uniku, tiġi rritornata biss deskrizzjoni dwar in-natura tan-nuqqas kif ġej:
L-ebda persuna fiżika ma hija rreġistrata taħt din il-kombinazzjoni ta’ kunjom(ijiet), isem/ismijiet u data tat-twelid;
Jiġu rreġistrati diversi persuni fiżiċi b’din il-kombinazzjoni ta’ kunjom(ijiet), isem/ismijiet u data tat-twelid (jekk jogħġbok ipprovdi parametri tat-tfittxija addizzjonali jekk possibbli);
L-ebda persuna ġuridika ma hija rreġistrata taħt l-isem ta’ din il-persuna ġuridika.
It-talba għal “tfittxija għall-vetturi kollha ta’ sid id-detentur” dejjem tintbagħat lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, jiġifieri l-Istat Membru li jipprovdi data personali permezz tat-tfittxija inizjali preċedenti dwar id-data tal-vettura relatata mal-vettura biex jinstab sid/detentur. Persuna ta’ interess tista’ żżomm jew tkun is-sid ta’ vetturi f’diversi Stati Membri. F’dak il-każ, l-informazzjoni għandha tinġabar bl-użu ta’ talbiet separati fl-EUCARIS lid-diversi Stati Membri.
Id-data ta’ identifikazzjoni meħtieġa biex tiġi identifikata Persuna ta’ interess tista’ tkun differenti għal kull Stat Membru minħabba d-differenza fl-elementi tad-data li huma rreġistrati. L-identifikaturi nazzjonali huma speċifiċi għal kull Stat Membru, kif ukoll id-differenzi fid-data dwar l-isem tal-istess persuna, minħabba ż-żwieġ, id-differenza fit-trażlitterazzjoni, jew id-differenza fl-użu ta’ karattri dijakritiċi.
3.2. Sett ta’ data
3.2.1. Talba għal tfittxija jekk il-Persuna ta’ interess hija persuna fiżika
|
Elementi tad-data |
O/F |
Rimarki |
|
Tip ta’ Persuna ta’ interess |
O |
Kodiċi għal persuna fiżika |
|
Kunjom(ijiet) |
O |
(Kodiċi C.1.1.) jew (Kodiċi C.2.1.) |
|
Isem/ismijiet |
O |
(Kodiċi C.1.2.) jew (Kodiċi C.2.2.) Fih l-isem/ismijiet, jew l-isem flimkien mal-inizjali |
|
Data tat-twelid |
O |
Data sħiħa tat-twelid |
|
Numru tal-Identità |
F |
Identifikatur nazzjonali li jidentifika b’mod uniku l-persuna fiżika jew il-persuna ġuridika. |
|
Tip ta’ numru tal-Identità |
F |
Eż. in-numru tal-Identità nazzjonali jew in-numru tal-passaport |
|
Post tat-twelid |
F |
|
|
Ġeneru |
F |
raġel, mara, mhux speċifikat uffiċjalment, persuni mhux binarji |
|
Numru tal-pjanċa |
F |
(Kodiċi A) Numru sħiħ ta’ reġistrazzjoni tal-vettura li huwa magħruf li huwa miżmum/proprjetà tal-Persuna ta’ interess |
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-vettura (VIN)/Numru tax-xażi |
F |
(Kodiċi E) numru sħiħ ta’ identifikazzjoni tal-vettura/numru tax-xażi tal-vettura li tagħha huwa magħruf li hija miżmuma/proprjetà tal-Persuna ta’ interess |
3.2.2. Talba għal tfittxija jekk il-Persuna ta’ interess hija persuna ġuridika
|
Elementi tad-data |
O/F |
Rimarki |
|
Tip ta’ Persuna ta’ interess |
O |
Kodiċi għal persuna fiżika |
|
Persuna ġuridika: Isem |
O |
|
|
Numru tal-Identità tal-persuna ġuridika |
F |
|
|
Tip ta’ numru tal-Identità |
F |
Eż. Numru tal-Kamra tal-Kummerċ |
|
Numru tal-pjanċa |
F |
(Kodiċi A) Numru sħiħ ta’ reġistrazzjoni tal-vettura li huwa magħruf li huwa miżmum/proprjetà tal-Persuna ta’ interess |
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-vettura (VIN)/Numru tax-xażi |
F |
(Kodiċi E) numru sħiħ ta’ identifikazzjoni tal-vettura/numru tax-xażi tal-vettura li tagħha huwa magħruf li hija miżmuma/proprjetà tal-Persuna ta’ interess |
3.2.3. Sett ta’ data rritornat
Lista ta’ vetturi miżmuma jew proprjetà tagħhom tiġi rritornata, jew messaġġ li jindika li fid-Data ta’ Referenza u l-Ħin, l-ebda vettura ma tinżamm jew tkun proprjetà tagħhom. Se jintwera l-għadd eżatt ta’ vetturi. Is-sett ta’ data se jiġi rritornat għal għadd massimu ta’ 500 vettura. B’mod partikolari, persuni ġuridiċi jistgħu jżommu/jippossjedu aktar vetturi. F’dak il-każ, jintbagħat lura messaġġ li jindika li l-lista taqbeż il-500 entrata u għalhekk ma tistax tiġi rritornata fl-inkjesta awtomatizzata. Il-messaġġ se jindika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt li għandhom jintużaw biex jinkiseb ir-riżultat permezz ta’ proċedura manwali.
Għal kull vettura miżmuma jew fil-pussess tal-persuna/i:
|
Elementi tad-data |
O/F |
Rimarki |
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN)/Numru tax-xażi |
O |
(Kodiċi E) Numru sħiħ ta’ identifikazzjoni tal-vettura/numru tax-xażi tal-vettura |
|
Numru tal-pjanċa |
O |
(Kodiċi A) Numru sħiħ tar-reġistrazzjoni tal-vettura |
|
Indikazzjoni dwar jekk il-Persuna ta’ interess hijiex id-detentur tal-vettura |
O |
Iva jew le. |
|
Indikazzjoni dwar jekk il-Persuna ta’ interess hijiex is-sid tal-vettura |
O |
Iva, le jew mhux magħruf. |
3.3. Speċifikazzjonijiet tekniċi għat-tfittxija fil-punt 3.2.1
|
Numru tas-sekwenza ta’ tiftix |
Entrata |
|
1 |
Tip ta’ Persuna ta’ interess |
|
2 |
Kunjom(ijiet) |
|
3 |
Isem/ismijiet |
|
4 |
Data tat-twelid |
|
5 |
Numru tal-Identità |
|
6 |
Tip ta’ numru tal-Identità |
|
7 |
Post tat-twelid |
|
8 |
Ġeneru |
|
9 |
Numru tal-pjanċa |
|
10 |
Numru tal-identifikazzjoni tal-vettura (VIN)/Numru tax-xażi |
Is-sekwenzi ta’ tiftix 1 sa 10 għandhom jiġu kkodifikati f’talba għal bażi ta’ data nazzjonali u ma għandhomx ikunu sensittivi għat-tipa.
Is-sekwenzi ta’ tiftix 2 u 3 għandhom jagħtu konkordanza mal-oqsma korrispondenti fil-bażi tad-data nazzjonali fejn ikun hemm konkordanza fuq kwalunkwe waħda mis-sekwenzi preżenti fil-qasam korrispondenti. Dan huwa komunement espress bħala: fejn <qasam ta’ bażi tad-data> FIĦ<sensiela ta’ tiftix>.
Meta fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, il-bażi tad-data nazzjonali ma jkollhiex oqsma separati għall-isem u l-kunjom, it-tfittxija fil-qasam “isem” għandha titwettaq bl-użu tal-konkatenazzjoni tal-Ewwel sekwenza tal-isem u s-sekwenza tal-Kunjom. Is-sekwenza 2 u 3 għandha tiġi permutata mill-Istat Membru tar-Reġistrazzjoni bejn l-oqsma korrispondenti biex jiġu indirizzati każijiet fejn ma jkunx ċar liema huwa l-Isem, u liema huwa l-kunjom. It-tfittxija għandha tidentifika rekords li fihom kemm is-sekwenza tal-Kunjom kif ukoll is-sekwenza tal-isem.
It-tfittxija fil-bażi tad-data nazzjonali għandha timplimenta l-espressjoni loġika li ġejja:
KAPITOLU 2
Il-proċedura teknika biex EUCARIS tikkonsulta l-bażijiet tad-data tal-Istati Membri
1. Deskrizzjoni ġenerali
Is-software EUCARIS jgħaqqad l-entitajiet kollha f’netwerk immaljat, fejn kull entità tikkomunika direttament ma’ entità oħra. Ma hemm l-ebda komponent ċentrali meħtieġ biex tiġi stabbilita l-komunikazzjoni.
Is-software EUCARIS jappoġġa funzjonalitajiet differenti. Il-“funzjonalità Prüm” tintuża għat-tiftix awtomatizzat ta’ data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi skont ir-Regolament (UE) 2024/982.
Kull raggruppament ta’ funzjonalitajiet għandu l-awtorizzazzjoni tiegħu stess, eż. l-utenti biss skont it-“Trattat tal-funzjonalità EUCARIS (3)” ma jistgħux jużaw il-“funzjonalità Prüm”. Is-servizzi tal-amministratur huma mifrudin mir-rwoli tal-utenti aħħarin regolari.
Is-software EUCARIS jappoġġa komunikazzjoni sigura lill-entitajiet l-oħra u jikkomunika mas-sistemi eżistenti tal-parti aħħarija tal-Istati Membri. L-entitajiet jiskambjaw messaġġi billi jibagħtuhom direttament lir-riċevitur. L-entitajiet huma konnessi man-netwerk TESTA (4) jew l-implimentazzjonijiet sussegwenti tiegħu.
Il-messaġġi mibgħuta fuq in-network EUCARIS huma kriptati. Teknoloġiji ta’ kriptaġġ bħal SSL (Secure Sockets Layer) jew TLS (Transport Layer Security) għandhom jintużaw għall-kriptaġġ tal-messaġġi. Il-konnessjoni bejn l-applikazzjoni EUCARIS u l-parti aħħarija nazzjonali għandha tkun f’ambjent protett. Għalhekk, il-messaġġi mibgħuta lill-parti aħħarija jistgħu jkunu messaġġi testwali ċari.
Applikazzjoni ta’ klijent tiġi pprovduta lill-utenti awtorizzati, li tista’ tintuża fi ħdan entità biex isiru tfittxijiet fir-reġistri tal-Istati Membri. Tista’ tintuża mill-Istati Membri biex ifittxu fir-reġistru tagħhom stess. Il-ġestjoni tal-utent, il-mezzi ta’ awtentikazzjoni u l-kriptaġġ possibbli huma r-responsabbiltà ta’ kull entità.
2. Ir-rwoli tal-utenti
Il-grupp ta’ utenti msejjaħ “utenti ta’ Prüm” għandu jiġi stabbilit għat-tfittxija fuq il-vettura biex jinstab is-sid/id-detentur u għat-tfittxija għall-vetturi kollha tas-sid/id-detentur.
Għandhom jiġu stabbiliti żewġ rwoli tal-utenti separati:
|
— |
għat-tfittxija fuq il-vettura biex jinstab is-sid/id-detentur (Prüm-Owner-Holder-Info) |
|
— |
għat-tfittxija għall-vetturi kollha tad-detentur proprjetarju (Prüm-All-Vehicles-of-Holder-Owner). |
L-utent finali jista’ jibbenefika miż-żewġ rwoli tal-utent.
(3) It-Trattat tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar Sistema ta’ Informazzjoni Ewropea tal-Liċenzji tal-Vetturi u tas-Sewqan (EUCARIS).
(4) In-network TESTA huwa network sigur, privat u mifrux mal-UE kollha li jippermetti skambju ta’ data kriptata u affidabbli bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-awtoritajiet u l-aġenziji tal-Istati Membri, speċifikament għal informazzjoni sensittiva bħal data dwar l-infurzar tal-liġi u l-ġustizzja.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1066/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)