European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1005

4.5.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1005

tas-27 ta’ April 2026

li taħtar disa’ membri, proposti mir-Repubblika Portugiża, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Portugiż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/71 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sur Ricardo Bruno ANTUNES MACHADO RIO, is-Sur Pedro Miguel CÉSAR RIBEIRO, is-Sur Luis Miguel CORREIA ANTUNES, is-Sur Basílio Adolfo DE MENDONÇA HORTA DA FRANCA, is-Sur Aires Henrique DO COUTO PEREIRA, is-Sur Vítor Manuel MARTINS GUERREIRO, is-Sur José Manuel PEREIRA RIBEIRO, is-Sur José Agostinho RIBAU ESTEVES, u s-Sur Carlos André TELES PAULO DE CARVALHO, saru vakanti s-siġġijiet ta’ disa’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Portugiż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030: is-Sur Luís António DA ENCARNAÇÃO, Presidente da Câmara Municipal de Lagoa, Algarve (Sindku ta’ Lagoa, Algarve), is-Sa Inês DE SAINT-MAURICE ESTEVES DE MEDEIROS VICTORINO DE ALMEIDA, Presidente da Câmara Municipal de Almada (Sindku ta’ Almada), is-Sur Hugo Manuel DOS SANTOS MARTINS, Presidente da Câmara Municipal de Odivelas (Sindku ta’ Odivelas), is-Sur Carlos Manuel FÉLIX MOEDAS, Presidente da Câmara Municipal de Lisboa (Sindku ta’ Liżbona), is-Sur José Manuel GONÇALVES, Presidente da Câmara Municipal de Peso da Régua (Sindku ta’ Peso da Régua), is-Sur Luís Filipe MENEZES LOPES, Presidente da Câmara Municipal de Gaia (Sindku ta’ Gaia), is-Sa Luísa Maria NEVES SALGUEIRO, Presidente da Câmara Municipal de Matosinhos (Sindku ta’ Matosinhos), is-Sa Maria Helena TEODÓSIO GOMES DE OLIVEIRA, Presidente da Câmara Municipal de Cantanhede (Sindku ta’ Cantanhede), u s-Sur João VASCONCELOS BARROS RODRIGUES, Presidente da Câmara Municipal de Braga (Sindku ta’ Braga),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030:

is-Sur Luís António DA ENCARNAÇÃO, Presidente da Câmara Municipal de Lagoa, Algarve (Sindku ta’ Lagoa, Algarve),

is-Sa Inês DE SAINT-MAURICE ESTEVES DE MEDEIROS VICTORINO DE ALMEIDA, Presidente da Câmara Municipal de Almada (Sindku ta’ Almada),

is-Sur Hugo Manuel DOS SANTOS MARTINS, Presidente da Câmara Municipal de Odivelas (Sindku ta’ Odivelas),

is-Sur Carlos Manuel FÉLIX MOEDAS, Presidente da Câmara Municipal de Lisboa (Sindku ta’ Liżbona),

is-Sur José Manuel GONÇALVES, Presidente da Câmara Municipal de Peso da Régua (Sindku ta’ Peso da Régua),

is-Sur Luís Filipe MENEZES LOPES, Presidente da Câmara Municipal de Gaia (Sindku ta’ Gaia),

is-Sa Luísa Maria NEVES SALGUEIRO, Presidente da Câmara Municipal de Matosinhos (Sindku ta’ Matosinhos),

is-Sa Maria Helena TEODÓSIO GOMES DE OLIVEIRA, Presidente da Câmara Municipal de Cantanhede (Sindku ta’ Cantanhede), u

is-Sur João VASCONCELOS BARROS RODRIGUES, Presidente da Câmara Municipal de Braga (Sindku ta’ Braga).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ April 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. PANAYIOTOU


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/71 tal-10 ta’ Diċembru 2024 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030 (ĠU L, 2025/71, 16.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/71/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1005/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)