European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/878

30.4.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/878

tat-30 ta’ Marzu 2026

dwar it-tressiq, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ proposta li t-TBPH jiġi elenkat fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (il-“Konvenzjoni”) kienet ġiet approvata mill-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (1).

(2)

F’konformità mal-Artikolu 8(1) tal-Konvenzjoni, bħala Parti għall-Konvenzjoni l-Unjoni tista’ tippreżenta proposti għall-emendar tal-Annessi tagħha. L-Anness A tal-Konvenzjoni jelenka l-kimiċi li għandhom jiġu eliminati.

(3)

Il-bis(2-etileżil) tetrabromoftalat (“TBPH”) huwa ritardant tal-fjammi bromurat, identifikat fl-Unjoni bħala sustanza ta’ tħassib għoli ħafna, f’konformità mal-Artikolu 57, il-punt (e), tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), minħabba l-fatt li huwa persistenti u bijoakkumulattiv ħafna. Skont id-data xjentifika disponibbli, it-TBPH huwa tossiku wkoll u soġġett għat-trasport fuq distanzi twal, peress li nstabet f’reġjuni remoti. Għaldaqstant, it-TBPH jissodisfa l-kriterji tal-Anness D tal-Konvenzjoni u jenħtieġ li jitqies bħala materjal organiku persistenti li jniġġes.

(4)

Għalhekk jeħtieġ li l-Unjoni tippreżenta proposta lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni għall-elenkar tat-TBPH fl-Anness A tal-Konvenzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet globali ta’ dik is-sustanza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Unjoni għandha tressaq proposta biex il-bis(2-etileżil) tetrabromoftalat (“TBPH”) jiġi elenkat fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (“il-Konvenzjoni”).

Il-Kummissjoni għandha, f’isem l-Unjoni, tikkomunika l-proposta msemmija fl-ewwel paragrafu lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Anness D tal-Konvenzjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. PANAYIOTOU


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/507/oj).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1907/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/878/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)