|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/767 |
27.3.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/767
tas-26 ta' Marzu 2026
li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 71(3), 259(1) u 259(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-deni tal-ħnieżer Afrikan hu marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali porċini miżmuma u selvaġġi u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernata u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, li jikkawża tfixkil fil-movimenti tal-konsenji ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet ta’ dawk il-konsenji lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882. B’mod partikolari, l-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu ċerti miżuri li jridu jittieħdu fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali selvaġġi, inkluż id-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi. B’mod partikolari, dawk id-dispożizzjonijiet jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona infettata u l-projbizzjonijiet fuq il-movimenti tal-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati u tal-prodotti li joriġinaw minnhom. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 (3) jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan li jridu jiġu applikati għal perjodu taż-żmien limitat mill-Istati Membri li huma elenkati, jew li għandhom żoni elenkati, fl-Annessi I u II tiegħu. Dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxi regoli, fost l-oħrajn, dwar l-elenkar fil-livell tal-Unjoni taż-żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tiegħu wara t-tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, u regoli dwar l-elenkar fil-livell tal-Unjoni fl-Anness II tiegħu taż-żoni stabbiliti bħala żona infettata jew żona ristretta, wara tifqigħa ta’ dik il-marda fi Stat Membru jew żona preċedentement ħielsa mill-mard. |
|
(4) |
Barra minn hekk, fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fi Stat Membru, l-Artikolu 3, il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jipprevedi l-istabbiliment ta’ żona infettata mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(5) |
L-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 ġew emendati l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/568 (4) wara bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fil-Kroazja, fl-Ungerija, fil-Ġermanja u fil-Polonja, kif ukoll il-konferma tal-preżenza ta’ dik il-marda f’żona ħielsa mill-marda fil-Polonja. |
|
(6) |
Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fit-territorju tagħha wara l-konferma ta’ tifqigħa ta’ dik il-marda f’annimal porċin selvaġġ fir-reġjun ta’ Zachodniopomorskie fl-10 ta’ Marzu 2026, f’żona preċedentement ħielsa minn dik il-marda. L-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru stabbiliet żona infettata f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, li fiha jiġu applikati l-miżuri ġenerali ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, biex jiġi evitat aktar tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(7) |
Fil-każ tal-ewwel tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fi Stat Membru jew f’żona preċedentement ħielsa mill-mard, l-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jipprevedi l-elenkar ta’ dik iż-żona bħala żona infettata fil-Parti A tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Minħabba f’hekk, iż-żona infettata stabbilita mill-awtorità kompetenti tal-Polonja fir-reġjun ta’ Zachodniopomorskie , jenħtieġ li tiġi elenkata fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. |
|
(8) |
Il-bidliet fl-elenkar taż-żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 iridu jkunu bbażati fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fiż-żoni affettwati minn dik il-marda, is-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Istat Membru kkonċernat, u l-livell tar-riskju li dik il-marda tkompli tinxtered. Iż-żoni ristretti jiġu stabbiliti wkoll fuq prinċipji u kriterji maqbula xjentifikament għad-definizzjoni ġeografika tat-tqassim f’żoni minħabba l-preżenza tad-deni tal-ħnieżer Afrikan kif stabbilit fl-Avviż tal-Kummissjoni rigward il-linji gwida dwar il-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Unjoni (linji gwida tal-ASF), kif ukoll billi jitqiesu l-istandards internazzjonali, bħall-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health), u l-ġustifikazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għat-tqassim f’żoni. |
|
(9) |
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594ġie emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummisjoni (UE) 2026/568 wara bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward id-deni tal-ħnieżer Afrikan fil-Kroazja, fl-Ungerija, u fil-Polonja. |
|
(10) |
Mid-data tal-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2023/594, il-Ġermanja, l-Italja, il-Litwanja u l-Polonja nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ġodda tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi. Fl-istess ħin, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi f’ċerti żoni tal-Italja u s-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma fil-Litwanja tjiebu. |
|
(11) |
F’Marzu 2026, ġew osservati diversi tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi fl-Istat ta’ Nordrhein-Westfalen fil-Ġermanja, f’żoni li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, iżda li jinsabu qrib ħafna ta’ żoni li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I f’dak l-Anness. Dawn it-tifqigħat il-ġodda tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi jikkostitwixxu livell ogħla ta’ riskju, għalhekk issa jenħtieġ li ż-żoni tal-Ġermanja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I, tiġi elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, u jenħtieġ ukoll li l-konfini attwali taż-żoni ristretti I u II jiġu definiti mill-ġdid biex jitqiesu dawk it-tifqigħat. |
|
(12) |
Barra minn hekk, fi Frar u f’Marzu 2026 ġew osservati diversi tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi fir-reġjun ta’ Emilia Romagna fl-Italja, f’żoni li bħalissa hi elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, iżda li tinsab qrib ħafna ta’ żoni li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I f’dak l-Anness. Dawn it-tifqigħat il-ġodda tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi jikkostitwixxu livell ogħla ta’ riskju, għalhekk issa jenħtieġ li ż-żoni tal-Italja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I, jiġu elenkati bħala żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, u jenħtieġ ukoll li l-konfini attwali taż-żoni ristretti I u II jiġu definiti mill-ġdid biex jitqiesu dawk it-tifqigħat. |
|
(13) |
Ukoll, f’Marzu 2026, ġew osservati diversi tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi fil-Kontej ta’ Vilniaus u Utenos fil-Litwanja f’żoni li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, iżda li jinsabu qrib ħafna ta’ żoni li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I f’dak l-Anness. Dawn it-tifqigħat il-ġodda tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi jikkostitwixxu livell ogħla ta’ riskju, għalhekk issa jenħtieġ li ż-żoni tal-Litwanja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I, jiġu elenkati bħala żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, u jenħtieġ ukoll li l-konfini attwali taż-żoni ristretti I u II jiġu definiti mill-ġdid biex jitqiesu dawk it-tifqigħat. |
|
(14) |
Barra minn hekk, fi Frar u f’Marzu 2026, ġew osservati diversi tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi fir-reġjuni ta’ Podkapackie, Świętokrzyskie u Zachodniopomorskie fil-Polonja, f’żoni li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, iżda li jinsabu qrib ħafna ta’ żoni li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I f’dak l-Anness. Dawn it-tifqigħat il-ġodda tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi jikkostitwixxu livell ogħla ta’ riskju, għalhekk issa jenħtieġ li ż-żoni tal-Polonja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I, jiġu elenkati bħala żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, u jenħtieġ ukoll li l-konfini attwali taż-żoni ristretti I u II jiġu definiti mill-ġdid biex jitqiesu dawk it-tifqigħat. |
|
(15) |
Abbażi tal-informazzjoni u tal-ġustifikazzjoni pprovduti mill-Italja, u filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri tal-kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan għall-annimali porċini selvaġġi f’ċerti żoni ristretti II elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, li qed jiġu applikati f’dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 64, 65 u 67 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għad-deni tal-ħnieżer Afrikan stabbiliti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tad-WOAH, ċerti żoni fir-reġjuni ta’ Emilia-Romagna, Lombardia u Piemonte fl-Italja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jenħtieġ li issa jiġu elenkati minflok bħala żoni ristretti I f’dak l-Anness, minħabba n-nuqqas ta’ tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma u selvaġġi f’dawk iż-żoni ristretti II għal dawn l-aħħar 12-il xahar. |
|
(16) |
Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni u tal-ġustifikazzjoni pprovduti mill-Italja, u filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri tal-kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan għall-annimali porċini selvaġġi f’ċerti żoni ristretti II elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, li qed jiġu applikati f’dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 64, 65 u 67 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għad-deni tal-ħnieżer Afrikan stabbiliti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tad-WOAH, ċerti żoni fir-reġjuni ta’ Emilia-Romagna, Lombardia u Piemonte fl-Italja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jenħtieġ li issa jitneħħew mil-lista li tinsab f’dak l-Anness, minħabba n-nuqqas ta’ tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma u selvaġġi f’dawk iż-żoni ristretti II għal dawn l-aħħar 12-il xahar. |
|
(17) |
Ukoll, abbażi tal-informazzjoni u tal-ġustifikazzjoni pprovduti mill-Italja, u filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri tal-kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan għall-annimali porċini selvaġġi f’ċerti żoni ristretti I elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, li qed jiġu applikati f’dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 64, 65 u 67 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għad-deni tal-ħnieżer Afrikan stabbiliti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tad-WOAH, ċerti żoni fir-reġjuni ta’ Emilia-Romagna, Lombardia u Piemonte fl-Italja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jenħtieġ li issa jitneħħew mil-lista li tinsab f’dak l-Anness, minħabba n-nuqqas ta’ tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma u selvaġġi f’dawk iż-żoni ristretti II għal dawn l-aħħar 12-il xahar. |
|
(18) |
Barra minn dan, abbażi tal-informazzjoni u tal-ġustifikazzjoni pprovduti mil-Litwanja, u filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan għall-annimali porċini miżmuma f’żona ristretta III elenkata fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, li qed jiġu applikati minn dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għad-deni tal-ħnieżer Afrikan stabbiliti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tad-WOAH, issa jenħtieġ li parti mill-kontea ta’ Vilniaus fil-Litwanja, li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, minflok tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness, minħabba n-nuqqas ta’ tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma f’dik iż-żona ristretta III għal dawn l-aħħar 3 xhur, filwaqt li l-marda għadha preżenti fl-annimali porċini selvaġġi. |
|
(19) |
Għaldaqstant, biex jitqiesu dawn l-iżviluppi riċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika li tikkonċerna d-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Unjoni, u biex jiġu miġġielda b’mod proattiv ir-riskji assoċjati ma’ aktar tixrid ta’ dik il-marda, jenħtieġ li jiġu emendati l-entrati taż-żoni ristretti fil-Ġermanja, l-Italja, il-Litwanja u l-Polonja stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. |
|
(20) |
Peress li s-sitwazzjoni fir-rigward tad-deni tal-ħnieżer Afrikan hija ferm dinamika fl-Unjoni, meta ġew demarkati dawn iż-żoni ristretti l-ġodda, tqieset ukoll is-sitwazzjoni epidemjoloġika fiż-żoni madwar dawn it-tifqigħat. |
|
(21) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tar-riskji serji tat-tixrid tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, importanti li l-emendi li jsiru b’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, isiru effettivi mill-iktar fis possibbli. |
|
(22) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594
L-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Marzu 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI:. http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 tas-16 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 (ĠU L 79, 17.3.2023, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/594/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/568 tal-10 ta’ Marzu 2026 li jemenda u jikkoreġi l-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li jistabbilixxi miżuri speċjali tal-kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan (ĠU L, 2026/568, 11.3.2026, (http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/568/oj).
ANNESS
L-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“ANNESS I
ŻONI RISTRETTI I, II U III
PARTI I
1. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
|
Bundesland Hessen: |
|
Landkreis Waldeck-Frankenberg:
|
|
Bundesland Rheinland-Pfalz:
|
|
Bundesland Baden-Württemberg:
|
|
Bundesland Nordrhein-Westfalen:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Hiiu maakond. |
3. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Dienvidkurzemes novada, Nīcas pagasta daļa uz ziemeļiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Otaņķu pagasts |
|
4. |
L-Ungerija |
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Baranya vármegye501151, 501152, 501160, 501450, 501550, 501570, 501650, 501660, 501850, 501860, , 502950, 503050, 503250, 503350, 503360, , 503650 és 504050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Békés vármegye 950150, 950250, 950350, 950450, 950550, 950650, 950660, 950750, 950850, 950860, 951050, 951150, 951250, 951260, 951350, 951450, 951460, 951550, 951650, 951750, 952150, 952250, 952350, 952450, 952550, 952650, 953250, 953260, 953270, 953350, 953450, 953550, 953560, 953950, 954050, 954150, 954950, 955050, 955550, 955650, 955750, 955760, 955950, 956050, 956060, 956150, 956160, 956250, 956350, 956450, 956550, 956650 és 956750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Bács-Kiskun vármegye 600150, 600850, 608350, 608460, 608550, 609450 és 609650 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Fejér vármegye 400150, 400250, 400351, 400352, 400450, 400550, 401150, 401250, 401350, 402050, 402350, 402360, 402850, 402950, 403050, 403450, 403550, 403650, 403750, 403950, 403960, 403970, 404650, 404750, 404850, 404950, 404960, 405050, 405750, 405850, 405950, |
|
— |
406050, 406150, 406550, 406650 és 406750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Győr-Moson-Sopron vármegye 100550, 100650, 100950, 101050, 101350, 101450, 101550, 101560 és 102150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok vármegye 750150, 750160, 750260, 750350, 750450, 750460, 750850, 750970, 750980, 751050, 751150, 751160, 751250, 751260, 751350, 751360, 751450, 751460, 751470, 751550, 751650, 751750, 751850, 751950, 752250, 752350, 752650, 752750, 752850, 752950, 753070, 753060, 753150, 753250, 753310, 753450, 753550, 753650, 753660, 753750, 753850, 753950, 753960, 754050, 754150, 754250, 754360, 754370, 754850, 755550, 755650 és 755750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom vármegye 250150, 250250, 250450, 250460, 250550, 250650, 250750, 251050, 251150, 251250, 251350, 251360, 251650, 251750, 251850, 252250, kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest vármegye 571550, 572350, 572550, 572750, 572850, 572950, 573150, 573250, 573260, 573350, 573360, 573450, 573850, 573950, 573960, 574050, 574150, 574350, 574360, 574550, 574650, 574750, 574850, 574860, 574950, 575050, 575150, 575250, 575350, 575550, 575650, 575750, 575850, 575950, 576050, 576150, 576250, 576350, 576450, 576650, 576750, 576950, 577050, 577150, 577250, 577350, 577450, 577650, 578050, 578150, 578250, 578350, 578360, 578450, 578550, 579050, 580250 és 580450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Somogy vármegye: 354750, 355450, 355550, 355650, 355750, 355760, 355851, 355950, 355960, 356050, 356060, 356450, 356550, 356560, 356570 és 356580 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Tolna vármegye 451250, 451860 és 451950 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
5. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie kujawsko - pomorskim:
|
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie śląskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
6. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
in the district of Nové Zámky the municipalities of Jatov, Rastislavice, Veľký Kýr, Komjatice, Lipová, |
|
— |
in the district of Komárno the municipalities of Zlatná na Ostrove, Okoličná na Ostrove, Zemianska Olča, Lipové, Bodza, Bodzianske Lúky, Sokolce, Brestovec, |
|
— |
in the district of Šaľa the municipalities of Selice, Trnovec nad Váhom, Žihárec, Tešedíkovo, |
|
— |
in the district of Dunajská Streda the municipalities of Okoč, Topoľníky, Trhová Hradská, |
|
— |
in the district of Galanta the municipalities of Dolný Chotár, Trstice, Kráľov Brod, Dolné Saliby, |
|
— |
the whole district of Ružomberok, |
|
— |
in the district of Martin, municipalties of Blatnica, Folkušová, Necpaly, Belá-Dulice, Ďanová, Turčianske Jaseno, Záborie, Sklabiňa, Sklabinský Podzámok, Turčianska Štiavnička, Podhradie, Nolčovo, Krpeľany, Šútovo, Turany, Sučany, Turčianske Kľačany, Lipovec, |
|
— |
in the district of Dolný Kubín, the municipalities of Kraľovany, Žaškov, Jasenová, Vyšný Kubín, Oravská Poruba, Leštiny, Osádka, Malatiná, Chlebnice, Krivá, |
|
— |
in the district of Tvrdošín, the municipalities of Oravský Biely Potok, Habovka, Zuberec, |
|
— |
in the district of Žilina, the municipalities of Strečno, Nezbudská Lúčka, Varín, Gbeľany, Mojš, Nededza, Teplička nad Váhom, Kotričná Lúka, Žilina, Rosina, Lietavská Lúčka, Lietava, Porúbka, Lietavská Svinná, Zbyňov, Konská, Kľače, Jasenové, Malá Čierna, Veľká Čierna, Podhorie, |
|
— |
the whole district of Nitra, except municipalities included in part II, |
|
— |
in the district of Bánovce nad Bebravou, the municipalities of Chudá Lehota, Dolné Naštice, Rybany, Pečeňany, Borčany, Šišov, Libichava, Veľké Hoste, Malé Hoste, Pochabany, Zlatníky, Otrhánky, Veľké Chlievany, Haláčovce, Dvorec, Veľké Držkovce, Cimenná, Malá Hradná, |
|
— |
in the district of Trenčín, the municipalities of Dubodiel, Veľká Hradná, Trenčianske Jastrabie, Neporadza, Trenčianske Mitice, Mníchova Lehota, Soblahov, Trenčín, Trenčianske Teplice, Trenčianska Teplá, |
|
— |
in the district of Ilava, the municipalities of Nová Dubnica, Dubnica nad Váhom, Ilava, Horná Poruba, Košecké Podhradie, Košeca, Ladce, |
|
— |
in the district of Púchov, the municipalities of Mojtín, Beluša, |
|
— |
in the district of Považská Bystrica, the municipalities of Pružina, Dolný Lieskov, Slopná, Bodiná, Prečín, Počarová, Malé Lednice, Domaniža, Podskalie, Ďurďové, Čelkova Lehota, Sádočné, |
|
— |
in the district of Nové Mesto nad Váhom, the municipalities of Kálnica, Hôrka nad Váhom, Hrádok, Nová Lehota, Stará Lehota, Modrová, |
|
— |
in the district of Piešťany, the municipalities of Hubina, Morava nad Váhom, Banka, Ratnovce, Sokolovce, Piešťany, Drahovce, |
|
— |
in the district of Hlohovec, the municipalities of Jalšové, Horné Otrokovce, Horné Trhovište, Tekolďany, Dolné Otrokovce, Dolné Trhovište, Merašice, Pastuchov, Kľačany, Sasinkovo. |
|
— |
the whole district of Gelnica, |
|
— |
the whole district of Poprad |
|
— |
the whole district of Spišská Nová Ves, |
|
— |
the whole district of Levoča, |
|
— |
the whole district of Kežmarok, |
|
— |
the whole district of Michalovce, except municipalities included in part II |
|
— |
the whole district of Medzilaborce |
|
— |
the whole district of Košice-okolie, |
|
— |
the whole district of Rožnava, |
|
— |
the whole city of Košice, |
|
— |
the whole district of Vranov nad Topľou, |
|
— |
the whole district of Humenné, |
|
— |
the whole district of Prešov, |
|
— |
the whole district of Sabinov, |
|
— |
the whole district of Svidník, |
|
— |
the whole district of Stropkov, |
|
— |
the whole district of Stará Ľubovňa, |
|
— |
the whole district of Trebišov, except municipalities included in part II |
|
— |
the whole district of Liptovsky Mikuláš, |
|
— |
the whole district of Bardejov. |
7. L-Italja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Italja:
|
Piedmont Region:
|
|
Liguria Region:
|
|
Emilia-Romagna Region:
|
|
Toscana Region:
|
|
Lombardia Region:
|
8. Iċ-Ċekja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fiċ-Ċekja:
|
Liberecký kraj:
|
9. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Greċja:
|
— |
in the regional unit of Kavala:
|
|
— |
in the regional unit of Xanthi:
|
|
— |
in the regional unit of Rodopi:
|
|
— |
in the regional unit of Evros:
|
|
— |
in the regional unit of Kilkis:
|
|
— |
in the regional unit of Thessaloniki:
|
|
— |
in the regional unit of Chalkidiki:
|
|
— |
in the regional unit of Pella:
|
|
— |
in the regional unit of Imathia:
|
|
— |
in the regional unit of Kozani:
|
|
— |
in the regional unit of Florina:
|
|
— |
in the regional unit of Kastoria:
|
|
— |
in the regional unit of Ioannina:
|
|
— |
in the regional unit of Thesprotia:
|
10. Il-Kroazja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Kroazja:
|
Brodsko-posavska županija:
|
|
Osječko-baranjska županija:
|
|
Virovitičko-podravska županija:
|
11. Spanja
The following restricted zones I in Spain:
|
The municipalities of:
|
PARTI II
1. Il-Bulgarija
|
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Bulgarija:
|
2. Il-Ġermanja
|
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Ġermanja:
|
|
Bundesland Hessen:
|
|
Bundesland Rheinland-Pfalz:
|
|
Bundesland Baden-Württemberg:
|
|
Bundesland Nordrhein-Westfalen:
|
3. L-Estonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond). |
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Aizkraukles novads, |
|
— |
Alūksnes novads, |
|
— |
Augšdaugavas novada Ambeļu, Bebrenes, Biķernieku, Demenes, Dubnas, Eglaines pagasts, Ilūkstes pilsētas daļa uz dienvidrietumiem no autoceļa V70, Kalkūnes pagasts, Kalupes pagasta daļa uz austrumiem no autoceļa V679 un V678, Laucesas pagasts, Līksnas pagasta daļa uz dienvidaustrumiem no autoceļa A14 un A6, Maļinovas, Medumu, Naujenes pagasts, Pilskalnes pagasta daļa uz dienvidrietumiem no autoceļa V702, Senlejas ielas, Parka ielas, autoceļa P70, Prodes, Salienas, Skrudalienas pagasts, Subates pilsēta, Sventes pagasta daļa uz rietumiem no autoceļa P70, P72, uz dienvidiem no dzelzceļa līnijas Eglaine-Daugavpils un uz dienvidaustrumiem no autoceļa A14, Šēderes, Tabores, Vecsalienas, Višķu pagasts, |
|
— |
Ādažu novads, |
|
— |
Balvu novads, |
|
— |
Bauskas novads, |
|
— |
Cēsu novads, |
|
— |
Dienvidkurzemes novada Aizputes, Cīravas, Lažas, Durbes, Dunalkas, Tadaiķu, Vecpils, Bārtas, Sakas, Bunkas pagasts, Priekules pagasta daļa uz ziemeļrietumiem no Virgas upes, uz rietumiem no Nākotnes ielas un tās turpinājuma, uz ziemeļiem no autoceļa P135, uz rietumiem no autoceļa P114, Gramzdas pagasta daļa uz ziemeļrietumiem no autoceļa P114, Kalētu, Virgas, Dunikas, Gaviezes, Grobiņas, Rucavas, Vērgales, Medzes pagasts, Embūtes pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa P106, Kalvenes, Kazdangas pagasts, Nīcas pagasta daļa uz dienvidiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Aizputes, Durbes, Pāvilostas, Priekules, Grobiņas pilsēta, |
|
— |
Dobeles novads, |
|
— |
Gulbenes novads, |
|
— |
Jelgavas novads, |
|
— |
Jēkabpils novada Aknīstes pagasts, Aknīstes pilsēta, Asares, Atašienes, Ābeļu, Dignājas pagasts, Dunavas pagasta daļa uz ziemeļrietumiem no ceļa, kas savieno autoceļu V783 ar apdzīvotu vietu Kriškināni, Elkšņu, Gārsenes pagasts, Jēkabpils valstspilsēta, Kalna, Krustpils, Kūku, Leimaņu, Mežāres, Rites, Rubenes, Salas, Saukas, Sēlpils, Variešu, Viesītes pagasts, Viesītes pilsēta, Vīpes, Zasas pagasts, |
|
— |
Krāslavas novads, |
|
— |
Kuldīgas novads, |
|
— |
Ķekavas novads, |
|
— |
Limbažu novads, |
|
— |
Līvānu novads, |
|
— |
Ludzas novads, |
|
— |
Madonas novads, |
|
— |
Mārupes novads, |
|
— |
Ogres novads, |
|
— |
Olaines novads, |
|
— |
Preiļu novads, |
|
— |
Rēzeknes novads, |
|
— |
Ropažu novads, |
|
— |
Salaspils novads, |
|
— |
Saldus novada Bīdenes, Cieceres, Ezeres, Gaiķu, Jaunauces, Jaunlutriņu, Kursīšu, Lutriņu pagasts, Nīgrandes pagasta daļa uz austrumiem no Lāčpurva ceļa, Novadnieku, Pampāļu, Remtes, Rubas, Saldus, Šķēdes, Vadakstes, Zaņas, Zirņu, Zvārdes pagasts, Brocēnu, Saldus pilsēta, |
|
— |
Saulkrastu novads, |
|
— |
Siguldas novads, |
|
— |
Smiltenes novads, |
|
— |
Talsu novads, |
|
— |
Tukuma novads, |
|
— |
Valkas novads, |
|
— |
Valmieras novads, |
|
— |
Ventspils novads, |
|
— |
Daugavpils valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jelgavas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jūrmalas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Rēzeknes valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Rīgas valstspilsētas pašvaldība. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Alytaus rajono savivaldybė, |
|
— |
Anykščių rajono savivaldybė, |
|
— |
Akmenės rajono savivaldybė, |
|
— |
Birštono savivaldybė, |
|
— |
Biržų miesto savivaldybė, |
|
— |
Biržų rajono savivaldybė, |
|
— |
Druskininkų savivaldybė, |
|
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
|
— |
Ignalinos rajono savivaldybė, |
|
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
|
— |
Joniškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė, |
|
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė, |
|
— |
Kalvarijos savivaldybė, |
|
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
|
— |
Kauno rajono savivaldybė, |
|
— |
Kazlų rūdos savivaldybė, |
|
— |
Kelmės rajono savivaldybės: Kelmės apylinkių, Kelmės, Kražių, Kukečių, Liolių, Pakražančio, Šaukėnų, Užvenčio, Vaiguvos seniūnijos, |
|
— |
Kėdainių rajono savivaldybė, |
|
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė, |
|
— |
Kupiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Kretingos rajono savivaldybė, |
|
— |
Lazdijų rajono savivaldybė, |
|
— |
Mažeikių rajono savivaldybė, |
|
— |
Molėtų rajono savivaldybė, |
|
— |
Marijampolės savivaldybė, |
|
— |
Pagėgių savivaldybė, |
|
— |
Pakruojo rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio miesto savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio rajono savivaldybė, |
|
— |
Palangos miesto savivaldybė, |
|
— |
Pasvalio rajono savivaldybė, |
|
— |
Radviliškio rajono savivaldybės: Aukštelkų, Pakalniškių, Radviliškio miesto, Sidabravo seniūnijos, |
|
— |
Rietavo savivaldybė, |
|
— |
Prienų rajono savivaldybė, |
|
— |
Plungės rajono savivaldybė, |
|
— |
Raseinių rajono savivaldybės: Ariogalos miesto, Ariogalos, Betygalos, Girkalnio, Kalnujų, Nemakščių, Pagojukų, Paliepių, Raseinių miesto, Raseinių, Viduklės seniūnijos, |
|
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Skuodo rajono savivaldybė, |
|
— |
Raseinių rajono savivaldybė, |
|
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių miesto savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių rajono savivaldybės: Bubių seniūnijos vakarinė dalis nuo Dubysos upės, Ginkūnų, Gruzdžių, Kairių, Kuršėnų kaimiškoji, Kuršėnų miesto, Kužių, Meškuičių, Raudėnų, Šakynos seniūnijos ir Šiaulių kaimiškosios seniūnijos šiaurinė dalis nuo 77 kelio, |
|
— |
Šilutės rajono savivaldybė, |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė, |
|
— |
Šilalės rajono savivaldybė, |
|
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
|
— |
Tauragės rajono savivaldybė, |
|
— |
Telšių rajono savivaldybė, |
|
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
|
— |
Ukmergės rajono savivaldybė, |
|
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
|
— |
Varėnos rajono savivaldybė, |
|
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus rajono savivaldybė, |
|
— |
Visagino savivaldybė, |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė, |
|
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Baranya vármegye 501460, 501470, 501560, 501580, 501670, 502150, 502160, 502250, 502350, 502450, 502650, 502660, 502750, 502850, 503450, 503460, 503470, 503480, 503490, 503550, 503660, 503670, 503680, 503850, 503950, 504150, 504250, 504350, 504360, 504450, 504550, 504560, 504650, 504660, 504750, 504760, 504950 és 505050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén vármegye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Budapest 1 kódszámú, vadgazdálkodási tevékenységre nem alkalmas területe, |
|
— |
Fejér vármegye 403150, 403160, 403250, 403260, 403350, 404250, 404550, 404560, 404570, 405450, 405550, 405650, 406450 és 407050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Hajdú-Bihar vármegye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Heves vármegye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok vármegye 750250, 750550, 750650, 750750, 752150, 752450, 752460, 752550 és 752560 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom vármegye 250350, 250850, 250950, 251450, 251550, 251950, 252050, 252150, 252350, 252450, 252460, 252550, 252650, 252750, 252850, 252860, 252950, 252960, 253050, 253150, 253250, 253350, 253450 és 253550 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Nógrád vármegye valamennyi vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest vármegye 570150, 570250, 570350, 570450, 570550, 570650, 570750, 570850, 570950, 571050, 571150, 571250, 571350, 571650, 571750, 571760, 571850, 571950, 572050, 572150, 572250, 572650, 573550, 573650, 574250, 580050 és 580150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Somogy vármegye: 355852, 356250, 356260, 356350 és 356150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg vármegye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie kujawsko - pomorskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
|
w województwie śląskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
the whole district of Snina, |
|
— |
the whole district of Sobrance, |
|
— |
fid-distrett ta’ Michalovce, il-muniċipalitajiet ta’ Bajany, Vysoká nad Uhom, Pavlovce nad Uhom, Krišovská Liesková, Liesková, Liesková, Čierne Pole, Ižkovce, Beša, Čičarovce, Vojany, Veľké Kapušany, Maťovské Vojkovce, Budince, Ruská, Kapušianske Kľačany, Veľké Slemence, Ptrukša, |
|
— |
in the district of Trebišov municipalities of Bačka, Biel, Boľ, Boťany, Čierna, Čierna nad Tisou, Dobrá, Klin nad Bodrogom, Kráľovský Chlmec, Kapoňa, Leles, Malé Trakany, Malý Horeš, Nový Horeš, Malý Kamenec, Poľany, Pribeník, Rad, Solnička, Nová Vieska pri Bodrogu, Somotor, Véč, Strážne, Pavlovo, Svätá Mária, Streda nad Bodrogom, Svätuše, Svinice, Veľké Trakany, Veľký Horeš, Veľký Kamenec, Vojka, Zatín, Zemplín |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Revúca, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Rimavská Sobota, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Veľký Krtíš, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Lučenec, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Poltár, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Zvolen, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Detva, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Krupina, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Banska Štiavnica, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Žarnovica, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Banska Bystica, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Brezno, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Zlaté Moravce, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Žarnovica, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Turčianske Teplice, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Martin ħlief il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona I, |
|
— |
fid-distrett ta’ Žilina, il-muniċipalitajiet ta’ Čičmany, Fačkov, Rajecká Lesná, Ďurčiná, Rajec, Šuja, Kamenná Poruba, Kunerad, Stránske, Rajecké Teplice, Turie,Višňové, Stráňavy, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Žiar nad Hronom, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Prievidza |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Partizánske, |
|
— |
fid-distrett ta’ Nitra, il-muniċipalitajiet ta’ Pohranice, Hosťová, Kolíňany, Malý Lapáš, Dolné Obdokovce, Čeľadice, Veľký Lapáš, Babindol, Malé Chyndice, Golianovo, Klasov, Veľké Chyndice, Nová Ves nad Žitavou, Paňa, Vráble, Tajná, Lúčnica nad Žitavou, Žitavce, Melek, Telince, Čifáre, Horné Lefantovce, Dolné Lefantovce, Jelenec, Bádice, Žirany, Podhorany, Nitrianske Hrnčiarovce, Štitáre, Ľudovítová, Kapince, Malé Zálužie, Hruboňovo, Šurianky, Výčapy-Opatovce, Nitra, Jelšovce, Čakajovce, Zbehy, Nové Sady, Čab, Lukáčovce, Lehota, Alekšince, Veľké Zálužie, Vinodol, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Topoľčany, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Bánovce nad Bebravou ħlief il-muniċipalitajiet inklużi fil-parti I, |
|
— |
fid-distrett ta’ Trenčín, il-muniċipalitajiet ta’ Svinná, Bobot, Horňany, Motešice, Petrova Lehota, Omšenie, Dolná Poruba, |
|
— |
fid-distrett ta’ Ilava, il-muniċipalità ta’ Zliechov |
|
— |
the whole district of Nové Zámky except the municipalities included in part I, |
|
— |
in the district of Komárno, the municipalities of Kravany nad Dunajom, Búč, Bátorove Kosihy, Moča, Radvaň nad Dunajom, Virt, Šrobárová, Mudroňovo, Modrany, Svätý Peter, Hurbanovo, Dulovce, Pribeta, Bajč, Patince, Iža, Chotín, Marcelová, Komárno, Martovce, Čalovec, Kameničná, Vrbová nad Váhom, Nesvady, Imeľ, Kolárovo, Dedina Mládeže, |
|
— |
in the district of Šaľa, the municipalities of Neded, Vlčany, Selice. |
9. L-Italja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Italja:
|
Piedmont Region:
|
|
Liguria Region:
|
|
Lombardia Region:
|
|
Emilia-Romagna Region:
|
|
Toscana Region:
|
10. Il-Greċja
|
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Greċja:
|
11. Il-Kroazja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Kroazja:
|
— |
Osječko-baranjska županija
|
12. Spanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fi Spanja:
|
Il-muniċipalitajiet ta’:
|
PARTI III
|
1. |
Ir-Rumanija |
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fir-Rumanija:
|
— |
Zona orașului București,
|
2. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Greċja:
|
— |
in the regional unit of Drama |
|
— |
the municipal departments of Agios Athanasios, Kalampaki and community departments of Kefalari, Agia Paraskevi, Kalamona, Nerofraktis and Ftelia (Doxato Municipality) |
|
— |
the municipal department of Kato Nevrokopi and the community departments of Achladea, Mikrokleisoura, Pagoneri, Potamoi, Volakas, Lefkogeia, Mikromilea and Chrysokefalo (Kato Nevrokopi Municipality), |
|
— |
the community departments of Kalos Agros, Koudounia, Mavrovatos, Microchori, Nikotsaras and part of the community department of Sidironero (Drama Municipality), |
|
— |
the community departments of Kallithea, Argiroupoli, Mavrolefki, Megalokampos, Microkampos, Perichora, Sitagroi and Fotolivos (Prosotsani Municipality) |
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Serres: |
|
— |
the municipal department of Irakleia and the community departments of Valtero, Dasochori, Karperi, Koimisi, Lithotopos, Limnochori, Pontismeno, Chrysochorafa, Ammoudia, Gefiroudi, Triada, Cheimaros, Ζeugolatio, Kalokastro, Livadochori and Strimoniko (Irakleia Municipality), |
|
— |
the municipal departments of Kerkini, Neo Petritsi and the community departments of Kamaroto, Anatoli, Livadia, Makrynitsa, Neochori Sintikis, Platanakia, Kastanousi, Rodopoli, Ano Poroia, Kato Poroia, Akritochori, Vyroneia, Megalochori, Mandraki, Strymonochori, Charopo, Chortero, Gonimo, part of the municipal department of Sidirokastro and Promahonas (Sintiki Municipality), |
|
— |
the community departments of Anagennisi, Vamvakia and Provatas (Serres Municipality), |
|
— |
the municipal departments of Nigrita, Terpni and the community departments of Ampeloi, Vergi, Dimitritsi, Nikokleia, Triantafilia, Agios Dimitrios, Aidonochori, Eukarpia, Ivira, Mavrothalasa, Tragilos, Achinos, Dafni, Zervochori, Lefkotopos, Patrikios, Sitochori, Choumniko, Agia Paraskevi, Anthi, Therma, Flampouro and Kastanochori (Visaltia Municipality), |
|
— |
the municipal department of Rodolivos, and the community departments of Amfipoli, Messolakia, Nea Kerdilia, Palaiokomi, Iliokomi, Kormisti, Nea Bafra, Simvoli, Aggisti, Krinides, Proti, Domiros and Mikro Souli (Amfipoli Municipality), |
|
— |
the municipal departments of Alistrati, Nea Zichni and the community departments of Agiochori, Lefkothea, Mandili, Skopia, Stathmos Aggistis, Dimitra, Draviskos, Mavrolofos, Messorachi, Mirkinos, Mirrini and Sfelino (Nea Zichni Municipality), |
|
— |
in the regional unit of Kilkis: |
|
— |
the municipal departments of Kilkis and the community departments of Kampani, Mandres, Nea Santa, Chrisopetra, Vathi, Agios Markos, Pontokerasea, Drosato, Amaranta, Antigoneia, Gerakario, Kokkinia, Tripotamos, Fyska, Myriofyto, Kentriko, Mouries, Agia Paraskevi, Stathmos Mourion, Kato Theodoraki, Melanthio, Anavrito, Elliniko, Eptalofos, Eukarpia, Theodosia, Isoma, Koiladi, Koronouda, Lipsidrio, Stavrochori, Plagia, Cherso and Terpillos (Kilkis Municipality), |
|
— |
in the regional unit of Thessaloniki: |
|
— |
the municipal departments of Sochos, Assiros, Zagliveri, Langadas, Lagina and the community departments of Krithia, Exalofos, Lofiskos, Irakleio, Chrisavgi, Vertiskos, Ossa, Karteres, Lahanas, Leukochori, Nikopoli, Xilopoli, Krioneri, Askos, Sarakina, Agios Vasileios, Ardameri, Vasiloudi, Gerakarou, Lagadikia, Analipsi, Kavalari, Kolchiko and Perivolaki (Langadas Municipality), |
|
— |
the municipal departments of Asprovalta, Vrasna, Nea Apolonia, Stavros and the community departments of Arethousa, Mavrouda, Skepasto, Stefanina, Melisourgos, Peristeronas, Nimfopetra, Profitis, Apolonia, Modi, Nea Maditos, Ano Stavros, Volvi, Nikomidino, Stivos, Evaggelismos, Scholari, and Philadelphio (Volvi Municipality), |
|
— |
the municipal departments of Asvestochori, Filiro, Chortiatis, and the community department of Exochi (Pilaia-Chortiatis Municipality), |
|
— |
the municipal department of Drimos (Oreokastro Municipality), |
|
— |
in the regional unit of Chalkidiki: |
|
— |
id-dipartiment muniċipali ta’ Arnaia u d-dipartimenti tal-komunitajiet ta’ Varvara, Neochori, Palaiochori, Stanos, Olimpiada u Stagira (il-Muniċipalità ta’ Aristotelis), |
|
— |
id-dipartimenti tal-komunitajiet ta’ Krimni u Marathousa (il-Muniċipalità ta’ Poligiros). |
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Kavala: |
|
— |
id-dipartimenti tal-komunitajiet ta’ Agios Kosmas, Dipotamos, Disvato, Kechrokampos, Lekani, Makrichori, Avramilia, Gerontas, Dialekto, Zarkadia, Xerias u Paradeisos (il-Muniċipalità ta’ Nestos), |
|
— |
id-dipartiment muniċipali ta’ Krinides u d-dipartiment tal-komunità ta’ Lidia (il-Muniċipalità ta’ Kavala) |
|
— |
id-dipartimenti muniċipali ta’ Eleftheroupoli, Nikisiani u d-dipartimenti tal-komunitajiet ta’ Antifillipoi, Kipoi, Xrysokastro, Folea, Akropotamos, Galipsos, Kariani, Orfanio, Ofrynio, Podochori, Georgianoi, Paleochori, Avli, Domatia, Melissokomio, Mesia, Messoropi, Moustheni, Platanotopos u Sidirochori (il-Muniċipalità ta’ Paggeo), |
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Xanthi: |
|
— |
id-dipartiment muniċipali ta’ Evmiro u d-dipartimenti tal-komunitajiet ta’ Gerakas, Dafnonas, Karyofito, Komnhna, Neochori, Pasxalia u Stavroupoli (il-Muniċipalità ta’ Xanthi), |
|
— |
id-dipartiment muniċipali ta’ Toxotes u d-dipartiment tal-komunità ta’ Galani (il-Muniċipalità ta’ Topeiros), |
|
— |
id-dipartiment tal-komunità ta’ Oreo (il-Muniċipalità ta’ Miki). |
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Florina: |
|
— |
id-dipartiment tal-komunità ta’ Nimfeo (il-Muniċipalità ta’ Aminteo), |
|
— |
il-komunità ta’ Pissoderi (il-Muniċipalità ta’ Prespes), |
|
— |
id-dipartiment muċipali ta’ Florina u d-dipartimenti tal-komunitajiet ta’ Agia Paraskevi, Akritas, Ano Kalliniki, Ano Klines, Ethniko, Kato Kalliniki, Kato Klines, Kladorrachi, Krateros, Marina, Mesokampos, Mesochori, Neos Kafkasos, Niki, Parorio, Polyplatanos, Itea, Neochorakio, Palaistra, Papagiannis, Sitaria, Tripotamos, Agios Vartholomaios, Ammochori, Ano Idrousa, Atrapos, Drosopigi, Kolchiki, Leptokarya, Perasma, Polypotamos, Triantafyllea, Tropaiouchos, Idrousa, Flampouro, Alona, Armenochori, Korifi, Mesonisi, Proti, Skopia u Trivouno (il-Muniċipalità ta’ Florina), |
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Kastoria: |
|
— |
id-dipartiment tal-komunità ta’ Mela (il-Muniċipalità ta’ Kastoria). |
3. Il-Kroazja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Kroazja:
|
Vukovarsko- srijemska županija:
|
|
Brodsko-posavska županija:
|
|
Osječko-baranjska županija
|
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Augšdaugavas novada Dvietes pagasts, Ilūkstes pilsētas daļa uz ziemeļaustrumiem no autoceļa V70, Kalupes pagasta daļa uz rietumiem no autoceļa V679 un V678, Līksnas pagasta daļa uz ziemeļrietumiem no autoceļa A14 un A6, Nīcgales pagasts, Pilskalnes pagasta daļa uz ziemeļaustrumiem no autoceļa V702, Senlejas ielas, Parka ielas, autoceļa P70, Sventes pagasta daļa uz austrumiem no autoceļa P70, P72, uz ziemeļiem no dzelzceļa līnijas Eglaine-Daugavpils un uz ziemeļrietumiem no autoceļa A14, Vaboles pagasts |
|
— |
Jēkabpils novada Dunavas pagasta daļa uz dienvidaustrumiem no ceļa, kas savieno autoceļu V783 ar apdzīvotu vietu Kriškināni. |
|
— |
Dienvidkurzemes novada Embūtes pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa P106, Gramzdas pagasta daļa uz dienvidaustrumiem no autoceļa P114, Priekules pagasta daļa uz dienvidaustrumiem no Virgas upes, uz austrumiem no Nākotnes ielas un tās turpinājuma, uz dienvidiem no autoceļa P135, uz austrumiem no autoceļa P114, Vaiņodes pagasts. |
|
— |
Saldus novada Nīgrandes pagasta daļa uz rietumiem no Lāčpurva ceļa. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Kelmės rajono savivaldybės: Tytuvėnų, Tytuvėnų apylinkių seniūnijos, |
|
— |
Radviliškio rajono savivaldybės: Radviliškio, Tyrulių, Šaukoto, Šiaulėnų, Baisogalos, Grinkiškio, Skėmių, Šeduvos miesto seniūnijos, |
|
— |
Raseinių rajono savivaldybės: Šiluvos seniūnija, |
|
— |
Šiaulių rajono savivaldybės: Bubių seniūnijos rytinė dalis nuo Dubysos upės, Šiaulių kaimiškosios seniūnijos pietinė dalis nuo 77 kelio, |
ANNESS II
ŻONI STABBILITI FIL-LIVELL TAL-UNJONI BĦALA ŻONI INFETTATI JEW ŻONI RISTRETTI, LI JINKLUDU ŻONI TA’ PROTEZZJONI U TA’ SORVELJANZA
(kif imsemmi fl-Artikoli 6(2) u 7(2))
Il-Parti A – Żoni stabbiliti bħala żoni infettati wara tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fi Stat Membru jew f’żona preċedentement ħielsa mill-mard:
|
Żoni stabbiliti bħala żona infettata kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
||||||||||
|
Iż-żoni li ġejjin stabbiliti fil-Polonja: W powiecie koszalińskim:
w gminie Świeszyno miejscowości: Dunowo, Giezkowo, Konikowo, Mierzym, Niedalino, Niekłonice, Strzekęcino, Świeszyno |
4.5.2026 |
||||||||||
|
Iż-żoni li ġejjin stabbiliti fil-Polonja: W powiecie sławieńskim:
W powiecie koszalińskim: w gminie Polanów miejscowości: Bożenica, Komorowo, Krag, Buszyno. |
10.6.2026 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/767/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)