|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/781 |
10.4.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/781
tat-8 ta’ April 2026
li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1178/2011 u (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli għall-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir u l-użu ta’ dak l-apparat għat-taħriġ, l-ittestjar u l-kontroll tal-bdoti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23, l-Artikolu 27(1) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-użu ta’ apparati ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir (FSTDs, Flight Simulation Training Devices) fit-taħriġ, l-ittestjar u l-kontrolli tat-tip għall-bdoti. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (3) jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru u, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti għall-użu tal-FSTDs fit-taħriġ rikorrenti tal-operatur. |
|
(3) |
Minn meta beda japplika r-Regolament (UE) Nru 1178/2011, il-kwalifika formali tal-FSTD, kif karatterizzata mit-tipi u l-livelli tal-FSTDs, iddeterminat sa liema punt FSTD jista’ jintuża għat-taħriġ, l-ittestjar u l-kontroll tal-bdoti. Fid-dawl tal-evoluzzjoni tat-teknoloġija tal-FSTDs u l-innovazzjonijiet fiha, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-FSTDs għall-klassifikazzjoni tat-tip u għat-taħriġ rikorrenti tal-operatur, kif applikabbli, jiġu riveduti biex jippermettu kompitu ta’ taħriġ partikolari u l-użu tal-FSTDs l-aktar idonei abbażi tal-kapaċitajiet tekniċi tagħhom, imsemmija bħala “firma tal-kapaċità tal-FSTD” (FCS, FSTD Capability Signature). |
|
(4) |
Id-dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-FSTDs fil-klassifikazzjoni tat-tip u fit-taħriġ rikorrenti tal-operatur fir-Regolamenti (UE) Nru 1178/2011 u (UE) Nru 965/2012 jenħtieġ li jiġu emendati biex jiġu stabbiliti l-karatteristiċi ta’ simulazzjoni u l-livelli ta’ fiduċja meħtieġa biex jappoġġaw il-kompiti ta’ taħriġ u biex jippermettu aktar flessibbiltà meta jiddeterminaw l-FSTDs xierqa għal dawk il-kompiti. Jenħtieġ li dawk l-emendi jqisu l-materjal ta’ gwida ppubblikat mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, li tirrakkomanda li l-kwalifika tal-FSTDs tkun ibbażata fuq kriterji relatati mal-karatteristiċi ta’ simulazzjoni u mal-livelli ta’ fiduċja. |
|
(5) |
Meta tiġi introdotta l-FCS għall-FSTDs ikkwalifikati, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżizzjonali xierqa biex jiżguraw tranżizzjoni bla xkiel mir-rekwiżiti applikabbli kurrenti għal dawk futuri għal FSTDs eżistenti, filwaqt li fl-istess ħin tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-FCS mill-industrija mill-aktar fis possibbli. |
|
(6) |
L-applikazzjoni tal-emendi li jintroduċu l-FCS jenħtieġ li tiġi differita, biex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jingħataw iż-żmien meħtieġ biex jippreparaw għall-implimentazzjoni tagħhom. |
|
(7) |
Peress li r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1178/2011 u (UE) Nru 965/2012 dwar taħriġ għajr it-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip se jkomplu jirreferu għal tipi u livelli ta’ FSTDs partikolari, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti biex tiġi ddeterminata l-ekwivalenza bejn l-FSTDs ikkwalifikati bit-tipi u l-livelli u FSTDs ikkwalifikati bl-FCSs. |
|
(8) |
L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea ħejjiet abbozz tar-regoli ta’ implimentazzjoni u ppreżentathom lill-Kummissjoni flimkien mal-Opinjoni Nru 01/2025, f’konformità mal-Artikolu 75(2), il-punti (b) u (c) u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 10b, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “2. L-Istati Membri u l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA, European Union Aviation Safety Agency) għandhom, meta joħorġu mill-ġdid ċertifikati ta’ kwalifika tal-FSTD f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness VI (il-Parti-ARA) għal FSTDs li kienu kkwalifikati f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli qabel it-30 ta’ April 2028, jieħdu l-passi li ġejjin:
3. Meta jaġixxu f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (a), f’każijiet fejn FSTD ikun ikkwalifikat għal tipi u livelli multipli ta’ kwalifika tal-FSTD li jissimulaw l-istess tip ta’ inġenju tal-ajru, l-Istati Membri u l-EASA għandhom jgħaqqdu dawk iċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-FSTD f’ċertifikat ta’ kwalifika tal-FSTD wieħed b’FCS waħda jew FCS waħda assenjata. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri u l-EASA għandhom jieħdu l-passi li ġejjin:
4. L-Istati Membri u l-EASA għandhom jissostitwixxu, mhux aktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2029, iċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-FSTD eżistenti b’ċertifikati li jikkonformaw mal-format stabbilit fl-Appendiċi IV tal-Anness VI (il-Parti-ARA), dment li jkunu rċevew u rrieżaminaw dan li ġej:
Meta jissostitwixxu ċertifikati ta’ kwalifika tal-FSTD eżistenti f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri u l-EASA għandhom jaġixxu f’konformità mal-paragrafu 2. Meta l-Istati Membri u l-EASA joħorġu ċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-FSTD f’konformità mal-format stabbilit fl-Appendiċi IV tal-Anness VI (il-Parti-ARA), l-ESL żviluppata għal dak iċ-ċertifikat tal-FSTD għandha ssir parti mill-kwalifika tal-FSTD. 5. Id-detenturi ta’ ċertifikati ta’ kwalifika tal-FSTD għandhom, għal kull ċertifikat ta’ kwalifika tal-FSTD għajr dawk għall-BITDs, jiżviluppaw ESL u jissottomettuha lill-awtorità kompetenti, flimkien ma’ dikjarazzjoni li tikkonferma li l-organizzazzjoni tkun stabbiliet il-konformità mas-Subparti FSTD tal-Anness VII (il-Parti-ORA), kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/781, fil-każijiet li ġejjin:
6. Ċertifikat ta’ kwalifika tal-BITD għandu jibqa’ validu soġġett għal evalwazzjonijiet rikorrenti, li għandhom jitwettqu mill-awtorità kompetenti kull 3 snin. 7. Ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li jinkludu referenza għat-tipi u l-livelli ta’ FSTDs għandhom jiġu applikati għal FSTDs b’FCS jew FCS assenjata f’konformità mal-punt FCL.036 tal-Anness I (il-Parti-FCL). (*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/781 tat-8 ta’ April 2026 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1178/2011 u (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli għall-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir u l-użu ta’ dak l-apparat għat-taħriġ, l-ittestjar u l-kontroll tal-bdoti (ĠU L, 2026/781, 10.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/781/oj).”;" |
|
(3) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(4) |
l-Anness VI huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(5) |
l-Anness VII huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
|
(6) |
l-Anness VIII huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness V ta’ dan ir-Regolament; |
|
(2) |
l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-30 ta’ April 2028.
Madankollu, il-punti (5) [FCL.740.H], (6) [il-punt FCL.930.TRI] u (7) [il-punt FCL.935.TRI] tal-Anness I għandhom japplikaw mit-30 ta’ April 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1178/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/965/oj).
ANNESS I
Emendi tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt FCL.010, id-definizzjoni ta’ “apparat tat-taħriġ fit-titjir (FTD, Flight Training Device)” hija sostitwita b’dan li ġej: “ “Apparat tat-Taħriġ fit-Titjir (FTD)” tfisser replika ta’ daqs sħiħ tal-istrumenti, it-tagħmir, il-panewijiet u l-kontrolli ta’ tip speċifiku ta’ inġenju tal-ajru f’żona ta’ kabina tal-pilota miftuħa jew magħluqa fuq inġenju tal-ajru, inklużi l-assemblaġġ tat-tagħmir u l-programmi informatiċi meħtieġa biex jirrappreżentaw l-inġenju tal-arju f’kundizzjonijiet fuq l-art u fl-ajru skont is-sistemi installati fl-apparat.”; |
|
(2) |
jiddaħħal il-punt FCL.036 li ġej: “FCL.036 L-użu ta’ FSTDs għat-taħriġ, l-ittestjar u l-kontroll L-applikanti għandhom ikunu intitolati li jikkonformaw mar-rekwiżiti li jirreferu għal tipi u livelli ta’ FSTDs billi jużaw l-FSTDs li ċ-ċertifikati ta’ kwalifika tagħhom jinkludu FCSs jew FCSs assenjati, dment li japplikaw dawn kollha li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
il-punt FCL.110.H huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
il-punt FCL.210.H huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fil-punt FCL.740.H(c), it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-kontroll tal-profiċjenza jew it-taħriġ ta’ aġġornament, kif applikabbli, għandu jitwettaq kull darba fuq tip differenti. Il-perjodu ta’ validità l-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip kollha li ġew ivvalidati mill-ġdid f’konformità ma’ dan il-punt għandu jibda flimkien mal-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni tat-tip li għaliha jsir il-kontroll tal-profiċjenza jew it-taħriġ ta’ aġġornament.”; |
|
(6) |
fil-punt FCL.930.TRI, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(7) |
fil-punt FCL.935.TRI, jiżdied il-punt (c) li ġej:
|
|
(8) |
l-Appendiċi 9 huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ANNESS II
Emendi tal-Anness VI (il-Parti-ARA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011
L-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt ARA.FSTD.100 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ARA.FSTD.100 Proċedura ta’ evalwazzjoni
|
|
(2) |
il-punt ARA.FSTD.110 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ARA.FSTD.110 Ħruġ ta’ ċertifikat tal-kwalifika tal-FSTD L-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat tal-kwalifika ta’ FSTD b’durata mhux limitata, billi tuża l-formola kif stabbilita fl-Appendiċi IV, biss wara li tkun lestiet l-evalwazzjoni tal-FSTD f’konformità mal-punt ARA.FSTD.100 u wara li tkun ivverifikat li:
|
|
(3) |
il-punt ARA.FSTD.115 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ARA.FSTD.115 Kwalifika interim tal-FSTD
|
|
(4) |
il-punt ARA.FSTD.120 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
jiddaħħal il-punt ARA.FSTD.125 li ġej: “ARA.FSTD.125 Trasferiment ta’ FSTD
|
|
(6) |
il-punt ARA.FSTD.130 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ARA.FSTD.130 Modifiki
|
|
(7) |
il-punt ARA.FSTD.135 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ARA.FSTD.135 Ċertifikat tal-kwalifika ta’ FSTD – limitazzjoni, sospensjoni u revoka
|
|
(8) |
il-punt ARA.FSTD.140 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ARA.FSTD.140 Żamma ta’ rekords Minbarra r-rekords meħtieġa fil-punt ARA.GEN.220, l-awtorità kompetenti għandha żżomm u taġġorna dawn kollha li ġejjin:
|
|
(9) |
l-Appendiċi IV huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi IV tal-ANNESS VI (Parti-ARA) — Ċertifikat tal-kwalifika ta’ apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir Unjoni Ewropea (*1) [Awtorità kompetenti] ĊERTIFIKAT TAL-KWALIFIKA TA’ APPARAT TA’ TAĦRIĠ TA’ SIMULAZZJONI TAT-TITJIR (FSTD) Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 u skont il-kundizzjonijiet speċifikati hawn taħt, l-[awtorità kompetenti] b’dan tiċċertifika li FSTD [IDENTIFIKAZZJONI] [MANIFATTUR TAL-FSTD U N-NUMRU TAS-SERJE] li jinsab [POST TAL-APPARAT] operat minn [DETENTUR TAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-KWALIFIKA] ikun issodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalifika f’konformità mad-dokument ta’ referenza primarju applikabbli tal-apparat u mal-Anness VII (il-Parti-ORA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, soġġett għall-kundizzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet tal-FSTD mehmuż. Dan iċ-ċertifikat tal-kwalifika għandu jibqa’ validu soġġett għall-konformità tal-FSTD mar-rekwiżiti applikabbli tal-bażi tal-kwalifika u mal-fatt li d-detentur taċ-ċertifikat tal-kwalifika jibqa’ konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-ORA, dment li ma jkunx ġie ċedut, issostitwit, sospiż jew irrevokat. Id-data tal-ħruġ oriġinali: Reviżjoni: Data tar-reviżjoni: Għall-[awtorità kompetenti] Firma: ĊERTIFIKAT TAL-KWALIFIKA TA’ FSTD: [Referenza] SPEĊIFIKAZZJONI TAL-FSTD
FIRMA TAL-KAPAĊITÀ TAL-FSTD (FCS)
Il-Formola 145 tal-EASA, il-Ħarġa 3 – il-paġna 2/2 Struzzjonijiet għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-kwalifika ta’ FSTD
|
|
(10) |
jiżdied l-Appendiċi IX li ġej (FCS assenjata għall-FSTDs): “Appendiċi IX tal-Anness VI (il-Parti-ARA) FCSs assenjati għall-FSTDs Meta l-Artikolu 10b jirreferi għal dan l-Appendiċi, l-awtoritajiet kompetenti, meta joħorġu ċertifikati ta’ kwalifika tal-FSTD mill-ġdid, għandhom jassenjaw FCS f’konformità mat-tabella ta’ hawn taħt. Meta FSTD li jkun elenkat fil-kolonna (A) jissodisfa r-rekwiżiti f’konformità mal-PRD speċifikat fil-kolonna (B) tal-istess ringiela u ma jippreżenta l-ebda limitazzjoni, għandu jirċievi FCS assenjata kif speċifikat fil-kolonna (C) ta’ dik ir-ringiela.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) ‘Unjoni Ewropea’ trid titħassar għal Stati Membri mhux tal-UE jew għall-EASA.
Il-Formola 145 tal-EASA, il-Ħarġa 3 – il-paġna 1/2
ANNESS III
Emendi tal-Anness VII (il-Parti-ORA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011
L-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt ORA.ATO.135(b), il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
il-punt ORA.FSTD.100 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ORA.FSTD.100 Ġenerali
|
|
(3) |
il-punt ORA.FSTD.105 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ORA.FSTD.105 Żamma tal-kwalifika tal-FSTD
|
|
(4) |
il-punt ORA.FSTD.110 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ORA.FSTD.110 Ġestjoni tal-modifiki
|
|
(5) |
il-punt ORA.FSTD.115 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ORA.FSTD.115 Installazzjonijiet
|
|
(6) |
il-punt ORA.FSTD.120 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ORA.FSTD.120 ESL
|
|
(7) |
il-punt ORA.FSTD.200 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ORA.FSTD.200 Applikazzjoni għal ċertifikat tal-kwalifika tal-FSTD L-applikazzjoni għal ċertifikat tal-kwalifika tal-FSTD għandha ssir mill-organizzazzjoni li topera l-FSTD b’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti. Din għandha tinkludi dawn kollha li ġejjin:
|
|
(8) |
fil-punt ORA.FSTD.210, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(9) |
il-punt ORA.FSTD.225 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
il-punt ORA.FSTD.230 jitħassar; |
|
(11) |
il-punt ORA.FSTD.235 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ORA.FSTD.235 Trasferiment ta’ FSTD
|
|
(12) |
il-punt ORA.FSTD.240 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ORA.FSTD.240 Żamma ta’ rekords Id-detentur ta’ ċertifikat tal-kwalifika tal-FSTD għandu jżomm ir-rekords ta’ dawn kollha li ġejjin:
|
ANNESS IV
Emendi tal-Anness VIII (il-Parti-DTO) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011
Fil-punt DTO.GEN.240 tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, jiddaħħal il-punt (aa) li ġej:
|
“(aa) |
Id-DTO għandha tuża l-FSTDs f’konformità mal-punt (a) biss meta turi lill-awtorità kompetenti l-adegwatezza tal-ispeċifikazzjonijiet tal-FSTD għall-programm ta’ taħriġ relatat, abbażi taċ-ċertifikat tal-kwalifika tal-FSTD u l-ESL.”. |
ANNESS V
Emendi tal-Anness I (Definizzjonijiet) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
id-definizzjoni (50) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
jiżdiedu d-definizzjonijiet (144) u (145) li ġejjin:
|
ANNESS VI
Emendi tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012
Fil-punt ORO.FC.145 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(d) |
L-operatur għandu juża FSTD ta’ titjir xieraq li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
L-operatur għandu jivverifika l-idoneità ta’ FSTD għall-użu maħsub abbażi taċ-ċertifikat tal-kwalifika tal-FSTD u l-ESL. Meta r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jirreferu għal tipi u livelli ta’ FSTDs partikolari, l-operatur jista’ juża FSTDs f’konformità mal-punt FCL.036 tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. Id-differenzi bejn l-FSTD u l-inġenju tal-ajru għandhom ikunu deskritti u indirizzati permezz ta’ taħriġ jew għoti ta’ informazzjoni, skont kif ikun xieraq.”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/781/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)