|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/855 |
16.4.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/855
tal-14 ta’ April 2026
dwar ir-rekwiżiti tal-interoperabbiltà u l-proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data meħtieġa għall-bdil tal-fornitur
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(2) tagħha,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat għall-Iskambju Transfruntier tal-Elettriku,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2019/944 tipprovdi lill-parteċipanti fis-suq b’għodod għall-aċċess u għall-iskambju ta’ data għall-bdil tal-fornitur bla xkiel, u timminimizza kemm jista’ jkun l-ostakli għall-bdil, filwaqt li tiżgura li l-konsumaturi jibqgħu liberi li jagħżlu l-fornitur tal-elettriku tagħhom. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-istandards disponibbli rilevanti, inklużi dawk li jippermettu l-interoperabbiltà fil-livell tal-mudell ta’ data u tas-saff ta’ applikazzjoni. Barra minn hekk, id-Direttiva (UE) 2019/944 tenfasizza l-importanza li jiġu adottati l-aħjar prattiki u li jiġu stabbiliti sistemi solidi biex jiġu ssimplifikati l-iskambji ta’ data u biex tissaħħaħ l-effiċjenza tas-suq. |
|
(2) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-interoperabbiltà bejn l-Istati Membri, tissaħħaħ l-effettività fl-iskambji tad-data, titrawwem il-kompetizzjoni fis-suq tal-bejgħ tal-elettriku bl-imnut u jitnaqqsu l-kostijiet amministrattivi għall-partijiet ikkonċernati, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-interoperabbiltà u li jiġu stabbiliti proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess u għall-iskambju ta’ data fil-kuntest tal-bdil tal-fornitur, f’konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2019/944. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944, u sabiex jiġi żgurat li l-klijenti finali jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jagħżlu liberament il-fornitur tagħhom b’mod nondiskriminatorju fir-rigward tal-kost, tal-isforz u tal-ħin, kif stipulat fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva, dan ir-Regolament jiffoka fuq id-data meħtieġa għall-klijenti finali biex jibdlu l-fornitur tal-elettriku tagħhom. Filwaqt li l-bdil tal-fornitur jista’ jinvolvi wkoll bdil ta’ aggregatur, skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2019/944, jew ta’ organizzatur tal-kondiviżjoni tal-enerġija f’konformità mal-Artikolu 2, il-punt (5), tad-Direttiva (UE) 2024/1711 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), dan ir-Regolament jiffoka fuq il-bdil tal-fornitur tal-elettriku. |
|
(4) |
Filwaqt li jikkumplementa r-regoli dwar id-data dwar il-kejl u l-konsum stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1162 (3), dan ir-Regolament jipprovdi qafas armonizzat u komprensiv għall-aċċess u għall-iskambju ta’ data fil-kuntest tal-bdil tal-fornitur, billi jiżgura li l-aċċess u l-iskambju ta’ data fost il-parteċipanti fis-suq tal-elettriku jkunu f’waqthom, sempliċi u siguri. Jenħtieġ li jitnaqqsu l-ostakli amministrattivi, u jenħtieġ li jitrawwem involviment akbar tal-konsumatur. Jenħtieġ li l-fornituri debitament awtorizzati jkunu jistgħu jaċċessaw b’mod trasparenti u bla xkiel id-data tal-punti kontabilistiċi. |
|
(5) |
Sabiex l-adattament nazzjonali jkun jista’ jindirizza l-ħtiġijiet tal-Istati Membri, jenħtieġ li jiġi stabbilit “mudell ta’ referenza” newtrali fir-rigward tat-teknoloġija. Il-mudell jenħtieġ li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-Unjoni kollha, b’enfasi fuq it-tliet saffi superjuri ta’ interoperabbiltà, kif rikonoxxut fil-prattika tal-industrija: is-saffi tan-negozju, tal-funzjoni u tal-informazzjoni. Jenħtieġ li dan ma jkunx marbut ma’ kwalunkwe dettall ta’ implimentazzjoni speċifiku, iżda jenħtieġ li jirrifletti, sa fejn ikun possibbli, id-definizzjonijiet u t-terminoloġija meħuda mill-istandards rilevanti u mill-inizjattivi Ewropej, bħall-Mudell Eżemplari Armonizzat għas-Suq tal-Elettriku (4) u l-Mudell ta’ Informazzjoni Komuni tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (5). Bl-istandardizzazzjoni tal-flussi tax-xogħol madwar l-Unjoni, il-mudell ta’ referenza jenħtieġ li jiffaċilita l-iskambju ta’ data bla xkiel u effiċjenti, filwaqt li jappoġġa l-objettivi usa’ tat-trasparenza, tal-kompetizzjoni u tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-konsumatur fis-suq tal-bejgħ tal-elettriku bl-imnut. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-mudell ta’ referenza jinkludi l-flussi tax-xogħol għal servizzi u proċessi speċifiċi, abbażi ta’ sett minimu ta’ rekwiżiti ddisinjati biex jiġi żgurat li proċedura partikolari tkun tista’ taħdem b’mod korrett, filwaqt li tippermetti li jsir adattament nazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li jinkludi tliet komponenti ewlenin: (i) “mudell eżemplari” li jiddeskrivi r-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-interazzjonijiet tagħhom; (ii) “mudell ta’ informazzjoni” li jistabbilixxi oġġetti ta’ informazzjoni, l-attributi u r-relazzjonijiet tagħhom; u (iii) “mudell ta’ proċess” li jagħti dettalji dwar passi proċedurali. |
|
(7) |
L-implimentazzjoni b’suċċess ta’ dan ir-Regolament tiddependi fuq l-Istati Membri li japplikaw dan il-mudell ta’ referenza, filwaqt li jiżguraw li l-parteċipanti fis-suq ikollhom fehim ċar u reċiproku komuni tar-rwoli, tar-responsabbiltajiet, tal-mudell ta’ informazzjoni, u tal-proċeduri għall-aċċess u għall-iskambju tad-data. Fl-istess ħin, l-implimentazzjoni tal-mudell ta’ referenza tipprovdi lill-Istati Membri l-flessibbiltà li jfasslu s-saffi komponenti u ta’ komunikazzjoni għall-ispeċifiċitajiet u l-prattiki nazzjonali tagħhom, filwaqt li tinżamm il-konsistenza fil-proċessi ewlenin madwar l-Unjoni. Dan l-approċċ jikkonforma mal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2019/944, li jirrikjedi regoli trasparenti u nondiskriminatorji għall-proċessi tal-bdil, li jiżguraw li d-drittijiet tal-klijenti jiġu rrispettati irrispettivament mill-arranġamenti speċifiċi għall-Istati Membri. |
|
(8) |
Dan ir-Regolament jiddeskrivi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-parteċipanti fis-suq fl-iskambju ta’ informazzjoni skont il-mudell ta’ referenza, inklużi dawk tal-fornitur il-ġdid u preċedenti, u r-responsabbiltajiet speċifiċi għall-bdil tal-amministratur tal-punt tal-kejl, jew tal-entità ddelegata fejn l-Istati Membri jkunu stipulaw hekk. Il-parteċipanti fis-suq li jiskambjaw informazzjoni skont il-proċeduri speċifiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkunu jistgħu jassumu rwoli u responsabbiltajiet assenjati mill-mudell ta’ referenza b’mod individwali jew konġunt u jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu wkoll aktar minn rwol wieħed meta jkun xieraq. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-parteċipanti fis-suq fl-iskambju ta’ informazzjoni skont il-mudell ta’ referenza, inklużi dawk tal-fornitur tal-elettriku l-ġdid u dak preċedenti, u r-responsabbiltajiet speċifiċi għall-bdil tal-amministratur tal-punt tal-kejl, jew ta’ entità ddelegata fejn l-Istati Membri jkunu stipulaw hekk. |
|
(9) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel ta’ dan ir-Regolament, il-parteċipanti fis-suq jenħtieġ li jkunu jistgħu jittestjaw il-prodotti u l-proċeduri tagħhom qabel il-varar. Għalhekk, l-amministraturi tal-punt tal-kejl, jew l-entitajiet iddelegati fejn l-Istati Membri jkunu stipulaw hekk, jenħtieġ li fejn possibbli, jipprovdu lill-parteċipanti fis-suq b’aċċess għall-faċilitajiet tal-ittestjar biex jgħinu fl-imminimizzar tal-isfidi tekniċi u fl-irfinar tal-operazzjonijiet. |
|
(10) |
Sabiex tinkiseb implimentazzjoni bla xkiel tal-mudell ta’ referenza għall-bdil tal-fornitur tal-elettriku, jenħtieġ li jiġu stabbiliti passi proċedurali. Għalhekk, il-mudell ta’ referenza jinkludi sett ta’ proċeduri għall-aċċess għad-data u għall-iskambji ta’ informazzjoni meħtieġa bejn ir-rwoli mwettqa mill-parteċipanti fis-suq f’dak il-kuntest speċifiku u s-settijiet rispettivi ta’ informazzjoni. Sabiex jiġu akkomodati r-rekwiżiti speċifiċi ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li l-passi proċedurali jiġu kkombinati jew applikati f’ordni differenti fil-livell nazzjonali. |
|
(11) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944 u tittejjeb it-trasparenza, u sabiex il-konsumaturi jingħataw is-setgħa li jagħmlu għażliet informati f’waqthom u sabiex titrawwem il-kompetizzjoni fil-livell tal-konsumatur billi l-fornituri tal-elettriku b’offerti kompetittivi jkunu jistgħu jattiraw lill-klijenti b’mod aktar effettiv, jenħtieġ li jiġi stabbilit il-proċess tekniku tal-bdil tal-fornitur tal-elettriku f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu. Dan il-proċess jinvolvi r-reġistrazzjoni ta’ fornitur ġdid f’punt kontabilistiku jew tal-kejl mal-operatur tas-suq, jew mal-entità ddelegata fejn l-Istati Membri jkunu stipulaw hekk, u, sa tmiem l-2026, dan irid jitlesta fi żmien 24 siegħa fi kwalunkwe jum ta’ xogħol. |
|
(12) |
Sabiex ikun jista’ jsir proċess tekniku bla xkiel tal-bdil tal-fornitur tal-elettriku, il-qafas tal-bdil jenħtieġ li jinkludi l-awtomatizzazzjoni biex jiġu aċċellerati l-operazzjonijiet, tiġi żgurata l-interoperabbiltà għal skambju ta’ data bla xkiel u sigur, u tinżamm sigurtà robusta tad-data biex tiġi ssalvagwardjata l-informazzjoni sensittiva. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-grilja, jiġi żgurat tfixkil minimu u tiġi żgurata esperjenza bla xkiel għall-partijiet ikkonċernati kollha, huwa meħtieġ li l-parteċipanti kollha fis-suq jikkollaboraw mill-qrib, inklużi dawk affettwati direttament, bħall-partijiet li jiksbu jew li jitilfu r-responsabbiltà għall-punt kontabilistiku bħala riżultat dirett ta’ bdil jew ta’ kanċellazzjoni ta’ bdil, u dawk intitolati li jiġu informati bil-bdil. |
|
(13) |
Sabiex jiġi appoġġat it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-konsumatur billi jiġu ffaċilitati proċessi tal-bdil effiċjenti u trasparenti, kemm jekk individwalment kif ukoll kollettivament, sabiex il-klijenti finali jkunu jistgħu jaċċessaw offerti kompetittivi filwaqt li tiġi żgurata protezzjoni b’saħħitha, ħielsa minn ostakli regolatorji jew amministrattivi, u sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dritt tal-konsumaturi domestiċi li jipparteċipaw fi skemi ta’ bdil kollettiv skont l-Artikolu 12(5) tad-Direttiva (UE) 2019/944, il-mudell ta’ referenza għall-bdil tal-fornitur tal-elettriku jenħtieġ li ma jindirizzax biss il-proċess tal-bdil tal-fornitur għall-klijent finali individwali f’punt kontabilistiku uniku, iżda l-proċeduri tiegħu jenħtieġ li jitfasslu b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu adattati għal skemi ta’ bdil kollettiv. Jenħtieġ li jkun possibbli li dawk il-proċeduri jiġu applikati u ripetuti għal kull parteċipant u għall-punti kontabilistiċi u tal-kejl assoċjati tagħhom, filwaqt li tiġi żgurata l-kompatibbiltà ma’ inizjattivi ta’ bdil kollettiv. Dan it-tip ta’ bdil jippreżenta sfidi, b’mod partikolari meta għadd kbir ta’ konsumaturi jibdlu fl-istess ħin. Sabiex jiġi evitat dewmien jew tfixkil fis-servizz, il-fornituri jridu jkunu mgħammra biex jimmaniġġaw domanda akbar b’mod effiċjenti u akkurat. Dan jinvolvi li jiġu rispettati regoli u proċeduri tekniċi ċari, jiġu segwiti passi definiti sew kif deskritt mill-mudell ta’ referenza introdott f’dan ir-Regolament, u tiġi integrata l-awtomatizzazzjoni f’dawn il-proċessi operazzjonali. Miżuri bħal dawn huma essenzjali sabiex tinkiseb il-preparatezza tal-fornitur, jiġi żgurat proċess bla xkiel, tinżamm il-fiduċja tal-konsumatur, u tiġi appoġġata l-kompetizzjoni fis-suq. |
|
(14) |
Ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur japplikaw fl-istadji kollha tal-proċess tal-bdil deskritt f’dan ir-Regolament. Il-klijenti finali jistgħu jikkonkludu tipi differenti ta’ kuntratti għall-provvista tal-elettriku — bħal kuntratti fuq il-post jew mill-bogħod — b’diversi mezzi, f’konformità mad-dritt kuntrattwali tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli. Barra minn hekk, u bħala parti mill-ħarsien tal-konsumaturi, il-klijenti finali jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jibdlu d-deċiżjoni tagħhom u joħorġu mill-kuntratt għall-provvista l-ġdid fil-perjodu ta’ rtirar permess, kif definit fil-livell nazzjonali, f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, inkluża d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-gwida dwar l-applikazzjoni korrispondenti tagħha (7). |
|
(15) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà biex jikkombinaw jew jorganizzaw mill-ġdid il-passi proċedurali tal-mudell ta’ referenza komuni kif applikat fil-livell nazzjonali. Barra minn hekk, jenħtieġ li jingħataw flessibbiltà fir-rigward tas-saffi komponenti u ta’ komunikazzjoni tal-interoperabbiltà, li mhumiex preskritti fil-mudell ta’ referenza. Madankollu, sabiex jiġi evitat li tali flessibbiltà tirriżulta fi sfidi għall-fornituri u għal partijiet eliġibbli oħrajn biex jifhmu kif jiġi applikat il-mudell ta’ referenza madwar l-Istati Membri, li potenzjalment ifixkel id-dħul fis-suq, jenħtieġ li jinżamm repożitorju komuni ta’ prattiki nazzjonali. Dan ir-repożitorju jenħtieġ li jkun ibbażat fuq dak żviluppat għall-aċċess għad-data dwar il-kejl u l-konsum skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162. Dak ir-repożitorju disponibbli għall-pubbliku jenħtieġ li jiddokumenta kif kull Stat Membru jimplimenta l-mudell ta’ referenza, iżid it-trasparenza u jappoġġa proċeduri nondiskriminatorji. Billi jżid l-għarfien u ċ-ċarezza dwar ir-regoli applikabbli, jenħtieġ li r-repożitorju jgħin fit-tnaqqis tal-ostakli għal parteċipanti ġodda fis-suq. Barra minn hekk, jenħtieġ li jippermetti lill-partijiet ikkonċernati jqabblu l-arranġamenti nazzjonali, jidentifikaw is-similaritajiet u d-differenzi, u jiffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattiki, u fl-aħħar mill-aħħar itejbu l-interoperabbiltà madwar l-Unjoni. |
|
(16) |
Sabiex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni armonizzata tad-Direttiva (UE) 2019/944 u jrawwem interoperabbiltà msaħħa madwar l-Unjoni, jenħtieġ li n-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (“ENTSO-E”, European Network of Transmission System Operators for Electricity) u l-Entità Ewropea għall-Operaturi tas-Sistema tad-Distribuzzjoni (“entità tal-UE għad-DSO”, European Entity for Distribution System Operators), filwaqt li jaġixxu biss f’kapaċità teknika u konsultattiva, jingħataw il-kompitu li jiżviluppaw, jippubblikaw u jżommu aġġornata l-gwida għar-rapportar tal-prattiki nazzjonali. |
|
(17) |
L-ENTSO-E u l-entità tal-UE għad-DSO jenħtieġ li jiġbru r-rapporti li jridu jiġu sottomessi mill-awtoritajiet jew mill-entitajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri u jagħmluhom aċċessibbli għall-pubbliku permezz tar-repożitorju eżistenti stabbilit skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162. Dan ir-rwol huwa limitat għall-funzjonijiet tekniċi ta’ koordinazzjoni u trasparenza u ma jimplika jew ma jagħti l-ebda setgħa eżekuttiva, jew ta’ infurzar, u lanqas responsabbiltà għall-kisba, għat-traduzzjoni jew għall-validazzjoni tar-rapporti nazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-mudell ta’ referenza. L-Istati Membri jibqgħu responsabbli għall-implimentazzjoni u għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, filwaqt li l-Kummissjoni żżomm is-sorveljanza fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru awtorità kompetenti jew entità oħra responsabbli għat-tħejjija u għas-sottomissjoni tar-rapporti direttament lill-ENTSO-E u lill-entità tal-UE għad-DSO. Jenħtieġ li dawn l-arranġamenti jiġu kkomunikati u inkorporati b’mod ċar fil-qafas ta’ implimentazzjoni nazzjonali, filwaqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-aċċessibbiltà. |
|
(18) |
L-amministraturi tal-punt tal-kejl, jew l-entitajiet iddelegati fejn l-Istati Membri jkunu stipulaw hekk, u l-fornituri attwali tal-elettriku, jenħtieġ li jkunu jistgħu jafdaw l-identità ddikjarata tal-klijent fl-iskambji ta’ data matul il-proċess tal-bdil. Għalhekk, fornituri ġodda tal-elettriku jridu jidentifikaw b’mod xieraq il-klijenti finali. Għal dak il-għan, u sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ frodi u ta’ serq tal-identità, jenħtieġ li l-fornituri tal-elettriku jibbażaw fuq soluzzjonijiet li jivverifikaw b’mod effettiv l-identità tal-klijent finali, preferibbilment bl-użu ta’ awtentikazzjoni b’mill-inqas żewġ fatturi, bħall-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, ipprovduti f’konformità mal-Qafas dwar l-Identità Diġitali Ewropea stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
|
(19) |
Fil-kuntest tal-proċeduri deskritti fil-mudell ta’ referenza introdott f’dan ir-Regolament, il-parteċipanti fis-suq jirċievu u jipproċessaw id-data. L-ipproċessar tad-data personali, inkluża d-data ta’ identifikazzjoni tal-klijent, skambjata bl-użu tal-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu jikkonforma mal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), li jiżgura l-protezzjoni tad-data personali matul il-proċess kollu tal-bdil tal-fornitur. Barra minn hekk, fejn l-arloġġi intelliġenti jikkwalifikaw bħala tagħmir terminali, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika. Għaldaqstant, il-partijiet eliġibbli rilevanti jenħtieġ li jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jirriżultaw minn dik id-Direttiva, inkluż l-Artikolu 5(3). |
|
(20) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u ta opinjoni fit-12 ta’ Ġunju 2025. |
|
(21) |
Dan ir-Regolament jintroduċi rekwiżiti vinkolanti għas-servizzi pubbliċi diġitali trans-Ewropej skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/903 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Għaldaqstant, twettqet valutazzjoni tal-interoperabbiltà, u r-rapport li jirriżulta sar disponibbli għall-pubbliku fuq il-Portal Ewropa Interoperabbli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-interoperabbiltà u proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess u għall-iskambju tad-data meħtieġa għall-bdil tal-fornitur fis-suq tal-elettriku. Jispeċifika wkoll il-proċess tekniku tal-bdil tal-fornitur tal-elettriku, li, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944, sa mhux aktar tard mill-2026, ma għandux jieħu aktar minn 24 siegħa u għandu jkun possibbli fi kwalunkwe jum ta’ xogħol. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data li jeħtieġu r-rapportar u l-pubblikazzjoni tal-prattiki nazzjonali li japplikaw il-mudell ta’ referenza.
2. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-interoperabbiltà msemmija fil-paragrafu 1, dan ir-Regolament jistabbilixxi mudell ta’ referenza għad-data meħtieġa għall-proċess tal-bdil tal-fornitur għall-klijent finali, li jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li jippermettu l-interoperabbiltà. Il-mudell ta’ referenza jelenka wkoll il-parteċipanti fis-suq tal-elettriku kkonċernati u r-rwoli u r-responsabbiltajiet individwali jew konġunti tagħhom.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“fornitur tal-elettriku”, jew “fornitur”, tfisser parteċipant fis-suq involut fil-provvista tal-elettriku; |
|
(2) |
“provvista” tfisser provvista kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (12) tad-Direttiva (UE) 2019/944; |
|
(3) |
“mudell ta’ referenza” tfisser mudell ta’ referenza kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162; |
|
(4) |
“klijent finali” tfisser klijent finali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3) tad-Direttiva (UE) 2019/944; |
|
(5) |
“punt tal-kejl” tfisser post fiżiku fejn jitkejlu jew jiġu kkalkolati l-irtirar jew l-injezzjoni ta’ kwantitajiet elettriċi; |
|
(6) |
“amministratur tal-punt tal-kejl” tfisser amministratur tal-punt tal-kejl kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (12) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162; |
|
(7) |
“awtentikazzjoni” tfisser awtentikazzjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (16) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162; |
|
(8) |
“punt kontabilistiku” tfisser punt tal-kejl jew punt tal-kejl virtwali taħt ir-responsabbiltà ta’ parti inkarigata mill-ibbilanċjar, fejn il-provvista tal-enerġija tiġi pprovduta minn fornitur tal-enerġija, jitwettaq il-ħlas, u jkun jista’ jseħħ il-bdil tal-fornitur tal-enerġija; |
|
(9) |
“parti inkarigata mill-ibbilanċjar” tfisser parti inkarigata mill-ibbilanċjar kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (14) tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13); |
|
(10) |
“permess” tfisser permess kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (8) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162; |
|
(11) |
“kuntratt għall-provvista tal-elettriku” tfisser kuntratt għall-provvista tal-elettriku, iżda ma jinkludix derivattivi tal-elettriku, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (13) tad-Direttiva (UE) 2019/944; |
|
(12) |
“amministratur ta’ data mkejla” tfisser amministratur ta’ data mkejla kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162; |
|
(13) |
“parti intitolata” tfisser parteċipant fis-suq li għandu jiġi informat dwar il-bidliet li jsiru fir-reġistru tal-punti tal-kejl mill-amministratur tal-punt tal-kejl, jew mill-entità ddelegata fejn l-Istati Membri jkunu stipulaw hekk, bħala riżultat ta’ proċess fis-suq bl-imnut jew tal-kanċellazzjoni ta’ dak il-proċess; |
|
(14) |
“parti affettwata” tfisser parteċipant fis-suq li jikseb jew jitlef ir-responsabbiltà għall-punt kontabilistiku kkonċernat bħala riżultat dirett ta’ proċess fis-suq bl-imnut jew tal-kanċellazzjoni ta’ dak il-proċess; |
|
(15) |
“amministratur tal-permessi” tfisser amministratur tal-permessi kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (10) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162; |
|
(16) |
“fornitur futur” tfisser fornitur li diġà jkun irreġistrat fir-reġistru tal-punti tal-kejl għal punt kontabilistiku għal perjodu ta’ żmien speċifikat fil-futur. |
KAPITOLU II
REKWIŻITI TAL-INTEROPERABBILTÀ U PROĊEDURI NONDISKRIMINATORJI U TRASPARENTI GĦALL-AĊĊESS GĦAD-DATA MEĦTIEĠA GĦALL-BDIL TAL-FORNITUR
TAQSIMA 1
Rekwiżiti tal-interoperabbiltà — Mudell ta’ referenza
Artikolu 3
Implimentazzjoni tal-mudell ta’ referenza
L-impriżi tal-elettriku fis-suq tal-bejgħ tal-elettriku bl-imnut għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu u l-mudell ta’ referenza stabbilit fl-Anness.
Artikolu 4
Mudell ta’ referenza u informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tas-suq
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rapportar tal-prattiki nazzjonali rigward l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-interoperabbiltà u l-proċeduri għall-aċċess għad-data meħtieġa għall-bdil tal-fornitur għall-klijent finali, f’konformità mal-Artikolu 9, u għandhom jiżguraw li dawn il-prattiki jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tas-suq nazzjonali rigward ir-rwoli u r-responsabbiltajiet speċifiċi, stabbiliti fit-Tabella I tal-Anness, disponibbli faċilment għall-parteċipanti fis-suq u l-klijenti finali kollha.
3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi l-identifikazzjoni ta’ dawk il-partijiet li jaġixxu fis-suq nazzjonali bħala l-fornitur il-ġdid tal-elettriku, il-fornitur preċedenti, u l-amministratur tal-punt tal-kejl.
4. L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jassenjaw xi responsabbiltajiet jew ir-responsabbiltajiet kollha speċifiċi għall-bdil tal-fornitur tal-amministratur tal-punt tal-kejl lil entità għajr dik maħtura biex twettaq dak ir-rwol skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162, dment li tali arranġamenti jkunu indikati b’mod ċar fl-immappjar tar-rwol nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Responsabbiltajiet tal-fornitur il-ġdid tal-elettriku
Il-fornitur il-ġdid tal-elettriku għandu:
|
(a) |
jivverifika l-identità tal-klijent finali li jitlob il-bdil tal-fornitur; |
|
(b) |
jidentifika l-punt jew il-punti kontabilistiċi relatati mat-talba rreġistrati lill-klijent finali; |
|
(c) |
jiżgura li parti inkarigata mill-ibbilanċjar tassumi responsabbiltà tal-ibbilanċjar għall-punt jew għall-punti kontabilistiċi identifikati fil-bidu tal-provvista; |
|
(d) |
jikseb permess mill-klijent finali biex iwettaq l-attivitajiet preparatorji meħtieġa għall-konklużjoni ta’ kuntratt għall-provvista tal-elettriku magħhom; |
|
(e) |
jissottometti talba għal reġistrazzjoni lill-amministratur tal-punt tal-kejl, jew lill-entità ddelegata fejn l-Istati Membri jkunu stipulaw hekk, biex jiġi rreġistrat bħala l-fornitur il-ġdid għall-punt jew għall-punti kontabilistiċi rilevanti fid-data miftiehma u speċifikata fil-kuntratt għall-provvista l-ġdid mal-klijent finali; |
|
(f) |
jirċievi data dwar il-kejl mill-amministratur ta’ data mkejla fil-bidu tal-provvista sabiex jiġi żgurat ħruġ ta’ kontijiet akkurat; |
|
(g) |
mingħajr preġudizzju għal-liġi kuntrattwali, jitlob lill-amministratur tal-punt tal-kejl, jew lill-entità ddelegata fejn l-Istati Membri jkunu stipulaw hekk, biex iħassar kwalunkwe bdil kontinwu fil-proċess tal-bdil tal-fornitur f’każijiet fejn il-klijent finali jikkanċella l-kuntratt għall-provvista l-ġdid mal-fornitur ikkonċernat. |
Artikolu 6
Responsabbiltajiet tal-fornitur tal-elettriku preċedenti
Il-fornitur preċedenti għandu jipprovdi lill-klijent finali kont finali ta’ għeluq, f’konformità mal-Artikolu 10(12) tad-Direttiva (UE) 2019/944, u għandu jirċievi data dwar il-kejl mill-amministratur ta’ data mkejla biex jiżgura ħruġ ta’ kontijiet akkurat, ladarba l-provvista tagħhom lill-punt jew lill-punti kontabilistiċi tkun intemmet.
Artikolu 7
Responsabbiltajiet tal-amministratur tal-punt tal-kejl jew tal-entità ddelegata għall-bdil tal-fornitur
1. L-amministratur tal-punt tal-kejl, jew l-entità ddelegata fdata b’responsabbiltajiet speċifiċi għall-bdil tal-fornitur fejn l-Istati Membri jkunu stipulaw hekk, għandha, mingħajr dewmien żejjed:
|
(a) |
tagħmel disponibbli, b’mod nondiskriminatorju, lill-fornitur il-ġdid, fuq talba tagħhom u bil-permess tal-klijent finali, il-karatteristiċi tal-punt jew tal-punti kontabilistiċi assoċjati, permezz ta’ interfaċċa online jew permezz ta’ interfaċċa xierqa oħra; |
|
(b) |
tipproċessa t-talba għal bdil ivvalidat tal-klijent finali, sottomessa mill-fornitur il-ġdid; |
|
(c) |
tinnotifika lill-partijiet intitolati u lill-partijiet affettwati bi kwalunkwe bidla tal-fornitur u tal-parti inkarigata mill-ibbilanċjar assenjata għall-punt jew għall-punti kontabilistiċi assoċjati. |
2. L-amministraturi tal-punt tal-kejl, jew l-entitajiet iddelegati fejn l-Istati Membri jkunu stipulaw hekk, għandhom jagħtu lill-fornituri aċċess għall-faċilitajiet tal-ittestjar sabiex il-fornituri jkunu jistgħu jittestjaw il-kompatibbiltà tas-sistemi tagħhom mas-sistemi tal-amministraturi tal-punt tal-kejl, jew l-entitajiet iddelegati fejn l-Istati Membri jkunu stipulaw hekk, u jimplimentaw il-proċeduri f’dan ir-Regolament. Il-faċilità tal-ittestjar għandha tkun disponibbli qabel ma jiġu implimentati l-proċeduri u waqt li jkunu qed jitħaddmu.
Artikolu 8
Rekwiżiti tal-interoperabbiltà u proċeduri għall-aċċess u għall-iskambju ta’ data meħtieġa għall-proċess tal-bdil tal-fornitur
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri 1 u 2 stabbiliti fl-Anness għall-aċċess u għall-iskambju tad-data meħtieġa għall-proċess tal-bdil tal-fornitur.
TAQSIMA 2
Proċeduri trasparenti u nondiskriminatorji għall-aċċess għad-data u għall-iskambju tad-data
Artikolu 9
Rapportar tal-prattiki nazzjonali
1. Għall-finijiet tar-rapportar tal-prattiki nazzjonali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-mudell ta’ referenza, l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
jaħtru awtorità kompetenti jew entità oħra biex tissodisfa l-obbligi ta’ rapportar deskritti f’dan l-Artikolu. Il-mandat u l-arranġamenti għall-ħatra tagħha għandhom ikunu dettaljati b’mod ċar fil-qafas ta’ implimentazzjoni nazzjonali u għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni; |
|
(b) |
jirrikjedu li l-awtorità jew l-entità maħtura tipproduċi u żżomm aġġornat l-immappjar dettaljat tal-prattiki nazzjonali, li jinkludi deskrizzjoni komprensiva u spjegazzjoni ta’ kif jitwettqu l-passi proċedurali stabbiliti fit-Tabelli III.1 u III.2 tal-Anness. Dan l-immappjar jenħtieġ li jindika kwalunkwe pass ikkombinat u l-ordni li fiha jiġu eżegwiti; |
|
(c) |
jiżguraw li l-immappjar tal-prattiki nazzjonali, kif imsemmi fil-punt (b), jiġi sottomess mill-awtorità jew mill-entità maħtura lill-ENTSO-E u lill-entità tal-UE għad-DSO, li għandha tippubblikah f’repożitorju aċċessibbli għall-pubbliku, kif imsemmi fl-Artikolu 10. |
2. Ir-rapportar tal-prattiki nazzjonali għandu jinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni nazzjonali tal-mudell ta’ referenza, inklużi d-diversi rwoli, skambji ta’ informazzjoni, u proċeduri.
3. Ir-rapportar tal-prattiki nazzjonali għandu jaderixxi mal-gwida żviluppata mill-ENTSO-E u mill-entità tal-UE għad-DSO msemmija fl-Artikolu 11.
4. L-awtorità kompetenti jew entità oħra maħtura f’konformità mal-paragrafu 1(a) għandha tipprovdi r-rapportar tal-prattiki nazzjonali lill-ENTSO-E u lill-entità tal-UE għad-DSO u għandha tiżgura li l-Kummissjoni tiġi informata kif xieraq sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2027.
Artikolu 10
Kompiti għall-kooperazzjoni tal-entità tal-UE għad-DSO u tal-ENTSO għall-Elettriku dwar it-trasparenza tad-data
1. Għall-finijiet tal-kooperazzjoni tagħhom dwar it-trasparenza tad-data, l-ENTSO-E u l-entità tal-UE għad-DSO għandhom iwettqu l-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
jiżviluppaw u jippubblikaw gwida li tassisti lill-Istati Membri fir-rapportar tal-prattiki nazzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 11; |
|
(b) |
jiġbru r-rapporti tal-prattiki nazzjonali pprovduti mill-awtoritajiet jew mill-entitajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri rigward l-implimentazzjoni tal-mudell ta’ referenza f’konformità mal-Artikolu 9; |
|
(c) |
jippubblikaw u jżommu aġġornati r-rapporti tal-prattiki nazzjonali f’repożitorju disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li jespandu r-repożitorju żviluppat għall-aċċess għad-data dwar il-kejl u l-konsum skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162. |
2. L-ENTSO-E u l-entità tal-UE għad-DSO għandhom jikkollaboraw ukoll mal-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162, biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-mudell ta’ referenza stabbilit f’dan ir-Regolament, filwaqt li jakkomodaw żvilupp ulterjuri minħabba bidliet regolatorji, teknoloġiċi jew tas-suq.
Artikolu 11
Gwida għar-rapportar tal-prattiki nazzjonali
Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2026, l-ENTSO-E u l-entità tal-UE għad-DSO għandhom jiżviluppaw u jippubblikaw gwida dwar ir-rapportar tal-prattiki nazzjonali għall-bdil tal-fornitur. Din il-gwida għandha ssir disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li jiġu żgurati l-aċċessibbiltà u t-trasparenza għall-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 3 għandu japplika mill-31 ta’ Diċembru 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/944/oj.
(2) Id-Direttiva (UE) 2024/1711 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li temenda d-Direttivi (UE) 2018/2001 u (UE) 2019/944 fir-rigward tat-titjib tat-tfassil tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni (ĠU L, 2024/1711, 26.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1711/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1162 tas-6 ta’ Ġunju 2023 dwar ir-rekwiżiti tal-interoperabbiltà u l-proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data dwar il-kejl u l-konsum (ĠU L 154, 15.6.2023, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1162/oj).
(4) HEMRM — Mudell Eżemplari Armonizzat (għas-Suq tal-Elettriku), https://www.entsoe.eu/data/cim/role-models/.
(5) CIM — Mudell ta’ Informazzjoni Komuni, https://www.iec.ch/homepage.
(6) Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/83/oj).
(7) L-Avviż tal-Kummissjoni — Gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar drittijiet tal-konsumatur (ĠU C 525, 29.12.2021, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data , u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad- Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(10) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika(Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj).
(11) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(12) Ir-Regolament (UE) 2024/903 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li jistipula miżuri għal livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-settur pubbliku fl-Unjoni kollha (l-Att dwar Ewropa Interoperabbli) (ĠU L, 2024/903, 22.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/903/oj).
(13) Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/943/oj).
ANNESS
Mudell ta’ referenza għall-proċess għall-bdil tal-fornitur mill-klijenti
Il-mudell ta’ referenza għall-proċess għall-bdil tal-fornitur mill-klijenti, jikkonsisti f’sett ta’ proċeduri ta’ referenza għall-aċċess għad-data u fir-rigward tal-iskambji ta’ informazzjoni meħtieġa bejn ir-rwoli differenti rilevanti mwettqa mill-partijiet fis-suq.
It-tabelli f’dan l-Anness jirriflettu dak is-sett ta’ informazzjoni li jikkostitwixxi l-mudell ta’ referenza. Il-passi proċedurali stabbiliti f’dan l-Anness jistgħu jiġu kkombinati jew jitwettqu f’ordni differenti meta jiġu applikati fil-livell nazzjonali.
It-Tabella I fiha informazzjoni dwar l-istruttura u l-ambjent tas-suq nazzjonali, li sservi bħala riżorsa siewja għall-fornituri tal-elettriku li jfittxu li jistabbilixxu l-operazzjonijiet tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru u joffru servizzi lill-klijenti finali f’dak l-Istat Membru.
It-Tabella I telenka wkoll l-informazzjoni meħtieġa biex il-klijenti finali jkunu jistgħu jagħżlu fornitur ġdid u fornituri tal-elettriku biex jirreġistraw, jagħmlu onboarding, jew jistabbilixxu l-infrastruttura neċessarja biex jieħdu sehem fil-proċeduri deskritti fit-Tabella III. Dawk il-proċeduri jiffaċilitaw ukoll il-komunikazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-parteċipanti rilevanti fis-suq li jokkupaw ir-rwoli u jwettqu r-responsabbiltajiet stabbiliti fit-Tabella II.
Jenħtieġ li t-Tabella I u t-Tabella II ta’ dan l-Anness jinqraw flimkien mat-Tabella I “Informazzjoni ġenerali dwar l-ambjenti tal-Istati Membri” u t-Tabella II “Rwoli” stabbiliti fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162.
Tabella I
Informazzjoni ġenerali supplimentari dwar l-ambjenti tal-Istati Membri speċifiċi għall-bdil tal-fornitur (komplementari għat-Tabella I tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162)
|
ID |
Isem |
Deskrizzjoni |
|
|
I-s1 |
Informazzjoni dwar l-entità li tippubblika l-lista ta’ fornituri attivi tal-elettriku li joperaw fl-Istat Membru |
Isem tal-entità li tagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku |
Isem tal-organizzazzjoni, li hija responsabbli għar-reġistrazzjoni u għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-fornituri attivi tal-elettriku f’reġistru disponibbli għall-pubbliku fl-Istat Membru. |
|
Sit web |
Jekk applikabbli, link għas-sit web li jintuża għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-fornituri attivi tal-elettriku fl-Istat Membru. |
||
|
Kuntatt uffiċjali |
Dettalji ta’ kuntatt tal-entità responsabbli għar-reġistrazzjoni u għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-fornituri attivi tal-elettriku fl-Istat Membru. |
||
|
I-s2 |
Informazzjoni dwar il-fornituri attivi tal-elettriku fl-Istat Membru |
Link għal sit web jew għal dokument li jiġi ppubblikat fil-livell nazzjonali u li jinżamm aġġornat biex jipprovdi din l-informazzjoni inklużi l-isem tal-fornituri tal-elettriku, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tagħhom (eż. l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI, Legal Entity Identifier), in-Numru Ewropew tal-Oġġett (EAN, European Article Number)) u d-dettalji ta’ kuntatt uffiċjali. |
|
|
I-s3 |
Informazzjoni dwar l-entità li tippubblika l-lista ta’ partijiet attivi inkarigati mill-ibbilanċjar fl-Istat Membru |
Isem |
Isem tal-organizzazzjoni, li hija responsabbli għar-reġistrazzjoni u għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-partijiet attivi inkarigati mill-ibbilanċjar f’reġistru disponibbli għall-pubbliku fl-Istat Membru. |
|
Sit web |
Jekk applikabbli, link għas-sit web li jintuża għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-partijiet attivi inkarigati mill-ibbilanċjar fl-Istat Membru. |
||
|
Kuntatt uffiċjali |
Dettalji ta’ kuntatt tal-entità responsabbli għar-reġistrazzjoni u għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-partijiet attivi inkarigati mill-ibbilanċjar fl-Istat Membru. |
||
|
I-s4 |
Informazzjoni dwar il-partijiet inkarigati mill-ibbilanċjar fl-Istat Membru |
Link għal sit web jew għal dokument li jiġi ppubblikat fil-livell nazzjonali miżmum aġġornat biex jipprovdi din l-informazzjoni inklużi l-isem tal-partijiet inkarigati mill-ibbilanċjar, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tagħhom (eż. l-Identifikatur Ewropew ta’ Entità Ġuridika (EUEI), in-Numru Ewropew tal-Oġġett (EAN)) u d-dettalji ta’ kuntatt uffiċjali. |
|
Tabella II
Rwoli supplimentari u parteċipanti fis-suq speċifiċi għall-bdil tal-fornitur (komplementari għat-Tabella II tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162)
|
|
Isem |
Tip |
Deskrizzjoni |
||
|
Rwoli |
Parti inkarigata mill-ibbilanċjar |
Negozju |
Kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (14), tar-Regolament (UE) 2019/943. “Parti inkarigata mill-ibbilanċjar” hija parteċipant fis-suq jew ir-rappreżentant magħżul tiegħu responsabbli mill-iżbilanċi tiegħu fis-suq tal-elettriku. |
||
|
Fornitur tal-elettriku jew fornitur |
Negozju |
Kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), ta’ dan ir-Regolament. |
|||
|
Parteċipanti oħra fis-suq (1) |
Parti affettwata |
Negozju |
Kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (14), ta’ dan ir-Regolament. Dan il-parteċipant fis-suq jikseb jew jitlef ir-responsabbiltà għall-punt kontabilistiku kkonċernat bħala riżultat dirett tal-proċess tal-bdil tal-fornitur jew tal-kanċellazzjoni ta’ dak il-proċess.
|
||
|
Parti intitolata |
Negozju |
Kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (13), ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan il-parteċipant fis-suq jiġi infurmat dwar il-bidliet li jsiru fir-reġistru tal-punt tal-kejl mill-amministratur tal-punt tal-kejl, jew mill-entità delegata fejn l-Istati Membri jkunu pprovdew dan, bħala riżultat tal-proċess tal-bdil tal-fornitur jew tal-kanċellazzjoni ta’ dak il-proċess.
|
|||
|
(1) Il-parteċipanti fis-suq elenkati f’din it-tabella huma partijiet eliġibbli, kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (6), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162, li jwettqu servizz speċifiku għall-punt kontabilistiku involut fl-eżekuzzjoni tal-proċeduri stabbiliti fit-Tabella III, u affettwat minnha. Kull parti eliġibbli tassumi responsabbiltà sħiħa għat-twettiq tad-dmirijiet deżinjati tagħha. |
|||||
Ir-rwoli kollha klassifikati bħala “Negozju” għandhom joperaw b’mod sigur u awtentikat u permezz ta’ kanali ta’ komunikazzjoni fdati. Bħala tali, il-passi speċifiċi ta’ awtentikazzjoni użati għal skambji ta’ komunikazzjoni bħal dawn ma humiex dettaljati fil-proċeduri deskritti fit-Tabella III iżda, minflok, jitqiesu bħala prerekwiżiti essenzjali. Dan japplika kemm għall-proċedura tal-“bdil tal-fornitur” kif ukoll għall-proċedura tal-“kanċellazzjoni tal-bdil tal-fornitur”. Pereżempju, għall-“bdil tal-fornitur”, hekk kif il-klijent finali jitlob il-bdil tal-fornitur, il-fornitur il-ġdid irid jawtentika u jivvalida l-kredenzjali tal-klijent. Sabiex jittaffew ir-riskji ta’ frodi u ta’ serq ta’ identità, jenħtieġ li l-fornituri tal-elettriku jibbażaw fuq soluzzjonijiet li preferibbilment jingranaw mill-inqas żewġ fatturi ta’ awtentikazzjoni biex jivverifikaw b’mod effettiv l-identità ta’ klijent. F’dak il-kuntest, il-fornitur ta’ servizzi ta’ identità jista’ joffri servizzi ta’ awtentikazzjoni skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162, li jipprovdu saff addizzjonali ta’ sigurtà u ta’ konformità.
Tabella III
Kundizzjonijiet tal-Proċedura
|
Nru |
Isem il-proċedura |
Attur primarju |
Prekundizzjonijiet |
||||||||
|
1 |
Bdil tal-fornitur |
Klijent finali |
|
||||||||
|
2 |
Kanċellazzjoni tal-bdil tal-fornitur |
Klijent finali |
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-proċess għall-bdil tal-fornitur imsemmi fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944 huwa mifhum bħala l-proċess li bih klijent finali jibdel il-fornitur tal-elettriku tiegħu. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-mudell ta’ referenza f’dan l-Anness huwa limitat għall-proċeduri ewlenin għall-“bdil tal-fornitur” (it-Tabella III.1) u għall-“kanċellazzjoni tal-bdil tal-fornitur” (it-Tabella III.2). Filwaqt li l-bdil tal-fornitur jista’ jinvolvi wkoll il-bdil ta’ aggregatur, f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2019/944, jew ta’ organizzatur tal-kondiviżjoni tal-enerġija f’konformità mal-Artikolu 2, il-punt (5), tad-Direttiva (UE) 2024/1711, dan ir-Regolament jindirizza speċifikament biss il-bdil tal-fornituri tal-elettriku.
Il-proċeduri kollha diskussi f’dan l-Anness jirrappreżentaw il-“fluss ta’ suċċess”, li jirreferi għall-perkors standard jew mistenni fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha, u l-azzjonijiet jipproċedu mingħajr xkiel mingħajr ma jinqalgħu kwistjonijiet bħal diskrepanzi fid-data, żbalji, jew devjazzjonijiet. Il-fluss ta’ suċċess jiżgura l-eżekuzzjoni b’suċċess tal-proċess u l-kisba tal-eżitu mixtieq.
Il-proċedura “bdil tal-fornitur”, kif dettaljata fit-Tabella III.1, tinkludi r-reġistrazzjoni tal-fornitur il-ġdid fil-punt kontabilistiku skont id-data speċifikata fil-kuntratt ta’ provvista. Ir-reġistrazzjoni attwali tal-fornitur il-ġdid tal-elettriku, li bdiet fil-pass proċedurali 1.13, wara l-konklużjoni tal-kuntratt, u li saret kif stabbilit fil-pass proċedurali 1.19 fit-Tabella III.1, titwettaq mill-amministratur tal-punt tal-kejl, jew mill-entità delegata fejn l-Istati Membri jkunu pprovdew dan, fir-reġistru tal-punt tal-kejl. Dak il-pass jiġi segwit billi tiġi nnotifikata l-bidla lill-partijiet intitolati u affettwati kollha. Il-proċess tekniku ġenerali għall-bdil tal-fornitur tal-elettriku, jiġifieri l-proċess tar-reġistrazzjoni ta’ fornitur ġdid f’punt tal-kejl mal-operatur tas-suq, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944, jinkludi l-passi proċedurali 1.13 sa 1.19 stabbiliti fit-Tabella III.1 u għandu jitlesta fi żmien 24 siegħa sa mhux aktar tard mill-2026. Il-proċess simplifikat fit-Tabella III.1 jallinja mad-dritt li jinbidel il-fornitur tal-elettriku, garantit mid-Direttiva (UE) 2019/944.
Huwa essenzjali li l-passi proċedurali stabbiliti f’dan l-Anness jinftiehmu bħala li jiffaċilitaw il-proċess tal-bdil, jimminimizzaw l-ostakli, u jirrispettaw l-għażla tal-konsumatur. F’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/944, il-fornitur attwali ma għandux ifixkel jew idewwem il-bdil. Dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kuntrattwali, il-klijenti huma intitolati li jibdlu l-fornituri b’mod li ma jkunx diskriminatorju għall-kost, għall-isforz, jew għaż-żmien, u b’hekk tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji tat-trasparenza, tal-awtonomizzazzjoni tal-konsumatur, u tal-kompetizzjoni fis-suq.
Il-proċedura “kanċellazzjoni tal-bdil tal-fornitur” tippermetti r-revoka ta’ notifika ta’ bdil tal-fornitur mibdija permezz tal-proċedura ta’ “bdil tal-fornitur”. Kif stabbilit fit-Tabella III.2, l-implimentazzjoni ta’ dik il-proċedura tiddependi sa ċertu punt fuq ir-regoli nazzjonali li jirregolaw l-applikazzjoni tad-dritt tal-klijent finali li jikkanċella l-kuntratt ta’ provvista l-ġdid fil-perjodu ta’ rtirar permess. F’ambjenti nazzjonali, tista’ tintuża subproċedura standard ibbażata fuq id-dritt kuntrattwali, u marbuta mal-perjodu ta’ rtirar, li hija applikabbli fis-setturi kollha, inkluż is-settur tal-elettriku, kif ukoll għas-servizzi u għall-oġġetti kollha. B’riżultat ta’ dan, il-passi tal-proċedura ta’ “kanċellazzjoni tal-bdil tal-fornitur” għandhom jinftiehmu u jiġu implimentati mingħajr ma jiġu affettwati r-regoli u l-proċeduri nazzjonali għall-immaniġġjar tal-perjodu ta’ rtirar permess.
Waħda mill-prekundizzjonijiet ewlenin għat-twettiq tal-proċedura ta’ “kanċellazzjoni tal-bdil tal-fornitur”, stabbilita fit-Tabella III.2, hija li l-provvista tal-elettriku bbażata fuq il-kuntratt il-ġdid tkun għadha ma bdietx. F’dak ix-xenarju, il-klijent finali jibqa’ mal-fornitur attwali tiegħu wara li titlesta l-proċedura ta’ “kanċellazzjoni tal-bdil tal-fornitur”. Madankollu, jekk klijent finali jkun jixtieq jikkanċella l-bdil tiegħu għal fornitur ġdid wara li tkun bdiet il-provvista, huwa jrid minflok jibda l-proċedura ta’ “bdil tal-fornitur”, jew proċedura ekwivalenti oħra f’konformità mal-liġi nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, peress li f’dak il-punt il-fornitur il-ġdid isir il-fornitur attwali tal-klijent, u l-proċedura ta’ “kanċellazzjoni tal-bdil tal-fornitur” ma tkunx għadha applikabbli.
Is-sħab kummerċjali identifikati fit-Tabella II u elenkati fil-proċeduri stabbiliti fiha huma partijiet assoċjati mal-punt kontabilistiku u huma distinti mill-interess dirett (“partijiet affettwati”) jew indirett (“partijiet intitolati”) tagħhom fil-proċess tal-bidla tal-fornitur.
L-oġġetti ta’ informazzjoni skambjati fil-proċedura 1 (it-Tabella III.1) u fil-proċedura 2 (it-Tabella III.2) huma identifikati b’referenzi uniċi taħt il-kolonna intitolata “Informazzjoni skambjata (IDs)” stabbilita fit-Tabella III.1 u fit-Tabella III.2. It-Tabella IV telenka dawk l-oġġetti ta’ informazzjoni, flimkien mad-deskrizzjonijiet tagħhom.
Id-Dijagramma 1 u d-Dijagramma 2 juru l-proċeduri deskritti fit-Tabella III.1 u fit-Tabella III.2 u jsegwu l-Business Process Model and Notation 2.0 (2) ta’ Object Management Group.
Tabella III.1
Proċedura 1 — Bdil tal-fornitur
|
Isem il-proċedura |
Bdil tal-fornitur |
||||||
|
Nru tal-pass |
Pass |
Deskrizzjoni tal-pass |
Produttur tal-informazzjoni |
Riċevitur tal-informazzjoni |
Informazzjoni skambjata (IDs) |
||
|
1.1 |
Kuntatt bejn il-klijent finali u l-fornitur il-ġdid |
Il-klijent finali (jew il-fornitur il-ġdid potenzjali) jagħmel kuntatt biex jitlob (jew jipprovdi) offerta, li tista’ twassal għal kuntratt ġdid għall-provvista tal-elettriku u għat-tmiem tal-kuntratt eżistenti mal-fornitur attwali. |
Klijent finali (jew fornitur ġdid) |
Fornitur ġdid (jew klijent finali) |
A |
||
|
Il-klijent finali jiskatta l-bdil. |
Klijent finali |
Fornitur ġdid |
||||
|
Il-fornitur il-ġdid jiskatta l-bdil. |
Fornitur ġdid |
Klijent finali |
||||
|
1.2 |
[Pass fakultattiv skont l-arranġamenti nazzjonali] Verifika għal restrizzjonijiet kuntrattwali possibbli |
Skont ir-regoli nazzjonali, il-fornitur il-ġdid jivverifika kwalunkwe restrizzjoni kuntrattwali potenzjali fil-kuntratt ta’ provvista attwali li jista’ jkollha impatt fuq l-attivazzjoni tal-kuntratt ta’ provvista l-ġdid.
|
Fornitur ġdid |
Fornitur ġdid |
[Mhux rilevanti] |
||
|
1.3 |
[Kundizzjonali – jekk jiġi implimentat il-pass 1.2] Soluzzjoni ta’ kwistjonijiet mal-fornitur attwali |
Il-fornitur il-ġdid jipprovdi – ma’ kwalunkwe permess meħtieġ mill-klijent finali – l-informazzjoni neċessarja biex tiġi solvuta kwalunkwe restrizzjoni kuntrattwali identifikata mal-fornitur attwali għall-attivazzjoni tal-kuntratt ta’ provvista l-ġdid.
|
Fornitur ġdid |
Fornitur attwali |
[Mhux rilevanti] |
||
|
1.4 |
[Kundizzjonali – jekk jiġi implimentat il-pass 1.2] Komunikazzjoni tar-riżultati tar-riżoluzzjoni |
Il-fornitur attwali jinforma lill-fornitur il-ġdid bir-riżultati tar-riżoluzzjoni.
|
Fornitur attwali |
Fornitur ġdid |
[Mhux rilevanti] |
||
|
1.5 |
[Kundizzjonali – jekk jiġi implimentat il-pass 1.2] Notifika lill-klijent finali dwar ir-riżultati tar-riżoluzzjoni tal-kwistjoni |
Il-fornitur il-ġdid jinforma lill-klijent finali bir-riżultat tar-riżoluzzjoni tal-kwistjoni.
|
Fornitur ġdid |
Klijent finali |
B |
||
|
1.6 |
Validazzjoni tal-ħtieġa għal karatteristiċi tal-punt kontabilistiku |
Il-fornitur il-ġdid jiddeċiedi jekk humiex meħtieġa karatteristiċi tal-punt kontabilistiku bil-quddiem.
|
Fornitur ġdid |
Fornitur ġdid |
[Mhux rilevanti] |
||
|
1.7 |
[Fakultattiv] Talba għal karatteristiċi tal-punt kontabilistiku bil-quddiem |
Il-fornitur il-ġdid, bil-permess tal-klijent finali, jitlob bil-quddiem il-karatteristiċi tal-punt kontabilistiku mill-amministratur tal-punt tal-kejl, jew mill-entità delegata. |
Fornitur ġdid |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
C |
||
|
1.8 |
[Kundizzjonali – jekk jiġi implimentat il-pass 1.7] Validazzjoni tat-talba għal karatteristiċi tal-punt kontabilistiku bil-quddiem |
L-amministratur tal-punt tal-kejl, jew l-entità delegata, tivvalida t-talba għal karatteristiċi tal-punt kontabilistiku. |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
[Mhux rilevanti] |
||
|
1.9 |
[Kundizzjonali – jekk jiġi implimentat il-pass 1.7] Jiġu pprovduti l-karatteristiċi tal-punt kontabilistiku |
L-amministratur tal-punt tal-kejl, jew l-entità delegata, tibgħat il-karatteristiċi tal-punt kontabilistiku mitluba lill-fornitur il-ġdid jew tipprovdi indikazzjoni sinifikanti f’każ ta’ talba invalida. |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
Fornitur ġdid |
D |
||
|
1.10 |
[Kundizzjonali – jekk jiġi implimentat il-pass 1.7] Notifika lill-klijent finali bir-riżultati tal-validazzjoni tal-punt kontabilistiku |
Il-fornitur il-ġdid jinforma lill-klijent finali dwar ir-riżultat tal-validazzjoni tal-punt kontabilistiku. |
Fornitur ġdid |
Klijent finali |
B |
||
|
1.11 |
Talba għal konklużjoni tal-kuntratt |
Il-fornitur il-ġdid jistieden lill-klijent finali jikkonkludi l-kuntratt il-ġdid, għall-provvista tal-elettriku fid-data mitluba. |
Fornitur Ġdid |
Klijent finali |
O |
||
|
1.12 |
Konklużjoni tal-kuntratt |
Il-klijent finali jikkonkludi l-kuntratt għall-provvista tal-elettriku fid-data mitluba. |
Klijent finali |
Fornitur ġdid |
O |
||
|
Bdil Tekniku: il-passi 1.13 sa 1.19 |
|||||||
|
1.13 |
Talba għal bdil tal-fornitur |
Il-fornitur il-ġdid jissottometti talba lill-amministratur tal-punt tal-kejl, jew lill-entità delegata, biex jiġi rreġistrat bħala l-fornitur il-ġdid (flimkien mal-parti inkarigata mill-ibbilanċjar) fir-reġistru tal-punt tal-kejl għall-punt kontabilistiku fid-data speċifikata. |
Fornitur ġdid |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
E |
||
|
1.14 |
Validazzjoni tat-talba għal bdil tal-fornitur |
L-amministratur tal-punt tal-kejl, jew l-entità delegata, tivvalida t-talba speċifikata għal bdil tal-fornitur. |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
[Mhux rilevanti] |
||
|
1.15 |
Komunikazzjoni tar-riżultati tal-validazzjoni għal talba għal bdil tal-fornitur |
L-amministratur tal-punt tal-kejl, jew l-entità delegata, tinforma lill-fornitur il-ġdid bir-riżultati tal-validazzjoni għall-bidla mitluba tal-fornitur fil-punt kontabilistiku. F’każ ta’ talba invalida, tingħata tweġiba sinifikattiva. |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
Fornitur ġdid |
F |
||
|
1.16 |
Notifika lill-klijent finali bir-riżultati tal-bdil tal-fornitur |
Il-fornitur il-ġdid jinnotifika lill-klijent finali bir-riżultati tal-bdil tal-fornitur malli jkunu disponibbli. Dan jista’ jsir, fejn teknikament fattibbli, fil-perjodu ta’ 24 siegħa mill-bdil tekniku. |
Fornitur ġdid |
Klijent finali |
B |
||
|
1.17 |
Notifika lill-partijiet affettwati dwar il-bdil tal-fornitur |
L-amministratur tal-punt tal-kejl, jew l-entità delegata, tinnotifika lill-partijiet affettwati kollha direttament wara li tivvalida b’suċċess it-talba għal bdil tal-fornitur. |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
Parti affettwata |
H |
||
|
1.18 |
Reġistrazzjoni ta’ fornitur ġdid fir-reġistru tal-punt tal-kejl |
L-amministratur tal-punt tal-kejl, jew l-entità delegata, tirreġistra l-fornitur il-ġdid (flimkien mal-parti inkarigata mill-ibbilanċjar) fir-reġistru tal-punt tal-kejl bħala l-fornitur għall-punt kontabilistiku, effettiv mid-data speċifikata. L-amministratur tal-punt tal-kejl, jew l-entità delegata, tagħmel ukoll l-aġġornamenti neċessarji kollha biex tikkompleta l-bdil tal-fornitur. |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
[Mhux rilevanti] |
||
|
1.19 |
Notifika tal-karatteristiċi tal-punt kontabilistiku lill-partijiet intitolati u lill-partijiet affettwati |
Il-partijiet intitolati u l-partijiet affettwati jirċievu karatteristiċi aġġornati tal-punt kontabilistiku li jirriżultaw mill-proċess tar-reġistrazzjoni tal-bdil tal-fornitur fid-data speċifikata tal-bidla tal-fornitur. |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
Parti intitolata Parti affettwata |
G |
||
|
1.20 |
Talba għad-data dwar il-kejl |
Il-fornitur attwali u l-fornitur il-ġdid jitolbu d-data dwar il-kejl għad-data effettiva tal-bdil tal-fornitur fil-punt kontabilistiku biex jiżguraw fatturazzjoni akkurata. |
Fornitur attwali u ġdid |
Amministratur tad-data mkejla, jew entità delegata |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162 — Anness — Tabella IV (ID tal-Informazzjoni Skambjata — C) |
||
|
1.21 |
Validazzjoni tad-data dwar il-kejl |
L-amministratur tad-data mkejla, jew l-entità delegata, tivvalida t-talba għad-data dwar il-kejl. |
Amministratur tad-data mkejla, jew entità delegata |
Amministratur tad-data mkejla, jew entità delegata |
[Mhux rilevanti] |
||
|
1.22 |
Trażmissjoni tad-data dwar il-kejl |
L-amministratur tad-data mkejla, jew l-entità delegata, tibgħat id-data dwar il-kejl mitluba lill-fornitur attwali u lill-fornitur il-ġdid u tipprovdi tweġiba sinifikattiva f’każ ta’ talba invalida. |
Amministratur tad-data mkejla, jew entità delegata |
Fornitur ġdid |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1162 – Anness — Tabella IV (ID tal-Informazzjoni Skambjata — E) |
||
Dijagramma 1
Proċedura “Bdil tal-fornitur”
Tabella III.2
Proċedura 2 — Kanċellazzjoni tal-bdil tal-fornitur
|
Isem il-proċedura |
Kanċellazzjoni tal-bdil tal-fornitur |
||||||||||
|
Nru tal-pass |
Pass |
Deskrizzjoni tal-pass |
Produttur tal-informazzjoni |
Riċevitur tal-informazzjoni |
Informazzjoni skambjata (IDs) |
||||||
|
2.1 |
Talba għall-kanċellazzjoni ta’ kuntratt ta’ provvista ġdid |
Il-klijent finali jissottometti talba biex jikkanċella l-kuntratt ta’ provvista ġdid lill-fornitur li jkun għadu kif ġie kkuntrattat. |
Klijent finali |
Fornitur ġdid |
J |
||||||
|
2.2 |
Validazzjoni tat-talba għall-kanċellazzjoni |
Il-fornitur il-ġdid jivverifika:
|
Fornitur ġdid |
Fornitur ġdid |
[Mhux rilevanti] |
||||||
|
2.3 |
(Kondizzjonali għall-eżitu mingħajr suċċess tal-pass 2.2) Notifika lill-klijent finali dwar il-falliment tal-validazzjoni |
Jekk il-validazzjoni (taħt il-pass 2.2) tfalli, il-fornitur il-ġdid jinnotifika lill-klijent finali b’indikazzjoni sinifikattiva, bi spjegazzjoni tal-falliment, u bil-fatt li t-talba għall-kanċellazzjoni qed tintemm. |
Fornitur ġdid |
Klijent finali |
B |
||||||
|
2.4 |
Validazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ fornitur ġdid fil-punt kontabilistiku |
Il-fornitur il-ġdid jivvalida r-reġistrazzjoni tat-talba għall-bdil tal-fornitur fir-reġistru tal-punt tal-kejl f’konformità mal-kuntratt il-ġdid. |
Fornitur ġdid |
Fornitur Ġdid |
[Mhux rilevanti] |
||||||
|
2.5 |
Talba għall-kanċellazzjoni ta’ kuntratt ġdid fir-reġistru tal-punt tal-kejl |
Il-fornitur il-ġdid jissottometti talba lill-amministratur tal-punt tal-kejl, jew lill-entità delegata, biex jikkanċella l-bdil pendenti tal-fornitur fir-reġistru tal-punt tal-kejl minħabba l-kanċellazzjoni tal-kuntratt ta’ provvista l-ġdid. |
Fornitur ġdid |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
K |
||||||
|
2.6 |
Validazzjoni tat-talba għall-kanċellazzjoni |
L-amministratur tal-punt tal-kejl, jew l-entità delegata, tivverifika jekk il-fornitur il-ġdid huwiex irreġistrat fil-punt kontabilistiku għall-provvista fid-data tal-bidu speċifikata fit-talba għall-kanċellazzjoni tal-kuntratt il-ġdid (sottomessa skont il-pass 2.5). |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
[Mhux rilevanti] |
||||||
|
2.7 |
Notifika lill-fornitur il-ġdid bir-riżultat tal-validazzjoni (3) |
L-amministratur tal-punt tal-kejl, jew l-entità delegata, tinforma lill-fornitur il-ġdid bir-riżultat tal-validazzjoni. Fil-każ ta’ talba invalida, dawn jipprovdu indikazzjoni/spjegazzjoni sinifikanti. |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
Fornitur ġdid |
M |
||||||
|
2.8 |
Kanċellazzjoni tal-bdil pendenti tal-fornitur |
L-amministratur tal-punt tal-kejl, jew l-entità delegata, tikkanċella r-reġistrazzjoni tal-bdil pendenti tal-fornitur.
|
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
[Mhux rilevanti] |
||||||
|
2.9 |
Notifika lill-partijiet affettwati dwar il-kanċellazzjoni tal-bdil tal-fornitur |
L-amministratur tal-punt tal-kejl, jew l-entità delegata, tinnotifika lill-partijiet affettwati dwar il-kanċellazzjoni tal-bdil tal-fornitur. |
Amministratur tal-punt tal-kejl, jew entità delegata |
Partijiet affettwati |
L |
||||||
|
2.10 |
Tintbagħat informazzjoni lill-klijent finali dwar il-falliment tal-validazzjoni |
Jekk il-validazzjoni tfalli, il-fornitur il-ġdid jinforma lill-klijent finali b’indikazzjoni/bi spjegazzjoni sinifikanti tal-falliment. |
Fornitur ġdid |
Klijent finali |
B |
||||||
|
2.11 |
Kanċellazzjoni tal-kuntratt ta’ provvista |
Il-fornitur il-ġdid jikkanċella l-kuntratt ta’ provvista mal-klijent finali. |
Fornitur ġdid |
Fornitur ġdid |
[Mhux rilevanti] |
||||||
|
2.12 |
Notifika lill-klijent finali dwar il-kanċellazzjoni tal-kuntratt |
Il-fornitur il-ġdid jinnotifika lill-klijent finali li l-kuntratt ta’ provvista l-ġdid ġie kkanċellat.
|
Fornitur ġdid |
Klijent finali |
N |
||||||
|
(3) F’każ li validazzjoni tfalli, tapplika s-sekwenza tal-passi 2.7 u 2.10. L-amministratur tal-punt tal-kejl, jew l-entità delegata, tinforma lill-fornitur il-ġdid dwar il-validazzjoni li ma rnexxietx, li sussegwentement jinforma lill-klijent finali, kif muri fid-Dijagramma 2 (linji bit-tikek ħomor). |
|||||||||||
Dijagramma 2
Proċedura “Kanċellazzjoni tal-bdil tal-fornitur”
Tabella IV
Oġġetti ta’ informazzjoni skambjati
|
ID tal-informazzjoni skambjata |
Isem tal-informazzjoni |
Deskrizzjoni tal-informazzjoni skambjata |
Rimarki |
|
|
A |
Kuntatt bejn il-klijent finali u l-fornitur il-ġdid |
Identifikatur tal-punt kontabilistiku |
Sett ta’ informazzjoni biex jiġi identifikat il-punt kontabilistiku. |
|
|
Klijent finali |
Informazzjoni li tidentifika l-klijent finali u informazzjoni użata biex tiġi awtentikata l-identità. |
|
||
|
Data tal-bidu mitluba |
Id-data mitluba mill-klijent finali għall-bidu tal-provvista. |
|
||
|
B |
Informar lill-klijent dwar ir-riżultat tal-validazzjoni |
Riżultat tal-validazzjoni |
Informazzjoni dwar l-eżitu tal-istadju ta’ validazzjoni. |
|
|
C |
Talba għal karatteristiċi tal-punt kontabilistiku bil-quddiem |
ID tal-punt kontabilistiku |
L-identifikazzjoni unika tal-punt kontabilistiku li għalih jintalab il-bdil tal-fornitur. |
|
|
ID tal-parti rikjedenti |
L-identifikazzjoni unika tal-parti rikjedenti (= fornitur ġdid) li jkollha l-ħsieb li tforni l-punt kontabilistiku. |
|
||
|
Raġuni għat-talba |
Kodiċi li jispeċifika r-raġuni (jiġifieri l-bdil tal-fornitur) għat-talba. |
Il-valuri tal-kodiċi għal attributi speċifiċi fl-oġġetti ta’ informazzjoni rilevanti ma humiex definiti f’dan ir-Regolament. Dawn ikunu dettaljati fid-dokumentazzjoni tal-istandardizzazzjoni tan-negozju korrispondenti. |
||
|
D |
Karatteristiċi tal-punt kontabilistiku (4) ipprovduti bil-quddiem |
Data tal-bidu |
Id-data meta l-kontenut ta’ dan is-sett ta’ informazzjoni jsir jew sar validu. |
Jiġi ddefinit sett minimu ta’ attributi biss; speċifikazzjoni ulterjuri ta’ dan l-oġġett ta’ informazzjoni titħalla f’idejn l-implimentazzjoni nazzjonali. |
|
ID tal-punt kontabilistiku |
L-identifikazzjoni unika tal-punt kontabilistiku li din it-talba għandha fil-mira. |
|||
|
Fornitur Futur (5) |
Jindika jekk hemmx kuntratt għal fornitur futur f’dan il-punt kontabilistiku. (L-element huwa Boolean — iva jew le). |
|||
|
Data tal-bidu tal-provvista futura |
Id-data li fiha se tibda l-provvista futura. |
|||
|
E |
Talba għal bdil tal-fornitur |
Data tal-bidu |
Id-data mitluba mill-fornitur il-ġdid biex jieħu f’idejh il-provvista tal-elettriku għal dan il-punt kontabilistiku. |
Din id-data trid tkun fil-futur. |
|
ID tal-punt kontabilistiku |
L-identifikazzjoni unika tal-punt kontabilistiku li din it-talba għandha fil-mira. |
|
||
|
ID tal-fornitur il-ġdid |
L-identifikazzjoni unika tal-fornitur rikjedenti. |
|
||
|
ID tal-parti l-ġdida inkarigata mill-ibbilanċjar (fakultattiva) |
L-identifikazzjoni unika tal-parti inkarigata mill-ibbilanċjar għal dan il-punt kontabilistiku, kif mitlub mill-fornitur il-ġdid. |
L-iskambju ta’ din l-informazzjoni huwa fakultattiv u ma jkunx meħtieġ meta diġà jkun inkluż fil-mudell nazzjonali għall-iskambju ta’ data. |
||
|
Klijent finali |
Sett ta’ informazzjoni biex jiġi identifikat il-klijent finali. |
|
||
|
F |
Bdil tar-riżultati tal-fornitur |
Raġuni għar-rifjut |
{jekk talba tiġi miċħuda} Kodiċi li jispeċifika r-raġuni(jiet) għar-rifjut tal-bdil tal-fornitur mitlub. |
Il-valuri tal-kodiċi għal attributi speċifiċi fl-oġġetti ta’ informazzjoni rilevanti ma humiex definiti f’dan ir-Regolament. Dawn ikunu dettaljati fid-dokumentazzjoni tal-istandardizzazzjoni tan-negozju korrispondenti. |
|
G |
Notifika tal-karatteristiċi tal-punt kontabilistiku lill-partijiet intitolati u lill-partijiet affettwati |
Data tal-bidu |
Id-data minn meta l-fornitur il-ġdid u l-parti inkarigata mill-ibbilanċjar jassumu r-rwoli tagħhom (jiġifieri jibdew l-inkarigu tal-provvista jew tal-ibbilanċjar, rispettivament) għal dan il-punt kontabilistiku. |
Jiġi ddefinit sett minimu ta’ attributi biss; speċifikazzjoni ulterjuri ta’ dan l-oġġett ta’ informazzjoni titħalla f’idejn l-implimentazzjoni nazzjonali. |
|
ID tal-Punt Kontabilistiku |
L-identifikazzjoni unika tal-punt kontabilistiku li għalih huwa kkonfermat il-bdil tal-fornitur. |
|||
|
ID tal-Fornitur |
L-identifikazzjoni unika tal-fornitur li qed iforni l-punt kontabilistiku mid-data tal-bidu. |
|||
|
ID tal-parti inkarigata mill-ibbilanċjar |
L-identifikazzjoni unika tal-parti inkarigata mill-ibbilanċjar li tassumi l-inkarigu tal-ibbilanċjar mid-data tal-bidu għal dan il-punt kontabilistiku. |
|||
|
H |
Notifika tal-bdil tal-fornitur lill-parti affettwata |
Data tal-bdil |
Id-data meta l-parti affettwata preżenti tirrinunzja għall-inkarigu tal-provvista jew tal-ibbilanċjar (TELF) għal dan il-punt kontabilistiku, jew id-data meta l-parti affettwata l-ġdida tassumi l-inkarigu (KSIB) għal dan il-punt kontabilistiku. |
Jeżistu żewġ verżjonijiet (TELF/KSIB) ta’ dan l-oġġett ta’ informazzjoni abbażi tar-rwol tal-parti riċeventi (parti affettwata attwali/ġdida). |
|
ID tal-punt kontabilistiku |
L-identifikazzjoni unika tal-punt kontabilistiku li għalih jiġi nnotifikat il-bdil tal-fornitur. |
|||
|
J |
Talba għall-kanċellazzjoni tal-kuntratt |
L-ebda definizzjoni, format liberu |
|
|
|
K |
Talba biex jiġi kkanċellat il-bdil tal-fornitur fir-reġistru tal-punt tal-kejl |
Data tal-bidu |
Id-data meta l-fornitur il-ġdid kellu jieħu f’idejh il-provvista tal-elettriku għal dan il-punt kontabilistiku. |
Din id-data trid tkun fil-futur. |
|
ID tal-punt kontabilistiku |
L-identifikazzjoni unika tal-punt kontabilistiku li t-talba għall-bdil tal-fornitur għandha fil-mira. |
|
||
|
ID tal-fornitur il-ġdid |
L-identifikazzjoni unika tal-fornitur rikjedenti. |
|
||
|
L |
Notifika dwar il-kanċellazzjoni tal-bdil tal-fornitur fir-reġistru tal-punt tal-kejl lill-partijiet affettwati |
Data tal-bidu |
Id-data meta l-fornitur il-ġdid kellu jassumi l-provvista għall-punt kontabilistiku. |
|
|
ID tal-punt kontabilistiku |
L-identifikazzjoni unika tal-punt kontabilistiku li għalih jiġi nnotifikat il-bdil tal-fornitur. |
|
||
|
M |
Notifika dwar il-kanċellazzjoni lill-fornitur |
Data tal-bidu |
Id-data meta l-fornitur il-ġdid kellu jassumi l-provvista għal dan il-punt kontabilistiku. |
Din id-data trid tkun fil-futur. |
|
ID tal-punt kontabilistiku |
L-identifikazzjoni unika tal-punt kontabilistiku li din it-talba għall-bdil tal-fornitur għandha fil-mira. |
|
||
|
ID tal-fornitur il-ġdid |
L-identifikazzjoni unika tal-fornitur rikjedenti. |
|
||
|
ID tal-parti l-ġdida inkarigata mill-ibbilanċjar (fakultattiva) |
L-identifikazzjoni unika tal-parti inkarigata mill-ibbilanċjar għal dan il-punt kontabilistiku, kif mitlub mill-fornitur il-ġdid. |
L-iskambju ta’ din l-informazzjoni huwa fakultattiv u ma jkunx meħtieġ meta diġà jkun inkluż fil-mudell nazzjonali għall-iskambju ta’ data. |
||
|
N |
Notifika tal-kanċellazzjoni tal-bdil tal-fornitur lill-klijent finali |
L-ebda definizzjoni, format liberu |
|
|
|
O |
Konferma tal-kuntratt |
L-ebda definizzjoni, format liberu |
|
|
|
(4) Dan l-oġġett ta’ informazzjoni għandu l-għan li jipprovdi – bil-permess rilevanti – karatteristiċi addizzjonali tal-punt kontabilistiku għall-fornitur tal-elettriku biex ikun jista’ jipprovdi proposti ta’ kuntratti ta’ provvista mfassla apposta għall-klijent finali. (5) Pereżempju, fornitur jista’ jiġi rreġistrat għal perjodu futur, bħas-sena ta’ wara, filwaqt li fornitur ġdid, wara t-talba tal-klijent finali rispettiv, jista’ jitlob bdil għall-perjodu li jwassal sa dak il-punt. F’dak ix-xenarju, il-fornitur il-ġdid huwa infurmat, permezz ta’ dan l-oġġett ta’ informazzjoni, li “fornitur futur” diġà jkun irreġistrat għall-perjodu li jibda s-sena ta’ wara. |
||||
(2) Object Management Group, Business Process Model and Notation 2.0, https://www.omg.org/spec/BPMN/2.0.2/PDF.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/855/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)