European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/733

1.4.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/733

tad-19 ta’ Marzu 2026

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-ħmistax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Ispeċi Migratorji tal-Annimali Selvaġġi fir-rigward tal-proposti ta’ diversi partijiet biex jiġu emendati l-Appendiċijiet ta’ dik il-Konvenzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Ispeċi Migratorji tal-Annimali Selvaġġi (il-“Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/461/KEE (1) u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1983.

(2)

Skont l-Artikolu XI tal-Konvenzjoni, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni (il-“Konferenza tal-Partijiet”) tista’ tadotta deċiżjonijiet biex jiġu emendati l-Appendiċijiet tal-Konvenzjoni.

(3)

Il-Konferenza tal-Partijiet, fil-ħmistax-il laqgħa tagħha f’Marzu 2026, għandha tadotta deċiżjonijiet biex jiġu emendati l-Appendiċijiet tal-Konvenzjoni dwar proposti rigward l-inklużjoni fl-Appendiċi I tal-popolazzjonijiet taż-Żimbabwe ta’ Acinonyx jubatus, Hyaena hyaena, Pteronura brasiliensis, Pterodroma baraui, Pterodroma cervicalis occulta, Pterodroma hasitata, Pterodroma madeira, Pterodroma magentae, Pterodroma incerta, Pseudobulweria macgillivrayi, Pseudobulweria aterrima, Pseudobulweria becki, Numenius phaeopus hudsonicus, Limosa haemastica, Tringa flavipes, Alopias pelagicus, Alopias superciliosus, Alopias vulpinus, Sphyrna lewiniSphyrna mokarran; rigward it-tneħħija mill-Appendiċi I tal-Konvenzjoni ta’ Cervus elaphus yarkandensis (filwaqt li tinżamm Cervus elaphus yarkandensis fl-Appendiċi II); u rigward l-inklużjoni fl-Appendiċi II tal-Konvenzjoni tal-popolazzjonijiet taż-Żimbabwe ta’ Acinonyx jubatus, Hyaena hyaena, Pteronura brasiliensis, il-popolazzjonijiet tal-Awstralja u New Caledonia ta’ Pterodroma leucoptera, Pterodroma brevipes, Pterodroma defilippiana, Pterodroma longirostris, Pterodroma cookii cookii, Pterodroma cookii orientalis, Pterodroma pycrofti, Pterodroma axillaris, Pterodroma neglecta juana, Pterodroma arminjoniana, Pterodroma alba, Pterodroma cervicalis cervicalis, Pterodroma externa, Pterodroma feae, Pterodroma deserta, Ardenna carneipes, Pseudobulweria rostrata, Bubo scandiacus, Sporophila iberaensis, Mustelus schmitti, Squatina guggenheim, Pseudoplatystoma corruscans.

(4)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet, peress li d-deċiżjonijiet li jemendaw l-Appendiċijiet ser ikunu vinkolanti fuq l-Unjoni.

(5)

Jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-proposti kollha msemmijin hawn fuq, bl-eċċezzjoni għall-proposta rigward Cervus elaphus yarkandensis, peress li huma bbażati fuq ix-xjenza, konformi mal-impenn tal-Unjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni tal-bijodiversità f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika, u konformi mad-deċiżjonijiet meħuda fil-Konferenza tal-Partijiet.

(6)

Jenħtieġ li l-Unjoni ma tappoġġax il-proposta rigward is-Cervus elaphus yarkandensis peress li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu III(3) tal-Konvenzjoni mhumiex sodisfatti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-ħmistax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Ispeċi Migratorji tal-Annimali Selvaġġi (il-“Konvenzjoni”) għandha tkun din li ġejja:

(a)

li tiġi appoġġata żl-injlużjoni fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni tal-ispeċijiet jew tas-sottospeċijiet li ġejjin:

Popolazzjonijiet taż-Żimbabwe ta’ Acinonyx jubatus,

Hyaena hyaena,

Pteronura brasiliensis,

Pterodroma baraui,

Pterodroma cervicalis occulta,

Pterodroma hasitata,

Pterodroma madeira,

Pterodroma magentae,

Pterodroma incerta,

Pseudobulweria macgillivrayi,

Pseudobulweria aterrima,

Pseudobulweria becki,

Numenius phaeopus hudsonicus,

Limosa haemastica,

Tringa flavipes,

Alopias pelagicus,

Alopias superciliosus,

Alopias vulpinus,

Sphyrna lewini,

Sphyrna mokarran,

(b)

li ma tiġix appoġġata t-tneħħija mill-Appendiċi I tal-Konvenzjoni tas-Cervus elaphus yarkandensis, peress li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu III(3) tal-Konvenzjoni mhumiex sodisfatti;

(c)

li tiġi appoġġata l-injlużjoni fl-Appendiċi II tal-Konvenzjoni tal-ispeċijiet li ġejjin:

Popolazzjonijiet taż-Żimbabwe ta’ Acinonyx jubatus,

Hyaena hyaena,

Pteronura brasiliensis,

Popolazzjonijiet tal-Awstralja u New Caledonia ta’ Pterodroma leucoptera,

Pterodroma brevipes,

Pterodroma defilippiana,

Pterodroma longirostris,

Pterodroma cookii cookii,

Pterodroma cookii orientalis,

Pterodroma pycrofti,

Pterodroma axillaris,

Pterodroma neglecta juana,

Pterodroma arminjoniana,

Pterodroma alba,

Pterodroma cervicalis cervicalis,

Pterodroma externa,

Pterodroma feae,

Pterodroma deserta,

Ardenna carneipes,

Pseudobulweria rostrata,

Bubo scandiacus,

Sporophila iberaensis,

Mustelus schmitti,

Squatina guggenheim,

Pseudoplatystoma corruscans.

Artikolu 2

L-irfinar tal-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1, fid-dawl tal-iżviluppi fil-ħmistax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet jew fejn il-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 x’aktarx li tiġi affettwata minn informazzjoni xjentifika jew teknika ġdida ppreżentata wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jista’ jintlaħaq qbil dwarha matul il-laqgħat ta’ koordinazzjoni fuq il-post mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. RAOUNA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/461/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1982 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tal-ispeċi migratorji tal-annimali selvaġġi (ĠU L 210, 19.7.1982, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1982/461/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/733/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)