European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/945

21.5.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 48/2026

tas-6 ta’ Frar 2026

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2026/945]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2045 tal-10 ta’ Ottubru 2025 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Slovakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2070 tat-13 ta’ Ottubru 2025 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66q (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014):

“—

32025 R 2070: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2070 tat-13 ta’ Ottubru 2025 (ĠU L, 2025/2070, 14.10.2025).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66xk (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317):

“—

32025 R 2045: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2045 tal-10 ta’ Ottubru 2025 (ĠU L, 2025/2045, 13.10.2025).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2045 u (UE) 2025/2070 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Frar 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2026.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2025/2045, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2045/oj.

(2)   ĠU L, 2025/2070, 14.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2070/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/945/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)