European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/820

8.4.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/820

tal-1 ta’ April 2026

dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta mal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Greċja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/732

(notifikata bid-dokument C(2026) 2350)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer hija marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali mammiferi tal-ordnijiet Artiodactyla u Proboscidea u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernata u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u dan jikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti derivati minnhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. F’każ ta’ tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered lejn stabbilimenti oħra li jżommu l-annimali tal-ispeċijiet elenkati għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif identifikati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (2) (l-ispeċijiet elenkati).

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (3) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882. B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni u żona ta’ sorveljanza u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar jew maġenb iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/732 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429, u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza interim marbuta mat-tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fi stabbilimenti li jżommu l-annimali tal-ispeċijiet elenkati fl-unità reġjonali ta’ Lesvos fil-Greċja, li ġew ikkonfermati f’Marzu 2026. B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/732 tipprevedi li l-Ġreċja trid tistabbilixxi żoni ristretti li jkunu jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll żona ristretta ulterjuri, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, biex il-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll fiż-żona ristretta ulterjuri, ikunu effettivament applikati imqar sad-dati elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, u li dawk iż-żoni jkunu jinkludu mqar iż-żoni elenkati f’dak l-Anness.

(4)

Minn mindu ġiet adottata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/732 kien hemm aktar tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fi stabbilimenti fl-unità reġjonali ta’ Lesvos fil-Greċja, li ġew ikkonfermati f’Marzu 2026, fi ħdan iż-żoni ristretti stabbiliti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/732. Għalhekk, b’urġenza, jeħtieġ jiġu stabbiliti ż-żoni ristretti fil-livell tal-Unjoni biex jitqiesu dawk it-tifqigħat addizzjonali.

(5)

Biex ikun evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u jkun evitat li xi pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ, fil-livell tal-Unjoni jeħtieġ jiġu identifikati malajr iż-żoni ristretti għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Greċja, li jkunu jinkludu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, u żona ristretta ulterjuri, b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru. Għaldaqstant, fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti ż-żoni identifikati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri fil-Greċja, u tiġi ffissata d-durata ta’ dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(6)

Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u taż-żona ristretta ulterjuri, u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom kif stabbilit f’konformità mal-Annessi X u XI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jkunu bbażati fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Istat Membru kkonċernat kif ukoll il-livell tar-riskju ta’ tixrid ulterjuri tal-marda.

(7)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Greċja u r-riskju li l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer tista’ tinfirex minn annimali tal-ispeċijiet elenkati infettati b’mod subkliniku, jeħtieġ jiġi pprojbit il-moviment ta’ dawn l-annimali minn xi post fiż-żona ristretta ulterjuri lejn destinazzjonijiet barra mill-perimetri esterni taż-żona ristretta ulterjuri sa ċerta data fissa.

(8)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/732 jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Greċja għandha tistabbilixxi żoni ristretti, li jkunu jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, u żona ristretta ulterjuri, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, biex il-miżuri li jridu jiġu applikati f’dawk iż-żoni f’konformità ma’ dak ir-Regolament Delegat jkunu effettivament applikati mqar sad-dati elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Dawk iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, u ż-żona ristretta ulterjuri, għandhom jinkludu mqar iż-żoni elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Il-Greċja għandha tiżgura li l-movimenti tal-annimali tal-ispeċijiet elenkati għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, miż-żona ristretta ulterjuri stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni lejn destinazzjoni barra mill-perimetri esterni ta’ dik iż-żona ristretta ulterjuri jiġu pprojbiti sad-dati elenkati f’dak l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/732 titħassar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2026.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/732 tal-20 ta’ Marzu 2026 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Greċja (ĠU L, 2026/732, 24.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/732/oj).


ANNESS

Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat konfermati

Stat Membru

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żoni ristretti msemmija fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Il-Greċja

GR-FMD-2026-00001

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,323973, Long. 26,273587.

15.5.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,323973, Long. 26,273587, excluding the areas contained in the protection zone.

15.5.2026

Il-Greċja

GR-FMD-2026-00002

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,305363, Long. 26,292250.

15.5.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,305363, Long. 26,292250, excluding the areas contained in the protection zone.

15.5.2026

Il-Greċja

GR-FMD-2026-00003

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,303602, Long. 26,292901.

15.5.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,303602, Long. 26,292901, excluding the areas contained in the protection zone.

15.5.2026

Il-Greċja

GR-FMD-2026-00004

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,311352, Long. 26,294739.

15.5.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,311352, Long. 26,294739, excluding the areas contained in the protection zone.

15.5.2026

Il-Greċja

GR-FMD-2026-00005

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,311593, Long. 26,295968.

15.5.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,311593, Long. 26,295968, excluding the areas contained in the protection zone.

15.5.2026

Il-Greċja

GR-FMD-2026-00006

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,328934, Long. 26,284100.

15.5.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,328934, Long. 26,284100, excluding the areas contained in the protection zone.

15.5.2026

Il-Greċja

GR-FMD-2026-00007

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,320248, Long. 26,284533.

15.5.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,320248, Long. 26,284533, excluding the areas contained in the protection zone.

15.5.2026

Il-Greċja

GR-FMD-2026-00008

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,291758, Long. 26,272115.

15.5.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,291758, Long. 26,272115, excluding the areas contained in the protection zone.

15.5.2026

Il-Greċja

GR-FMD-2026-00009

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,292250, Long. 26,292250.

15.5.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,292250, Long. 26,292250, excluding the areas contained in the protection zone.

15.5.2026

Il-Greċja

GR-FMD-2026-00010

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,305313, Long. 26,293650.

15.5.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,305313, Long. 26,293650, excluding the areas contained in the protection zone.

15.5.2026

Il-Greċja

GR-FMD-2026-00011

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,311934, Long. 26,296177.

15.5.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,311934, Long. 26,296177, excluding the areas contained in the protection zone.

15.5.2026

Il-Greċja

GR-FMD-2026-00012

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,318063, Long. 26,301932.

15.5.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,318063, Long. 26,301932, excluding the areas contained in the protection zone.

15.5.2026

Il-Greċja

GR-FMD-2026-00013

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,292323, Long. 26,281475.

15.5.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,292323, Long. 26,281475, excluding the areas contained in the protection zone.

15.5.2026

Il-Greċja

GR-FMD-2026-00014

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,291865, Long. 26,279820.

15.5.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,291865, Long. 26,279820, excluding the areas contained in the protection zone.

15.5.2026

Il-Greċja

GR-FMD-2026-00015

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,323790, Long. 26,320710.

15.5.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,323790, Long. 26,320710, excluding the areas contained in the protection zone.

15.5.2026

Il-Greċja

GR-FMD-2026-00016

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,284228, Long. 26,278595.

15.5.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,284228, Long. 26,278595, excluding the areas contained in the protection zone.

15.5.2026

Il-Greċja

GR-FMD-2026-00017

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,321031, Long. 26,284060.

15.5.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of Greece, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 39,321031, Long. 26,284060, excluding the areas contained in the protection zone.

15.5.2026

Żona ristretta ulterjuri

Stat Membru

Żona stabbilita bħala żona ristretta ulterjuri, parti miż-żona ristretta, kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Il-Greċja

The remaining territory of the Lesvos regional unit.

15.5.2026


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/820/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)