|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/951 |
21.5.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 11/2026
tas-6 ta’ Frar 2026
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2026/951]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/2225 tal-5 ta’ Novembru 2025 li jemenda l-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-L-treonat tal-manjeżju bħala sors tal-manjeżju użat fil-manifattura tas-supplimenti tal-ikel (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/2240 tal-5 ta’ Novembru 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1442 fir-rigward tal-miżuri tranżizzjonali għall-materjali u l-oġġetti tal-plastik manifatturati bl-aċidu saliċiliku jew bi dqiq tal-injam jew fibri mhux ittrattati (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzi (id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
Li ġej jiżdied fil-ħmistax-il inċiż (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2023/1442) tal-punt 55 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011): “, kif emendat minn:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) 2025/2225 u (UE) 2025/2240 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Frar 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2026.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2025/2225, 6.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2225/oj.
(2) ĠU L, 2025/2240, 6.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2240/oj.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/951/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)