|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/737 |
25.3.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/737
tat-23 ta’ Marzu 2026
li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1), il-punt (b), tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-pajjiżi terzi jew it-territorji kkonċernati jkunu elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom biex jidħlu fl-Unjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom, li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. |
|
(5) |
Fit-12 ta’ Marzu 2026 u fis-16 ta’ Marzu 2026, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni b’total ta’ 23 tifqigħa ġdida tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, highly pathogenic avian influenza) fil-pollam fl-istati ta’ Illinois, Indiana, New York, Pennsylvania u Wisconsin, li ġew ikkonfermati bejn is-6 ta’ Marzu 2026 u t-12 ta’ Marzu 2026 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(6) |
Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti nnotifikat l-istabbiliment taż-żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ qerda biex tikkontrolla l-preżenza tal-HPAI u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(7) |
L-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u l-miżuri li ttieħdu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI. |
|
(8) |
Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti, jenħtieġ li jiġi sospiż id-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat il-ġodda f’dak il-pajjiż terz, biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu d-dati meta ġew ikkonfermati t-tifqigħat. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati għall-Istati Uniti fit-tabelli stabbiliti fil-Parti 1, it-Taqsima B, u fil-Parti 2 tal-Anness V, u fit-tabella stabbilita fil-Parti 1, it-Taqsima B, tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati kif xieraq. |
|
(9) |
Barra minn hekk, il-Kanada u l-Istati Uniti pprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji rispettivi tagħhom fir-rigward tat-tifqigħat preċedenti tal-HPAI li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, kif stabbilit fit-tabella fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness V, u fit-tabella fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. |
|
(10) |
Fis-27 ta’ Frar 2026, il-Kanada ppreżentat informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħadet fir-rigward ta’ tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-provinċja ta’ Ontario, li ġiet ikkonfermata fil-15 ta’ Diċembru 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(11) |
Fis-17 ta’ Marzu 2026, l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħadu b’rabta ma’ 21 tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ California, Georgia, Idaho, Maryland, Minnesota, Mississippi, Missouri, New Jersey, North Carolina, North Dakota, Pennsylvania, u South Dakota., li ġew ikkonfermati bejn is-6 ta’ Ottubru 2025 u l-4 ta’ Frar 2026 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(12) |
Il-Kanada u l-Istati Uniti informaw lill-Kummissjoni li, wara dawk it-tifqigħat preċedenti tal-HPAI, implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew it-tindif u d-diżinfezzjoni meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada u mill-Istati Uniti u jidhrilha li taw garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li kienet wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa fl-Unjoni miż-żoni affettwati, kif stabbilit fit-tabella fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness V, u fit-tabella fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni affettwati tal-Kanada u tal-Istati Uniti, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. Għalhekk, l-entrati għall-Kanada u għall-Istati Uniti f’dawk it-tabelli f’dawk l-Annessi jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq. |
|
(14) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/591 (4) emenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 sabiex, fost l-oħrajn, jissospendi d-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żona GB-2.466 fil-kontea ta’ Yorkshire fl-Ingilterra, ir-Renju Unit, fejn ġiet ikkonfermata tifqigħa tal-HPAI fit-3 ta’ Marzu 2026. B’ommissjoni, il-punt (1)(a)(x) fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/591 biddel id-data tal-għeluq għat-3 ta’ Marzu 2026 għaż-żona GB-2.464 fiż-żona amministrattiva Scottish Borders, fl-Iskozja, li diġà kienet sospiża bid-data tal-għeluq tal-24 ta’ Jannar 2026 fl-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/342 (5), minflok ma żied iż-żona l-ġdida GB-2.466 bid-data tal-għeluq tat-3 ta’ Marzu 2026. Għalhekk, fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, iż-żona l-ġdida GB-2.466 bħalissa mhijiex sospiża għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam. Għalhekk, ir-ringiela għaż-żona GB-2.464 fl-entrata għar-Renju Unit fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness V jenħtieġ li tiġi sostitwita sabiex tiddaħħal id-data tal-għeluq korretta tal-24 ta’ Jannar 2026, u r-ringiela għaż-żona GB-2.466 jenħtieġ li tiżdied ma’ dik it-tabella, bid-data tal-għeluq tat-3 ta’ Marzu 2026. Għalhekk, il-Parti 1 tal-Anness V jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq. |
|
(15) |
Filwaqt li jitqiesu t-tifqigħat riċenti tal-HPAI fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti, u sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Kanada u mal-Istati Uniti, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’mod urġenti. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/591 tat-12 ta’ Marzu 2026 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (ĠU L, 2026/591, 16.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/591/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/342 tal-10 ta’ Frar 2026 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (ĠU L, 2026/342, 11.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/342/oj).
ANNESS
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/737/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)