|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/938 |
21.5.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 4/2026
tas-6 ta’ Frar 2026
li temenda l-Anness I (Ħwejjeġ veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2026/938]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2046 tal-10 ta’ Ottubru 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1486 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-kantaksantina bħala addittiv tal-għalf għal ċerti kategoriji ta’ pollam, ħut ornamentali u għasafar ornamentali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni dwar l-għalf tal-annimali. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf tal-annimali ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fil-punt 150 (Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1486) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendat minn:
|
— |
32025 R 2046: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2046 tal-10 ta’ Ottubru 2025 (ĠU L, 2025/2046, 13.10.2025).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2046 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Frar 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2026.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2025/2046, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2046/oj.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/938/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)