|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/803 |
13.4.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/803
tal-10 ta’ April 2026
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2584 fir-rigward ta’ aġġornament tal-istandards referenzjati u ż-żieda ta’ standards referenzjati ġodda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-kostitwenti u s-subsistemi tal-interoperabilità li jkunu konformi mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom, stabbiliti f’dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 1057 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN, European Committee for Standardisation) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC, European Committee for Electrotechnical Standardisation) għall-abbozzar u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/797. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u mas-CENELEC, ivvalutat jekk l-istandards abbozzati jew riveduti mis-CEN u mis-CENELEC jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2023) 1057. |
|
(4) |
L-istandards armonizzati abbozzati, riveduti u emendati mis-CEN u mis-CENELEC abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2023) 1057 jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li għandhom l-għan li jkopru, ħlief l-istandards EN 13261:2024, EN 16584-1:2025, EN 16584-3:2025, EN 16585-2:2025, EN 16586-1:2025 u EN 16586-2:2025. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-istandard EN 13261:2024, il-Kummissjoni kkonkludiet li, fir-rigward tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 (4), jenħtieġ li l-istandard jagħti biss preżunzjoni ta’ konformità għall-punt 4.2.3.5.2.1(2) tal-Anness ta’ dak ir-Regolament skont l-Anness ZA tal-istandard. Barra minn hekk, fir-rigward tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 (5), l-istandard jenħtieġ li jagħti biss preżunzjoni ta’ konformità għall-ewwel żewġ paragrafi tal-punt 4.2.3.6.4 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament skont l-istess Anness ZA. Ir-rekwiżit dwar it-traċċabbiltà tal-fusien mhuwiex indirizzat f’dan l-istandard. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dan l-istandard tiġi ppubblikata b’restrizzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
Fir-rigward tal-istandard EN 16584-1: 2025, il-Kummissjoni stabbiliet li l-istandard ma jagħtix preżunzjoni ta’ konformità għall-punt 4.2.1.15(3) tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 (6). Fil-każ tal-punti 5.3.2.8(4), 5.3.2.9(5) u 5.3.2.10(2) tal-istess Anness, l-istandard għandu jagħti biss preżunzjoni ta’ konformità għar-reżistenza għaż-żliq. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dan l-istandard tiġi ppubblikata b’restrizzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
Fil-każ tal-istandard EN 16584-3: 2025, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istandard ma jagħtix preżunzjoni ta’ konformità għall-punt 4.2.12(1) tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dan l-istandard tiġi ppubblikata b’restrizzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(8) |
Fir-rigward tal-istandard EN 16585-2: 2025, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istandard ma jagħtix preżunzjoni sħiħa ta’ konformità għall-punt 4.2.2.1.2.1(3) tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014, peress li l-oġġett marbut mal-unità maħsuba biex titħaddem esklużivament f’sistema ta’ prenotazzjoni tas-sits mhuwiex indirizzat minn dak l-istandard. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dan l-istandard tiġi ppubblikata b’restrizzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-istandard EN 16586-1:2025, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istandard ma jagħtix preżunzjoni ta’ konformità għall-punt 4.2.2.1.2(4) tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014, peress li l-Anness B ta’ dak l-istandard ma jipprovdix kontenut biżżejjed għal dan. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dan l-istandard tiġi ppubblikata b’restrizzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(10) |
Fir-rigward tal-istandard EN 16586-2: 2025, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istandard ma jagħtix preżunzjoni ta’ konformità għall-punt 4.2.2.12.2(4) tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014, peress li l-klawżola 5.5 tal-istandard tintroduċi devjazzjoni mhux permessa minn dak ir-Regolament, filwaqt li l-pjanċi ta’ konnessjoni awtomatiċi biss huma permessi skont il-punt 4.2.2.12.1(2) tal-Anness ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, l-istandard ma għandux jagħti preżunzjoni ta’ konformità għall-punt 4.2.2.12.3(1) tal-istess Anness, peress li l-imsemmi punt huwa definizzjoni. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dan l-istandard tiġi ppubblikata b’restrizzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(11) |
L-istandards EN 12663-1:2010+A1:2014, EN 12663-2:2010, EN 13232-2:2003+A1:2011, EN 13232-3:2003+A1:2011, EN 13232-4:2005+A1:2011, EN 13232-5:2005+A1:2011, EN 13232-6:2005+A1:2011, EN 13232-7:2006+A1:2011, EN 13232-8:2007+A1:2011, EN 13232-9:2006+A1:2011, EN 13803-1:2010, EN 13803-2:2006+A1:2009, EN 14067-4:2013+A1:2018, EN 15877-1:2012+A1:2018 u EN 16235:2013 saru obsoleti, peress li ġew irtirati mis-CEN jew mis-CENELEC u jenħtieġ li ma jibqgħux jingħatu l-preżunzjoni ta’ konformità fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2016/797. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li r-referenzi tagħhom jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1586 (7). |
|
(12) |
L-istandards EN 16494:2025, EN 16584-1:2025, EN 16584-3:2025, EN 16585-1:2025, EN 16585-2:2025, EN 16585-3:2025, EN 16586-1:2025 u EN 16586-2:2025 ġew riveduti jew emendati, u għalhekk jenħtieġ li r-referenzi tagħhom jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586. |
|
(13) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom koperti mill-istandards armonizzati EN 16494:2025, EN 16584-1:2025, EN 16584-3:2025, EN 16585-1:2025, EN 16585-2:2025, EN 16585-3:2025, EN 16586-1:2025 u EN 16586-2:2025, jenħtieġ li jiġi differit l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati. |
|
(14) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2584 (8) tiġi emendata kif xieraq. |
|
(15) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ dak l-istandard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2584 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punti (3), (5), (7), (9), (11), (13), (15) u (17) tal-Anness għandhom japplikaw mit-13 ta’ Ottubru 2027.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ April 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.
(2) Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/797/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 1057 tal-20 ta’ Frar 2023 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward prodotti b’appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-“Vetturi ferrovjarji – lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea, ĠU L 356, 12.12.2014, p. 228, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1302/oj).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “vetturi ferrovjarji – vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE, ĠU L 104, 12.4.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/321/oj).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1300/oj).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1586 tas-26 ta’ Lulju 2023 dwar l-istandards armonizzati għall-makkinarju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 2.8.2023, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/1586/oj).
(8) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2584 tal-15 ta’ Novembru 2023 dwar standards armonizzati għall-interoperabbiltà tas-sistemi ferrovjarji abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2584, 21.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2584/oj).
ANNESS
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2584 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jitħassru r-ringieli 2, 3, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 17, 22, 23, 25, 54 u 62; |
|
(2) |
tiddaħħal ir-ringiela 16a li ġejja:
|
|
(3) |
titħassar ir-ringiela 68; |
|
(4) |
tiddaħħal ir-ringiela 68a li ġejja:
|
|
(5) |
titħassar ir-ringiela 69; |
|
(6) |
tiddaħħal ir-ringiela 69a li ġejja:
|
|
(7) |
titħassar ir-ringiela 71; |
|
(8) |
tiddaħħal ir-ringiela 71a li ġejja:
|
|
(9) |
titħassar ir-ringiela 72; |
|
(10) |
tiddaħħal ir-ringiela 72a li ġejja:
|
|
(11) |
titħassar ir-ringiela 73; |
|
(12) |
tiddaħħal ir-ringiela 73a li ġejja:
|
|
(13) |
titħassar ir-ringiela 74; |
|
(14) |
tiddaħħal ir-ringiela 74a li ġejja:
|
|
(15) |
titħassar ir-ringiela 75; |
|
(16) |
tiddaħħal ir-ringiela 75a li ġejja:
|
|
(17) |
titħassar ir-ringiela 76; |
|
(18) |
tiddaħħal ir-ringiela 76a li ġejja:
|
|
(19) |
ir-ringieli 98 u 99 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(20) |
tiddaħħal ir-ringiela 102a li ġejja:
|
|
(21) |
tiddaħħal ir-ringiela 114b li ġejja:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/803/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)