European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/969

21.5.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 43/2026

tas-6 ta’ Frar 2026

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2026/969]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1886 tal-10 ta’ Lulju 2024 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut tat-taħriġ inizjali u kontinwu tal-uffiċjali ta’ kontroll għall-analiżi tad-data rreġistrata u għall-verifika tat-takografi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21bc (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/548) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“21bd.

32024 R 1886: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1886 tal-10 ta’ Lulju 2024 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut tat-taħriġ inizjali u kontinwu tal-uffiċjali ta’ kontroll għall-analiżi tad-data rreġistrata u għall-verifika tat-takografi (ĠU L, 2024/1886, 11.7.2024).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1886 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Frar 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2026.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2024/1886, 11.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1886/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/969/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)