European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/895

27.4.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/895

tal-24 ta’ April 2026

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 fir-rigward tal-istabbiliment tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-Istati Membri għall-perjodu mill-2026 sal-2030

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 (2) tistabbilixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet (AEA, annual emission allocation) tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/842, aġġustati f’konformità mal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2018/842, l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għas-snin mill-2021 sal-2030 iridu jiġu stabbiliti f’konformità mat-trajettorji lineari stabbiliti fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament. Skont l-Artikolu 4(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2018/842, kull Stat Membru jrid jiżgura li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu fis-snin 2026 sa 2030 ma jaqbżux il-limitu definit minn trajettorja lineari li tibda mid-disa’ parti minn kull tnax tad-distanza mill-2023 sal-2024, fil-livell tal-medja tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-snin 2021, 2022 u 2023, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għall-Istat Membru partikolari fil-kolonna 2 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Skont l-Artikolu 4(3), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2018/842, l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istat Membru għas-snin mill-2026 sal-2030 iridu jiġu ddeterminati abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta’ kull Stat Membru, kif indikat mill-Kummissjoni skont it-tieni subparagrafu ta’ dak il-paragrafu, u abbażi ta’ rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar reċenti għas-snin 2021, 2022 u 2023.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 38(1a) tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Kummissjoni wettqet rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra l-aktar reċenti ppreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26(3) ta’ dak ir-Regolament. Dan ir-rieżami twettaq bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tlesta fit-28 ta’ Awwissu 2025 (4).

(4)

Għalhekk, abbażi tar-riżultati tar-rieżami komprensiv, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-valuri għall-AEAs għas-snin mill-2026 sal-2030. Filwaqt li l-valuri għall-AEAs jenħtieġ li jiġu stabbiliti għas-snin mill-2026 sal-2030 biss, fl-interess taċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 jiġi sostitwit fl-intier tiegħu.

(5)

Il-valuri li jirriżultaw tal-AEAs għas-snin 2026, 2027, 2028, 2029 u 2030 iridu jiġu aġġustati, skont l-Artikolu 10(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2018/842. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn installazzjonijiet stazzjonarji esklużi mill-iskema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu ta’ 5 snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 2026, f’konformità mal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), kif innotifikati mill-Istati Membri f’konformità ma’ dak l-Artikolu, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842. Għalhekk, jenħtieġ li l-kwantitajiet imnaqqsa mil-livell massimu ta’ emissjonijiet jiżdiedu mal-AEAs tal-Istati Membri rilevanti għas-snin 2026, 2027, 2028, 2029 u 2030.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/842/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-istabbiliment tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2030 skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 426, 17.12.2020, p. 58, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/2126/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1999/oj).

(4)  Ares(2026)2480379, https://climate.ec.europa.eu/eu-action/effort-sharing-member-states-emission-targets/effort-sharing-2021-2030-targets-and-flexibilities_en?prefLang=mt.

(5)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj).


ANNESS

“

ANNESS II

L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għal kull sena mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/842, aġġustati f’konformità mal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament

Stat Membru

Valur aġġustat tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

Il-Belġju

71 141 629

69 130 741

65 895 769

62 660 796

59 425 824

57 023 357

53 580 258

50 137 160

46 694 061

43 250 962

Il-Bulgarija

27 116 956

25 159 860

24 526 596

23 893 332

23 260 068

23 010 754

22 281 502

21 552 251

20 822 999

20 093 747

Iċ-Ċekja

65 984 531

60 913 974

59 309 017

57 704 060

56 099 103

54 024 445

52 536 914

51 049 382

49 561 850

48 074 318

Id-Danimarka

32 127 535

31 293 868

29 905 140

28 516 412

27 127 684

27 338 844

25 550 144

23 761 444

21 972 744

20 184 045

Il-Ġermanja

427 306 142

413 224 443

391 872 325

370 518 122

349 163 918

338 792 545

314 697 749

290 602 810

266 507 870

242 412 930

L-Estonja

6 223 937

6 001 620

5 840 050

5 678 481

5 516 911

5 331 718

5 176 055

5 020 391

4 864 727

4 709 063

L-Irlanda

43 479 402

42 357 392

40 520 068

38 682 744

36 845 421

38 089 930

35 482 148

32 874 366

30 266 584

27 658 802

Il-Greċja

46 227 407

46 969 645

47 184 382

47 399 120

47 613 857

46 592 989

47 116 628

47 640 266

48 163 905

48 687 544

Spanja

200 997 922

198 671 005

192 805 142

186 904 935

181 004 728

178 361 063

171 686 603

165 010 160

158 333 716

151 657 273

Franza

335 726 735

326 506 522

312 021 691

297 535 364

283 049 038

277 105 578

260 481 351

243 857 073

227 232 794

210 608 516

Il-Kroazja

17 661 355

16 544 497

16 357 415

16 170 092

15 982 770

16 954 194

16 477 185

16 000 165

15 523 144

15 046 123

L-Italja

273 503 734

268 765 611

259 438 502

250 077 347

240 716 193

247 152 398

233 833 243

220 512 543

207 191 842

193 871 141

Ċipru

4 072 960

3 980 718

3 845 808

3 710 898

3 575 989

3 620 385

3 440 649

3 260 912

3 081 176

2 901 440

Il-Latvja

10 649 507

8 854 834

8 640 002

8 425 170

8 210 339

7 977 940

7 767 500

7 557 060

7 346 620

7 136 180

Il-Litwanja

16 112 304

13 717 534

13 292 727

12 867 920

12 443 113

12 290 077

11 797 328

11 304 578

10 811 828

10 319 078

Il-Lussemburgu

8 406 740

8 147 070

7 760 948

7 374 826

6 988 704

6 525 372

6 158 552

5 791 733

5 424 913

5 058 094

L-Ungerija

49 906 277

43 342 400

42 785 010

42 227 619

41 670 229

41 908 380

41 152 104

40 395 828

39 639 553

38 883 277

Malta

2 065 044

1 239 449

1 187 854

1 136 258

1 084 663

1 199 907

1 106 602

1 013 297

919 992

826 687

In-Netherlands

98 513 233

96 677 516

92 920 117

89 162 718

85 405 318

79 832 107

76 528 661

73 225 214

69 921 768

66 618 322

L-Awstrija

48 768 448

47 402 495

45 181 662

42 960 829

40 739 996

40 632 856

37 883 600

35 134 344

32 385 088

29 635 832

Il-Polonja

215 005 372

204 376 828

198 630 308

192 883 787

187 137 267

184 797 850

178 199 554

171 601 257

165 002 961

158 404 664

Il-Portugall

42 526 461

40 821 093

40 059 679

39 296 448

38 533 217

37 913 841

37 113 751

36 313 581

35 513 412

34 713 243

Ir-Rumanija

87 878 093

76 914 871

75 837 989

74 761 106

73 684 224

72 578 677

71 508 960

70 439 244

69 369 528

68 299 811

Is-Slovenja

11 403 194

11 107 762

10 813 744

10 515 484

10 217 224

9 897 871

9 601 272

9 304 504

9 007 735

8 710 966

Is-Slovakkja

23 410 477

21 151 422

20 743 118

20 334 813

19 926 509

19 109 641

18 803 478

18 497 314

18 191 151

17 884 988

Il-Finlandja

28 840 335

27 970 110

26 626 337

25 282 565

23 938 792

23 186 983

21 695 220

20 203 456

18 711 693

17 219 929

L-Iżvezja

31 331 358

30 731 996

29 592 278

28 452 560

27 312 842

25 502 177

24 530 196

23 558 215

22 586 234

21 614 253

”

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/895/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)