European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1064

10.6.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1064

tat-8 ta’ Ġunju 2026

li tistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/982 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tiftix u l-iskambju awtomatizzati ta’ data bijometrika permezz tar-router ta’ Prüm

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/982 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 dwar it-tiftix u l-iskambju awtomatizzat ta’ data għall-kooperazzjoni tal-pulizija, u li jemenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u 2008/616/ĠAI u r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament Prüm II) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 8(2) u (3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 13(2) u (3), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 22(2) u (3), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 31 u l-Artikolu 37(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2024/982 jistabbilixxi qafas għat-tfittxija u l-iskambju awtomatizzati ta’ ċerti kategoriji ta’ data għall-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-pulizija, inkluż l-iskambju awtomatizzat ta’ data bijometrika fost l-Istati Membri u l-Europol għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera.

(2)

Skont ir-Regolament (UE) 2024/982, il-Kummissjoni għandha tispeċifika r-regoli tekniċi għat-tiftix u l-iskambju awtomatizzati ta’ data bijometrika, jiġifieri profili tad-DNA, data dattiloskopika u immaġnijiet tal-wiċċ, li għandhom isiru permezz tar-router ta’ Prüm.

(3)

Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu ddefiniti l-istandards, il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-operat tar-router ta’ Prüm u s-servizzi assoċjati sabiex l-eu-LISA tkun tista’ tiddefinixxi d-disinn tar-router, kif ukoll sabiex telabora l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-ittestjar u l-ġestjoni u l-koordinazzjoni ġenerali tal-proġett.

(4)

L-iskambju effettiv tad-data bijometrika jeħtieġ formati standardizzati, identifikaturi uniċi u protokolli armonizzati għall-profili tad-DNA, id-data dattiloskopika, u l-immaġnijiet tal-wiċċ. L-użu ta’ standards rikonoxxuti internazzjonalment jenħtieġ li jiżgura l-interoperabbiltà u l-kompatibbiltà fost is-sistemi tal-Istati Membri u mal-Europol. Ir-regoli tekniċi rilevanti jistabbilixxu l-kodiċijiet tal-entità, l-istrutturi tal-messaġġi, il-payloads tad-data, u l-mekkaniżmi tar-routing. biex jiggarantixxu pproċessar awtomatizzat konsistenti u akkurat.

(5)

L-iskambju ta’ data bijometrika sensittiva jenħtieġ li jiġi protett kontra aċċess mhux awtorizzat, tbagħbis jew telf u r-router ta’ Prüm jenħtieġ li jopera bħala sistema ta’ disponibbiltà għolja b’ridondanza fis-siti primarji u ta’ backup. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu definiti protokolli ta’ komunikazzjoni siguri, mekkaniżmi awtomatizzati ta’ prova mill-ġdid u proċeduri ta’ monitoraġġ. Tali protokolli, mekkaniżmi u proċeduri jenħtieġ li jiżguraw l-affidabbiltà tas-sistema, ir-risponsi f’waqthom, u t-trattament tal-iżbalji għall-iskambju transfruntier mhux interrott tad-data.

(6)

L-iskambju ta’ profili tad-DNA, data dattiloskopika u immaġnijiet tal-wiċċ jenħtieġ li jikkonforma ma’ standards minimi ta’ kwalità li jippermettu identifikazzjoni u verifika affidabbli. Il-proċeduri awtomatizzati ta’ tqabbil jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn rieżami forensiku manwali għall-konferma ta’ konkordanzi u talbiet għal data ewlenija. Għalhekk huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli tekniċi li jirregolaw il-formati tal-profili, ir-riżoluzzjoni, it-tqabbil tal-loci, il-klassifikazzjoni tal-kandidati, il-proċeduri ta’ tqabbil mill-ġdid u r-rapportar. Dan jenħtieġ li jiżgura li d-data skambjata tkun tista’ tiġi interpretata u użata b’mod preċiż għal investigazzjonijiet kriminali f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/982.

(7)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/982 u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Għalhekk id-Danimarka mhijiex marbuta b’din id-Deċiżjoni jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

L-Irlanda hija marbuta bir-Regolament (UE) 2024/982 u għalhekk hija marbuta b’din id-Deċiżjoni.

(9)

Ir-router ta’ Prüm jikkontribwixxi għall-forniment ta’ servizz pubbliku diġitali transfruntier. Peress li din id-Deċiżjoni tintroduċi rekwiżiti vinkolanti li jaffettwaw l-iżvilupp tagħha, hija meħtieġa valutazzjoni tal-interoperabbiltà skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2024/903 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (l-Att dwar Ewropa Interoperabbli). Twettqet il-valutazzjoni tal-interoperabbiltà, u r-rapport li jirriżulta se jiġi ppubblikat fuq il-Portal Ewropa Interoperabbli.

(10)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta l-opinjoni tiegħu fis-27 ta’ Jannar 2026.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Prüm II, stabbilit bl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2024/982,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“entità” tfisser Stat Membru jew l-Europol;

(b)

“entità rikjedenti” tfisser l-Istat Membru jew l-Europol li jibda tfittxija;

(c)

“entità rikjesta” tfisser l-Istat Membru jew l-Europol li jirċievu tfittxija u jibdew tweġiba;

(d)

“tranżazzjoni” tfisser tranżazzjoni ta’ tfittxija waħda u t-tranżazzjoni(jiet) ta’ rispons korrispondenti tagħha;

(e)

“punt ta’ kwota” tfisser punt użat għal kull tranżazzjoni riċevuta, ipproċessata u mwieġba mill-entità rikjesta;

(f)

“locus parzjali” tfisser locus b’allel mimli wieħed biss;

(g)

“immaġni mugshot” tfisser immaġni tal-wiċċ meħuda f’ambjent ikkontrollat;

(h)

“immaġni traċċa” tfisser immaġni tal-wiċċ meħuda f’ambjent mhux ikkontrollat;

(i)

“tqabbil mill-ġdid” tfisser il-kompitu mwettaq mir-router għall-klassifikazzjoni omoġenja tal-kandidati billi jqabbel id-data bijometrika użata għat-tfittxijiet u d-data bijometrika pprovduta fit-tranżazzjonijiet ta’ rispons mill-entitajiet mitluba, f’konformità mal-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) 2024/982.

Artikolu 2

L-ispeċifikazzjonijiet relatati mar-regoli tekniċi dwar it-tiftix u l-iskambju awtomatizzati ta’ data bijometrika permezz tar-router ta’ Prüm għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L, 2024/982, 5.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/982/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2024/903 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li jistipula miżuri għal livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-settur pubbliku fl-Unjoni kollha (Att dwar Ewropa Interoperabbli) (ĠU L, 2024/903, 22.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/903/oj).


ANNESS

Regoli tekniċi għat-tiftix u l-iskambju awtomatizzat ta’ data bijometrika permezz tar-router ta’ Prüm kif imsemmi fl-Artikolu 2

KAPITOLU 1:   Router

1.   Tabella tal-entità

L-entitajiet rikjedenti u dawk rikjesti huma identifikati permezz ta’ kodiċi b’żewġ ittri mill-ISO 3166. Meta l-entità ma jkollhiex kodiċi ISO riżervat, dan id-dokument jiddefinixxi wieħed fit-Tabella 1.

Tabella 1

Lista ta’ kodiċijiet tal-entitajiet użati fl-iskambji awtomatizzati Prüm II

Isem tal-entità

Kodiċi

L-Awstrija

AT

Il-Belġju

BE

Il-Bulgarija

BG

Ċipru

CY

Iċ-Ċekja

CZ

Il-Ġermanja

DE

L-Estonja

EE

Spanja

ES

Il-Finlandja

FI

Franza

FR

Il-Greċja

GR

Il-Kroazja

HR

L-Ungerija

HU

L-Irlanda

IE

L-Italja

IT

Il-Litwanja

LT

Il-Lussemburgu

LU

Il-Latvja

LV

Malta

MT

In-Netherlands

NL

Il-Polonja

PL

Il-Portugall

PT

Ir-Rumanija

RO

L-Iżvezja

SE

Is-Slovenja

SI

Is-Slovakkja

SK

Router tal-UE

UE

l-Europol

EP

2.   Proċedura teknika għar-router sabiex isir tiftix fil-bażijiet tad-data tal-Istati Membri u fid-data tal-Europol

Ir-router għandu juża l-Eurodomain TESTA (1) jew l-implimentazzjonijiet sussegwenti tiegħu għall-iskambju tad-data mal-entitajiet. Ir-router u l-entitajiet jiskambjaw id-data permezz ta’ operazzjonijiet asinkroniċi fuq is-servizzi web. L-operazzjonijiet kollha bejn l-entitajiet kollha għandhom jiġu definiti mill-eu-LISA.

Is-servizzi web għandhom ikunu bbażati fuq l-istess protokolli ta’ komunikazzjoni u format ta’ messaġġi użati mill-Portal Ewropew tat-Tfittxija (ESP). Is-servizzi web għandhom jiġu implimentati mill-entitajiet kollha biex jipproċessaw l-operazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Tfittxija tal-ewwel pass mill-entità rikjedenti permezz tar-router lil entità rikjesta waħda jew aktar

(1)

Tfittxija dwar id-DNA

(2)

Tfittxija dattiloskopika

(3)

Tfittxija dwar l-immaġni tal-wiċċ

(b)

risposta tal-ewwel pass minn entità rikjesta waħda jew aktar permezz tar-router lill-entità rikjedenti

(1)

Risposta dwar id-DNA

(2)

Risposta dattiloskopika

(3)

Risposta dwar l-immaġni tal-wiċċ

(c)

Talba tat-tieni pass għal data ewlenija mill-entità rikjedenti permezz tar-router lill-entità rikjesta

(1)

Talba għal data ewlenija tad-DNA

(2)

Talba għal data ewlenija dattiloskopika

(3)

Talba għal data ewlenija tal-immaġni tal-wiċċ

(d)

Tweġiba tad-data ewlenija tat-tieni pass mill-entità rikjesta permezz tar-router lill-entità rikjedenti

(1)

Risposta dwar id-data ċentrali tad-DNA

(2)

Risposta dwar id-data ċentrali dattiloskopika

(3)

Risposta dwar id-data ewlenija tal-immaġni tal-wiċċ

Is-servizzi web għandhom jikkomunikaw mas-servizzi korrispondenti tar-router sabiex jipproċessaw u jgħaddu d-data b’mod korrett lill-entitajiet l-oħrajn.

Kull servizz web jista’ jkun aċċessibbli permezz ta’ skema speċifika ta’ ġestjoni tal-indirizzi IP biex tkopri sitwazzjonijiet fejn diversi awtoritajiet differenti jkunu involuti fl-iskambju.

Is-servizzi web jistgħu jiġu kkombinati f’punt ta’ kuntatt nazzjonali wieħed jew aktar.

Għal kull operazzjoni, l-eu-LISA għandha tiddefinixxi envelopp tar-routing speċifiku.

L-envelopp tar-routing għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja dwar ir-rotta:

—

l-entità rikjedenti;

—

l-entitajiet rikjesta;

—

it-tip ta’ operazzjoni għat-tfitxxija u l-Kodiċi tat-Tfittxija dwar l-Operazzjoni (KTO);

—

it-tip ta’ operazzjoni għar-risposta u l-Kodiċi ta’ Risposta għall-Operazzjoni (KRT);

—

it-tip ta’ operazzjoni għall-għażla ta’ tqabbil mill-ġdid, jekk tintalab mill-entità rikjedenti; din l-informazzjoni dwar ir-routing mhijiex applikabbli għall-profili tad-DNA;

—

in-numru ta’ kandidati rikjesti.

L-envelopp tar-routing jista’ jkun fih informazzjoni addizzjonali dwar ir-rotta, bħall-karatteristiċi fakultattivi u d-data anonima meħtieġa għall-ħolqien tal-istatistika kif definit fit-Taqsima 5.4.

Fl-envelopp tar-routing, għandha tiddaħħal il-payload tad-data.

Il-payload tad-data għandha tiġi definita mill-eu-LISA. L-entità rikjedenti għandha tiżgura li l-payload tad-data tkun ifformattjata b’mod korrett. L-entità rikjesta għandha tiżgura li t-tweġiba tkun ifformattjata b’mod korrett.

F’każ ta’ tqabbil mill-ġdid, ir-router għandu jivvalida l-payload tad-data. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, ir-router ma għandux jivvalida l-payload tad-data.

L-entità rikjesta għandha tivvalida l-payload tad-data biex tiżgura li din tkun tista’ tiġi pproċessata b’mod korrett.

Jekk l-entità rikjesta ma tkunx tista’ tipproċessa l-payload tad-data b’mod korrett, għandu jintbagħat lura messaġġ ta’ żball fl-operazzjoni lill-entità rikjedenti permezz tar-router. Il-format u d-dettalji ta’ dak il-messaġġ standardizzat ta’ operazzjoni ta’ żball għandhom jiġu definiti mill-eu-LISA. Dan għandu jkun fih kodiċijiet ta’ żball relatati mal-entità rikjesta u mar-router.

3.   Il-format tat-tweġibiet tar-router u l-proċess

Kull operazzjoni mibgħuta lil servizz web ta’ tfittxija (“operazzjoni ta’ tfittxija”) għandha tiġi identifikata permezz ta’ Kodiċi ta’ Tfittxija ta’ Operazzjoni (KTO) li jikkonsisti mill-kodiċi b’żewġ ittri tal-entità rikjedenti segwit minn kodiċi uniku li jikkonsisti fid-data u l-ħin tat-tfittxija u n-numru tat-tfittxija.

Kull operazzjoni mibgħuta lil servizz web ta’ risposta (“operazzjoni ta’ risposta”) għandha tagħmel referenza għall-KTO mill-operazzjoni tat-tfittxija.

Kull operazzjoni ta’ risposta mill-entitajiet rikjesti għandha tiġi identifikata minn Kodiċi ta’ Risposta għall-Operazzjonijiet (KRO) li jikkonsisti mill-kodiċi b’żewġ ittri tal-entità rikjesta segwit minn kodiċi uniku li jikkonsisti fid-data u l-ħin tar-risposta u n-numru tar-risposta.

Il-format u d-dettalji tal-KTO u tal-KRO għandhom jiġu definiti mill-eu-LISA.

Meta r-router jirċievi operazzjoni ta’ risposta, dik l-operazzjoni ta’ risposta għandha tiġi rritornata għal kull entità rikjesta lill-entità rikjedenti. Għandu jirreferenzja l-KTO mill-Operazzjoni tat-tfittxija oriġinali u l-KRO mill-operazzjoni ta’ risposta. F’każ li r-router jiddikjara timeout, il-KRO għandu jiġi ġġenerat mir-router, skont il-format li se jiġi stabbilit mill-eu-LISA. Kwalunkwe tweġiba riċevuta mir-router, wara li r-router ikun iddikjara timeout għal operazzjoni speċifika, għandha titħassar mir-router.

Kull operazzjoni għandha tiġi rikonoxxuta mis-servizz web korrispondenti.

F’kull operazzjoni ta’ tfittxija, kull data ta’ referenza bijometrika (data ta’ referenza tad-DNA, data ta’ referenza dattiloskopika jew data ta’ referenza tal-immaġni tal-wiċċ) hija ttikkettata b’mod uniku b’Numru ta’ Referenza tad-Data (NRD) maħluq mill-entità rikjedenti, f’konformità mal-Artikoli 7, 12 u 21 tar-Regolament (UE) 2024/982.

F’kull operazzjoni ta’ risposta, kull data bijometrika konkordanti (profili tad-DNA, data dattiloskopika jew immaġnijiet tal-wiċċ) tkun ittikkettata b’mod uniku b’NRD maħluq mill-entità rikjesta, f’konformità mal-Artikoli 9, 15 u 24 tar-Regolament (UE) 2024/982. Il-format u d-dettalji tal-NRD għandhom jiġu deċiżi mill-entitajiet.

Dan l-NRD għandu jidentifika b’mod uniku d-data bijometrika u għandu jintuża meta tintalab id-data ewlenija.

4.   Għażla ta’ tqabbil mill-ġdid: regoli tekniċi għat-tqabbil u l-klassifikazzjoni tal-kandidati bejn id-data bijometrika

F’konformità mal-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) 2024/982, għall-operazzjonijiet ta’ tfittix ta’ data dattiloskopika u ta’ immaġnijiet tal-wiċċ, l-entità rikjedenti tista’ titlob lir-router, għal kull operazzjoni, biex iwettaq tqabbil mill-ġdid bejn id-data bijometrika tiegħu u d-data bijometrika riċevuta mill-entitajiet rikjesti.

It-tqabbil mill-ġdid għandu jitwettaq mit-tqabbil mill-ġdid bijometriku bħala servizz iżolat fuq il-pjattaforma li tospita wkoll is-Servizz kondiviż ta’ Tqabbil Bijometriku (sBMS).

Irrispettivament minn jekk l-entità rikjedenti tkunx għażlet it-tqabbil mill-ġdid jew le, l-entità rikjedenti għandha tirċievi l-listi ta’ kandidati, inklużi l-fajls NIST b’sett komplut ta’ data dattiloskopika jew immaġnijiet tal-wiċċ ta’ kull entità rikjesta hekk kif ir-router jirċevihom mill-entità rikjesta. Ir-router għandu jiġġenera messaġġ ta’ skadenza hekk kif l-iskadenza tiġi identifikata.

4.1.   Tqabbil mill-ġdid għal tfittxijiet tal-marki tas-swaba’ latenti mqabbla ma’ 10 marki tas-swaba’ (tenprint)

Meta t-tqabbil mill-ġdid jintgħażel mill-entità rikjedenti għal tfittxijiet ta’ marki tas-swaba’ latenti għal dawk tal-10 marki tas-swaba’, ir-router għandu jżomm temporanjament il-listi ta’ kandidati riċevuti mill-entitajiet rikjesti u għandu juża funzjonalitajiet speċifiċi mill-pjattaforma li tospita l-sBMS, biex iwettaq tqabbil mill-ġdid bejn il-marki tas-swaba’ latenti mill-entità rikjedenti u l-kandidati riċevuti mill-entitajiet rikjesti.

It-tqabbil mill-ġdid għandha jsir biss bejn il-marka tas-swaba’ latenti u l-marka tas-swaba’ fis-sett ta’ għaxar marki li huwa indikat bħala tqabbil possibbli.

Il-proċess ta’ tqabbil mill-ġdid għandu joħloq lista kklassifikata ġdida tar-rekords kollha riċevuti mill-entitajiet rikjesti. Din il-lista l-ġdida kklassifikata għandha tuża l-identifikaturi tas-settijiet tal-għaxar marki. L-entità rikjedenti tista’ titlob li l-fajls kollha tal-NIST bl-immaġnijiet tal-marki tas-swaba’ tal-għaxar marki tas-swaba’ jintbagħtu bħala parti mil-lista l-ġdida kklassifikata lill-entità rikjedenti, bħala parti minn parametru fakultattiv fl-envelopp tal-operazzjoni.

Meta l-għażla ta’ tqabbil mill-ġdid tiġi attivata mill-entità rikjedenti fl-ewwel operazzjoni ta’ tfittxija, ir-router għandu jiskatta t-tqabbil mill-ġdid fuq il-kandidati effettivament riċevuti.

Il-lista li tkun għadha kif ġiet ikklassifikata għandha tindika liema entitajiet rikjesti ma jkunux wieġbu fil-perjodu ta’ timeout.

4.2.   Tqabbil mill-ġdid għat-tfittxijiet tal-marki tal-pali tal-idejn latenti mat-tfittxijiet tal-marki tal-pali tal-idejn

Meta l-entità rikjedenti tagħżel it-tqabbil mill-ġdid għal tfittxijiet ta’ marki tal-pala tal-id latenti mqabbla marki tal-pala tal-id, għandu japplika l-proċess deskritt fil-punt 4.1.

4.3.   Tqabbil mill-ġdid għal tiftix tal-immaġni traċċa mqabbla ma’ immaġni mugshot

Meta t-tqabbil mill-ġdid jintgħażel mill-entità rikjedenti għal tiftix ta’ immaġni traċċa mqabbel ma’ immaġni mugshot, għandu japplika l-proċess deskritt fil-punt 4.1.

5.   Deskrizzjoni tas-sistema

5.1.   Disponibbiltà tas-sistema

Se jinbena u jiġi ġestit router primarju fis-sit primarju tal-eu-LISA u se jinbena u jiġi ġestit router ta’ riżerva fis-sit ta’ riżerva tagħha.

Ir-router primarju għandu jinbena u jiġi ġestit bħala sistema ta’ disponibbiltà għolja b’ridondanza sħiħa fis-sit primarju tal-eu-LISA.

L-entitajiet kollha għandhom jikkomunikaw ma’ router wieħed, għas-servizzi web kollha, fi kwalunkwe ħin partikolari.

Il-bdil tal-entitajiet kollha mis-sit primarju għas-sit ta’ riżerva (u viċi versa) għandu jkun appoġġat minn mekkaniżmi awtomatizzati, implimentati mill-entitajiet kollha u bbażati fuq l-istatus tas-siti ta’ riżerva li se jiġu deċiżi mill-eu-LISA.

Is-servizzi web fuq ir-router mhumiex implimentati biex jiggarantixxu l-persistenza tad-data riċevuta fis-siti kollha. Kwalunkwe operazzjoni hija “fissa” biex titlesta f’router speċifiku wieħed. Meta r-router primarju ma jibqax disponibbli, l-entitajiet jiġu infurmati awtomatikament, abbażi ta’ deċiżjoni mill-eu-LISA, u l-operazzjonijiet sussegwenti għandhom jiġu diretti lejn ir-router tas-sit ta’ riżerva. Kwalunkwe operazzjoni li tkun għaddejja li tkun għadha ma tlestietx kompletament fir-router primarju, għandha titqies bħala mitlufa u għandha tirriżulta f’timeout.

Kull klijent ta’ servizz web, li jkun entità rikjedenti, entità rikjesta jew ir-router innifsu, għandu jimplimenta mekkaniżmu ta’ tentattiv awtomatizzat. Jekk is-servizz korrispondenti ma jkunx disponibbli, il-klijent u r-router għandhom jerġgħu jippruvaw sakemm jintlaħaq time-out. Il-valur ta’ time-out għandu jkun speċifiku għal kull servizz web u għal kull entità u għandu jiġi definit mill-eu-LISA.

Kull entità għandha timplimenta l-immaniġġjar tal-iżbalji fis-servizzi web tagħha stess biex tippermetti lil din l-entità tagħti ħarsa ġenerali sħiħa lejn l-operazzjonijiet deħlin u ħerġin tagħhom stess li ma rnexxewx.

Is-servizzi tal-web tar-router għandhom jimplimentaw mekkaniżmu għat-trattament tal-iżbalji u għar-rapportar, abbażi ta’ rikonoxximenti tekniċi riċevuti jew mhux riċevuti mill-entitajiet, li għandu jippermetti lill-eu-LISA tiġi infurmata dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-servizzi tal-web ta’ kwalunkwe entità. L-eu-LISA għandha tikkuntattja lill-entità li għandha servizz web li b’mod konsistenti ma kienx disponibbli għal perjodu itwal. L-eu-LISA għandha tikkuntattja wkoll lill-entità li konsistentement twassal għal perjodi ta’ timeouts fir-router.

Ir-router għandu jipprevedi operazzjoni minn sistema għal sistema li tippermetti li ssir tfittxija regolari u awtomatika fl-istatus attwali tad-disponibbiltà tas-servizzi web fid-diversi entitajiet. L-entitajiet kollha jistgħu jfittxu fl-istatusijiet tas-saħħa miġbura permezz ta’ servizz web ipprovdut mir-router.

Meta talba ta’ klijent tiġi tterminata bi skadenza, l-entità rikjedenti għandha tiġi infurmata u għandha tiddeċiedi li terġa’ tagħmel it-operazzjoni speċifika lill-entità rikjesta li ma setgħetx tlesti t-operazzjoni preċedenti. L-entità rikjesta għandha tiġi infurmata bl-operazzjonijiet mhux kompluti li ma għandhomx jitnaqqsu mill-kwota ta’ kuljum mill-entità rikjesta.

5.2.   Tiftix awtomatizzat (tfittxija u risposta)

Għat-tiftix awtomatizzat ta’ profili tad-DNA f’konformità mal-Artikolu 6(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2024/982, għat-tiftix awtomatizzat ta’ data dattiloskopika f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2024/982 u għat-tiftix awtomatizzat ta’ immaġnijiet tal-wiċċ f’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2024/982, it-tfittxijiet għandhom jiġu pproċessati permezz ta’ proċedura kompletament awtomatizzata. Għall-konkordanza ta’ parentela fuq profili tad-DNA, it-tiftix għandu jiġi pproċessat permezz ta’ proċedura semiawtomatizzata.

Il-proċess ta’ tiftix awtomatizzat ta’ profili tad-DNA huwa deskritt fil-Kapitolu 2. Il-proċess ta’ tiftix awtomatizzat ta’ data dattiloskopika huwa deskritt fil-Kapitolu 3. Il-proċess ta’ tiftix awtomatizzat ta’ immaġnijiet tal-wiċċ huwa deskritt fil-Kapitolu 4.

Jekk entità rikjedenti tibgħat operazzjoni ta’ tfittxija li ma tkunx appoġġata mill-entità rikjesta, jintbagħat messaġġ operattiv lura lill-entità rikjedenti fejn jiġi infurmat li l-operazzjoni rikjesta mhijiex appoġġata mill-entità rikjesta.

Kull operazzjoni ta’ tfittxija għal profil tad-DNA, minn entità rikjedenti lil entità rikjesta waħda jew aktar permezz tar-router, jista’ jkun fiha sa 500 profil. L-operazzjoni ta’ risposta korrispondenti, mill-entità rikjesta lill-entità rikjedenti permezz tar-router imbagħad ma għandu jkun fiha l-ebda kandidat, wieħed jew aktar li jaqbel għal kull profil imfittex.

5.3.   Skambju ta’ data ewlenija (tfittxija u risposta)

F’konformità mal-Artikolu 6(6) u (7), l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2024/982, wara li l-entità rikjedenti tkun irċeviet it-tweġibiet mir-router, din tista’ tiddeċiedi li tikkonferma konkordanza bejn żewġ data bijometrika. Meta l-entità rikjedenti tiddeċiedi li tikkonferma konkordanza, din għandha tirrieżamina manwalment ir-riżultati sabiex tikkonferma konkordanza.

Permezz ta’ operazzjoni waħda permezz tar-router, l-entità rikjedenti għandha tinforma lill-entità rikjesta dwar il-konkordanza kkonfermata u għandha tibgħat deskrizzjoni tal-fatti u indikazzjoni tar-reat sottostanti bl-użu tat-tabella komuni tal-kategoriji ta’ reati kif stabbilit fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 11b(1)(a) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI (2). Ir-router għandu jistandardizza din it-trażmissjoni bil-kodiċijiet tat-tabella komuni tal-kategoriji ta’ reati.

L-entità rikjedenti għandha tibgħat il-Kodiċi tat-Tfittxija għal Operazzjoni (KTO), il-Kodiċi ta’ Risposta għal operazzjoni (KRO) u n-Numru ta’ Referenza tad-Data (NRD) tad-data bijometrika korrispondenti riċevuta mill-entità rikjesta lill-entità rikjesta li tkun is-sid ta’ din id-data. Il-kombinazzjoni ta’ dawn it-tliet kodiċijiet hija unika u tista’ tintuża mill-entità rikjesta biex tivverifika l-preċiżjoni tat-talba għal data ewlenija.

L-entità rikjesta għandha tuża l-NRD biex tiġbor id-data ewlenija tar-rekord tad-data bijometrika li jkun ġie identifikat bħala konkordanza potenzjali. L-entità rikjesta għandha tibgħat id-data ewlenija lura lill-entità rikjedenti fi żmien 48 siegħa f’konformità mal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2024/982.

F’konformità mal-Artikolu 47, ladarba konkordanza tkun ġiet ikkonfermata manwalment u deskrizzjoni tal-fatti u indikazzjoni tar-reat sottostanti jkunu ġew trażmessi mill-entità rikjedenti, sett ta’ data ewlenija għandu jiġi rritornat mill-entità rikjesta permezz tar-router fi żmien 48 siegħa. Ir-ritorn ta’ data ewlenija ma japplikax meta tfittxija minn Stat Membru rikjest irriżultat f’konkordanza mad-data ta’ pajjiż terz ipprovduta mill-Europol. F’dan il-każ, is-segwitu għandu jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

L-entità rikjesta għandha tindika fit-tweġiba jekk tagħtix lill-entità rikjedenti l-awtorizzazzjoni minn qabel tagħha biex tipproċessa d-data bijometrika u d-data ewlenija pprovduta, għal finijiet oħra f’konformità mal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) 2024/982.

F’konformità mal-Artikolu 6(7) tar-Regolament (UE) 2024/982, l-entità rikjesta tista’ tiddeċiedi wkoll li tikkonferma konkordanza bejn żewġ profili tad-DNA. Meta l-entità rikjesta tiddeċiedi li tikkonferma konkordanza, hija għandha tirrieżamina manwalment ir-riżultati sabiex tikkonferma konkordanza u tibda operazzjoni indipendenti u mhux rikjesti permezz tar-router lill-entità rikjedenti sabiex titlob id-data ewlenija. L-istess proċedura ta’ skambju ta’ data ewlenija tapplika f’dan il-każ.

L-istruttura tad-data ewlenija għandha ssegwi l-Format Universali ta’ Messaġġ (FUM). L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-iskambju ta’ data ewlenija għandhom jiġu definiti mill-eu-LISA.

Fil-każ: (i) l-entità rikjesta ma tistax tibgħat id-data ewlenija wara l-valutazzjoni tal-proporzjonalità tat-talba f’konformità mal-Artikolu 47(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2024/982; jew (ii) l-awtorizzazzjoni ġudizzjarja ġiet miċħuda f’konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2024/982; jew (iii) l-entità rikjesta jkollha profil tad-DNA ieħor fil-bażi tad-data nazzjonali li jikkorrispondi għall-istess persuna li jkun fih loci addizzjonali li ma jikkonfermax il-konkordanza f’konformità mal-Parti 2 tal-Kapitolu 5, l-entità rikjedenti għandha tiġi infurmata permezz tar-router.

5.4.   Statistika

Ir-router għandu janalizza l-envelopp tar-routing tal-operazzjonijiet deħlin u ħerġin, fiż-żewġ direzzjonijiet, mill-entitajiet rikjedenti u dawk rikjesti, sabiex jislet l-istatistika.

Ir-router għandu jkun jista’ jislet taħlita ta’ data anonimizzata minn dan l-envelopp tar-routing biex tintbagħat lir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (CRRS) sabiex tinħoloq l-istatistika li ġejja:

(a)

L-għadd ta’ tfittxijiet ħerġin għal kull entità rikjedenti u għal kull kategorija tad-data, skont l-indikatur prijoritarju (jekk rilevanti) u bl-informazzjoni dwar it-twaqqit

(b)

L-għadd ta’ entitajiet rikjesti għal kull talba li toħroġ (għal kull entità rikjedenti)

(c)

Numru ta’ data ta’ referenza tad-DNA unika għal kull operazzjoni ta’ tfittxija (profil tad-DNA biss)

(d)

Opzjonijiet attivati għat-talba li ħierġa (għal kull entità rikjedenti)

(e)

L-għadd ta’ tweġibiet li jidħlu mill-entitajiet rikjesti, b’informazzjoni dwar it-twaqqit

(f)

L-għadd ta’ kandidati rikjesti mill-entitajiet rikjedenti u għal kull kategorija ta’ data

(g)

L-għadd ta’ kandidati fit-tweġibiet mill-entitajiet rikjesti u għal kull kategorija ta’ data

(h)

Numru ta’ konkordanzi għal kull operazzjoni ta’ risposta (profil tad-DNA biss)

(i)

In-numru ta’ konkordanzi kkonfermati fejn kien hemm skambji ta’ data ewlenija

(j)

In-numru ta’ konkordanzi kkonfermati fejn kien hemm skambji ta’ data ewlenija

(k)

Tqabbil tal-klassifikazzjoni mill-entitajiet rikjesti meta mqabbla mal-klassifikazzjoni l-ġdida permezz ta’ tqabbil mill-ġdid

(l)

L-għadd ta’ talbiet għal data ewlenija, għal kull entità rikjedenti u għal kull entità rikjesta, u għal kull kategorija ta’ data, korrelatati mal-ewwel tfittxija u risposta u mal-informazzjoni dwar it-twaqqit

(m)

L-għadd ta’ tweġibiet tad-data ewlenija, għal kull entità rikjesta u għal kull kategorija tad-data, b’informazzjoni dwar it-twaqqit

(n)

L-għadd ta’ risposti tad-data ewlenija għal kull tip ta’ reat kriminali

(o)

L-għadd ta’ tfittxijiet fir-Repożitorju Komuni ta’ informazzjoni dwar l-Identità permezz tar-router

(p)

L-għadd ta’ konkordanzi għal kull tip, kif ġej:

(1)

data identifikata (persuna) — data mhux identifikata (traċċa);

(2)

data mhux identifikata (traċċa) — data identifikata (persuna);

(3)

data mhux identifikata (traċċa) — data mhux identifikata (traċċa);

(4)

data identifikata (persuna) — data identifikata (persuna).

5.5.   Protokolli u standards li għandhom jintużaw għall-mekkaniżmu tal-kriptaġġ

Il-Protokoll tas-Sigurtà tas-Saff tat-Trasport Reċiproku (mTLS) għandu jintuża biex jawtentika kull server uniku li jospita kwalunkwe parti ta’ servizz web, fl-ambjenti kollha disponibbli. Meta l-entitajiet jospitaw servizzi web fuq servers differenti, għandhom jiġu pprovduti ċertifikati separati għal kull server. Iċ-ċertifikati tas-sigurtà għandhom jiġu ġġenerati u ġestiti mill-eu-LISA.

KAPITOLU 2:   Skambju ta’ profili tad-DNA

1.   Il-proprjetajiet tal-profili tad-DNA u l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti għall-iskambju tal-profili tad-DNA

L-Istati Membri għandhom jiskambjaw il-loci kollha tal-profil, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

Il-profil tad-DNA jista’ jkun fih il-pari kollha ta’ valuri disponibbli li jirrappreżentaw l-alleli tal-loci awtożomiċi, il-loci parzjali, l-ameloġenina u l-loci Y-STR.

L-ismijiet ta’ dawn il-loci jidhru fiż-żewġ tabelli li ġejjin:

(a)   Lista ta’ loci tas-Sett Standard Ewropew (ESS)

VWA

TH01

D21S11

FGA

D8S1179

D3S1358

D18S51

D1S1656

D2S441

D10S1248

D12S391

D22S1045

It-tnax-il loci huma s-Sett Standard Ewropew (ESS) preżenti kif definit fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 2009/C 296/01 (4). L-iskambju awtomatizzat ta’ profili tad-DNA għandu jikkunsidra kwalunkwe żvilupp ġdid tal-ESS.

(b)   Lista mhux eżawrjenti ta’ loci li jistgħu jiġu skambjati

Ameloġenina

Il-loci kollha ta’ Y-STR

TPOX

CSF1P0

D13S317

D7S820

D5S818

D16S539

D2S1338

D19S433

Penta D

Penta E

SE33

D6S1043

D6S474

D1S1677

D2S1776

D3S4529

D4S2408

D5S2800

D12ATA63

D14S1434

D17S1301

D20S482

D9S1122

CD4

FES

F13A1

F13B

GABA

 

 

Barra minn hekk, l-ameloġenina u l-loci Y-STR kollha jistgħu jiġu skambjati. Dawn ma jitqabblux iżda jistgħu jintużaw bħala informazzjoni addizzjonali għall-verifika forensika ta’ konkordanza.

L-Istati Membri jistgħu jisiltu u jiskambjaw kwalunkwe tip ieħor ta’ loci awtożomiċi mhux elenkat fit-tabelli. Fejn tkun disponibbli informazzjoni minn loci addizzjonali minbarra loci tal-ESS, l-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu dan meta jiskambjaw profili tad-DNA. In-numru ta’ loci li għandhom jiġu skambjati ma għandux ikun limitat.

L-Istati Membri għandhom jużaw kits tad-DNA li janalizzaw mill-inqas il-loci tal-ESS. Meta jiġi stabbilit profil, l-analiżi għandha tkopri l-loci tal-ESS kollha fis-seħħ fiż-żmien tal-analiżi.

L-ispeċifikazzjonijiet tal-iskambju tad-data għandhom jiġu definiti mill-eu-LISA.

Il-kategoriji tas-suġġetti tad-data għandhom jiġu armonizzati mal-ISO/IEC 19794–14 fejn possibbli:

—

P = persuna identifikata;

—

S = tebgħa mhux identifikata;

—

U = fdalijiet umani mhux identifikati;

—

M = persuna nieqsa;

—

K = parentela tal-persuna nieqsa.

Profil tad-DNA identifikat jikkorrispondi għall-profili ta’ “persuna identifikata” (P) u “parentela tal-persuna nieqsa” (K).

Profil tad-DNA mhux identifikat jikkorrispondi għall-profili ta’ “tebgħa mhux identifikata” (S), “fdalijiet umani mhux identifikati” (U) u “persuna nieqsa” (M).

Tabella 2

Matriċi tat-tiftix li tiddefinixxi liema tip ta’ profili tad-DNA huma mfittxija kontra xulxin

Tqabbil tal-profili tad-DNA skont il-kategorija

P

S

U

M

K

P

Iva

Iva

Iva

Iva

Nru

S

Iva

Iva

Iva

Iva

Nru

U

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

M

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

K

Nru

Nru

Iva

Iva

Nru

Il-profili ta’ parentela tal-persuna nieqsa (K) għandhom jitqabblu biss ma’ profili ta’ fdalijiet umani mhux identifikati (U) jew persuni neqsin (M).

Il-profil tal-fdalijiet umani mhux identifikati (U) għandu jitqabbel ukoll ma’ profili identifikati (P) u profili mhux identifikati (S + U + M).

2.   Standards minimi ta’ kwalità

Għat-tiftix awtomatizzat ta’ profili tad-DNA f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/982, il-profili tad-DNA kollha għandhom jitqabblu fl-ewwel tiftix awtomatizzat fil-ħin tal-konnessjoni inizjali mar-router.

Għat-tiftix awtomatizzat ta’ profili tad-DNA f’konformità mal-Artikolu 6(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2024/982, il-profili tad-DNA il-ġodda skambjati għandhom jirrispettaw l-istandards ta’ kwalità li ġejjin.

L-istandards tal-kwalità għall-profili tad-DNA identifikati huma differenzjati minn dawk għall-profili tad-DNA mhux identifikati.

L-istandards tal-kwalità japplikaw biss għall-profili tad-DNA skambjati skont ir-Regolament (UE) 2024/982 u mibgħuta mill-entitajiet rikjedenti għal skambji awtomatizzati. Dawn ma japplikawx għall-ħżin tal-profili tad-DNA fil-bażi tad-data nazzjonali.

Il-profili tad-DNA identifikati (P) għandu jkun fihom mill-inqas 10 loci awtożomiċi ddeżinjati b’mod sħiħ inkluż 8 loci tal-ESS u 2 loci addizzjonali ddeżinjati b’mod sħiħ.

Il-profili tad-DNA mhux identifikati (S, U u M) għandu jkun fihom mill-inqas 6 loci awtożomiċi ddeżinjati b’mod sħiħ. Il-profili tad-DNA mhux identifikati ma għandux għalfejn ikun fihom xi numru minimu ta’ loci tal-ESS.

Il-profili tad-DNA li ma jirrispettawx l-istandards tal-kwalità ma jistgħux jintbagħtu għat-tqabbil. Madankollu, dawn jistgħu jsiru disponibbli għat-tqabbil mal-profili riċevuti mill-entitajiet rikjedenti. Lista ta’ entitajiet li jużaw din il-possibbiltà għandha tiġi inkluża fil-manwal ta’ Prüm.

Sabiex tiżdied il-preċiżjoni tal-konkordanzi, l-alleli kollha disponibbli għandhom jinħażnu fil-bażi tad- data tal-profili tad-DNA bl-indiċijiet u jintużaw għat-tiftix u t-tqabbil. Kull Stat Membru għandu jimplimenta mill-aktar fis prattikament possibbli kull ESS ta’ loci ġdid adottat mill-UE.

Valuri tal-alleli rari jfissru valuri eżistenti li jinsabu barra mill-iskala definita minn qabel tal-KIT tad-DNA. Dawn il-valuri eżistenti għandhom jiġu kondiviżi bħala tali mingħajr ma jiġu ttrasformati f’wild card (*).

Profili mħallta mhumiex permessi. Il-valuri tal-alleli ta’ kull locus jikkonsistu f’żewġ valuri biss, li jistgħu jkunu l-istess fil-każ ta’ omożigożità f’locus partikolari.

Għall-ordni tal-valuri tal-alleli ta’ locus, allel b’valur aktar baxx għandu jitqiegħed fl-ewwel pożizzjoni u l-ogħla wieħed fit-tieni pożizzjoni. Il-valuri għall-mikrovarjanti tal-alleli għandhom jiġu separati b’punt.

F’locus parzjali, l-ispazji vojta (blanks) għandhom jitħallew kif inhuma, jiġifieri mingħajr sostitut.

Il-wild cards u l-mikrovarjanti għandhom jiġu trattati billi jintużaw ir-regoli li ġejjin:

—

Wild card ma tistax tissostitwixxi valur nieqes jew “spazju vojt” fi profili tad-DNA.

—

Aktar minn wildcard waħda tista’ tintuża fi profil tad-DNA.

—

Għandha tiġi implimentata magna ta’ korrispondenza, sabiex iż-żewġ pożizzjonijiet tal-valuri numeriċi jiġu vverifikati, jiġifieri sabiex ikun jista’ jsir kontroll tal-permutazzjoni.

—

Kwalunkwe valur mhux numeriku tal-alleli, minbarra l-ameloġenina, huwa eskluż.

—

Valuri Tri-alleliċi: Locus ta’ valur tri-alleliku, speċjalment ta’ profil ta’ referenza, jindika l-aktar każ ta’ valur rari. Il-loci tri-alleliċi ta’ profil ta’ tebgħa jistgħu jikkontradixxu din id-dikjarazzjoni. L-ewwel allel jiġi aċċettat u żewġ alleli oħra jiġu awtomatikament konvertiti għall-esportazzjoni għal wild card (*) u mqabbla ma’ kollox. L-applikazzjonijiet fis-siti nazzjonali għandhom jagħmlu din il-konverżjoni qabel ma jiġi inkluż locus tri-alleliku fil-bażi tad-data indiċjata tad-DNA.

—

Omożigożità: Fil-każ ta’ omożigożi, spazju vojt tal-allel għandu jiġi sostitwit bl-istess valur tal-allel l-ieħor tal-locus. B’konsiderazzjoni tas-sistema CODIS, locus, eż., b’par valuri ta’ “a”, “” għandu jiġi ttrasformat f’par valuri ta’ “a”, “a” qabel ma jitqiegħed fid-database indiċjata tad-DNA għal tiftix u paragun minn Stati Membri oħra.

—

Jekk jingħata valur ta’ wild card għall-ewwel jew it-tieni allel, allura jitfittxu ż-żewġ permutazzjonijiet tal-valur numeriku mogħti għal-locus (eż. 12,* jista’ jagħti konkordanza ma’ 12,14 jew 9,12),

—

Ekwazzjonijiet ta’ Tolleranza Mikrovarjanti (ETM):

(1)

Il-mikrovarjanti ta’ Pentanukleotid (eż. Penta D u Penta E) jitqabblu skont dan li ġej:

—

x = (x-1).4, x, x.1

—

x.1 = x, x.1, x.2

—

x.2 = x.1, x.2, x.3

—

x.3 = x.2, x.3, x.4

—

x.4 = x.3, x.4, x + 1

(2)

Il-mikrovarjanti tat-trinukleotidi (eż. D22S1045) jitqabblu skont dan li ġej:

—

x = (x-1).2, x, x.1

—

x.1 = x, x.1, x.2

—

x.2 = x.1, x.2, x+1

(3)

Il-mikrovarjanti tat-tetranukleotid (il-bqija tal-loci huma fil-biċċa l-kbira tetranukleotidi) jitqabblu skont dan li ġej:

—

x = (x-1).3, x, x.1

—

x.1 = x, x.1, x.2

—

x.2 = x.1, x.2, x.3

—

x.3 = x.2, x.3, x + 1.

3.   Regoli ta’ konkordanza (numru minimu ta’ loci)

It-tqabbil ta’ żewġ profili tad-DNA għandu jsir abbażi tal-loci li għalihom, f’mill-inqas profil wieħed tad-DNA, ikun disponibbli par ta’ valuri tal-alleli. Għal żewġ profili li fihom l-istess locus ikun parzjalment mimli, dan il-locus parzjali ma għandux jitqabbel b’mod konġunt.

Locus denominat b’mod sħiħ għandu jkun fih valuri numeriċi jew wildcard u ma għandu jkun fih l-ebda spazju vojt li jissostitwixxi spazji analitiċi.

Il-valur tal-għadd tal-konkordanza għandu jiġi kkalkolat mill-konkordanzi bejn żewġ loci deżinjati b’mod sħiħ. Id-diskrepanzi fuq loci denominat b’mod sħiħ u fuq locus parzjali għandhom jingħaddu għall-esklużjoni. Il-locus parzjali għandu jiġi kondiviż bħala informazzjoni addizzjonali għall-verifika forensika ta’ konkordanza, sabiex jiġi ddeterminat in-numru ta’ diskrepanzi u sabiex jiġu esklużi pożittivi foloz.

3.1.   Regoli ta’ konkordanza awtomatizzata regolari

Ir-regoli regolari ta’ konkordanza awtomatizzat japplikaw għat-tfittxija bil-profili tad-DNA ta’ “persuna identifikata” (P), “tebgħa mhux identifikata” (S), “fdalijiet umani mhux identifikati” (U) u “persuna nieqsa” (M).

Konkordanza sħiħa (Kwalità 1) hija definita bħala waħda fejn ċertu numru ta’ loci numeriċi denominati b’mod sħiħ (esklużi l-ameloġenina u l-loci Y-STR) ikunu identiċi, u l-valuri alleli kollha tal-loci mqabbla (loci denominat b’mod sħiħ u parzjali) li jinsabu b’mod komuni fil-profili tad-DNA rikjedenti u rikjesti jkunu l-istess.

Kważi konkordanza (Kwalità 2, 3 u 4) hija definita bħala konkordanza, fejn il-valur ta’ wieħed biss mill-alleli kollha mqabbla jkun differenti fiż-żewġ profili tad-DNA. Kważi konkordanza jikkonsisti fi tliet kategoriji b’differenza ta’ wildcard, mikrovarjant jew valur numeriku differenti ieħor.

L-ewwel wildcard li wieħed jiltaqa’ magħha titqies bħala differenza. Il-wild card(s) l-oħra għandhom jitqiesu biss f’każ li l-loci korrispondenti li jkun fihom il-wildcard(s) ulterjuri ma jkunux preżenti fil-profil li għandu jitqabbel.

Ir-raġuni għal kważi konkordanza tista’ tkun:

—

żball tal-ittajpjar uman fil-punt tal-iskrizzjoni ta’ wieħed mill-profili tad-DNA fir-rikjesta għal tiftix jew fil-bażi tad-data tad-DNA,

—

żball fid-determinazzjoni tal-allel jew fis-sejħa tal-allel matul il-proċedura tal-ġenerazzjoni tal-profil tad-DNA.

—

Telf ta’ loci jew ta’ alleli li jirriżulta minn kampjuni degradati ta’ DNA jew mutazzjoni,

—

l-użu ta’ metodu ta’ analiżi differenti,

—

pożittiv falz, xi profili mhumiex rilevanti minħabba valur diskriminatorju baxx.

Hemm erba’ livelli ta’ kwalità ta’ konkordanza definiti:

—

Kwalità ta’ konkordanza 1 (tqabbil eżatt/sħiħ): tqabbil ta’ mill-inqas 6 loci deżinjati b’mod sħiħ mal-istess valuri numeriċi tal-alleli kollha mqabbla fiż-żewġ profili tad-DNA filwaqt li ma tiġi aċċettata l-ebda differenza fi kwalunkwe valur addizzjonali;

—

Kwalità ta’ konkordanza 2 (kważi konkordanza/wild card): konkordanza ta’ mill-inqas 6 loci numeriċi magħżula b’mod sħiħ li jaċċettaw wild card waħda jew aktar għas-sostituzzjoni ta’ valur rari ta’ allel li huwa permess flimkien mas-6 loci deżinjati b’mod sħiħ (6 sħaħ+ > = wild card 1);

—

Kwalità ta’ Konkordanza 3 (kważi konkordanza/mikrovarjant): konkordanza ta’ mill-inqas 6 loci numeriċi deżinjati sħaħ li jaċċettaw differenza waħda fil-każ ta’ mikrovarjant li hija permessa flimkien mas-6 loci deżinjati b’mod sħiħ (6 sħaħ + mikrovarjant 1);

—

Kwalità ta’ Konkordanza 4 (kważi konkordanza/diskrepanza): konkordanza ta’ mill-inqas 8 loci numeriċi deżinjati b’mod sħiħ li jaċċettaw differenza waħda (għajr wild card jew mikrovarjant) li hija permessa flimkien mat-8 loci deżinjati b’mod sħiħ (8 sħaħ + differenza waħda). Huwa permess valur ta’ differenza wieħed biss f’allel wieħed ta’ locus wieħed.

L-entitajiet jistgħu jiddeċiedu liema livelli ta’ kwalità jridu jivverifikaw. L-interfaċċa tal-utent tal-magna tat-tqabbil tista’ tiġi kkonfigurata biex turi biss il-livelli tal-kwalità tat-tqabbil li l-entità trid tivverifika.

Żewġ valuri ta’ differenza f’żewġ loci differenti jew fl-istess loci ta’ profil tad-DNA jirriżultaw f’ebda konkordanza.

Tabella 3

Deskrizzjoni tal-livelli ta’ kwalità ta’ konkordanza

 

 

Locus 1

Locus 2

Locus 3

Locus 4

Locus 5

Locus 6

Locus 7

Locus 8

Locus 9

Sitwazzjoni

Eżitu

Allel 1

Allel 2

Allel 1

Allel 2

Allel 1

Allel 2

Allel 1

Allel 2

Allel 1

Allel 2

Allel 1

Allel 2

Allel 1

Allel 2

Allel 1

Allel 2

Allel 1

Allel 2

konkordanza ta’ locus 1

Nuqqas ta’ konkordanza

≡

≡

≠

≠

≠

≠

≠

≠

≠

≠

≠

≠

 

 

 

 

 

 

Konkordanza ta’ 2 loci

Nuqqas ta’ konkordanza

≡

≡

≡

≡

≠

≠

≠

≠

≠

≠

≠

≠

 

 

 

 

 

 

Konkordanza ta’ 3 loci

Nuqqas ta’ konkordanza

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≠

≠

≠

≠

≠

≠

 

 

 

 

 

 

Konkordanza ta’ 4 loci

Nuqqas ta’ konkordanza

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≠

≠

≠

≠

 

 

 

 

 

 

Konkordanza ta’ 5 loci

Nuqqas ta’ konkordanza

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≠

≠

 

 

 

 

 

 

> = konkordanza ta’ 6 loci & > = nuqqas ta’ kondordanza sħiħa 1

Nuqqas ta’ konkordanza

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≠

≠

 

 

 

 

konkordanza ta’ 6 loci & > = nuqqas ta’ kondordanza ta’ allel 1

Nuqqas ta’ konkordanza

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≠

Ø

 

 

 

 

konkordanza ta’ 6 loci & > = nuqqas ta’ kondordanza ta’ allel waħda

Nuqqas ta’ konkordanza

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≠

 

 

 

 

konkordanza ta’ 7 loci & > = nuqqas ta’ kondordanza ta’ allel waħda

Nuqqas ta’ konkordanza

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≠

 

 

konkordanza ta’ 7 loci & > = nuqqas ta’ kondordanza ta’ allel 1

Nuqqas ta’ konkordanza

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≠

Ø

 

 

>= konkordanza ta’ 6 loci

Konkordanza ta’ kwalità 1

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

 

 

 

 

 

 

>= konkordanza ta’ 6 loci & > = kondordanza ta’ allel 1

Konkordanza ta’ kwalità 1

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

Ø

 

 

 

 

>= konkordanza ta’ 6 loci & >= wildcard ta’ allel 1

Konkordanza ta’ kwalità 2

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

*

 

 

 

 

>= konkordanza ta’ 6 loci & = differenza ta’ mikrovarjant ta’ allel 1

Konkordanza ta’ kwalità 3

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

n.x-1 n.x+1

 

 

 

 

>= konkordanza ta’ 8 loci & > = nuqqas ta’ kondordanza ta’ allel 1

Konkordanza ta’ kwalità 4

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≠

>= konkordanza ta’ 8 loci & = nuqqas ta’ kondordanza ta’ allel 1

Konkordanza ta’ kwalità 4

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≡

≠

Ø


Tifsira

≡

indaqs

≠

differenti

Ø

vojt/null

*

wildcard

n.x-1 n.x+1

differenza tal-mikrovarjanti

3.2.   Regoli ta’ konkordanza għall-konkordanza ta’ parentela

L-entitajiet jistgħu jagħżlu li jimplimentaw il-konkordanza ta’ parentela. Il-lista ta’ entitajiet li jimplimentaw il-konkordanza ta’ parentela għandha tiġi inkluża fil-manwal ta’ Prüm.

Għall-konkordanza ta’ parentela, it-tfittxijiet għandhom jiġu pproċessati permezz ta’ proċedura semiawtomatizzata.

Il-kunċett ta’ konkordanza ta’ parentela huwa bbażat fuq l-użu ta’ siġra ġenealoġika.

Il-profil ta’ parentela tal-persuna nieqsa fih esklussivament il-profili tal-ġenituri tal-persuna nieqsa, tat-tfal tal-persuna nieqsa, tal-ġenitur l-ieħor tat-tfal tal-persuna nieqsa, jew tal-aħwa tal-persuna nieqsa. It-tip ta’ relazzjoni għandha tiġi kondiviża fit-tfittxijiet.

3.2.1.   Profil ta’ parentela bbażat fuq profil wieħed

Il-profil ta’ parentela jista’ jkun fih profil wieħed, jew ta’ ġenitur bijoloġiku jew ta’ wild bijoloġiku, b’mill-inqas 15-il loci deżinjati b’mod sħiħ. Jista’ jkun fih ukoll loci Y-STR u mtDNA għall-verifika forensika.

Il-limitu ta’ tqabbil għandu jkun tqabbil ta’ 15-il loci deżinjati b’mod sħiħ. Minbarra l-valur tal-għadd tal-konkordanza, l-entità rikjedenti tista’ tikkalkula u tuża l-proporzjon tal-probabbiltà għal ipproċessar ulterjuri.

3.2.2.   Profil ta’ parentela bbażat fuq żewġ profili jew aktar

Il-profil ta’ parentela jista’ jkun fih mill-inqas żewġ profili jew aktar fil-kombinazzjonijiet possibbli li ġejjin:

(1)

Missier bijoloġiku + omm bijoloġika

(2)

Missier jew omm bijoloġiċi + wild bijoloġiku

(3)

Wild bijoloġiku + il-ġenitur bijoloġiku l-ieħor ta’ dan il-wild

(4)

Tifel bijoloġiku + tifel bijoloġiku ieħor

(5)

Missier bijoloġiku jew omm + aħwa bijoloġiċi

(6)

Aħwa bijoloġiċi + tfal bijoloġiċi

(7)

Aħwa bijoloġiċi + aħwa bijoloġiċi oħra

Tabella 4

Viżwalizzazzjoni tal-kombinazzjonijiet kollha possibbli

Image 1

Il-profil ta’ parentela bbażat fuq żewġ profili għandu jkun fih mill-inqas 15-il loci denominati b’mod sħiħ. Jista’ jkun fih ukoll loci Y-STR u mtDNA għall-verifika forensika.

Il-limitu ta’ konkordanza għandu jkun tqabbil ta’ 15-il loci deżinjat b’mod sħiħ. Minbarra l-valur tal-għadd tal-konkordanza, l-entità rikjedenti tista’ tikkalkula u tuża l-proporzjon tal-probabbiltà għal ipproċessar ulterjuri.

Din il-konkordanza ta’ parentela ma tapplikax għal “tewmin monożigotiċi” peress li l-profil tat-tewmin identiku għandu jintuża direttament bħala l-profil tal-persuna nieqsa.

Il-konkordanza ta’ parentela tapplika biss f’dawn l-erba’ każijiet speċifiċi:

—

Fdalijiet umani mhux identifikati (U) imqabbel ma’ parentela ma’ persuna nieqsa (K)

—

Parentela ta’ persuna nieqsa (K) imqabbel ma’ fdalijiet umani mhux identifikati (U)

—

Persuna nieqsa (M) imqabbla ma’ parentela ta’ persuna nieqsa (K)

—

Parentela ta’ persuna nieqsa (K) imqabbla ma’ persuna nieqsa (M)

It-tqabbil tal-profili tal-persuni neqsin fil-parentela (K) għandu jkun limitat għall-fdalijiet umani mhux identifikati (U) u għall-persuni neqsin (M) biss.

Il-profil tal-fdalijiet umani mhux identifikati (U) u l-profil tal-persuna nieqsa (M) jistgħu jitqabblu mal-profili tal-persuni nieqsa ta’ parentela (K) meta l-Istat Membru rikjest ikun adotta l-leġiżlazzjoni nazzjonali meħtieġa.

Il-profil ta’ parentela ta’ persuna nieqsa (K) jista’ jitqabbel ma’ profili ta’ fdalijiet umani mhux identifikati (U) jew profil ta’ persuna nieqsa (M) fejn l-Istat Membru rikjest ikun adotta l-leġiżlazzjoni nazzjonali meħtieġa.

4.   Regoli ta’ rappurtar

Il-konkordanzi u l-kwalitajiet korrispondenti kif ukoll informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ konkordanza għandhom jiġu ġġenerati mis-sistema tal-entitajiet rikjesta u rrapportati lill-entità rikjedenti fi proċedura awtomatizzata permezz tar-router. Ir-rapport ta’ konkordanza jista’ jinkludi l-proporzjon tal-probabbiltà kkalkulat. Ir-rapport ta’ konkordanza għandu jintbagħat lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali rikjedenti. Ir-rapport ta’ konkordanza għandu jkun disponibbli wkoll għall-punt ta’ kuntatt nazzjonali mitlub, sabiex ikun jista’ jistma n-natura u l-għadd ta’ talbiet ta’ segwitu possibbli għal aktar data personali disponibbli u informazzjoni oħra assoċjata mal-profil tad-DNA li jikkorrispondi għall-konkordanza kkonfermata.

L-entitajiet rikjedenti ma għandhomx jirreġistraw profili tad-DNA riċevuti mill-entitajiet rikjesti fil-bażi tad-data nazzjonali tagħhom tal-profili tad-DNA. L-entitajiet rikjedenti jistgħu jirreġistraw il-profil tad-DNA riċevut minn entità rikjesta biss bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Istat Membru li jkun ipprovda d-data f’konformità mal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) 2024/982.

5.   Konferma tal-konkordanza

Hija biss l-entità li tixtieq tikseb is-sett ta’ data ewleni li hija meħtieġa tirrieżamina u tikkonferma konkordanza manwalment.

Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-entitajiet rikjedenti u dawk rikjesti jistgħu jikkuntattjaw lil xulxin direttament għall-verifika forensika.

L-entità li tipprovdi d-data ewlenija tista’ tirrieżamina manwalment il-konkordanza f’każ li profili oħra tad-DNA li jikkorrispondu għall-istess persuna jiġu rreġistrati fil-bażi tad-data nazzjonali. Jekk verifika forensika tikkonkludi li profil tad-DNA ieħor li jikkorrispondi għall-istess persuna fih loci addizzjonali li ma jikkonfermawx il-konkordanza, l-entità għandha tinforma lill-Istat Membru rikjedenti u ma għandhiex tibgħat id-data ewlenija.

Għal konkordanzi ta’ 8 loci jew aktar iddeżinjati sħaħ irrispettivament mil-livell ta’ kwalità tal-konkordanza, it-talba għal data ewlenija għandha tinkludi:

(1)

Konferma tar-rieżami manwali tal-konkordanza minn membru kkwalifikat tal-persunal f’konformità mal-Artikolu 6(6) u (7) tar-Regolament (UE) 2024/982

(2)

Deskrizzjoni tal-fatti u indikazzjoni tar-reat sottostanti f’konformità mal-Artikolu 47(1)(c) tar-Regolament (UE) 2024/982

Għal konkordanzi ta’ 6 jew 7 loci deżinjati b’mod sħiħ irrispettivament mil-livell ta’ kwalità tal-konkordanza, l-entità rikjedenti għandha twettaq analiżi addizzjonali tal-profil tad-DNA jekk ikun possibbli.

Jekk analiżi addizzjonali tal-profil tad-DNA ma tkunx fattibbli, it-talba għal data ewlenija għandha tinkludi:

(1)

Konferma tar-rieżami manwali tal-konkordanza minn membru kkwalifikat tal-persunal f’konformità mal-Artikolu 6(6) u (7) tar-Regolament (UE) 2024/982

(2)

Deskrizzjoni tal-fatti u indikazzjoni tar-reat sottostanti f’konformità mal-Artikolu 47(1)(c) tar-Regolament (UE) 2024/982

(3)

Konferma li laboratorju akkreditat forensiku vverifika l-konkordanza (immarka l-kaxxa Iva/Le)

(4)

L-isem tal-laboratorju forensiku akkreditat

(5)

L-isem tal-kit(ijiet) tad-DNA użat(i) għall-analiżi tal-profil tad-DNA, il-lista tal-valuri tal-alleli konkordanti kkonfermati mhux kondiviżi fl-iskambju awtomatizzat u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mhux kondiviża fl-iskambju awtomatizzat.

It-talba għal data ċentrali tista’ tinkludi wkoll l-elettrofonogramma u l-proporzjon tal-probabbiltà kkalkolat.

KAPITOLU 3   Skambju ta’ data dattiloskopika

1.   Standards minimi ta’ kwalità

Id-data dattiloskopika għandu jkollha riżoluzzjoni minima ta’ 500dpi.

Algoritmu tal-kompressjoni tal-immaġni għal immaġnijiet ta’ 500dpi huwa Wavelet Scalar Quantisation (WSQ) bi proporzjon massimu tal-kompressjoni tal-immaġni ta’ 1:15.

Il-format tal-kompressjoni tal-immaġni għal immaġnijiet ta’ 1 000 dpi huwa JPEG2000.

L-immaġni ta’ data dattiloskopika għandha tkun rikonoxxibbli mill-kodifikatur bħala immaġni ta’ data dattiloskopika.

Marki tas-swaba’ latenti u marki tal-pala tal-id latenti għandhom ikunu ta’ kwalità suffiċjenti biex jippermettu estrazzjoni ta’ mill-inqas 6 dettalji żgħar.

Is-settijiet ta’ 10 marki tas-swaba’ għandu jkollhom is-sekwenza korretta mingħajr swaba’ duplikati fis-sett.

2.   Standards Ewropej jew internazzjonali rilevanti għall-iskambju ta’ data dattiloskopika

Id-data dattiloskopika għandha tiġi ttrasferita f’fajl kontenitur NIST. Il-fajl NIST għandu jkun fih oqsma relatati ma’ data dattiloskopika u oqsma oħra għal data alfanumerika, iżda ma għandux ikun fih oqsma relatati ma’ immaġnijiet tal-wiċċ.

L-ispeċifikazzjonijiet tal-kontenitur tal-NIST għandhom jiġu definiti mill-eu-LISA u bbażati fuq implimentazzjoni tal-INTERPOL. L-eu-LISA għandha tadatta l-formati eżistenti tal-fajls tal-NIST u għandha tappoġġa formati ġodda tal-fajls tal-NIST biex tiżgura l-kompatibbiltà tar-router mal-bidliet fl-istandards rispettivi.

Il-format tal-fajl NIST għandu jiġi vverifikat mill-entitajiet u jgħaddi mingħajr żbalji.

L-eu-LISA għandha tipprovdi għodda ta’ validatur tal-NIST lill-entitajiet kollha sabiex jivverifikaw l-implimentazzjoni korretta tal-għodda tagħhom għall-ħolqien tal-NIST fis-Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba’ (AFIS) nazzjonali tagħhom.

3.   Speċifikazzjonijiet għat-tfittxijiet ta’ data dattiloskopika

It-tfittxija għal data dattiloskopika fiha tmien operazzjonijiet possibbli:

L-entitajiet kollha għandhom jimplimentaw l-erba’ operazzjonijiet li ġejjin:

—

TP/TP: Tiftix ta’ 10 marki tas-swaba’ imqabbel ma’ 10 marki tas-swaba’;

—

LT/TP: Tiftix ta’ marki tas-swaba’ latenti imqabbla mal-għaxar marki tas-swaba’;

—

TP/LT: Tiftix tal-10 marki tas-swaba’ imqabbla mal-marki tas-swaba’ latenti;

—

LT/LT: Marki tas-swaba’ latenti imqabbla ma’ tiftix tal-marki tas-swaba’ latenti.

L-entitajiet jistgħu jimplimentaw l-erba’ operazzjonijiet l-oħra li ġejjin:

—

PP/PP: Tiftix permezz ta’ marka tal-pala tal-id għal marka tal-pala tal-id;

—

LP/PP: Tiftix ta’ marka misjuba ta’ pala ta’ id imqabbel ma’ marka ta’ pala ta’ id;

—

PP/LP: Tiftix ta’ marki tal-pala tal-id imqabbel ma’ marki tal-pala tal-id moħbija;

—

LP/LP: Tiftix ta’ marka misjuba ta’ pala ta’ id imqabbel ma’ marka ta’ pala ta’ id.

Għal kull operazzjoni ta’ tfittxija ta’ data dattiloskopika, l-entità rikjedenti tista’ tispeċifika għadd ta’ kandidati għal kull operazzjoni ta’ risposta.

In-numru massimu ta’ kandidati għal kull operazzjoni ta’ risposta ma jistax ikun ogħla minn 10.

Il-kandidati għandhom jiġu kklassifikati f’lista, b’mod awtomatizzat, skont il-punteġġi korrispondenti tagħhom mill-entità rikjesta.

Il-lista tal-kandidati għandu jkun fiha mill-inqas marka tas-swaba’ waħda, marka tal-pala tal-id waħda jew marka latenti waħda għal kull kandidat.

Għal operazzjoni minn għaxar marki tas-swaba’ għal għaxar marki tas-swaba’, l-entità rikjesta għandha tirritorna lill-kandidati, sal-għadd massimu indikat mill-entità rikjedenti, li jkun fih sett sħiħ ta’ għaxar marki ta’ swaba’ ta’ immaġnijiet tal-marki tas-swaba’ għal kull kandidat. L-immaġnijiet relatati tal-marki tal-pala tal-id ma għandhomx jiġu pprovduti.

Għal operazzjoni minn marka tal-pala tal-id mqabbla ma’ pala tal-id, l-entità rikjesta tista’ tirritorna l-kandidati, sal-għadd massimu indikat mill-entità rikjedenti, li jkun fih l-immaġnijiet tal-marki tal-pala tal-id disponibbli għal kull kandidat. Il-marka tal-pala tal-id li tkun ipprovdiet l-ogħla punteġġ ta’ tqabbil għandha tkun immarkata b’mod ċar. L-immaġnijiet tal-marki tas-swaba’ relatati ma għandhomx jiġu pprovduti.

Għal operazzjoni marka tas-swaba’ latenti mqabbla ma’ għaxar marki tas-swaba’, l-entità rikjesta għandha tirritorna l-kandidati, sal-għadd massimu indikat mill-entità li tagħmel it-talba, li jkun fih is-sett ta’ għaxar marki ta’ immaġini ta’ marki tas-swaba’ disponibbli għal kull kandidat. Il-marki tas-swaba’ fis-sett ta’ għaxar marki tas-swaba’ li pprovda l-ogħla punteġġ ta’ tqabbil għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar. Jekk is-sett ta’ għaxar marki tas-swaba’ ma jkunx disponibbli, il-marki tas-swaba’ li jaqblu għandhom jiġu rritornati. Id-dettalji tal-implimentazzjoni għandhom jiġu pprovduti mill-eu-LISA. L-immaġnijiet relatati tal-marki tal-pala tal-id ma għandhomx jiġu pprovduti.

Għal operazzjoni tal-marka ta’ pala tal-id latenti mqabbla ma’ marka tal-pala tal-id, l-entità rikjesta tista’ tirritorna l-kandidati, sal-għadd massimu indikat mill-entità rikjedenti, li jkun fih l-immaġnijiet tal-marki tal-pala tal-id disponibbli għal kull kandidat. Il-marka tal-pala tal-id li tkun ipprovdiet l-ogħla punteġġ ta’ tqabbil għandha tkun immarkata b’mod ċar. L-immaġnijiet tal-marki tas-swaba’ relatati ma għandhomx jiġu pprovduti.

Għal operazzjoni ta’ għaxar marki tas-swaba’ ma’ marki tas-swaba’ latenti, l-entità rikjesta għandha tirritorna l-kandidati, sal-għadd massimu indikat mill-entità rikjedenti, li jkun fih l-immaġnijiet tal-marki tas-swaba’ latenti disponibbli għal kull kandidat. Il-marka tas-swaba’ latenti li tkun ipprovdiet l-ogħla punteġġ ta’ konkordanza għandha tkun immarkata b’mod ċar.

Għal operazzjoni ta’ marka tal-pala tal-id imqabbla ma’ marka tal-pala tal-id latenti, l-entità rikjesta tista’ tirritorna l-kandidati, sal-għadd massimu indikat mill-entità rikjedenti, li jkun fih l-immaġnijiet tal-marka tal-pala tal-id latenti disponibbli għal kull kandidat. Il-marka latenti tal-pala tal-id li tkun ipprovdiet l-ogħla punteġġ ta’ tqabbil għandha tkun immarkata b’mod ċar.

Għal operazzjoni ta’ marka tas-swaba’ latenti imqabbla ma’ marka tas-swaba’ latenti, jew marka tas-swaba’ jew marka tal-pala tal-id, l-entità rikjesta għandha tirritorna lill-kandidati, sal-għadd massimu indikat mill-entità rikjedenti, li jkun fih l-immaġnijiet ta’ marki latenti disponibbli għal kull kandidat. Il-marki tas-swaba’ latenti li pprovda l-ogħla punteġġ ta’ tqabbil għandu jkun immarkat b’mod ċar.

L-entità rikjedenti tista’ tispeċifika indikatur prijoritarju għal kull operazzjoni, kif definit fl-istandard tal-NIST. Jekk indikatur ta’ prijorità ma jkunx speċifikat, l-operazzjoni għandha titqies fl-inqas prijorità.

L-entità rikjesta tiddeċiedi kif teżegwixxi l-indikatur ta’ prijorità.

It-tipi ta’ operazzjonijiet implimentati minn kull entità għandhom jiġu speċifikati fil-manwal prattiku ta’ Prüm II, li għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) 2024/982.

4.   Kwoti ta’ operazzjonijiet (numri massimi ta’ operazzjonijiet aċċettati)

Kull entità rikjesta għandha tiddefinixxi għal kull entità rikjedenti kwota massima ta’ kuljum ta’ operazzjonijiet ta’ data dattiloskopika għat-tipi ta’ operazzjonijiet li ġejjin li jkopru kemm il-marki tas-swaba’ kif ukoll il-marki tal-pala tal-id:

—

Tiftix ta’ marki tas-swaba’ mqabbla ma’ marki tas-swaba’ (TP/TP; PP/PP)

—

Tiftix ta’ marki tas-swaba’ latenti mqabbla ma’ marki tas-swaba’ (LT/TP; LP/PP)

—

Tiftix ta’ marki tas-swaba’ mqabbla ma’ marki tas-swaba’ latenti (TP/LT; PP/LP)

—

Tiftix ta’ marki tas-swaba’ latenti mqabbla marki tas-swaba’ latenti (LT/LT; LP/LP)

Kull entità għandha żżomm lill-entitajiet l-oħra, lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni infurmati dwar il-kwoti massimi għal kull tip ta’ operazzjoni. L-Istati Membri jew l-Europol jistgħu jżidu b’mod temporanju jew permanenti dawk il-kapaċitajiet ta’ tfittxija fi kwalunkwe mument, inkluż f’każ ta’ urġenza.

L-entità rikjesta tista’ tirrifjuta operazzjoni jekk din taqbeż il-kwota definita mill-entità rikjesta. L-entità rikjedenti għandha tiġi infurmata b’dan ir-rifjut permezz tar-router.

5.   Distribuzzjoni ta’ kapaċitajiet ta’ tiftix mhux użati

L-entità rikjesta tista’ tqassam mill-ġdid l-operazzjonijiet ta’ kuljum tagħha mhux użati lil entitajiet oħra b’mod manwali jew awtomatizzat.

Ir-router għandu jipprevedi operazzjoni minn sistema għal sistema li tippermetti li ssir tfittxija regolari u awtomatika fl-istatus f’ħin reali tat-operazzjonijiet imwettqa matul jum bl-operazzjonijiet li jifdal sal-kwota massima.

KAPITOLU 4   Skambju ta’ immaġnijiet tal-wiċċ

1.   Standards tal-kwalità minimi

L-immaġni tal-wiċċ ittrasferita għandu jkun fiha wiċċ wieħed biss. L-immaġni ma għandux ikun fiha aktar minn wiċċ wieħed jew l-ebda wiċċ biex jiġi evitat kwalunkwe rifjut jew żball.

L-immaġni tal-wiċċ għandha tiġi pproċessata minn qabel, fejn possibbli, biex jintwera biss wiċċ wieħed.

L-immaġni tal-wiċċ għandu jkollha riżoluzzjoni u kwalità tal-immaġni suffiċjenti biex tintuża fit-tqabbil bijometriku awtomatizzat. Il-proprjetajiet meħtieġa tal-immaġni tal-wiċċ għandhom jiġu definiti mill-eu-LISA.

L-immaġnijiet tal-wiċċ għandhom jiġu kkompressati bi standards ta’ kompressjoni tal-immaġni u sistema ta’ kodifikazzjoni JPG (ISO/IEC 10918), JPEG 2000 (ISO/IEC 15444-1) jew PNG (ISO/IEC 15948 Portable Network Graphics).

L-immaġnijiet tal-wiċċ għandhom jintużaw hekk kif jinħażnu fil-bażijiet tad-data tal-entitajiet. It-tnaqqis fl-iskala huwa permess biss meta l-fajl tal-NIST li jirriżulta jaqbeż id-daqs massimu tal-fajl speċifikat mill-eu-LISA.

L-immaġni mugshot frontali ta’ persuna użata għal tfittxija awtomatizzata għandu jkollha distanza minima ta’ 60 pixels bejn l-għajnejn.

L-istandard minimu ta’ kwalità ma japplikax għall-immaġnijiet tal-wiċċ maħżuna fil-bażi tad-data nazzjonali. Dan japplika biss għall-immaġnijiet tal-wiċċ użati mill-entità rikjedenti biex tfittex fil-bażi tad-data tal-entità rikjesta.

2.   Standards Ewropej jew internazzjonali rilevanti għall-iskambju tal-immaġnijiet tal-wiċċ

Id-data ta’ referenza tal-immaġni tal-wiċċ għandha tiġi ttrasferita f’kontenitur tal-fajl tal-NIST. Il-fajl tal-NIST għandu jkun fih oqsma relatati ma’ immaġnijiet tal-wiċċ u oqsma oħra għal data alfanumerika, iżda ma għandux ikun fih oqsma relatati ma’ data dattiloskopika.

L-ispeċifikazzjonijiet tal-kontenitur tal-NIST għandhom jiġu definiti mill-eu-LISA u bbażati fuq implimentazzjoni tal-INTERPOL. L-eu-LISA għandha tadatta l-formati eżistenti tal-fajls tal-NIST u għandha tappoġġa formati ġodda tal-fajls tal-NIST biex tiżgura l-kompatibbiltà tar-router mal-bidliet fl-istandards rispettivi.

Il-format tal-fajl NIST għandu jiġi vverifikat mill-entitajiet u jgħaddi mingħajr żbalji.

L-eu-LISA għandha tipprovdi għodda ta’ validatur tal-NIST lill-entitajiet kollha sabiex jivverifikaw l-implimentazzjoni korretta tal-għodda ta’ ħolqien tal-NIST tagħhom fil-bażi tad-data nazzjonali tagħhom tal-immaġnijiet tal-wiċċ.

3.   Speċifikazzjonijiet għat-tiftix tal-immaġnijiet tal-wiċċ

L-entità rikjedenti tista’ tuża immaġnijiet tal-wiċċ minn persuni identifikati kif ukoll immaġnijiet tal-wiċċ minn persuni mhux identifikati, jew fil-forma ta’ immaġni mugshot jew immaġni traċċa. L-immaġni tal-wiċċ tista’ tkun immaġni frontali, semi profil jew immaġni tal-profil.

Operazzjoni ta’ tfittxija għandu jkun fiha immaġni tal-wiċċ waħda biss.

It-tfittxija tal-immaġni tal-wiċċ fiha erba’ operazzjonijiet possibbli: (i) immaġnijiet mugshot imqabbla ma’ immaġnijiet mugshot; (ii) immaġnijiet traċċa mqabbla ma’ immaġnijiet mugshot; (iii) immaġnijiet mugshot imqabbla ma’ immaġnijiet traċċa; (iv) immaġnijiet traċċa imqabbla ma’ immaġnijiet traċċa.

L-entitajiet kollha għandhom jimplimentaw l-operazzjonijiet li ġejjin:

—

Tiftix ta’ immaġnijiet mugshot imqabbla ma’ immaġnijiet mugshot

—

Tiftix ta’ immaġnijiet traċċa mqabbla ma’ immaġnijiet mugshot

L-entitajiet jistgħu jimplimentaw ukoll iż-żewġ operazzjonijiet li ġejjin:

—

Tiftix ta’ immaġnijiet mugshot imqabbla ma’ immaġnijiet traċċa

—

Tiftix ta’ immaġnijiet traċċa mqabbla ma’ immaġnijiet traċċa

Għal kull operazzjoni ta’ tfittxija fl-immaġni tal-wiċċ, l-entità rikjedenti tista’ tispeċifika għadd ta’ kandidati għal kull operazzjoni ta’ risposta. In-numru massimu ta’ kandidati għal kull operazzjoni ta’ risposta, irritornati minn entità rikjesta, ma jistax ikun ogħla minn 30. F’każijiet eċċezzjonali, entità rikjedenti tista’ titlob sa 100 kandidat għal kull operazzjoni ta’ tweġiba. Se jkun f’idejn l-entità li tagħmel it-talba li tivvaluta jekk iseħħux ċirkostanzi eċċezzjonali.

Il-lista tal-kandidati għandu jkun fiha l-għadd ta’ kandidati speċifikati mill-entità rikjedenti sa fejn ikun appoġġat mill-kapaċitajiet tekniċi tal-entità rikjesta.

Il-kandidati għandhom jiġu kklassifikati f’lista, b’mod awtomatizzat, skont il-punteġġi tagħhom mill-entità rikjesta.

Il-lista tal-kandidati għandu jkun fiha biss data ta’ referenza tal-immaġni tal-wiċċ u mill-inqas data ta’ referenza waħda tal-immaġni tal-wiċċ għal kull kandidat. Il-fajl NIST li jkun fih id-data ta’ referenza tal-immaġnijiet tal-wiċċ jista’ jkun fih ukoll metadata rilevanti li mhijiex data personali, bħad-data u l-oriġini tal-immaġni tal-wiċċ.

Il-lista tal-kandidati jista’ jkun fiha diversi kandidati. L-immaġnijiet ta’ kandidati differenti jistgħu joriġinaw mill-istess persuna.

Kull kandidat għandu jkun f’fajl tal-NIST wieħed. Meta jkunu disponibbli diversi immaġnijiet tal-wiċċ tal-istess persuna fil-bażi tad-data tal-entità rikjesta, l-immaġnijiet kollha jistgħu jiġu inklużi fl-istess fajl tal-NIST. L-imġiba eżatta tiddependi fuq il-konfigurazzjoni tas-sistema użata mill-entità rikjesta.

L-entità rikjedenti tista’ tispeċifika indikatur prijoritarju għal kull operazzjoni, kif definit fl-istandard NIST. Jekk indikatur ta’ prijorità ma jkunx speċifikat, l-operazzjoni għandha titqies fl-inqas prijorità.

L-entità rikjesta tiddeċiedi kif teżegwixxi l-indikatur ta’ prijorità.

It-tipi ta’ immaġnijiet tal-wiċċ (mugshot, traċċi, frontali, profil, semiprofil...) disponibbli fil-bażijiet tad-data tal-entitajiet rikjesti u t-tipi ta’ operazzjonijiet implimentati minn kull entità għandhom jiġu speċifikati fil-manwal ta’ Prüm II.

4.   Kwoti ta’ operazzjonijiet (numri massimi ta’ operazzjonijiet aċċettati)

Kull entità rikjesta għandha tiddefinixxi għal kull entità rikjedenti kwota massima ta’ kuljum ta’ operazzjonijiet tal-immaġni tal-wiċċ għal kull tip ta’ operazzjoni:

—

Tiftix ta’ immaġnijiet mugshot imqabbla ma’ immaġnijiet mugshot

—

Tiftix ta’ immaġnijiet traċċa mqabbla ma’ immaġnijiet mugshot

—

Tiftix ta’ immaġnijiet mugshot imqabbla ma’ immaġnijiet traċċa (fejn rilevanti)

—

Tiftix ta’ immaġnijiet traċċa mqabbla ma’ immaġnijiet traċċa (fejn rilevanti)

Kull entità għandha żżomm lill-entitajiet l-oħra, lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni infurmati dwar il-kwoti massimi għal operazzjoni tal-immaġni tal-wiċċ. Kull entità tista’ żżid temporanjament jew b’mod permanenti dawk il-kapaċitajiet ta’ tiftix fi kwalunkwe ħin, inkluż f’każ ta’ urġenza.

L-entità rikjesta tista’ tirrifjuta operazzjoni jekk din taqbeż il-kwota definita mill-entità rikjesta. L-entità rikjedenti għandha tiġi infurmata b’dan ir-rifjut permezz tar-router.

5.   Distribuzzjoni ta’ kapaċitajiet ta’ tiftix mhux użati

L-entità rikjesta tista’ tqassam mill-ġdid l-operazzjonijiet ta’ kuljum mhux użati tagħha lil entitajiet oħra b’mod manwali jew awtomatizzat.

Ir-router għandu jipprevedi operazzjoni minn sistema għal sistema li tippermetti li ssir tfittxija regolari u awtomatika fl-istatus f’ħin reali tat-tranżazzjonijiet imwettqa matul jum bit-tranżazzjonijiet li jifdal sal-kwota massima.


(1)  L-Eurodomain TESTA huwa network sigur, privat u mifrux mal-UE kollha li jippermetti skambju ta’ data kriptata u affidabbli bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-awtoritajiet u l-aġenziji tal-Istati Membri, speċifikament għal informazzjoni sensittiva bħal data dwar l-infurzar tal-liġi u l-ġustizzja.

(2)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2009/315/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/794/oj).

(4)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar l-iskambju tar-riżultati tal-analiżi tad-DNA (ĠU C 296, 5.12.2009, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1064/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)