European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1057

11.5.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1057

tal-5 ta’ Mejju 2026

li taħtar seba’ membri supplenti, propost mir-Repubblika tal-Portugall, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Portugiż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/71 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Pedro Alexandre ANTUNES FAUSTINO PIMPÃO DOS SANTOS, is-Sur João Maria ARANHA GRILO, u s-Sa Cristina Lasalete CARDOSO VIEIRA, u għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sur Rogério Conceição BACALHAU COELHO u s-Sur Nuno José GONÇALVES MASCARENHAS saru vakanti s-siġġijiet ta’ ħames membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Hugo Manuel DOS SANTOS MARTINS u tas-Sur José Manuel GONÇALVES bħala membri tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti.

(5)

Il-Gvern Portugiż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030: Is-Sur José Carlos DAS DORES ZORRINHO, Presidente da Câmara Municipal de Évora (Sindku ta’ Évora), is-Sur João Carlos FERREIRA VALÉRIO, Presidente da Câmara Municipal de Oliveira de Frades (Sindku ta’ Oliveira de Frades), is-Sur Inácio José LUDOVICO ESPERANÇA, Presidente da Câmara Municipal de Vila Viçosa (Sindku ta’ Vila Viçosa), is-Sur Amadeu Albertino MARQUES SOARES ALBERGARIA, Presidente da Câmara Municipal de Santa Maria da Feira (Sindku ta’ Santa Maria da Feira), is-Sur Carlos Manuel MARTINS CONDESSO, Presidente da Câmara Municipal de Figueira de Castelo Rodrigo (Sindku ta’ Rodrigo), is-Sur Pedro Miguel MOURO LOURENÇO, Presidente da Câmara Municipal de São Pedro do Sul (Sindku ta’ São Pedro do Sul), u s-Sur Hélio Jorge SIMÕES FAZENDEIRO, Presidente da Câmara Municipal de Covilhã (Sindku ta’ Covilhã),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030:

Is-Sur José Carlos DAS DORES ZORRINHO, Presidente da Câmara Municipal de Évora (Sindku ta’ Évora),

Is-Sur João Carlos FERREIRA VALÉRIO, Presidente da Câmara Municipal de Oliveira de Frades (Sindku ta’ Oliveira de Frades),

Is-Sur Inácio José LUDOVICO ESPERANÇA, Presidente da Câmara Municipal de Vila Viçosa (Sindku ta’ Vila Viçosa),

Is-Sur Amadeu Albertino MARQUES SOARES ALBERGARIA, Presidente da Câmara Municipal de Santa Maria da Feira (Sindku ta’ Santa Maria da Feira),

Is-Sur Carlos Manuel MARTINS CONDESSO, Presidente da Câmara Municipal de Figueira de Castelo Rodrigo (Sindku ta’ Figueira de Castelo Rodrigo),

Is-Sur Pedro Miguel MOURO LOURENÇO, Presidente da Câmara Municipal de São Pedro do Sul (Sindku ta’ São Pedro do Sul), u

Is-Sur Hélio Jorge SIMÕES FAZENDEIRO, Presidente da Câmara Municipal de Covilhã (Sindku ta’ Covilhã).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KERAVNOS


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/71 tal-10 ta’ Diċembru 2024 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030 (ĠU L, 2025/71, 16.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/71/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1057/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)