|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1036 |
8.5.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1036
tas-7 ta’ Mejju 2026
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus velezensis CECT 5940 bħala addittiv fl-għalf għall-pollam għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni: Evonik Operations GmbH), li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1395 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus velezensis CECT 5940 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u mrobbi għall-bajd u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2050 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus velezensis CECT 5940 bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil, għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għat-tnissil u għall-għasafar ornamentali (ħlief għar-riproduzzjoni)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għall-modifika ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Preparat ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 ġie awtorizzat għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-użu fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna u mrobbi għall-bajd bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1395 (2). |
|
(3) |
Preparat ta’ Bacillus velezensis CECT 5940 ġie awtorizzat għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-użu fl-għalf għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil, għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għat-tnissil u għall-għasafar ornamentali (ħlief għar-riproduzzjoni) bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2050 (3). |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat tal-Bacillus velezensis CECT 5940. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-Bacillus velezensis CECT 5940 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd u speċijiet oħra ta’ għasafar li jinżammu għall-produzzjoni tal-bajd, u titlob li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”. |
|
(6) |
Fl-istess ħin, l-applikant talab modifika tat-termini tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1395 u (UE) 2021/2050 f’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, sabiex jiġu kkonsolidati l-awtorizzazzjonijiet tal-Bacillus velezensis (CECT 5940), inkluż biex tiġi aġġornata l-identifikazzjoni tassonomika tar-razza minn Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 sa Bacillus velezensis CECT 5940. |
|
(7) |
Fl-opinjoni tagħha tal-25 ta’ Ġunju 2025 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparat tal-Bacillus velezensis CECT 5940 hu meqjus sikur għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat tal-Bacillus velezensis CECT 5940 mhuwiex irritant tal-għajnejn iżda jenħtieġ li jitqies bħala sensitizzatur tal-ġilda u respiratorju, u li kwalunkwe esponiment mill-ġilda u mill-apparat respiratorju jitqies bħala riskju. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat tal-Bacillus velezensis CECT 5940 għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fit-tiġieġ tal-bajd kollu u f’għasafar oħra għall-produzzjoni tal-bajd meta jiġi ssupplimentat bi 1,0×109 CFU/kg ta’ għalf komplet. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonfermat il-konklużjonijiet li laħqet fl-opinjoni tagħha tal-5 ta’ Mejju 2021 (5) li l-aġent attiv oriġinarjament identifikat bħala Bacillus amyloliquefaciens ġie kklassifikat mill-ġdid bħala Bacillus velezensis. L-Awtorità ma qisitx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. |
|
(8) |
Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kien tal-fehma li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ntlaħqu f’valutazzjoni preċedenti dwar applikazzjoni oħra għall-awtorizzazzjoni tal-istess addittiv u vverifikati mill-Awtorità fl-opinjoni tagħha tas-16 ta’ Lulju 2008 (6) huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (7), ma kienx meħtieġ rapport ta’ evalwazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza. |
|
(9) |
Wara talba mill-Kummissjoni, l-Awtorità, fit-tweġiba tagħha datata d-9 ta’ Jannar 2026, ikkonfermat li l-konklużjoni dwar is-sikurezza tal-utent tal-opinjoni tagħha tal-25 ta’ Ġunju 2025 tapplika għall-opinjonijiet tat-28 ta’ Jannar 2020 (8) u tal-5 ta’ Mejju 2021 (9) u jenħtieġ li tiġi riflessa fl-awtorizzazzjonijiet rilevanti. |
|
(10) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparat tal-Bacillus velezensis CECT 5940 jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dak il-preparat jiġi awtorizzat għall-pollam tal-bajd. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-preparat tal-Bacillus velezensis CECT 5940 għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, meta jiġu mmodifikati t-termini tal-awtorizzazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1395 fir-rigward tal-użu għat-tiġieġ għas-simna u mrobbi għall-bajd, bil-modifika tal-identifikazzjoni tassonomika tar-razza minn Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 għal Bacillus velezensis CECT 5940 u l-miżuri protettivi għall-utenti. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-preparat tal-Bacillus velezensis CECT 5940 għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, meta jiġu mmodifikati t-termini tal-awtorizzazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2050 fir-rigward tal-użu għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil, għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għat-tnissil u għall-għasafar ornamentali (ħlief għar-riproduzzjoni), bil-modifika tal-miżuri protettivi għall-utenti. |
|
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1395 u (UE) 2021/2050 jiġu emendati kif xieraq. |
|
(14) |
Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 għat-tiġieġ tas-simna u mrobbi għall-bajd, u tal-preparat tal-Bacillus velezensis CECT 5940 għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil, għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għat-tnissil u għall-għasafar ornamentali (ħlief għar-riproduzzjoni), jixraq li jiġi previst perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex iħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-awtorizzazzjoni kkonċernata. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jaqa’ taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u l-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, huwa awtorizzat bħala addittiv tan-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1395
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1395 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1395 tal-5 ta’ Ottubru 2020 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-Bacillus velezensis CECT 5940 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, l-awtorizzazzjoni tiegħu għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1292/2008 (detentur tal-awtorizzazzjoni Evonik Operations GmbH)” |
|
(2) |
l-Anness huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 3
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2050
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2050 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-kolonna “Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv” in-numru ta’ identifikazzjoni huwa sostitwit minn “4b1822”; |
|
(2) |
fil-kolonna “Dispożizzjonijiet oħrajn”, id-dispożizzjoni 3 hija sostitwita minn “Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzazzjonali biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs u għall-ġilda”. |
Artikolu 4
Miżuri tranżizzjonali b’rabta mal-emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1395
1. L-addittiv tal-għalf Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940, kif awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1395, u l-premixxeli li fihom dak l-addittiv, li huma maħsuba għat-tiġieġ tas-simna u mrobbi għall-bajd, u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-28 ta’ Novembru 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-28 ta’ Mejju 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li huma maħsuba għat-tiġieġ tas-simna u mrobbi għall-bajd, u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-28 ta’ Mejju 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-28 ta’ Mejju 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.
Artikolu 5
Miżuri tranżizzjonali b’rabta mal-emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2050
1. L-addittiv tal-għalf Bacillus velezensis CECT 5940, kif awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2050, u l-premixxeli li fihom dak l-addittiv, li huma maħsuba għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil, għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għat-tnissil u għall-għasafar ornamentali (ħlief għar-riproduzzjoni), u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-28 ta’ Novembru 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-28 ta’ Mejju 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li huma maħsuba għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil, għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għat-tnissil u għall-għasafar ornamentali (ħlief għar-riproduzzjoni), u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-28 ta’ Mejju 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-28 ta’ Mejju 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1395 tal-5 ta’ Ottubru 2020 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għas-simna, l-awtorizzazzjoni tiegħu għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1292/2008 (detentur tal-awtorizzazzjoni Evonik Operations GmbH) (ĠU L 324, 6.10.2020, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1395/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2050 tal-24 ta’ Novembru 2021 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus velezensis CECT 5940 bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil, għall-ispeċijiet minuri tal-pollam tas-simna u mrobbija għat-tnissil u għall-għasafar ornamentali (għajr għar-riproduzzjoni) (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Evonik Operations GmbH) (ĠU L 420, 25.11.2021, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2050/oj).
(4) EFSA Journal 2025;23:e9554, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9554.
(5) EFSA Journal 2021;19(6):6620. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6620.
(6) EFSA Journal (2008) 773, 1-13, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2008.773.
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj).
(8) EFSA Journal 2020;18(2):e6014, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020.6014.
(9) EFSA Journal 2021;19(6):e6620, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6620.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||
|
CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||
|
Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali. |
|||||||||||||
|
4b1822 |
Evonik Operations GmbH |
Bacillus velezensis CECT 5940 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat tal-Bacillus velezensis CECT 5940 b’minimum ta’ 1 × 109 CFU/g ta’ addittiv. Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Spori vijabbli tal-Bacillus velezensis CECT 5940 Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni: metodu tat-tifrix bl-użu tat-tryptone soya agar (EN 15784); Identifikazzjoni: Metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA jew Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) (CEN/TS 17697) |
Pollam tal-bajd |
— |
1 × 109 |
— |
|
It-28 ta’ Mejju 2036 |
||||
|
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en?prefLang=mt |
|||||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1036/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)