European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/937

21.5.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 5/2026

tas-6 ta’ Frar 2026

li temenda l-Anness I (Ħwejjeġ veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2026/937]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1254 tal-25 ta’ Ġunju 2025 dwar l-awtorizzazzjoni tar-riboflavina prodotta minn Eremothecium ashbyi CCTCCM 2019833, fil-forma ta’ prodott tal-fermentazzjoni inattivat u mnixxef, bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni dwar l-għalf tal-annimali. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf tal-annimali ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 676 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1928) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“677.

32025 R 1254: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1254 tal-25 ta’ Ġunju 2025 dwar l-awtorizzazzjoni tar-riboflavina prodotta minn Eremothecium ashbyi CCTCCM 2019833, fil-forma ta’ prodott tal-fermentazzjoni inattivat u mnixxef, bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L, 2025/1254, 26.6.2025).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1254 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Frar 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2026.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2025/1254, 26.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1254/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/937/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)