|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/932 |
21.5.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 3/2026
tas-6 ta’ Frar 2026
li temenda l-Anness I (Ħwejjeġ veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2026/932]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2023/1231 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar regoli speċifiċi relatati mad-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit ta’ ċerti kunsinni ta’ oġġetti bl-imnut, pjanti għat-tħawwil, patata taż-żrigħ, makkinarju u ċertu vetturi mħaddma għal skopijiet agrikoli jew ta’ forestrija, kif ukoll movimenti mhux kummerċjali ta’ ċerti annimali tad-dar lejn l-Irlanda ta’ Fuq (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2023/1231 jikkonċerna regoli speċifiċi relatati mad-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit għal ċerti prodotti elenkati fih. Bħala tali, dan jipprevedi drittijiet u obbligi fuq partijiet oħra għajr il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE. Għall-finijiet tal-Ftehim ŻEE, huma biss id-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi fuq il-Partijiet Kontraenti li għandhom jiġu inkorporati fil-Ftehim. Għaldaqstant, partijiet tar-Regolament (UE) 2023/1231 ma għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna, fost oħrajn, il-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin apparti ħut u annimali tal-akkwakultura u prodotti tal-annimali bħall-ova, l-embrijuni u s-semen. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna, fost oħrajn, il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u kwistjonijiet fitosanitarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 60 (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/300) fil-Parti 7.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:
|
“61. |
32023 R 1231: Ir-Regolament (UE) 2023/1231 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar regoli speċifiċi relatati mad-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit ta’ ċerti kunsinni ta’ oġġetti bl-imnut, pjanti għat-tħawwil, patata taż-żrigħ, makkinarju u ċertu vetturi mħaddma għal skopijiet agrikoli jew ta’ forestrija, kif ukoll movimenti mhux kummerċjali ta’ ċerti annimali tad-dar lejn l-Irlanda ta’ Fuq (ĠU L 165, 29.6.2023, p. 103). Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattament li ġej: L-Artikoli 1(2) u (3), 3–12, 19 u l-Annessi I–IV ma għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA.” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2023/1231 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Frar 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2026.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 165, 29.6.2023, p. 103.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/932/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)