|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/873 |
23.4.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/873
tal-21 ta’ April 2026
li tiffissa l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2026 u l-31 ta’ Lulju 2027 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/680
(notifikata bid-dokument C(2026) 2543)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 (2), l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema ta’ għajnuna tal-Unjoni għall-provvista tal-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u tal-ħalib għall-iskejjel fl-istabbilimenti edukattivi (“l-iskema għall-iskejjel”), sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, iridu jippreżentaw lill-Kummissjoni t-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika li jkun imiss u, jekk applikabbli, jaġġornaw it-talba għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika attwali. |
|
(2) |
Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-iskema għall-iskejjel, l-allokazzjoni tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel fost l-Istati Membri li jieħdu sehem, jenħtieġ li tkun iffissata abbażi tal-ammonti indikati fit-talba għall-għajnuna tal-Unjoni minn dawk l-Istati Membri u tqis it-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet indikattivi tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 23a(4), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(3) |
L-Istati Membri kollha għarrfu lill-Kummissjoni bit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2026 u l-31 ta’ Lulju 2027, u speċifikaw l-ammont tal-għajnuna mitluba għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel. Fil-każ tal-Belġju, Malta u n-Netherlands, l-ammonti mitluba qiesu t-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet indikattivi. |
|
(4) |
Sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal kollu tal-fondi disponibbli, l-għajnuna tal-Unjoni li ma ntalbitx jenħtieġ li tiġi riallokata lil dawk l-Istati Membri li ħadu sehem fl-iskema għall-iskejjel li fit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni jindikaw li lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva tagħha jekk ikunu disponibbli riżorsi addizzjonali. |
|
(5) |
Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja għarrfu li lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel. Madankollu, l-ebda Stat Membru ma talab anqas mill-allokazzjoni indikattiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel. Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja għarrfu li lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva għall-ħalib għall-iskejjel. Madankollu, l-ebda Stat Membru ma talab anqas mill-allokazzjoni indikattiva għall-ħalib għall-iskejjel. |
|
(6) |
Abbażi tal-informazzjoni mgħarrfa mill-Istati Membri, l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel jenħtieġ li tiġi ffissata għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2026 u l-31 ta’ Lulju 2027. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/680 (4) iffissat l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel fost l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2025 u l-31 ta’ Lulju 2026. |
|
(8) |
Xi Stati Membri aġġornaw it-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika 2025/2026: il-Ġermanja u l-Ungerija għarrfu bit-trasferimenti bejn l-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u l-allokazzjoni definittiva għall-ħalib għall-iskejjel. Spanja talbet anqas mill-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel. Iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, ir-Rumanija u s-Slovakkja għarrfu li lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel. Spanja u n-Netherlands talbu anqas mill-allokazzjoni definittiva għall-ħalib għall-iskejjel. Iċ-Ċekja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovakkja għarrfu li lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni definittiva għall-ħalib għall-iskejjel. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/680 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel fost l-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2026 u l-31 ta’ Lulju 2027 hija stabbilita fl-Anness I.
Artikolu 2
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/680 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2026.
Għall-Kummissjoni
Christophe HANSEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1370/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (ĠU L 5, 10.1.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/39/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/680 tat-8 ta’ April 2025 li tiffissa l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2025 u l-31 ta’ Lulju 2026 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/845 (ĠU L, 2025/680, 10.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/680/oj).
ANNESS I
SENA SKOLASTIKA 2026/2027
|
Stat Membru |
Allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel f’EUR |
Allokazzjoni definittiva għall-ħalib għall-iskejjel f’EUR |
|
Il-Belġju |
3 866 136 |
1 383 066 |
|
Il-Bulgarija |
2 110 411 |
1 800 090 |
|
Iċ-Ċekja |
3 349 886 |
3 048 057 |
|
Id-Danimarka |
1 671 583 |
1 632 431 |
|
Il-Ġermanja |
20 373 277 |
8 910 720 |
|
L-Estonja |
396 340 |
754 955 |
|
L-Irlanda |
1 889 775 |
826 537 |
|
Il-Greċja |
3 149 503 |
1 464 086 |
|
Spanja |
13 407 407 |
6 023 462 |
|
Franza |
22 720 501 |
9 979 209 |
|
Il-Kroazja |
1 278 964 |
610 533 |
|
L-Italja |
15 293 816 |
6 910 347 |
|
Ċipru |
290 000 |
252 652 |
|
Il-Latvja |
649 309 |
868 581 |
|
Il-Litwanja |
891 870 |
1 236 781 |
|
Il-Lussemburgu |
290 000 |
193 000 |
|
L-Ungerija |
2 894 429 |
2 970 122 |
|
Malta |
326 670 |
156 330 |
|
In-Netherlands |
5 521 523 |
1 632 699 |
|
L-Awstrija |
2 320 736 |
1 015 027 |
|
Il-Polonja |
12 138 186 |
12 791 591 |
|
Il-Portugall |
2 804 412 |
1 301 261 |
|
Ir-Rumanija |
6 178 236 |
11 303 390 |
|
Is-Slovenja |
665 306 |
305 638 |
|
Is-Slovakkja |
1 851 325 |
1 659 402 |
|
Il-Finlandja |
1 672 943 |
2 731 455 |
|
L-Iżvezja |
3 404 234 |
7 635 935 |
|
Total |
131 406 778 |
89 397 357 |
ANNESS II
ANNESS I
SENA SKOLASTIKA 2025/2026
|
Stat Membru |
Allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel f’EUR |
Allokazzjoni definittiva għall-ħalib għall-iskejjel f’EUR |
|
Il-Belġju |
3 866 136 |
1 383 066 |
|
Il-Bulgarija |
2 110 411 |
1 800 090 |
|
Iċ-Ċekja |
3 361 945 |
3 243 396 |
|
Id-Danimarka |
1 671 583 |
1 632 431 |
|
Il-Ġermanja |
20 614 467 |
8 752 890 |
|
L-Estonja |
397 898 |
780 197 |
|
L-Irlanda |
1 897 095 |
945 113 |
|
Il-Greċja |
3 149 503 |
1 464 086 |
|
Spanja |
13 260 378 |
5 323 213 |
|
Franza |
22 720 501 |
9 979 209 |
|
Il-Kroazja |
1 278 964 |
610 533 |
|
L-Italja |
15 293 816 |
6 910 347 |
|
Ċipru |
290 000 |
252 652 |
|
Il-Latvja |
651 559 |
905 035 |
|
Il-Litwanja |
894 972 |
1 287 028 |
|
Il-Lussemburgu |
290 740 |
204 992 |
|
L-Ungerija |
3 488 453 |
2 376 098 |
|
Malta |
326 670 |
156 330 |
|
In-Netherlands |
5 521 523 |
1 282 699 |
|
L-Awstrija |
2 329 952 |
1 035 027 |
|
Il-Polonja |
12 138 186 |
12 791 591 |
|
Il-Portugall |
2 804 412 |
1 449 419 |
|
Ir-Rumanija |
6 199 573 |
11 649 031 |
|
Is-Slovenja |
665 306 |
305 638 |
|
Is-Slovakkja |
1 857 412 |
1 758 002 |
|
Il-Finlandja |
1 672 943 |
2 731 455 |
|
L-Iżvezja |
3 404 234 |
7 635 935 |
|
Total |
132 158 632 |
88 645 503 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/873/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)