European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/879

20.4.2026

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/879

tal-5 ta’ Diċembru 2025

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1669 li jissupplimenta lir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-ismartphones u tal-islate tablets

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bid-Daniż, bl-Estonjan, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Latvjan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk u bir-Rumen tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1669 (2) fihom żball fl-Anness III, il-punt 2.2(a), it-tielet sentenza, fir-rigward tal-inserzjoni tat-tikketta. L-iżball ibiddel it-tifsira tad-dispożizzjoni u jaffettwa s-sustanza tagħha. Il-verżjoni bil-lingwa Daniża fiha żball supplimentari. Tħalla barra sinjal ta’ punteġġjatura li jifred iż-żewġ sentenzi, u li jista’ jwassal għal inċertezza lingwistika.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjonijiet lingwistiċi bid-Daniż, bl-Estonjan, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Latvjan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk u bir-Rumen tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1669 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness III, fil-punt 2.2.(a), it-tielet sentenza tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1669 hija sostitwita b’li ġej,

“Jekk ikun meħtieġ li t-tikketta titwaħħal fl-imballaġġ tal-prodott, it-tikketta tista’ tiġi stampata bi tnaqqis fid-daqs, iżda mhux inqas minn 70 % tal-wisa’ u l-għoli speċifikati hawn fuq; il-kontenut tagħha xorta għandu jkun proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq u l-kodiċi QR jibqa’ leġibbli minn qarrej QR disponibbli b’mod komuni, bħal dawk integrati fi smartphone;”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1369/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1669 tas-16 ta’ Ġunju 2023 li jissupplimenta lir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-ismartphones u tal-islate tablets (ĠU L 214, 31.8.2023, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/1669/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/879/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)