|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1018 |
8.5.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1018
tas-7 ta’ Mejju 2026
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae NBRC 0203 u Lacticaseibacillus rhamnosus NBRC 3425 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae NBRC 0203 u Lacticaseibacillus rhamnosus NBRC 3425, f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae NBRC 0203 u Lacticaseibacillus rhamnosus NBRC 3425 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, filwaqt li titlob li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-18 ta’ Settembru 2025 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparat, li jikkonsisti minn Saccharomyces cerevisiae NBRC 0203 u Lacticaseibacillus rhamnosus NBRC 3425, huwa sikur għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Fir-rigward tas-sikurezza tal-utenti, l-Awtorità kkonkludiet li l-preparat jenħtieġ li jitqies bħala sensitizzatur respiratorju u tal-ġilda u li kwalunkwe esponiment mill-ġilda u mis-sistema respiratorja jitqies bħala riskju. Madankollu, l-Awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar il-potenzjal tiegħu li jirrita l-għajnejn. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li ż-żieda tal-preparat f’livell minimu ta’ 4 × 102 CFU ta’ Saccharomyces cerevisiae NBRC 0203 u 3,2 × 106 CFU ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus NBRC 3425/kg ta’ materjal frisk tal-pjanti għandu l-potenzjal li jtejjeb il-produzzjoni tas-sillaġġ magħmul minn materjal frisk tal-pjanti faċli u moderatament diffiċli li jiġi insilat. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae NBRC 0203 u Lacticaseibacillus rhamnosus NBRC 3425 jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dak il-preparat jiġi awtorizzat għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u għall-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) EFSA Journal, 2025;23(10):e9698. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9698.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
|
CFU/kg ta’ materjal frisk |
||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||||||||||||
|
1k1803 |
Saccharomyces cerevisiae NBRC 0203 u Lacticaseibacillus rhamnosus NBRC 3425 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae NBRC 0203 u Lacticaseibacillus rhamnosus NBRC 3425 li fihom minimu ta’ 5 × 103 CFU ta’ Saccharomyces cerevisiae NBRC 0203 u 4 × 102 CFU ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus NBRC 3425/mL ta’ addittiv Għamla likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Saccharomyces cerevisiae NBRC 0203 u Lacticaseibacillus rhamnosus NBRC 3425 Metodu analitiku (1) Identifikazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae NBRC 0203:
Identifikazzjoni ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus NBRC 3425:
Enumerazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae NBRC 0203 fl-addittiv tal-għalf:
Enumerazzjoni ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus NBRC 3425 fl-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
It-28 ta’ Mejju 2036 |
||||||||||||||||
|
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en?prefLang=mt. (2) Foraġġ li huwa faċli li jiġi insilat: > 3 % ta’ karboidrati solubbli fil-materjal frisk; foraġġ li huwa moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5–3,0 % ta’ karboidrati solubbli fil-materjal frisk f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1, http://data.europa.eu/eli/reg/2008/429/oj). |
||||||||||||||||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1018/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)