European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/695

14.3.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/695

tal-14 ta’ Marzu 2026

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Abbażi ta' rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li tiġi aġġornata l-informazzjoni dwar 132 individwu u 77 entità fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-entrati għal ħames persuni deċeduti u għal żewġ persuni oħra jitħassru minn dak l-Anness.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. RAOUNA


(1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/269/oj.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

jitħassru l-entrati li jikkonċernaw il-persuni deċeduti li ġejjin:

“493.

Pavel Rurikovich KACHKAEV (Павел Рюрикович КАЧКАЕВ)”;

“1263.

Mohammad Hossein BAGHERI (محمد حسین باقر)”;

“1266.

Hossein SALAMI (سلامی حسین)”;

“1267.

Amir Ali HAJIZADEH (حاجیزاده امیرعلی)”;

“1341.

Sergey Petrovich MAVRIN (Сергей Петрович МАВРИН)”;

(2)

jitħassru l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin:

“1201.

Maya Nikolaevna BOLOTOVA (imwielda TOKAREVA) (Майя Николаевна БОЛОТОВА (ТОКАРЕВА)”;

“1870.

Niels TROOST”;

(3)

l-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“3.

Rustam Ilmirovich TEMIRGALIEV

(Рустам Ильмирович ТЕМИРГАЛИЕВ)

Rustam Ilmyrovych TEMIRHALIIEV

(Рустам Iльмирович ТЕМIРГАЛIЄВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.8.1976

Post tat-Twelid: Ulan-Ude, Buryat ASSR, Russian SFSR (issa Russian Federation)

Meta kien Viċi Prim Ministru tal-Krimea, Temirgaliev qeda rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-‘Kunsill Suprem’ rigward ir-‘referendum’ tas-16 ta' Marzu 2014 kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Huwa għamel pressjoni attiva favur l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. Fil-11 ta' Ġunju 2014 huwa rriżenja mill-funzjoni tiegħu bħala ‘L-Ewwel Viċi Prim Ministru’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’.

Direttur Ġenerali tal-Managing Company of the Russian-Chinese Investment Fund for Regional Development.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

17.3.2014

34.

Dmitry Nikolayevich KOZAK (Дмитрий Николаевич КОЗАК)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 7.11.1958

Post tat-Twelid: Bandurove, Kirovohrad region, Ukrainian SSR, issa Ukraine

Nazzjonalità: Russa

Eks Viċi Prim Ministru. Responsabbli mis-sorveljanza tal-integrazzjoni tar-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ li ġiet annessa fil-Federazzjoni Russa. Eks Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali tal-Federazzjoni Russa u Mibgħut Speċjali tal-President għall-ġestjoni tal-konflitti fl-Ukrajna.

29.4.2014

40.

Sergei Ivanovich NEVEROV

(Сергей Иванович НЕВЕРОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 21.12.1961

Post tat-Twelid: Tashtagol, USSR (issa Russian Federation)

Eks Viċi President tad-Duma tal-Istat. Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa. Membru tad-Duma, eks kap tal-fazzjoni United Russia. Jappoġġa b'mod attiv il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

29.4.2014

43.

German PROKOPIV

(Герман ПРОКОПИВ)

Herman PROKOPIV

(Герман ПРОКОПIВ)

(magħruf ukoll bħala Li Van Chol, Ли Ван Чоль)

(magħruf ukoll bħala Lee Won Chol)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 6.7.1993 jew 6.7.1991

Post tat-Twelid: Prague, Czech Republic

Membru attiv tal-‘Gwardja ta' Luhansk’. Ħa sehem fil-ħtif tal-bini tal-uffiċċju reġjonali tas-Servizz tas-Sigurtà ta' Luhansk.

Baqa' ġellied militari attiv tal-LNR. Herman Prokopiv (Lee Won Chol) inqabad fuq il-front fi tmiem l-2024 mit-truppi Ukreni u, f'Diċembru 2024, ingħata sentenza ta' tmien snin ħabs minn qorti Ukrena.

29.4.2014

63.

Alexander KHODAKOVSKY

Oleksandr Serhiyovych KHODAKOVSKYY (KHODAKOVSKYI)

(Олександр Сергiйович ХОДАКОВСЬКИЙ)

Aleksandr Sergeyevich KHODAKOVSKII

(Александр Сергеевич ХОДАКОВСКИЙ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 18.12.1972

Post tat-Twelid: Donetsk, USSR (issa Ukraine)

L-eks hekk imsejjaħ ‘Ministru għas-Sigurtà tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’, u għalhekk responsabbli għal attivitajiet ta' sigurtà separatisti tal-hekk imsejjaħ ‘gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

Kmandant tal-battaljun ‘Vostok’ tal-‘Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ li qed jiġġieled f'Mariupol. Mill-2023, Viċi Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Gwardja Russa (Rosgvardia) fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

Għalhekk, Alexander Khodakovsky huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.7.2014

68.

Aleksey Vyacheslavovich KARYAKIN

(Алексей Вячеславович КАРЯКИН)

Oleksiy Vyacheslavovych KARYAKIN

(Олексiй В'ячеславович КАРЯКIН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 7.4.1980 jew 7.4.1979

Post tat-Twelid: Stakhanov, Luhansk region, Ukraine

Sal-25 Marzu 2016 l-hekk imsejjaħ ‘President tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’, responsabbli għall-attivitajiet ‘governattivi’ separatisti tal-‘Kunsill Suprem’, responsabbli għat-talba lill-Federazzjoni Russa biex tirrikonoxxi l-indipendenza tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-‘unjoni ta' Novorossiya’.

Eks membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti

Bħalissa, Karyakin huwa President tal-Fergħa Reġjonali tal-Organizzazzjoni Pubblika-Statali l-‘Assemblea tal-Popli tar-Russja’ tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk. Huwa qed jiġġieled ukoll fuq il-front fl-Ukrajna bħala parti mis-7th Assault Brigade Russa.

12.7.2014

82.

Pavel Yurievich GUBAREV

(Павел Юрьевич ГУБАРЕВ)

Pavlo Yuriyovich GUBARIEV (HUBARIEV)

(Павло Юрiйович ГУБАРЄВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 10.2.1983 (jew 10.3.1983)

Post tat-Twelid: Sievierodonetsk, Ukraine

Wieħed minn dawk li jiddeskrivu lilhom infushom bħala mexxejja tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Huwa talab l-intervent Russu fil-Lvant tal-Ukrajna, inkluż permezz tal-iskjerament ta' forzi taż-żamma tal-paċi Russi. Kien assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Gubarev kien responsabbli għar-reklutaġġ ta' nies għall-forzi armati tas-separatisti.

Responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi pro-Russi u pproklama lilu nnifsu bħala l-‘gvernatur tal-poplu’.

Minkejja li ġie arrestat għat-theddid tal-integrità territorjali tal-Ukrajna, u sussegwentement inħeles, huwa kompla jaqdi rwol prominenti f'attivitajiet separatisti, u għaldaqstant qed idgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Skont id-dikjarazzjoni tiegħu stess, huwa ġġieled fil-Forzi Armati Russi qrib Kiev f'Marzu 2022.

F'Ottubru 2022 huwa ddikjara li ‘l-Ukreni huma poplu Russu’ u kompla jxerred propaganda Russa li tippromwovi l-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Skont il-posts ta' Gubarev fuq il-media soċjali, huwa ngħaqad mat-truppi Russi perjodikament fl-2022 u fl-2024 biex jiġġieled bl-azzarin fuq il-front.

25.7.2014

97.

Vladimir Petrovich KONONOV

(magħruf ukoll bħala ‘Tsar’)

(Владимир Петрович КОНОНОВ)

Volodymyr Petrovych KONONOV

(Володимир Петрович КОНОНОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 14.10.1974

Post tat-Twelid: Hirske, Luhansk oblast, Ukraine

Mill-14 ta' Awwissu 2014, ħa post Igor Strelkov/Girkin, bħala l-hekk imsejjaħ ‘Ministru għad-Difiża’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Hu maħsub li kellu taħt il-kmand tiegħu diviżjoni ta' ġellieda separatisti f'Donetsk minn April 2014 'l hawn u wiegħed li jsolvi l-kompitu strateġiku li jwaqqaf l-aggressjoni militari tal-Ukrajna. Kononov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Imneħħi mill-kariga tal-hekk imsejjaħ ‘Ministru għad-Difiża’ f'Settembru 2018.

Eks Kap tad-Direttorat għall-Għajnuna Soċjali lil Membri tas-Servizz Irtirati u l-Edukazzjoni Patrijottika, taħt l-hekk imsejjaħ ‘Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

12.9.2014

106.

Yuri Leonidovich VOROBIOV

(magħruf ukoll bħala Yury Leonidovich VOROBYOV)

(Юрий Леонидович ВОРОБЬЕВ)

Data tat-twelid: 2.2.1948

Post tat-Twelid: Krasnoyarsk, USSR (illum Russian Federation)

Sess: raġel

Membru u Viċi Speaker tal-Kunsill tal-Federazzjoni tal-Federazzjoni Russa, fejn jikkoordina l-ħidma tal-Kumitat tal-Kunsill tal-Federazzjoni dwar id-Difiża u s-Sigurtà, jagħtih struzzjonijiet u jikkontrolla l-eżekuzzjoni ta' dawk l-istruzzjonijiet. Fl-1 ta' Marzu 2014, fil-Kunsill tal-Federazzjoni, Vorobiov appoġġa pubblikament l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. Sussegwentement ivvota favur id-digriet relatat.

Viċi President tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni tal-Belarussja u r-Russja.

Bħala Membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni pparteċipa fir-ratifika tad-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”’ u t-‘Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-“Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”’.

Fit-22 ta' Frar 2022, fil-Kunsill tal-Federazzjoni, Vorobiov appoġġa l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

Fl-4 ta' Ottubru 2022, fil-Kunsill tal-Federazzjoni, Vorobiov appoġġa l-leġiżlazzjoni biex jiġu annessi r-reġjuni tal-Ukrajna ta' Donetsk, Luhansk, Kherson u Zaporizhzhia.

12.9.2014

111.

Vladimir Stepanovich NIKITIN

(Владимир Степанович НИКИТИН)

Data tat-twelid: 5.4.1948

Post tat-Twelid: Opochka, USSR (issa Russian Federation)

Sess: raġel

Eks membru tad-Duma tal-Istat u eks l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewrasjatika u r-Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali ‘dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-“Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fil-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda – ir-“Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol’.

Eks membru tal-Presidju tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista tal-Federazzjoni Russa.

Mexxej tal-moviment pubbliku għalkollox Russu ‘Russian Concord’ li jipprova joħloq ċivilizzazzjoni Russa unika u jsaħħaħ il-pożizzjoni tar-Russja f'dak li qabel kien l-ispazju Sovjetiku u l-KSI.

Direttur tal-Institute of Russian Thought and Chronopolitics.

12.9.2014

156.

Svetlana Borisovna SAVCHENKO

(Светлана Борисовна САВЧЕНКО)

Data tat-twelid: 24.6.1965

Post tat-Twelid: Bilohirsk, USSR (issa Ukraine)

Sess: mara

Eks Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ annessa illegalment.

Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar il-Kultura.

Ilha mill-2012 membru tal-Kunsill Suprem tar-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ u minn Marzu 2014 appoġġat l-integrazzjoni tal-Krimea u Sevastopol annessi illegalment fil-Federazzjoni Russa. F'Settembru 2014 Savchenko ġiet eletta fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’. Iddefendiet l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol bosta drabi fi stqarrijiet pubbliċi, inkluż f'intervisti ppubblikati fuq is-sit web c-pravda.ru fit-2 ta' April 2016 u fl-20 ta' Awwissu 2016. Fl-2014 ingħatat il-ġieh tal-ordni tal-Istat Russu ‘Għas-servizzi lil art twelidha’ – it-II grad, u fl-2015 ingħatat il-ġieh tal-ordni ‘Għal-lealtà għad-dmir’ mill-‘awtoritajiet’ tar-‘Repubblika tal-Krimea’.

Ilha minn Ottubru 2024 il-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal fir-‘Repubblika tal-Krimea’.

Għadha attiva fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

9.11.2016

170.

Vladimir Anatolievich BIDYOVKA / Vladimir Anatolievich BIDEVKA

(Владимир Анатольевич БИДЁВКА)

Volodymyr Anatoliyovych BIDIOVKA

(Володимир Анатолiйович БIДЬОВКА)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 7.3.1981

Post tat-Twelid: Makiivka, Donetsk Oblast, Ukraine

Eks ‘President’ tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa appoġġa u implimenta b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

10.12.2018

209.

Oleksandr Viktorovych YANUKOVYCH

(Олександр Вiкторович ЯНУКОВИЧ)

Data tat-twelid: 10.7.1973

Post tat-Twelid: Yenakiyeve, Donetsk Oblast, USSR (issa Ukraine)

Nazzjonalità: Ukrena, Russa

Sess: raġel

Oleksandr Yanukovych huwa negozjant u iben l-eks President tal-Ukrajna Viktor Yanukovych. Matul il-presidenza ta' Viktor Yanukovych u bis-saħħa tar-rabta personali ma' grupp ta' persuni qrib missieru, żviluppa firxa wiesgħa ta' interessi kummerċjali u akkumula ħafna ġid. Għadu jmexxi l-attivitajiet kummerċjali tiegħu fir-reġjun ta' Donbas ikkontrollat mill-gruppi separatisti, speċjalment fis-setturi tal-enerġija, il-faħam, il-kostruzzjoni, il-banek u l-proprjetà immobbli. B'mod partikolari, bis-saħħa ta' rabtiet mill-qrib mas-separatisti favur ir-Russja akkwista assi ekonomiċi ewlenin fl-hekk imsejħa ‘Repubbliki tal-Poplu ta' Donetsk u Luhansk’, fost oħrajn fis-setturi tal-enerġija, il-faħam u l-proprjetà immobbli. Il-battaljun separatista OPLOT (elenkat minn Frar 2015) ipproteġa l-proġetti tiegħu ta' żvilupp tal-proprjetà immobbli fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

Oleksandr Yanukovych akkwista ċ-ċittadinanza Russa u l-kumpanija tiegħu MAKO Holding ġiet uffiċjalment trasferita għall-ġuriżdizzjoni Russa u issa hija rreġistrata f'Donetsk. Qabel it-tranżizzjoni lejn il-ġuriżdizzjoni Russa, il-grupp ta' kumpaniji MAKO kien de jure taħt ġuriżdizzjoni Ukrena.

Għalhekk Oleksandr Yanukovych huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u wettaq tranżazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta' Donbas tal-Ukrajna.

Barra minn hekk huwa assoċjat ma' missieru Viktor Yanukovych, li huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Istat.

4.8.2022

283.

Mikhail Viktorovich SHCHAPOV

(Михаил Викторович ЩАПОВ)

Data tat-twelid: 20.9.1975

Sess: raġel

Eks membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 ‘“Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa Lill-President tal-Federazzjoni Russa V.V.Putin dwar il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”’ u għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

23.2.2022

297.

Yevgeny Vladimirovich MARKOV

(Евгений Владимирович МАРКОВ)

Data tat-twelid: 8.11.1973

Sess: raġel

Eks membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 ‘“Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa Lill-President tal-Federazzjoni Russa V.V.Putin dwar il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”’. Yevgeny Markov għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

23.2.2022

315.

Oleg Anatolevich NILOV

(Олег Анатольевич НИЛОВ)

Data tat-twelid: 8.5.1962

Sess: raġel

Eks membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 ‘“Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa Lill-President tal-Federazzjoni Russa V.V.Putin dwar il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”’. Oleg Nilov għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

23.2.2022

362.

Michail Vasilevich TARASENKO

(Михаил Васильевич ТАРАСЕНКО)

Data tat-twelid: 21.11.1947

Sess: raġel

Eks membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 ‘“Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa Lill-President tal-Federazzjoni Russa V.V.Putin dwar il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”’. Michail Tarasenko għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

23.2.2022

385.

Oleg Vladimirovich SAVCHENKO

(Олег Владимирович САВЧЕНКО)

Data tat-twelid: 25.10.1966

Sess: raġel

Eks membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 ‘“Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa Lill-President tal-Federazzjoni Russa V.V. Putin dwar il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”’. Oleg Savchenko għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

23.2.2022

484.

Dmitry Viktorovich ISLAMOV

(Дмитрий Викторович ИСЛАМОВ)

Data tat-twelid: 5.12.1977

Sess: raġel

Viċi Ministru għall-Enerġija tal-Federazzjoni Russa.

Eks membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 ‘“Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa Lill-President tal-Federazzjoni Russa V.V. Putin dwar il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”’. Dmitry Islamov għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

23.2.2022

548.

Evgeny Alexeyevich PERVYSHOV

(Евгений Алексеевич ПЕРВЫШОВ)

Data tat-twelid: 4.5.1976

Post tat-Twelid: Krasnodar

Sess: raġel

Eks membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 ‘“Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa Lill-President tal-Federazzjoni Russa V.V.Putin dwar il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”’. Evgeny Pervyshov għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Fl-4 ta' Novembru 2024, il-President tal-Federazzjoni Russa ħatru aġent gvernatur tar-Reġjun ta' Tambov. F'Settembru 2025, Evgeny Pervyshov ġie elett gvernatur tar-Reġjun ta' Tambov.

23.2.2022

625.

Aleksandr Mikhaylovich STRELYUKHIN

(Александр Михайлович Стрелюхин)

Data tat-twelid: 4.7.1958

Sess: raġel

Viċi gvernatur tar-Reġjun ta' Saratov minn Mejju 2025.

Eks membru tad-Duma tal-Istat li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’‘u t-“Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”’.

25.2.2022

632.

Alexander Evseyevich KHINSHTEIN

(Александр Евсеевич ХИНШТЕЙН)

Data tat-twelid: 26.10.1974

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u t-‘Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

Aġent Gvernatur ta' Kursk Oblast mill-5 ta' Diċembru 2024. F'Settembru 2025, Alexander Khinshtein ġie elett gvernatur tar-Reġjun ta' Kursk.

25.2.2022

634.

Dmitry Anatolievich KHUBEZOV

(Дмитрий Анатольевич ХУБЕЗОВ)

Data tat-twelid: 20.12.1971

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u t-‘Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

F'Ottubru 2024, Dmitry Khubezov inħatar Ministru għas-Saħħa u Viċi President tal-Gvern tar-Repubblika ta' Altai.

25.2.2022

684.

Alexander Anatolyevich PONOMARENKO

(Алексaндр Анатольевич ПОНОМАРEНКО)

Data tat-twelid: 27.10.1964

Post tat-Twelid: Bilohirsk, eks Ukrainian SSR (issa Ukraine)

Funzjoni: Oligarka Russu, l-eks President tal-Bord tal-Ajruport Internazzjonali ta' Sheremetyevo

Sess: raġel

Alexander Ponomarenko huwa oligarka Russu u eks President tal-Bord tal-Ajruport Internazzjonali ta' Sheremetyevo, li għadu marbut miegħu bħala azzjonist. Huwa involut fil-finanzjament tal-kumpless tal-palazz viċin Gelendzhik, li jintuża mill-President Putin personalment.

Għalhekk Alexander Ponomarenko jappoġġa lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u jibbenefika minnhom.

28.2.2022

719.

Alexander Dmitrievich PUMPYANSKY

(Александр Дмитриевич ПУМПЯНСКИЙ)

Data tat-twelid: 16.5.1987

Post tat-twelid: Yekaterinburg, USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: eks President tal-Bord tad-Diretturi ta' PJSC Pipe Metallurgical Company

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Alexander Pumpyansky huwa iben Dmitry Pumpyansky. Dimitry Pumpyansky huwa l-eks President tal-bord tad-diretturi ta' TMK PAO u l-eks President u l-eks membru tal-bord tal-Group Sinara. F'dawk il-kapaċitajiet appoġġa u bbenefika mill-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa u -intrapriżi tal-istat, fosthom ferroviji Russi, Gazprom u Rosneft. Irrispettivament mill-allegat bejgħ ta’ TMK u Group Sinara, għad għandu rabtiet ma' dawk il-kumpanniji u ra l-valur finanzjarju tiegħu jiżdied b'mod konsiderevoli fl-aħħar sentejn.

Minħabba r-relazzjoni familjali tiegħu ma' Dmitry Pumpyansky, Alexander Pumpyansky serva fuq il-Bord tad-Diretturi ta' PJSC Pipe Metallurgical Company u l-Group Sinara.

Alexander u Dmitry Pumpyansky għandhom assi sinifikanti in komuni permezz tas-sjieda benefiċjarja aħħarija tagħhom tal-kumpanija azzjonarja Furdberg Holding Limited u pożizzjonijiet ta' responsabbiltà fiha. Alexander Pumpyanskiy għadu jikkondividi l-istess interessi ma' Dmitry Pumpyanskiy, kif juru b'mod partikolari d-drittijiet tiegħu li jiffirma għal diversi kontijiet bankarji miżmuma minn Dmitry Pumpyanskiy.

B'antiċipazzjoni għall-inklużjoni fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, Alexander u Dmitry Pumpyansky kkoordinaw ir-rispons tagħhom billi simultanjament irriżenjaw il-pożizzjonijiet tagħhom f'PJSC Pipe Metallurgical Company u l-Group Sinara. Minħabba r-relazzjoni tiegħu ma' missieru, Alexander Pumpyansky kiseb benefiċċju finanzjarju sinifikanti minn dawk il-kumpaniji f'dik l-okkażjoni. Minħabba l-iskala tal-benefiċċji li rċieva, Alexander baqa' jibbenefika mill-ammonti li rċieva mill-Group Sinara.

Alexander u Dmitry Pumpyansky ikkoordinaw ir-rispons tagħhom aktar għall-miżuri restrittivi tal-Unjoni billi ċedew il-kontroll nominali tal-assi li qabel kienu proprjetà ta' Furdberg Holding Limited lil persuni assoċjati mill-qrib.

Alexander Pumpyansky huwa għalhekk membru tal-familja immedjata li jibbenefika minn missieru, Dmitry Pumpyansky, negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Alexander u Dmitry Pumpyansky għadhom jikkoordinaw ir-rispons tagħhom għall-miżuri restrittivi tal-Unjoni u l-ġestjoni tal-assi li għandhom in komuni bejniethom.

9.3.2022

721.

Andrey Igorevich MELNICHENKO

(Андрей Игоревич МЕЛЬНИЧЕНКО)

Data tat-twelid: 8.3.1972

Post tat-Twelid: Gomel, USSR (illum Belarus)

Funzjoni: eks direttur mhux eżekuttiv ta' JSC SUEK; eks membru tal-Bord ta' Gvernaturi ta' EuroChem Group

Nazzjonalità: Russa, Emiratjana

Sess: raġel

Andrey Melnichenko huwa industrijalist Russu li għadu jikkontrolla l-produttur ewlieni tal-fertilizzanti EuroChem Group u l-kumpanija tal-faħam SUEK. Fid-9 ta' Marzu 2022, Melnichenko trasferixxa l-interessi tiegħu f'SUEK u f'EuroChem Group lill-konjuġi tiegħu, Aleksandra Melnichenko. Andrey Melnichenko għadu jibbenefika mill-ġid li trasferixxa lil martu. Il-ġid tiegħu żdied b'mod konsiderevoli ħafna fl-aħħar snin.

Andrey Melnichenko jappartjeni għaċ-ċirku l-aktar influwenti ta' negozjanti Russi b'rabtiet mill-qrib mal-gvern Russu, kif jidher mill-involviment tiegħu mar-Russian Union of Industrialists and Entrepreneurs, fejn għandu l-pożizzjoni ta' membru tal-Bureau tal-Bord u huwa l-President tal-Kumitat dwar il-Politika dwar il-Klima u r-Regolamentazzjoni tal-Karbonju. Fl-24 ta' Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, Andrey Melnichenko, flimkien ma' 36 negozjant ieħor, iltaqa' mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma' membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta' azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent, u b'hekk wera l-importanza tiegħu bħala negozjant ewlieni fir-Russja. Barra minn hekk, kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tar-Russian Union of Industrialists and Entrepreneurs f'Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw il-"patrijottiżmu qabel il-profitt". F'April 2024, Melnichenko pparteċipa wkoll fil-kungress tar-Russian Union of Industrialists and Entrepreneurs, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, għamel diskors, fejn iddiskuta l-kooperazzjoni bejn l-istat Russu u l-kumpaniji ewlenin tal-pajjiż.

Dawk l-elementi juru li Andrey Melnichenko huwa negozjant ewlieni kif ukoll negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tar-Russja, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

9.3.2022

722.

Dmitry Alexandrovich PUMPYANSKY

(magħruf ukoll bħala Dmitry A. PUMPIANSKY)

(Дмитрий Алekcандрович ПУМПЯНСКИЙ)

Data tat-twelid: 22.3.1964

Post tat-Twelid: Ulan-Ude, USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: President ta' Sverdlovsk regional Union of Industrialists and Entrepreneurs (SOSPP); Eks Viċi President tal-Bureau tal-Bord ta' Russian Union of Industrialists and Entrepreneurs; Kopresident tal-RSPP Committee on Industrial Policy and Technical Regulation, issa Committee on Technical Regulation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Dmitry Pumpyansky huwa negozjant ewlieni Russu li jopera fir-Russja. Fis-sentejn qabel Mejju 2025, il-ġid tiegħu żdied b'mod konsiderevoli ħafna, u dan jikkuntrasta mal-affermazzjonijiet tiegħu li ma għadux involut fin-negozju.

Dmitri Pumpyansky huwa l-eks President tal-Bord tad-Diretturi ta' TMK PAO u eks President u membru tal-Bord tal-Group Sinara. F'dawk il-kapaċitajiet appoġġa mill-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa u intrapriżi tal-istat, fosthom Russian railways, Gazprom u Rosneft, u bbenefika minnhom. Irrispettivament mill-allegat bejgħ ta’ TMK u Group Sinara, huwa għad għandu rabtiet ma' dawk il-kumpanniji u ra l-valur finanzjarju tiegħu jiżdied b'mod konsiderevoli fl-aħħar sentejn.

Minkejja l-allegat bejgħ ta' TMK, Dmitry Pumpyansky għadu s-sid ta' TMK Steel Holding Limited, il-kumpanija azzjonarja Ċiprijotta għal TMK Group. L-awtoritajiet Ċiprijotti rrifjutaw li jippermettu t-trasferiment tas-sjieda ta' din l-entità.

Dawn l-elementi juru li Dmitry Pumpyansky huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tar-Russja, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

9.3.2022

759.

Arsen Suleymanovich FADZAYEV

(Арсен Сулейманович ФАДЗАЕВ)

Data tat-twelid: 5.9.1952

Sess: raġel

President tal-Kunsill tal-fergħa tal-Ossezja tat-Tramuntana tal-Partit Politiku Soċjalista ‘Just Russia-Patriots-for Truth’. Eks membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u t-‘Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka’ bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk". Fid-dikjarazzjonijiet pubbliċi tiegħu Arsen Fadzayev esprima ripetutament l-appoġġ tiegħu għall-gwerra kontra l-Ukrajna.

9.3.2022

852.

Oleg Polikarpovich TKACH

(Олег Поликарпович ТКАЧ)

Data tat-twelid: 23.9.1967

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u t-"Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. Oleg Tkach huwa l-fundatur tad-dar tal-pubblikazzjoni OLMA, li qabel kienet l-OLMA Media Group. Huwa żamm kontroll u influwenza fuq in-negozju mwettaq mill-OLMA Media Group, u b'mod partikolari d-dar tal-pubblikazzjoni ‘Enlightenment’, li hija parti mill-OLMA Media Group, sakemm il-Gvern tal-Federazzjoni Russa ħa kontroll sħiħ tad-dar tal-pubblikazzjoni f'Settembru 2025. Mill-2022, id-dar tal-pubblikazzjoni ‘Enlightenment’ kienet involuta direttament fil-promozzjoni tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk Oleg Tkach jappoġġa u implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

9.3.2022

880.

German Borisovich KHAN

(bir-Russu: Герман Борисович ХАН)

Data tat-twelid: 24.10.1961

Post tat-twelid: Kyiv, USSR (issa Ukraine)

Funzjoni: negozjant ewlieni qrib Vladimir Putin; wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta' Alfa Group

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: Vladimir Putin, Mikhail Fridman, Petr Aven, Alexey Kuzmichev

Entitajiet assoċjati: Alfa Group, Alfa Bank

German Khan huwa negozjant Russu li għandu relazzjoni mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, simili għal sħabu fin-negozju Mikhail Fridman, Petr Aven u Alexey Kuzmichev. F'Marzu 2022, ittrasferixxa l-ishma tiegħu f'ABH Holdings, li tikkontrolla bank Russu ewlieni, Alfa Bank, lil Andrei Kosogov li ilu snin twal sieħbu fin-negozju. Dan it-trasferiment madankollu ġie ddikjarat null u bla effett mill-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, it-trasferiment tal-ishma tiegħu f'A1, li huwa parti mill-Alfa Group, jitqies bħala fittizju.

Khan kellu wkoll sehem importanti f'Rosvodokanal, kumpanija oħra ta' Alfa Group u wieħed mill-operaturi privati ewlenin tal-utilitajiet tal-ilma fir-Russja. Huwa wkoll azzjonist tad-ditta tal-investiment LetterOne.

Kompla jimmaniġġa l-assi bbażati fir-Russja ta' Alfa Group. Huwa maħsub li huwa wieħed mill-aktar persuni influwenti fir-Russja. Skambja xi pjaċiri mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin biex jingħata appoġġ politiku għan-negozju tiegħu u għal qligħ finanzjarju. Barra minn hekk, kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tar-Russian Union of Industrialists and Entrepreneurs f'Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw ‘il-patrijottiżmu qabel il-profitt’.

Il-kumpanija tal-assigurazzjoni AlfaStrakhovanie, li hija parti minn Alfa Group Consortium, tipprovdi assigurazzjoni lill-vetturi tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia), li l-unitajiet tiegħu joperaw fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll tar-Russja, kif ukoll il-vetturi tal-gwardja personali tal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin. AlfaStrakhovanie pprovdiet ukoll assigurazzjoni lil kumpaniji bħal JSC Kalashnikov Concern u Central Scientific — Research Institute for Precision Machine Engineering (TsNIITochMash), li l-armi tagħhom jintużaw b'mod mifrux mill-militar Russu fl-Ukrajna u ntużaw ukoll matul l-atroċitajiet f'Bucha. Barra minn hekk, X5 Retail Group, kumpanija oħra ta' Alfa Group Consortium, tikkoopera ma' JSC Voentorg, entità soġġetta għal miżuri restrittivi li tipprovdi servizzi ta' catering u ta' ħasil tal-ħwejjeġ, kif ukoll uniformijiet militari, lill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u li s-sussidjarja tagħha tbigħ T-shirts bis-simbolu militari ‘Z’ użat mill-propagandisti Russi biex jippromwovu l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, German Khan huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

German Khan jappoġġa wkoll materjalment jew finanzjarjament u jibbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

15.3.2022

909.

Igor Albertovich KESAEV

(Игорь Альбертович КЕСАЕВ)

Data tat-twelid: 30.10.1966

Post tat-Twelid: Vladikavkaz, North Ossetia, USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: koproprjetarju ta' Mercury Group

Nazzjonalità: Russa, Ċiprijotta

Sess: raġel

Igor Kesaev huwa koproprjetarju ta' Mercury Group, li kien assoċjat ma' Megapolis Group, id-distributur ewlieni tat-tabakk fir-Russja. Skont Forbes, għandu valur nett ta' USD 4,5 biljun. Huwa azzjonist ewlieni f'Mercury Group u Megapolis Group.

Igor Kesaev huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

8.4.2022

914.

Sergey Vladimirovich MIKHAILOV

(magħruf ukoll bħal Sergei MIKHAILOV)

(Сергей МИХАЙЛОВ)

Data tat-twelid: 17.3.1971

Post tat-Twelid: Arkhangelsk, Russian Federation

Funzjoni: Eks Direttur Ġenerali tar-Russian News Agency TASS

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Sergey Mikhailov huwa l-eks Direttur Ġenerali tal-aġenzija tal-aħbarijiet TASS, l-akbar aġenzija tal-aħbarijiet Russa, li permezz tan-network enormi tagħha ta' rappreżentanzi barranin, li jinkludi 70 uffiċċju fil-Komunità ta' Stati Indipendenti u 68 uffiċċju madwar id-dinja, ixxerred informazzjoni b'tagħwiġ tal-fatti dwar l-Ukrajna, u b'hekk taqdi l-interessi tat-tmexxija politika tal-Federazzjoni Russa.

Sergey Mikhailov għadu attiv fil-media Russa u b'mod partikolari f'organizzazzjonijiet li jaqdu l-interess tal-Federazzjoni Russa u/jew li huma inkarigati mill-Federazzjoni Russa.

Il-President Vladimir Putin ta lil Sergey Mikhailov l-Ordni tal-Ħbiberija. Sergey Mikhailov b'hekk jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

8.4.2022

921.

Igor Arkadyevich ROTENBERG

(Игорь Аркадьевич РОТЕНБЕРГ)

Data tat-twelid: 9.5.1973

Post tat-Twelid: Leningrad, USSR, (illum St. Petersburg, Russian Federation)

Individwi assoċjati: Arkady Rotenberg (missieru), Boris Rotenberg (zijuh)

Entitajiet assoċjati: il-grupp SGM (Stroygazmontazh)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Igor Rotenberg huwa negozjant prominenti Russu, u l-ewwel iben ta' Arkady Rotenberg. Huwa l-eks sid ta' Gazprom Drilling u eks azzjonist fi Platon Electronic Toll Collection system.

Minħabba l-pożizzjonijiet tiegħu fil-passat f'intrapriżi Russi ewlenin li rċevew kuntratti tal-istat kbar u favorevoli, kif ukoll ir-rabtiet tiegħu mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, Igor Rotenberg għadu jibbenefika minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja u mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, it-tnejn responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. B'mod partikolari, Igor Rotenberg uża r-relazzjonijiet tiegħu ma' persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet u mal-Gvern Russu biex iċedi l-ishma tiegħu bl-appoġġ tal-Istat u b'hekk iġġenera profitti sostanzjali kif muri mill-ġid tiegħu li qed jiżdied b'mod kostanti, li permezz tiegħu għadu qed japprofitta mill-pożizzjonijiet li kellu.

Barra minn hekk, Igor Rotenberg huwa persuna fiżika assoċjata ma' Arkady Rotenberg u mal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, it-tnejn li huma elenkati taħt miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Għalhekk, Igor Rotenberg ikompli jibbenefika minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja u mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, it-tnejn responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

8.4.2022

923.

Anastasia IGNATOVA

(Анастасия ИГНАТОВА)

Data tat-twelid: 15.2.1988

Individwi assoċjati: Sergei Chemezov (missierha tar-rispett)

Ekaterina Ignatova (ommha)

Lyudmila Rukavishnikova (nannitha)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Anastasia Ignatova hija bint il-mara ta' Sergei Chemezov, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-korporazzjoni tal-Istat Rostec (State Corporation for the Promotion of the Development, Manufacture and Export of High Tech Products).

Bħala bint il-mara ta' Sergei Chemezov għandha assi kbar u rċeviet benefiċċji oħra assoċjati miegħu anke permezz ta' kumpaniji offshore. Anastasia Ignatova setgħet tibqa' sidt il-jott ta' 85m ‘Valerie’ li jiswa USD 140 miljun (aktar minn RUB 10 biljun) permezz ta' kumpanija tal-Gżejjer Verġni Brittaniċi li jisimha Delima Services Limited, minħabba bejgħ possibbilment fittizju. Barra minn hekk hija l-benefiċjarju ta' kumpaniji offshore b'mijiet ta' miljuni ta' dollari f'assi.

Anastasia Ignatova hija membru tal-familja immedjata u persuna fiżika li tibbenefika minn Sergei Chemezov.

8.4.2022

934.

Igor Yurievich ANTIPOV

(Игорь Юрьевич АНТИПОВ / Iгор Юрiйович АНТИПОВ)

Data tat-twelid: 26.5.1961

Sess: raġel

L-hekk imsejjaħ aġent ‘Ministru għall-Informazzjoni’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Igor Yurievich Antipov dgħajjef attivament l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

946.

Igor Nikolaevich HALEPA

(Игорь Николаевич ХАЛЕПА / Iгор Миколайович ХАЛЕПА)

Data tat-twelid: 19.5.1969

Post tat-Twelid: Kodema, Bakhmutsky District in Donetsk Region, Ukraine

NIT: 614322649248.

Sess: raġel

L-eks hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Komunikazzjoni’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Igor Nikolaevich Halepa dgħajjef attivament l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

947.

Sergei Sergeevich NAUMETS

(Сергей Сергеевич НАУМЕЦ / Сергiй Сергiйович НАУМЕЦЬ)

Data tat-twelid: 13.7.1976

NIT: 890102328015

Sess: raġel

L-eks hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Kostruzzjoni, l-Akkomodazzjoni u s-Servizzi Komunali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Sergei Naumets ikkontribwixxa b'mod attiv għal battaljun ta' voluntiera li qed jiġġieled f'Mariupol u madwarha f'isem il-forzi armati Russi. Billi assuma u aġixxa f'dawn il-kapaċitajiet, Sergei Naumets b'mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

948.

Dmitriy Viktorovich PODLIPANOV

(Дмитрий Викторович ПОДЛИПАНОВ / Дмитро Вiкторович ПОДЛИПАНОВ)

Data tat-twelid: 28.11.1964

NIT: 14329655427

Sess: raġel

L-eks hekk imsejjaħ ‘Ministru għat-Transport’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Bħalissa, Podlipanov huwa l-maniġer ta' LLC ‘Dontranslogistik’, irreġistrata fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Din il-kumpanija hija attiva fis-settur tal-loġistika fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Billi assuma u aġixxa f'dawk il-kapaċitajiet, Dmitriy Podlipanov b'mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

950.

Ruslan Mihajlovich DUBOVSKIY

(Руслан Михайлович ДУБОВСКИЙ / Руслан Михайлович ДУБОВСЬКИЙ)

Data tat-twelid: 20.2.1974

NIT: 770876417012

Sess: raġel

L-eks hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Faħam u l-Enerġija’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Bħalissa, Dubovskiy huwa d-direttur ta' PJSC ‘AP Mine Zhdanovskaya’, kumpanija tal-minjieri li topera fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Billi assuma u aġixxa f'dawk il-kapaċitajiet, Ruslan Dubovskiy b'mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

951.

Yana Sergeevna CHAUSOVA

(Яна Сергеевна ЧАУСОВА / Яна Сергiївна ЧАУСОВА)

Data tat-twelid: 22.9.1980

NIT: 463402460228

Sess: mara

L-eks hekk imsejħa ‘Ministru għall-Finanzi’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’, u Konsulent attwali għall-Kap tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Billi assumiet din il-kapaċità u aġixxiet fiha, Yana Chausova b'mod attiv dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

952.

Aleksei Vladimirovich POLOVYAN

(Алексей Владимирович ПОЛОВЯН / Олексiй Володимирович ПОЛОВЯН)

Data tat-twelid: 3.5.1979

NIT: 614326536245

Sess: raġel

L-eks hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Aleksei Polovyan dgħajjef attivament l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Aleksei Polovyan bħalissa huwa professur assoċjat fl-Economic Research Institute tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

8.4.2022

953.

Yuriy Nikolaevich SIROVATKO

(Юрий Николаевич СИРОВАТКО / Юрiй Миколайович СИРОВАТКО)

Data tat-twelid: 17.4.1978

NIT: 615432552593

Sess: raġel

L-eks hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Ġustizzja’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u Kap attwali tas-Servizz Federali Russu għar-Reġistrazzjoni tal-Istat, il-Katast u l-Kartografija fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Billi assuma dawk il-kapaċitajiet u aġixxa fihom, Yuriy Sirovatko b'mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

954.

Sergey Ivanovich KOZLOV

(Сергей Иванович КОЗЛОВ / Сергiй Iванович КОЗЛОВ)

Data tat-twelid: 7.11.1963

NIT: 2332120475

Sess: raġel

L-eks hekk imsejjaħ ‘President tal-Gvern’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Sergey Kozlov dgħajjef attivament l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

959.

Igor Aleksandrovich KORNET

(Игорь Александрович КОРНЕТ / Iгор Олександрович КОРНЕТ)

Data tat-twelid: 29.4.1973

Sess: raġel

L-eks hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Intern’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Igor Kornet dgħajjef attivament l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

964.

Dmitry Sergeevich SIDOROV

(Дмитрий Сергеевич СИДОРОВ)

Data tat-twelid: 2.9.1989

Sess: raġel

L-eks hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Kultura, l-Isport u ż-Żgħażagħ’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Dmitry Sidorov dgħajjef attivament l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Bħalissa, Dmitry Sidorov huwa l-Aġent Rettur tal-Moscow State Institute of Culture, maħtur mill-Ministru għall-Kultura tal-Federazzjoni Russa.

8.4.2022

965.

Sergey Alekseevich BORODIN

(Сергей Алексеевич БОРОДИН)

Data tat-twelid: 15.1.1968

NIT: 346102518903

Sess: raġel

L-eks hekk imsejjaħ ‘President tal-Kumitat tal-Istat għat-Taxxi u d-Dazji’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Sergey Borodin dgħajjef attivament l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

976.

Yaroslav Gennadievich ANIKA

(Ярослав Геннадьевич АНИКА/Ярослав Геннадiйович АНIКА)

Data tat-twelid: 26.6.1990

Sess: raġel

Eks membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Bħalissa, Yaroslav Anika huwa attiv bħala kurunell fl-hekk imsejjaħ 1st Army Corps tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Għalhekk Yaroslav Anika appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

977.

Yevgeny Dmitrievich GRITSENKO

(Евгений Дмитриевич ГРИЦЕНКО / Євген Дмитрович ГРИЦЕНКО)

Data tat-twelid: 26.7.1977

Sess: raġel

Eks membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Yevgeny Gritsenko huwa l-president attwali tal-hekk imsejħa ‘Donbas Regional Public Organization of Veterans of the Special Military Operation’. F’din il-kapaċità attwali u f’dik il-kapaċita’ preċedenti tiegħu, Yevgeny Gritsenko appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

8.4.2022

984.

Svetlana Anatolievna KUMANOVA

(Светлана Анатольевна КУМАНОВА / Свiтлана Анатолiївна КУМАНОВА)

Data tat-twelid: 1.11.1966

NIT: 623018854304

Sess: mara

Eks membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Bħalissa, il-president tal-hekk imsejħa ‘Regional Trade Union Organization of Employees in Youth Policy, Sports, Tourism, Information and Innovation Technologies of the Donetsk People's Republic’. Fil-kapaċità attwali u preċedenti tagħha, Svetlana Kumanova appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizza aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

986.

Kirill Borisovich MAKAROV

(Кирилл Борисович МАКАРОВ / Кирило Борисович МАКАРОВ)

Data tat-twelid: 6.11.1995

Sess: raġel

Eks membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’, u l-eks kap tal-hekk imsejħa organizzazzjoni ‘Young Republic’. L-eks hekk imsejjaħ ‘Aġent Ministru għall-Politika taż-Żgħażagħ’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Bħalissa jservi bħala l-hekk imsejjaħ ‘Viċi President’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. B'hekk Kirill Makarov appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

987.

Alexander Viktorovich MALKOV

(Александр Викторович МАЛЬКОВ / Олександр Вiкторович МАЛЬКОВ)

Data tat-twelid: 18.7.1953

Sess: raġel

Membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u Segretarju tal-Committee of the People's Council on Environmental Management, Ecology, Subsoil Use, and Natural Resources. Għalhekk Alexander Malkov appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

988.

Yuri Igorevich MARTYNOV

bir-Russu: Юрий Игоревич МАРТЫНОВ

bl-Ukren: Юрiй Iгорович МАРТИНОВ

Data tat-twelid: 25.3.1991

Sess: raġel

L-eks hekk imsejjaħ ‘Ministru għaż-Żgħażagħ, l-Isport u t-Turiżmu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u eks Membru tal-hekk imsejjaħ ‘People's Council’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Għalhekk Yuri Martynov appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

1181.

Yasar Hussein IBRAHIM (Yassar Hussein IBRAHIM, Yassar IBRAHIM) -

ياسر حسين ابراهيم

Nazzjonalità: Sirjana

Data tat-twelid: 9.4.1983

Post tat-Twelid: Damasku

Sess: raġel

Yasar Hussein Ibrahim huwa l-koproprjetarju ta' Al-Sayyad Company for Guarding and Protection Services Ltd, kumpanija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata mill-Grupp Wagner fis-Sirja, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (il-fosfati, il-gass u s-sigurtà tas-siti taż-żejt). Il-kumpanija hija attiva fir-reklutaġġ ta' merċenarji Sirjani fil-Libja u fl-Ukrajna. Għalhekk Yasar Hussein Ibrahim huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, u li qed jappoġġa jew jimplimenta tali azzjonijiet jew politiki.

Wara l-waqgħa tar-reġim ta' Assad, Yasar Hussein Ibrahim ħarab lejn ir-Russja.

21.7.2022

1222.

Sergey Evgenievich TSIVILEV

(Сергей Евгеньевич ЦИВИЛЕВ)

Data tat-twelid: 21.9.1961

Post tat-Twelid: Zhdanov (Mariupol), l-eks USSR (issa Ukraine)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Sergey Tsivilev huwa l-Ministru għall-Enerġija tal-Federazzjoni Russa. Huwa l-eks gvernatur tar-reġjun ta' Kemerovo u figura pubblika magħrufa. Huwa wkoll membru tal-Bureau tal-Kunsill Ġenerali tal-partit United Russia.

Permezz tal-interventi pubbliċi tiegħu, Sergey Tsivilev jiġġustifika, jiddefendi u jappoġġa apertament l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Huwa jikkomunika apertament dwar il-fatt li huwa sostenitur qawwi tal-President Putin, li jwassal għal xejra ta' inċitament pubbliku sistematiku li jappoġġa l-operazzjonijiet militari tar-Russja.

Minħabba l-influwenza politika tiegħu, Sergey Tsivilev huwa responsabbli għat-tixrid ta' propaganda favur ir-Russja u diżinformazzjoni rigward il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kif ukoll għar-rwol attiv biex jiġbor l-appoġġ domestiku għall-kampanja militari Russa. Sergey Tsivilev esprima apertament l-appoġġ tiegħu għall-President għad-deċiżjoni tar-Russja li tirrikonoxxi l-indipendenza tal-hekk imsejħa Repubbliki ta' ‘Luhansk u ta' Donetsk’. Abbażi ta' dawn l-azzjonijiet, Sergey Tsivilev qed jappoġġja azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

21.7.2022

1235.

Anton Viktorovich KOLTSOV

(Антон Викторович КОЛЬЦОВ)

Data tat-twelid: 24.6.1973

Post tat-Twelid: Cherepovets, l-eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati: Gvern tal-Federazzjoni Russa

Inħatar bħala l-hekk imsejjaħ ‘Kap tal-Gvern ta' Zaporizhzhia Oblast’ fit-18 ta' Lulju 2022 u kien involut fit-tħejjijiet għar-referendum illegali biex Zaporizhzhia ssir parti mill-Federazzjoni Russa.

Bħalissa huwa aġent Sindku ta' Mariupol okkupata mir-Russja.

Għalhekk Anton Koltsov huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li qed jappoġġa u jimplimenta tali azzjonijiet u politiki.

6.10.2022

1237.

Anton Robertovich TITSKIY

(Антон Робертович ТИЦКИЙ)

Data tat-twelid: 12.2.1990

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati: Gvern tal-Federazzjoni Russa

Maħtur l-hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Politika taż-Żgħażagħ ta' Zaporizhzhia Oblast’ mill-gvern tal-Federazzjoni Russa fit-18 ta' Lulju 2022, minn Jannar 2024 kien l-hekk imsejjaħ l-‘Ewwel Viċi Gvernatur ta' Zaporizhzhia Oblast’. Għalhekk huwa parti mill-hekk imsejjaħ ‘gvern tal-Oblast ta' Zaporizhzhia’ responsabbli għat-tħejjija ta' referendum illegali biex Zaporizhzhia ssir parti mill-Federazzjoni Russa. Huwa membru tal-Presidju tal-Kunsill Politiku Reġjonali tal-Partit United Russia. Attwalment maħtur bħala konsulent għall-Gvernatur tar-Reġjun ta' Novgorod.

Għalhekk Anton Titskiy huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li qed jappoġġa u jimplimenta tali azzjonijiet u politiki.

6.10.2022

1244.

Evgeniy Alexandrovich SOLNTSEV

(Евгений Александрович СОЛНЦЕВ)

Data tat-twelid: 1980

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

L-eks "President tal-Gvern tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

Huwa membru tal-Presidju tal-Kunsill Politiku Reġjonali tal-partit United Russia fir-reġjun ta' Orenburg.

Fis-26 ta' Marzu 2025, permezz ta' digriet tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, Evgeniy Solntsev inħatar aġent Gvernatur tar-reġjun ta' Orenburg.

Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, Evgeniy Solntsev huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki, u li qed jappoġġa u jimplimenta tali azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li jtellfu l-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna.

6.10.2022

1245.

Alexander Konstantinovich KOSTOMAROV

(Александр Константинович КОСТОМАРОВ)

Data tat-twelid: 13.5.1977

Post tat-Twelid: Chelyabinsk, l-eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

L-eks hekk imsejjaħ ‘l-Ewwel Viċi Kap tal-amministrazzjoni tal-Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

Bħalissa huwa konsulent tal-Gvernatur tar-Reġjun ta' Tambov.

Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, Alexander Kostomarov huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki, u li qed jappoġġa u jimplimenta tali azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li jtellfu l-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna.

6.10.2022

1251.

Nikolay Aleksandrovich PANKOV

(Николай Александрович ПАНКОВ)

Data tat-twelid: 2.12.1954

Post tat-Twelid: Maryino, l-eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

L-eks Viċi Ministru għad-Difiża, ġeneral tar-riżerva tal-armata Russa u segretarju tal-istat tal-Federazzjoni Russa. Huwa kien jinsab fil-ħames post fil-ġerarkija ġenerali tat-tmexxija militari Russa. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-intrapriża militari tar-Russja, kien responsabbli għall-isforz tal-gwerra Russi b'mod ġenerali. Huwa kien involut fl-iskjerament ta' truppi fl-Ukrajna. Barra minn hekk, fid-dehriet pubbliċi tiegħu huwa appoġġa u ġġustifika apertament il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Huwa ppremja wkoll lill-paraxutisti Russi bi premijiet għas-sehem tagħhom fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dawk l-azzjonijiet juru li huwa jappoġġa u jiddefendi b'mod attiv il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Nikolay Pankov huwa għalhekk responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li qed jappoġġa u jimplimenta tali azzjonijiet u politiki.

6.10.2022

1303.

Sergey Nikolayevich LUKIN

(Сергей Николаевич ЛУКИН)

Data tat-twelid: 7.7.1954

Post tat-Twelid: Perlyovka, l-eks USSR, (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Sergey Lukin huwa membru tad-Duma ta' Voronezh Oblast minn Settembru 2025. Huwa eks membru tal-Kunsill Federali li fl-4 ta' Ottubru 2022 irratifika l-erba' trattati bejn il-Federazzjoni Russa u l-hekk imsejħa r-‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’, l-hekk imsejħa r-‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’, ir-reġjun ta' Zaporizhzhia, u r-reġjun ta' Kherson, u l-ammissjoni tagħhom fil-Federazzjoni Russa. Għaldaqstant, Sergey Lukin appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.12.2022

1337.

Sergey Mikhailovich KAZANTSEV

Сергeй Михaйлович КАЗAНЦЕВ

Data tat-twelid: 16.2.1955

Post tat-Twelid: Leningrad, l-eks USSR, (issa St. Petersburg, Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Sergey Mikhailovich Kazantsev huwa eks imħallef tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Russja li rrikonoxxa bħala kostituzzjonali l-‘ftehimiet’ dwar l-ammissjoni tar-reġjuni ta' Kherson u Zaporizhzhia, l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’ u l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ fil-Federazzjoni Russa. Dawk id-deċiżjonijiet joħolqu, b'mod artifiċjali, l-immaġni tal-leġittimità tal-invażjoni u għandhom l-għan li jagħtu lil dawk ir-reġjuni karatteristiċi ta' atturi ta' relazzjonijiet legali internazzjonali. Il-Qorti Kostituzzjonali formalment taqdi rwol deċiżiv fil-proċess tal-adeżjoni ta' territorji barranin mar-Russja. Għaldaqstant, Sergey Mikhailovich Kazantsev huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politiki, u li qed jappoġġa u jimplimenta tali azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna.

16.12.2022

1340.

Larisa Oktiabrievna KRASAVCHIKOVA

(Лариса Октябриевна КРАСАВЧИКОВА)

Data tat-twelid: 21.3.1955

Post tat-Twelid: Yekaterinburg, Sverdlovsk, l-eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Larisa Oktiabrievna Krasavchikova hija eks imħallef tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Russja li rrikonoxxiet bħala kostituzzjonali l-‘ftehimiet’ dwar l-ammissjoni tar-reġjuni ta' Kherson u Zaporizhzhia, l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’ u l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ fil-Federazzjoni Russa. Dawk id-deċiżjonijiet joħolqu, b'mod artifiċjali, l-immaġni tal-leġittimità tal-invażjoni u għandhom l-għan li jagħtu lil dawk ir-reġjuni karatteristiċi ta' atturi ta' relazzjonijiet legali internazzjonali. Il-Qorti Kostituzzjonali formalment għandha rwol deċiżiv fil-proċess tal-adeżjoni ta' territorji barranin mar-Russja. Għaldaqstant, Larisa Oktiabrievna Krasavchikova hija persuna fiżika responsabbli għal azzjonijiet jew politiki, u li qed tappoġġa u timplimenta tali azzjonijiet jew politiki, li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna.

16.12.2022

1342.

Nikolay Vasilievich MELNIKOV

(Николай Васильевич МЕЛЬНИКОВ)

Data tat-twelid: 27.5.1955

Post tat-Twelid: Irkutsk, l-eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Nikolay Vasilievich Melnikov huwa eks imħallef tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Russja li rrikonoxxa bħala kostituzzjonali l-‘ftehimiet’ dwar l-ammissjoni tar-reġjuni ta' Kherson u Zaporizhzhia, l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’ u l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ fil-Federazzjoni Russa. Dawk id-deċiżjonijiet joħolqu, b'mod artifiċjali, l-immaġni tal-leġittimità tal-invażjoni u għandhom l-għan li jagħtu lil dawk ir-reġjuni karatteristiċi ta' atturi ta' relazzjonijiet legali internazzjonali. Il-Qorti Kostituzzjonali formalment għandha rwol deċiżiv fil-proċess tal-adeżjoni ta' territorji barranin mar-Russja. Għaldaqstant, Nikolay Vasilievich Melnikov huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politiki, u li qed jappoġġa jew jimplimenta tali azzjonijiet jew politiki, li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna.

16.12.2022

1343.

Lyudmila Mikhailovna ZHARKOVA

(Людмила Михайловна ЖАРКОВА)

Data tat-twelid: 3.9.1955

Post tat-Twelid: Petrozavodsk, l-eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Lyudmila Mikhailovna Zharkova ilha minn Ġunju 2025 isservi bħala l-Viċi President tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Federazzjoni Russa. Hija waħda mill-Imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Russja li rrikonoxxew bħala kostituzzjonali l-‘ftehimiet’ dwar l-ammissjoni tar-reġjuni ta' Kherson u Zaporizhzhia, l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’ u l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ fil-Federazzjoni Russa. Dawk id-deċiżjonijiet joħolqu, b'mod artifiċjali, l-immaġni tal-leġittimità tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja u għandhom l-għan li jagħtu lil dawk ir-reġjuni karatteristiċi ta' atturi ta' relazzjonijiet legali internazzjonali. Il-Qorti Kostituzzjonali formalment għandha rwol deċiżiv fil-proċess tal-adeżjoni ta' territorji barranin mar-Russja. Għaldaqstant, Lyudmila Mikhailovna Zharkova hija responsabbli għal azzjonijiet jew politiki, u li qed tappoġġa u timplimenta tali azzjonijiet jew politiki, li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna.

16.12.2022

1365.

Olga PISMENSKAYA

(Ольга ПИСЬМЕНСКАЯ)

Data tat-twelid: 21.7.1996

Post tat-Twelid: Ebda data disponibbli

Nazzjonalità: Russa

Grad: Logutenent Għoli

Sess: mara

Il-Logutenent Għoli Olga Pismenskaya hija membru tal-Missile Pre-Planning unit fil-Main Computing Centre tal-Persunal Ġenerali (GVC) tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tar-Russja. F'dan ir-rwol, hija figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna, inkluż fuq miri ċivili, minn April sa Ottubru 2022, fejn inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu 'il fuq minn 100 persuna f'Ottubru 2022 biss. Għalhekk il-Logutenent Għoli Olga Pismenskaya hija persuna fiżika responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li qed tappoġġa jew timplimenta tali azzjonijiet jew politiki.

16.12.2022

1379.

Boris Yurievich KOVALCHUK

(Борис Юрьевич КОВАЛЬЧУК)

Data tat-twelid: 1.12.1977

Post tat-Twelid: Leningrad, l-eks USSR (issa Saint Petersburg, Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Boris Yurievich Kovalchuk huwa l-President tal-Kamra tal-Kontabbiltà tal-Federazzjoni Russa, u l-eks Direttur Ġenerali u President tal-Bord tat-Tmexxija ta' PJSC Inter RAO, waħda mill-akbar kumpaniji pubbliċi tal-enerġija tar-Russja.

Boris Kovalchuk inħatar President tal-Kamra tal-Kontabbiltà tal-Federazzjoni Russa f'Mejju 2024. Huwa nħatar mill-Kunsill tal-Federazzjoni Russa, wara li ġie propost lill-Parlament Russu mill-President tal-Federazzjoni Russa. Il-Kamra tal-Kontabbiltà tal-Federazzjoni Russa hija l-korp parlamentari ta' kontroll finanzjarju fil-Federazzjoni Russa.

L-azzjonisti ewlenin ta' PJSC Inter RAO jinkludu entitajiet tal-Istat (pereżempju Rozneftegaz). Huwa inħatar viċi kap tad-Direttorat ta' Kontroll Presidenzjali f'Marzu 2024. Boris Kovalchuk huwa assoċjat mill-qrib ukoll ma' missieru Yuriy Kovalchuk, li ilu żmien twil jaf lill-President Vladimir Putin. Huma allegatament jippossjedu flimkien assi lussużi permezz tal-kumpaniji ‘LLC Invest’ u ‘Prime’, li jistgħu jkunu marbuta ma' Vladimir Putin, inkluż proprjetà msejħa ‘Fishermen's hut’. Għalhekk Boris Kovalchuk huwa negozjant ewlieni involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2022

1383.

Andrey Leonidovich SIGUTA

(Андрей Леонидович СИГУТА/ Андрiй Леонiдович СIГУТА)

Data tat-twelid: 5.5.1979

Post tat-Twelid: Berdyansk, Zaporizhzhia region, l-eks Ukrainian SSR (issa Ukraine)

Nazzjonalità: Ukrena

Sess: raġel

Indirizz: 26 30-letia Pobedi Blvd., Apt. 3, Melitopol, Zaporizhzhia region, Ukraine

Nru tal-Identità tat-Taxxa: 2897911059 (Ukrajna)

Andrey Leonidovich Siguta huwa l-aġent kap maħtur mir-Russja tal-amministrazzjoni militari-ċivili tad-distrett ta' Melitopol. Fir-rwol tiegħu, huwa jissorvelja l-qbid ta' prodotti agrikoli u ċereali Ukreni għat-trasferiment tagħhom fir-Russja. Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li qed jappoġġa u jimplimenta tali azzjonijiet u politiki.

Bħalissa Andrey Leonidovich Siguta qed iservi bħala Aġent Ministru għall-Agrikoltura u l-Politika tal-Ikel fl-Oblast okkupat ta' Zaporizhia tal-Ukrajna u huwa membru tal-partit United Russia.

16.12.2022

1385.

Marina Evgenievna KIM

(Марина Евгеньевна КИМ)

Data tat-twelid: 11.8.1983

Post tat-Twelid: Leningrad, l-eks USSR, (issa St. Petersburg, Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Marina Evgenievna Kim hija preżentatriċi tat-televiżjoni u politika Russa, membru tal-Presidju tal-Kunsill Ċentrali tal-partit favur il-Kremlin ‘A Just Russia - Patriots - For Truth’. F'dan ir-rwol, hija xxerred b'mod attiv propaganda uffiċjali dwar il-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, u b'mod partikolari dwar l-hekk imsejħa ‘missjoni ta' denażifikazzjoni’ tagħha. L-attivitajiet ta' propaganda tagħha huma mmirati li jżidu l-appoġġ taċ-ċittadini Russi għall-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Hija appoġġat bil-qawwa r-referenda illegali li saru fiż-żoni okkupati tar-reġjun ta' Luhansk, ir-reġjun ta' Donetsk, ir-reġjun ta' Kherson u r-reġjun ta' Zaporizhzhia tal-Ukrajna. F'Ġunju tal-2024, ġiet eletta fid-Duma, bħala deputat għall-partit ‘A Just Russia – Patriots - For Truth’. Għalhekk, Marina Kim hija responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u li qed tappoġġa jew timplimenta tali azzjonijiet jew politiki.

16.12.2022

1387.

Grigoriy Viktorovich LEPSVERIDZE

(Григорий Викторович ЛЕПСВЕРИДЗЕ)

Data tat-twelid: 16.7.1962

Post tat-Twelid: Sochi, Krasnodar Region, l-eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Grigoiry Viktorovich Lepsveridze huwa kantant, mużiċist, kompożitur u produttur tal-mużika Russu. Lepsveridze għandu udjenza kbira u influwenza qawwija fuq is-sostenituri tiegħu.

Lepsveridze appoġġa pubblikament l-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa fl-Ukrajna u, bi ksur tal-liġi Ukrena, ivvjaġġa bosta drabi fit-territorji Ukreni okkupati mir-Russja.

Fit-12 ta' April 2022, Lepsveridze tella' kunċert għall-karità bis-slogans ‘Għar-Russja’ u ‘Għal Dinja mingħajr Nażiżmu’ b'appoġġ għall-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna u għall-militar Russu. Fil-11 ta' Mejju 2022, Lepsveridze ta kunċert f'Donetsk b'appoġġ għall-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

Lepsveridze għamel spettaklu spontajnu fuq il-Pont tal-Krimea fil-Krimea okkupata f'Awwissu tal-2025. Fis-6 ta' Settembru 2025, il-kantant ingħata l-Ordni ta' Ħbiberija mill-President Russu Vladimir Putin.

Għalhekk, Grigoriy Lepsveridze jappoġġa pubblikament il-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. L-azzjonijiet tiegħu saru parti minn kampanja ta' propaganda mill-awtoritajiet Russi bl-għan li jiżdied l-appoġġ għall-aggressjoni militari fost iċ-ċittadini tar-Russja. L-appoġġ taċ-ċittadini għall-gwerra ta' aggressjoni huwa kundizzjoni importanti għat-tkomplija tal-gwerra. Għalhekk, Grigoriy Lepsveridze huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, u li qed jappoġġa jew jimplimenta tali azzjonijiet jew politiki.

16.12.2022

1396.

Maksim Stanislavovich ORESHKIN

(Максим Станиславович ОРЕШКИН)

Data tat-twelid: 21.7.1982

Post tat-Twelid: Moscow, l-eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Maksim Stanislavovich Oreshkin huwa l-Viċi Kap tal-Persunal tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali, u Membru tal-‘Kunsill ta' Koordinazzjoni taħt il-Gvern tal-Federazzjoni Russa għall-ħtiġijiet tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, u truppi, formazzjonijiet u korpi militari oħra’ stabbilit fil-21 ta' Ottubru 2022. Il-Kunsill ta' Koordinazzjoni nħoloq sabiex jorganizza interazzjoni bejn il-korpi eżekuttivi federali u l-korpi eżekuttivi tal-entitajiet kostitwenti tar-Russja fir-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet relatati mal-iżgurar tal-ħtiġijiet tal-Forzi Armati Russi matul il-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Membru tal-Kunsill ta' Koordinazzjoni, Maksim Oreshkin għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li qed jappoġġa jew jimplimenta tali azzjonijiet jew politiki.

16.12.2022

1398.

Andrey Vladimirovich CHIBIS

Andrei Vladimirovich CHIBIS

(Андрей Владимирович ЧИБИС)

Data tat-twelid: 19.3.1979

Post tat-Twelid: Cheboksary, Chuvash Republic, l-eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

INN: 212900017066

Andrey Chibis huwa l-gvernatur ta' Murmansk Oblast, maħtur mill-President Vladimir Putin. Fir-rwol tiegħu bħala gvernatur, Andrey Chibis jamministra korp statali reġjonali tal-Federazzjoni Russa u huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-istat fil-livell reġjonali. Huwa esprima appoġġ għar-rikonoxximent illegali tal-hekk imsejħa ‘indipendenza’ tal-hekk imsejħa ‘Repubbliki tal-Popli ta' Donetsk u Luhansk’ u l-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Bħala gvernatur, Andrey Chibis ibbenefika mill-emendi tal-President Putin għal-liġi amministrattiva Russa, li jagħtuh l-għażla li jibqa' fil-poter għal snin addizzjonali.

Andrey Chibis huwa involut ukoll fit-trasport illegali ta' tfal Ukreni lejn ir-Russja u l-adozzjoni tagħhom minn familji Russi. L-azzjonijiet ta' Andrey Chibis jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.

Għalhekk, Andrey Chibis huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu s-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u li qed jappoġġa u jimplimenta tali azzjonijiet u politiki.

16.12.2022

1399.

Gleb Sergeevich NIKITIN

Gleb Sergeyevich NIKITIN

(Глеб Сергеевич НИКИТИН)

Data tat-twelid: 24.8.1977

Post tat-Twelid: Leningrad, l-eks USSR, (issa St. Petersburg, Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

INN: 782605357120

Gleb Nikitin huwa l-gvernatur tal-Oblast ta' Nizhny Novgorod, maħtur mill-President Vladimir Putin. Fir-rwol tiegħu bħala gvernatur, Gleb Nikitin jamministra korp statali reġjonali tal-Federazzjoni Russa u huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-istat fil-livell reġjonali. Huwa esprima appoġġ għar-rikonoxximent illegali tal-hekk imsejħa ‘indipendenza’ tal-hekk imsejħa ‘Repubbliki tal-Popli ta' Donetsk u Luhansk’ u l-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Bħala gvernatur, Gleb Nikitin ibbenefika mill-emendi tal-President Putin għal-liġi amministrattiva Russa, li tagħtih l-għażla li jibqa' fil-poter għal snin addizzjonali.

Gleb Nikitin huwa involut ukoll fit-trasport illegali ta' tfal Ukreni lejn ir-Russja u l-adozzjoni tagħhom minn familji Russi. L-azzjonijiet ta' Gleb Nikitin jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.

Għalhekk, Gleb Nikitin huwa responsabbli għal, jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu s-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

16.12.2022

1400.

Igor Mikhaylovich RUDENYA

(Игорь Михайлович РУДЕНЯ)

Data tat-twelid: 15.2.1968

Post tat-Twelid: Moscow, l-eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

INN: 771512690257

Igor Rudenya huwa r-Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tal-Majjistral, u l-eks gvernatur tal-Oblast ta' Tver, maħtur mill-President Vladimir Putin. Fir-rwol tiegħu bħala gvernatur, Igor Rudenya amministra korp statali reġjonali tal-Federazzjoni Russa u kien responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-istat fil-livell reġjonali. Huwa esprima appoġġ għar-rikonoxximent illegali tal-hekk imsejħa ‘indipendenza’ tal-hekk imsejħa ‘Repubbliki tal-Popli ta' Donetsk u Luhansk’ u l-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Bħala gvernatur, Igor Rudenya bbenefika mill-emendi tal-President Putin għal-liġi amministrattiva Russa, li jagħtuh l-għażla li jibqa' fil-poter għal snin addizzjonali.

Igor Rudenya huwa involut ukoll fit-trasport illegali ta' tfal Ukreni lejn ir-Russja u l-adozzjoni tagħhom minn familji Russi. L-azzjonijiet ta' Igor Rudenya jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.

Għalhekk, Igor Rudenya huwa responsabbli għal, jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu s-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

16.12.2022

1401.

Vladislav Valerievich SHAPSHA

(Владислав Валерьевич ШАПША)

Data tat-twelid: 20.9.1972

Post tat-Twelid: Obnisk, Kaluga Region, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

INN: 402501412641

Vladislav Shapsha huwa l-gvernatur tal-Oblast ta' Kaluga, maħtur mill-President Vladimir Putin. Fir-rwol tiegħu bħala gvernatur, Vladislav Shapsha jamministra korp statali reġjonali tal-Federazzjoni Russa u huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-istat fil-livell reġjonali. Huwa esprima appoġġ għar-rikonoxximent illegali tal-hekk imsejħa ‘indipendenza’ tal-hekk imsejħa ‘Repubbliki tal-Popli ta' Donetsk u Luhansk’ u l-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Bħala gvernatur, Vladislav Shapsha bbenefika mill-emendi tal- President Putin għal-liġi amministrattiva Russa, li tagħtih l-għażla li jibqa' fil-poter għal snin addizzjonali.

Vladislav Shapsha huwa involut ukoll fit-trasport illegali ta' tfal Ukreni lejn ir-Russja u l-adozzjoni tagħhom minn familji Russi. L-azzjonijiet ta' Vladislav Shapsha jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.

Għaldaqstant, Vladislav Shapsha huwa responsabbli għal, jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu s-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

16.12.2022

1402.

Andrey Alexandrovich TRAVNIKOV

Andrei Alexandrovich TRAVNIKOV

(Андрей Александрович ТРАВНИКОВ)

Data tat-twelid: 1.2.1971

Post tat-Twelid: Cherepovets, reġjun ta' Vologda, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

INN: 352803520184

Andrey Travnikov huwa l-gvernatur tal-Oblast ta' Novosibirsk, maħtur mill-President Vladimir Putin. Fir-rwol tiegħu bħala gvernatur, Andrey Travnikov jamministra korp statali reġjonali tal-Federazzjoni Russa u huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-istat fil-livell reġjonali. Huwa esprima appoġġ għar-rikonoxximent illegali tal-hekk imsejħa ‘indipendenza’ tal-hekk imsejħa ‘Repubbliki tal-Popli ta' Donetsk u Luhansk’ u l-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Bħala gvernatur, Andrey Travnikov ibbenefika mill-emendi tal-President Putin għal-liġi amministrattiva Russa, li jagħtuh l-għażla li jibqa' fil-poter għal snin addizzjonali.

Andrey Travnikov huwa involut ukoll fit-trasport illegali ta' tfal Ukreni lejn ir-Russja u l-adozzjoni tagħhom minn familji Russi. L-azzjonijiet ta' Andrey Travnikov jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.

Għalhekk, Andrey Travnikov huwa responsabbli għal, jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu s-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

16.12.2022

1405.

Aleksey Aleksandrovich PETROV

(Алексей Александрович ПЕТРОВ)

Data tat-twelid: 29.9.1995

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

INN: 771557694607

Aleksey Petrov huwa l-Konsulent għall-Uffiċċju tal-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal tal-Federazzjoni Russa. F'dan ir-rwol, huwa involut fit-trasport illegali ta' tfal Ukreni lejn ir-Russja u l-adozzjoni tagħhom minn familji Russi. L-azzjonijiet ta' Aleksey Aleksandrovich Petrov jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiv Ukreni, għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu s-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

16.12.2022

1406.

Anton Vladimirovich SOLOVYOV

(Антон Владимирович СОЛОВЬЕВ)

Data tat-twelid: 28.6.1983

Post tat-Twelid: Leningrad, l-eks USSR, (issa St. Petersburg, Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

INN: 780609720171

Anton Solovyov huwa membru tal-assemblea leġiżlattiva f'San Pietruburgu u membru tal-partit ‘United Russia’. F'dan ir-rwol, huwa involut fit-trasport illegali ta' tfal Ukreni lejn ir-Russja u l-adozzjoni tagħhom minn familji Russi. Barra minn hekk, bħala membru tal-partit ‘Russja Magħquda’, huwa ħa impenn li jiffaċilita u jħaffef il-proċess amministrattiv li jikkonċerna dawk l-adozzjonijiet illegali fil-familji Russi.

L-azzjonijiet ta' Anton Solovyov jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-ordni amministrattiv u legali Ukren, huwa għalhekk responsabbli li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu s-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

16.12.2022

1407.

Eleonora Mikhailovna FEDORENKO

(Ψ леонора Михайловна ФЕДОРЕНКО)

Data tat-twelid: 28.10.1972

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

INN: 611906182403

Eleonora Fedorenko kienet il-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ mit-18 ta' Diċembru 2024 sas-16 ta' Lulju 2025. Qabel dan, kienet il-Konsulent dwar id-Drittijiet tat-Tfal għall-kap tal-hekk imsejħa ‘Donetsk People’s Republic’.. F'dan ir-rwol, kienet involuta fit-trasport illegali ta' tfal Ukreni lejn ir-Russja u l-adozzjoni tagħhom minn familji Russi. L-azzjonijiet ta' Eleonora Fedorenko jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-ordni amministrattiv u legali Ukren, hija għalhekk responsabbli li appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu s-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

16.12.2022

1408.

Larisa Pavlovna FALKOVSKAYA

(Лариса Павловна ФАЛЬКОВСКАЯ)

Data tat-twelid: 6.4.1970

Post tat-Twelid: Pirovskoye, Territorju ta' Krasnoyarsk, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

INN: 246303690838

Larisa Falkovskaya hija d-direttriċi tad-Dipartiment tal-Politika tal-Istat għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal tal-Ministeru għall-Edukazzjoni tal-Federazzjoni Russa. F'dan ir-rwol, hija involuta fit-trasport illegali ta' tfal Ukreni lejn ir-Russja u l-adozzjoni tagħhom minn familji Russi.

Bħala direttriċi tad-Dipartiment tal-Politika tal-Istat għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal tal-Ministeru għall-Edukazzjoni tal-Federazzjoni Russa, Larisa Falkovskaya ffaċilitat it-trasport illegali u l-adozzjoni illegali ta' aktar minn 2 000 orfnu Ukreni. F'diversi apparenzi pubbliċi uffiċjali, Larisa Falkovskaya aġixxiet bħala l-kelliem ewlieni u l-koordinatriċi għall-iskema ta' deportazzjoni illegali tar-Russja.

L-azzjonijiet ta' Larisa Falkovskaya jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-ordni amministrattiv u legali Ukren, hija għalhekk responsabbli li appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu s-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

16.12.2022

1412.

Yan Igorovich PETROVSKIY

Psewdonimu: Jan PETROVSKY,

Yan PETROVSKY,

‘Veliki Slavian’,

‘Velikiy Slavyan’

(Ян Игоревич ПЕТРОВСКИЙ)

magħruf ukoll bħala Voislav TORDEN

Data tat-twelid: 2.1.1987

Post tat-Twelid: Irkutsk, l-eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Yan Petrovskiy huwa l-mexxej u l-kmandant tal-grupp paramilitari Russu ‘Task Force “Rusich”’, li jżomm rabtiet mal-kumpanija militari privata Russa Wagner Group u possibbilment jopera bħala subunità ta' Wagner. It-Task Force ‘Rusich’ qed tipparteċipa fil-ġlieda flimkien mal-forzi militari tar-Russja fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. ‘Rusich’ għandha storja twila ta' ġlied flimkien ma' proxies appoġġati mir-Russja fir-reġjun ta' Donbas tal-Ukrajna. Fl-2015, il-merċenarji ta' ‘Rusich’ ġew akkużati li wettqu atroċitajiet kontra suldati Ukreni mejta u maqbuda, u ġew iffilmjati jagħmlu dan.

F'Marzu 2025, il-Qorti Distrettwali ta' Helsinki fil-Finlandja kkundannat lil Petrovskiy għal għomru l-ħabs talli mexxa attakk fuq il-fruntiera tal-Lvant tal-Ukrajna fl-2014 fejn sfaw maqtula 21 truppa Ukrena u twettqu atroċitajiet kontra suldati Ukreni mejta u maqbuda.

Fil-kapaċità tiegħu bħala mexxej u kmandant tat-Task Force ‘Rusich’, Yan Petrovskiy huwa responsabbli li jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li jostakolaw il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna.

16.12.2022

1418.

Kirill Nikolaevich OSIPCHUK

(Кирилл Николаевич ОСИПЧУК)

Data tat-twelid: 1974

Post tat-Twelid: Khabarovsk, l-eks USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

INN: 272318647587

Maħtur fid-29 ta' Diċembru 2022 bid-digriet tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin bħala l-Prosekutur tar-reġjun anness illegalment ta' Zaporizhzhia, taħt l-awtorità tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Federazzjoni Russa. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, b'hekk Kirill Osipchuk qed jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1430.

Elena Vladimirovna SHMELEVA

(Елена Владимировна ШМЕЛЕВА)

Data tat-twelid: 3.10.1971

Post tat-Twelid: Leningrad, USSR (issa St. Petersburg, Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Elena Shmeleva hija l-Kopresident tal-Kwartieri Ġenerali Ċentrali tal-All-Russia People's Front. Taħt it-tmexxija tagħha, il-People's Front jipprovdi appoġġ għall-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, inkluż permezz tal-kampanja soċjali ‘All for Victory!’, inkluż billi jinġabru donazzjonijiet fiżiċi u finanzjarji biex jiġu appoġġati l-unitajiet militari tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

Hija wkoll il-Kap tal-fond edukattiv ‘Talent u Suċċess’ u President tal-Kunsill Territorjali Federali ta' Sirius. F'dan ir-rwol tal-aħħar, hija responsabbli għad-diskussjonijiet mal-awtoritajiet tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ fir-rigward tal-ftuħ ta'ċentri edukattivi Russi fir-reġjun ta' Donetsk.

Għalhekk Elena Shmeleva qed tappoġġja u timplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1435.

Vasiliy Sergeevich OSMAKOV

(Василий Сергеевич ОСЬМАКОВ)

Funzjoni: Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa (mill-31.10.2025)

L-ewwel Viċi Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ tal-Federazzjoni Russa (2021-2025)

Data tat-twelid: 8.6.1983

Post tat-Twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vasiliy Osmakov huwa l-Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. Kien Viċi Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ tal-Federazzjoni Russa mill-2016 sal-2021, u l-Ewwel Viċi Ministru tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ mill-2021 sal-2025.

Il-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ huwa l-korp eżekuttiv federali responsabbli għall-iżvilupp tal-politika tal-istat u r-regolamentazzjoni legali fil-qasam, fost l-oħrajn, tal-kumpless militari-industrijali, l-attivitajiet spazjali u l-iżvilupp tat-teknoloġija tal-avjazzjoni. Il-Ministeru jissorvelja l-industrija tal-armi u tad-difiża tar-Russja u għandu rwol kruċjali fl-akkwist ta' tagħmir militari użat fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi Ministru tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ, Vasiliy Osmakov kien responsabbli għal azzjonijiet u attivitajiet tal-Ministeru li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Għalhekk, Vasiliy Osmakov huwa persuna fiżika li tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

25.2.2023

1451.

Dmitriy Valer'yevich VOLVACH

(Дмитрий Валерьевич ВОЛЬВАЧ)

Funzjoni: Eks Viċi Ministru tal-Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku; Kap tas-Servizz Federali ta' Akkreditazzjoni (RusAccreditation)

Data tat-twelid: 08.7.1972

Post tat-Twelid: Moscow, l-eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati: Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku

Dmitriy Volvach huwa l-eks Viċi Ministru tal-Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku. Matul l-amministrazzjoni tiegħu, il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku kien involut f'attivitajiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali tal-Ukrajna, inkluż miżuri biex jiġi esplorat il-potenzjal ekonomiku tar-reġjuni Ukreni annessi (Kherson, Zaporizhzhia, l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’) kif ukoll attivitajiet biex jiġu appoġġati miżuri ta' ekonomija tal-gwerra tal-gvern Russu. Dmitriy Volvach huwa għalhekk responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Huwa persuna fiżika li tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

25.2.2023

1453.

Murat Anatolyevich KEREFOV

(Мурат Анатольевич КЕРЕФОВ)

Funzjoni: Viċi President ta' VEB.RF (korporazzjoni tal-istat Russu għall-iżvilupp u kumpanija ta' investiment); eks Viċi Ministru tal-Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku

Data tat-twelid: 21.6.1978

Post tat-Twelid: Nalchik, Kabardino-Balkaria, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati: Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku

Murat Kerefov huwa l-Viċi President ta' VEB.RF u l-eks Viċi Ministru tal-Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku. Matul l-amministrazzjoni tiegħu, il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku kien involut f'attivitajiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali tal-Ukrajna, inkluż miżuri biex jiġi esplorat il-potenzjal ekonomiku tar-reġjuni Ukreni annessi (Kherson, Zaporizhzhia, l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’) kif ukoll attivitajiet biex jiġu appoġġati miżuri ta' ekonomija tal-gwerra tal-gvern Russu.

Murat Kerefov huwa għalhekk responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali tal-Ukrajna, Huwa persuna fiżika li tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

25.2.2023

1458.

Andriy Yuriovych TROFIMOV

magħruf ukoll bħala Andrey Yurievych TROFIMOV

bl-Ukren:

Андрiй Юрiйович ТРОФIМОB

bir-Russu:

Андрей Юрьевич ТРОФИМОВ

Data tat-twelid: 14.8.1972

Post tat-Twelid: Simferopol, Crimea, eks USSR (illum Ukraine)

Nazzjonalità: Ukrena

Sess: raġel

Indirizz: 86 Kyivskya St. Apt. 53, Simferopol, Crimea, Ukraine

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 2652410875

Andriy Trofimov inħatar mill-gvern Russu, bħala l-viċi kap tal-amministrazzjoni militari-ċivili kkontrollata mir-Russja fir-reġjun ta' Zaporizhzhia. Barra minn hekk, huwa l-fundatur tal-Crimean Union of Journalists. F'dawk il-pożizzjonijiet, Andriy Trofimov jgħin jiżgura l-implimentazzjoni tal-politiki tal-gvern Russu fit-territorji okkupati. Għalhekk, Andriy Trofimov huwa responsabbli li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1487.

Vyacheslav Aleksandrovich BOGUSLAYEV

magħruf ukoll bħala Vyacheslav Aleksandrovich BOGUSLAEV

(Вячеслáв Алексáндрович БОГУСЛÁЕВ)

Data tat-twelid: 28.10.1938

Post tat-Twelid: Oral/ Uralsk, USSR (issa Kazakhstan)

Funzjoni: Eks President ta' JSC MOTOR SICH; Eks membru tal-parlament Ukren

Nazzjonalità: Ukrena, Russa

Sess: raġel

Vyacheslav Boguslayev huwa eks deputat Ukren tal-Party of Regions li huwa favur ir-Russja u huwa eks President tal-kumpanija JSC MOTOR SICH, manifattur Ukren tal-magni tal-inġenji tal-ajru. Huwa qed jiġi investigat fl-Ukrajna għall-forniment ta' magni lill-armata Russa biex jiġu prodotti u msewwija ħelikopters tal-ġlied (Mi-8, Mi24, Mi28 u Ka-52), li ntużaw b'mod estensiv matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, speċjalment fil-bidu tal-gwerra. Huwa ilu taħt arrest preventiv fl-Ukrajna minn Ottubru 2022.

Vyacheslav Boguslayev huwa azzjonist prominenti ta' Losiny Ostrov LLC, kumpanija Russa li hija l-azzjonist maġġoritarju ta' Borisfen JSC, li min-naħa tagħha hija kumpanija Russa attiva fil-qasam tat-tiswija u l-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, inkluż vetturi spazjali.

Losiny Ostrov LLC hija wkoll azzjonista f'Helicopter Complexes u Multifunctional Systems LLC (magħrufa wkoll bħala: VKMS LLC) u f'Aviaremont-MS LLC, żewġ kumpaniji Russi attivi fil-qasam tal-avjazzjoni.

Vyacheslav Boguslayev huwa għalhekk negozjant involut f'settur ekonomiku, is-settur tal-avjazzjoni, li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

25.2.2023

1493.

Alexander Zavenovich AKOPOV

(Александр Завенович АКОПОВ)

Funzjoni: Eks Viċi Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' ‘National Media Group’; Membru tal-Kunsill Akkademiku tal-Higher School of Economics (HSE)

Data tat-twelid: 22.11.1957

Post tat-Twelid: Moscow, l-eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: BALANOVA Svetlana Evgenievna

БАЛАНОВА Светлана Евгеньевна

Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' ‘NATIONAL MEDIA GROUP’

Elenkata fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK fis-16.12.2022

KABAYEVA Alina Maratovna

КАБАЕВА Алина Маратовна

President tal-Bord tad-Diretturi ta' CJSC National Media Group

Elenkat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK fit-3.6.2022

Entitajiet assoċjati:

National Media Group

Numru tar-reġistrazzjoni: 1087746152207

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7704676655

Indirizz: 119034, Moscow, Prechistenskaya embankment, 13, building 1, Russia

Elenkat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK fis-16.12.2022

Gas Industry Insurance Company SOGAZ - sid minoritarju ta' REN TV

Numru tar-reġistrazzjoni - 1027739820921

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa - 7736035485

Indirizz: 107078, Moscow, Academician Sakharova Ave., 10, Russia

Elenkat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK fit-28.2.2022

Alexander Akopov huwa l-eks Viċi Uffiċjal Eżekuttiv ta' National Media Group (NMG), kumpanija kbira tal-media li tikkontrolla strumenti tal-media li qed ixerrdu b'mod attiv propaganda u diżinformazzjoni relatati mal-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Huwa l-eks viċi ta' Svetlana Balanova, il-kap ta' NMG.

In-National Media Group huwa l-fundatur ta' 28 intrapriża tal-media fir-Russja, inkluż Channel One, Channel 5, REN TV u STS, 78.ru u oħrajn, il-gazzetta nazzjonali Izvestia, u Delovoy Peterburg. Minbarra li huwa l-Viċi Uffiċjal Kap Eżekuttiv tan-NMG, Alexander Akopov huwa wkoll Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' STS, wieħed mill-istazzjonijiet televiżivi ewlenin tal-kumpanija NMG.

Alexander Akopov huwa membru tal-Kunsill Akkademiku tal-Higher School of Economics (HSE). F'Marzu 2022, ir-Rettur ta' HSE ħabbar li Università ser tiffinanzja l-edukazzjoni, fil-programmi edukattivi ewlenin tagħha, tal-parteċipanti fl-hekk imsejħa ‘operazzjoni militari speċjali’, tat-tfal u l-qraba stretti tagħhom. Barra minn hekk, fl-2025, l-HSE nediet programm ġdid ta' masters iffukat fuq iċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet internazzjonali, u b'hekk appoġġat lill-Gvern Russu billi ffaċilitat tali ċirkomvenzjoni.

Għalhekk, Alexander Akopov qed jappoġġja azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1531.

Yevgeniy Ivanovich DIETRICH

magħruf ukoll bħala Yevgeny Ivanovich DITRIKH

(Евгений Иванович ДИТРИХ)

Funzjoni: Senatur fil-Kunsill tal-Federazzjoni

Eks Direttur Ġenerali ta' JSC GTLK

Data tat-twelid: 8.9.1973

Post tat-Twelid: Mytishchi, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati: JSC GTLK

Yevgeniy Dietrich kien ilu Senatur għall-Kunsill tal-Federazzjoni tar-Reġjun ta' Novgorod mill-15 ta' Ottubru 2025.

Huwa l-eks direttur ġenerali tal-kumpanija b'ishma konġunti ‘State Transport Leasing Company’ (JSC GTLK), li hija kollha proprjetà tal-Ministeru tat-Trasport tal-Federazzjoni Russa. Bħala kumpanija tal-istat, GTLK qed tibbenefika finanzjarjament mill-Gvern u tipprovdi wkoll servizzi fil-Krimea annessa illegalment u fil-Belt ta' Sevastopol.

Billi assuma u aġixxa f'dawn il-kapaċitajiet, Yevgeniy Dietrich huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.6.2023

1543.

Irina Anatolyevna AGEEVA

(bir-Russu: Ирина Анатольевна АГЕЕВА)

(bl-Ukren: Iрина Анатолiївна АГЕЄВА)

Funzjoni: Viċi Gvernatur tar-Reġjun ta' Kaluga

Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal fir-Reġjun ta' Kaluga

Data tat-twelid: 29.12.1976

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Irina Ageeva hija l-Viċi Gvernatur tar-Reġjun ta' Kaluga u l-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal fir-Reġjun ta' Kaluga. F'dan ir-rwol, hija waħda mill-aktar persuni involuti fid-deportazzjoni illegali ta' tfal Ukreni lejn ir-Russja u l-adozzjoni tagħhom minn familji Russi. L-azzjonijiet ta' Irina Ageeva jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.

Għalhekk, Irina Ageeva hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.6.2023

1555.

Vladimir Viktorovich SOLODOV

(Bладимир Викторович СОЛОДОВ)

Funzjoni: Gvernatur ta' Kamchatka Krai tal-Federazzjoni Russa

Data tat-twelid: 26.7.1982

Post tat-Twelid: Moscow, l-eks USSR (issa Russian Federation)

Sess: raġel

Fir-rwol tiegħu bħala gvernatur ta' Kamchatka Krai, Vladimir Solodov qed jikkontribwixxi għad-deportazzjoni illegali ta' tfal Ukreni. Huwa qed jiffaċilita d-deportazzjoni illegali ta' tfal Ukreni lejn kampijiet li jinsabu fir-reġjun tiegħu. Huwa wieħed mill-mexxejja (reġjonali) għoljin Russi involuti fid-deportazzjoni illegali ta' tfal Ukreni lejn ir-Russja. L-azzjonijiet ta' Solodov jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.

Vladimir Solodov ilu membru tal-partit United Russia, il-partit fil-gvern allinjat mal-Kremlin, minn Novembru 2024.

Għalhekk, Vladimir Solodov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.6.2023

1557.

Rinat Nailevich SADYKOV

(Ринат Наилевич САДЫКОВ)

Funzjoni: Viċi Prim Ministru tar-Repubblika ta' Tatarstan

Eks Ministru għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ tar-Repubblika ta' Tatarstan

Data tat-twelid: 18.3.1986

Post tat-Twelid: Kazan, eks USSR (illum Russian Federation)

Sess: raġel

Rinat Sadykov ilu Viċi Prim Ministru tar-Repubblika ta' Tatarstan minn Settembru 2025. F'din il-kapaċità, Rinat Sadykov huwa responsabbli wkoll għar-restawr ta' Lysychansk u Rubizhne, żewġt ibliet li jinsabu fl-Ukrajna okkupata.

Fir-rwol tiegħu bħala Ministru għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ tar-Republic of Tatarstan, Rinat Sadykov ikkontribwixxa għad-deportazzjoni illegali ta' tfal Ukreni. Huwa ffaċilita d-deportazzjoni illegali ta' tfal Ukreni lejn kampijiet li jinsabu fir-reġjun tiegħu, inkluż il-kamp ‘Miras’ fid-distrett ta' Zelenodolsky. Kien wieħed mill-uffiċjali reġjonali involuti fl-ippjanar, l-ibbaġitjar u s-sorveljanza tal-kampijiet f'Tatarstan, li jospitaw gruppi ta' tfal mit-territorji okkupati tal-Ukrajna.

Għalhekk, Rinat Sadykov, fir-rwoli attwali u preċedenti tiegħu, huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.6.2023

1560.

Vitaliy Aleksandrovich SUK

(Виталий Александрович СУК)

Funzjoni: Direttur ta' Oleshkivskyi Children's Home

Data tat-twelid: 12.3.1970

Sess: raġel

Vitaliy Suk huwa d-direttur ta' Oleshkivskyi Children's Home. Huwa kien involut fid-deportazzjoni illegali ta' tfal Ukreni b'diżabilità mill-Kherson Oblast lejn il-Krimea, annessa illegalment, u lejn territorji oħra tal-Ukrajna li jinsabu taħt il-kontroll tar-Russja. Xi wħud minn dawk it-tfal intbagħtu fi djar għal tfal b'diżabilità fir-Russja kollha. L-azzjonijiet tiegħu jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna u jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni.

Għalhekk, Vitaliy Suk huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.6.2023

1566.

Andrey Sergeevich IVANAEV

magħruf ukoll bħala Andrei Sergeyevich IVANAYEV

magħruf ukoll bħala Andrey Sergeyevich IVANAYEV

(Андрей Сергеевич ИВАНАЕВ)

Funzjoni: Kurunell Ġenerali fil-Forzi Armati Russi u kmandant tat-20th Guards Combined Arms Army of the Russian Federation

Data tat-twelid: 19.1.1972

Post tat-Twelid: Ural'sk, eks USSR (issa Kazakhstan)

Sess: raġel

Andrey Ivanaev huwa kurunell ġenerali fil-Forzi Armati Russi. Huwa l-kmandant tat-20th Guards Combined Arms Army tad-Distrett Militari tal-Punent tal-Federazzjoni Russa. F'dan ir-rwol, huwa jikkmanda direttament u għandu influwenza sinifikanti fuq l-iskjerament tal-forzi Russi li jipparteċipaw fil-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Matul l-invażjoni tal-Ukrajna fuq skala sħiħa mir-Russja, it-20th Guards Combined Arms Army , immexxija minn Andrey Ivanaev, ikkontribwiet direttament għall-offensiva tar-Russja mid-direzzjoni tal-Grigal.

Għalhekk, Andrey Ivanaev huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

F'Novembru 2024, Andrey Ivanaev inħatar bħala kmandant tar-Russian Eastern Military District. Huwa ġie promoss għall-grad ta' kurunell ġenerali fil-21 ta' Frar 2025.

23.6.2023

1609.

Ilya Dmitrievich MEDVEDEV

(Илья Дмитриевич МЕДВЕДЕВ)

(Iлля Дмитрович МЕДВЕДЄВ)

Data tat-twelid: 3.8.1995

Post tat-Twelid: Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Ilya Medvedev huwa responsabbli għall-ħolqien ta' servizzi diġitali fir-reġjuni Ukreni okkupati illegalment ta' Donetsk, Luhansk, Kherson u Zaporizhzhia. Huwa kkoordina l-proġett ‘I am Russian’, li għandu l-għan li jipprovdi servizzi governattivi Russi lill-abitanti ta' dawk ir-reġjuni, fosthom it-tqegħid għad-dispożizzoni tal-proċedura simplifikata għaċ-ċittadinanza Russa, u s-servizzi soċjali.

Ilu mill-2022, Ilya Medvedev jaħdem għal affiljat tal-konglomerat tad-difiża Russu Rostec State Corporation. Iservi wkoll bħala kap ta' proġetti għall-partit United Russia.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Ilya Medvedev qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

18.12.2023

1610.

Darya Olegovna BORISOVA

(Дарья Олеговна БОРИСОВА)

Funzjoni: Direttur taċ-Ċentru Edukattiv u Metodoloġiku ‘Avangard’

Data tat-twelid: 2.5.1990

Post tat-Twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Darya Borisova hija d-Direttur taċ-Ċentru Edukattiv u Metodoloġiku ‘Avangard’, organizzazzjoni li tipprovdi l-hekk imsejħa ‘edukazzjoni patrijottika’, inkluż taħriġ militari bażiku, liż-żgħażagħ tar-Russja, kif ukoll lit-tfal fir-reġjuni okkupati b'mod temporanju fl-Ukrajna. Hija sservi wkoll bħala viċi tad-Duma tal-Belt ta' Moska mill-partit United Russia.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, Darya Borisova qed tappoġġa u timplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

18.12.2023

1627.

Galina Anatolyevna KATYUSHENKO

magħruf ukoll bħala Galina Anatolyevna KATIUSHCHENKO

(Галина Анатольевна КАТЮЩЕНКО)

Funzjoni: President tal-Kumitat Elettorali tar-Reġjun ta' Zaporizhzhia

Data tat-twelid: 26.11.1971

Post tat-Twelid: Vitebsk, Vitebsk Region, USSR (issa Belarus)

Nazzjonalità: Belarussa, Russa

Sess: mara

Galina Katyushenko serviet bħala l-President tal-Kumitat Elettorali tar-reġjun ta' Zaporizhzhia minn Marzu 2023. Matul il-mandat tagħha, il-Kumitat kien responsabbli għall-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet illegali fir-Reġjun okkupat ta' Zaporizhzhia f'Settembru 2023, u l-elezzjonijiet presidenzjali illegali tar-Russja fl-2024, b'hekk ippruvat tilleġittimizza l-gwerra ta' aggressjoni Russa ta' dik iż-żona. F'dan ir-rwol, Galina Katyushenko qed tappoġġa u timplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

18.12.2023

1643.

Alyona Andriivna TROKAI

(Альона Андріївна ТРОКАЙ)

Funzjoni: Deputata tal-Assemblea Leġiżlattiva tar-reġjun ta' Zaporizhzhia; Kap tad-Dipartiment tal-Aġitazzjoni u l-Ħidma ta' Propaganda tal-Fergħa Reġjonali ta' Zaporizhzhia tal-Partit ‘United Russia’

Eks mexxejja tal-‘Movement of the First’ fir-reġjun ta' Zaporizhzhia

Data tat-twelid: 2.4.1986

Nazzjonalità: Ukrena

Sess: mara

Alyona Trokai hija d-Deputata tal-Assemblea Leġiżlattiva tar-reġjun ta' Zaporizhzhia, u l-Kap tad-Dipartiment tal-Aġitazzjoni u l-Ħidma ta' Propaganda tal-Fergħa Reġjonali ta' Zaporizhzhia tal-Partit ‘United Russia’.

Alyona Trokai hija wkoll l-eks mexxejja tal-‘Movement of the First’ fir-reġjun ta' Zaporizhzhia. Il-‘Movement of the First’ ġie stabbilit fir-Russja bl-appoġġ tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u taħt is-superviżjoni tiegħu. L-organizzazzjoni, bl-użu tal-kapaċitajiet tax-xandir televiżiv u tar-radju tagħha stess, għandha l-għan li tmexxi 'l quddiem it-tradizzjonijiet tal-pijunieri Sovjetiċi u tikkontribwixxi b'mod attiv għat-trobbija patrijottika tas-soċjetà Russa kif ukoll għall-iżvilupp ta' sentimenti kontra l-Ukrajna fit-tfal mit-territorji okkupati illegalment mill-Federazzjoni Russa. Fil-pożizzjoni tagħha bħala l-mexxejja tal-‘Movement of the First’ fir-reġjun ta' Zaporizhzhia, Alyona Trokai bdiet attivitajiet li għandhom l-għan li jappoġġaw il-militar Russu u b'mod ġenerali l-propaganda tal-Federazzjoni Russa. Hija qed twettaq ukoll attivitajiet immirati lejn il-‘militarizzazzjoni’ tal-edukazzjoni u tinkoraġġixxi l-akkwist ta' passaporti Russi. Fit-30 ta' April 2023, Alyona Trokai rċeviet premju mill-istat Russu, ippreżentat mill-Ewwel Viċi Kap tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa Sergey Kiriyenko. Għalhekk, Alyona Trokai hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jipperikolaw u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

18.12.2023

1644.

Nazariy Anatolyevich DOMANIN

(Nazariy Anatoliyovych DOMANIN)

(Назарий Анатольевич ДОМАНИН)

Funzjoni: Eks president tal-Kunsill tal-Fergħa Reġjonali tal-‘Movement of the First’ tar-Reġjun ta' Kherson

Sess: raġel

Nazariy Domanin huwa l-eks President tal-Kunsill tal-Fergħa Reġjonali tal-‘Movement of the First’ tar-Reġjun ta' Kherson. Fil-pożizzjoni tiegħu, kien responsabbli għall-implimentazzjoni ta' politiki u ideat li jappoġġaw l-annessjoni Russa tat-territorji okkupati tal-Ukrajna. Il-‘Movement of the First’ ġie stabbilit fir-Russja bl-appoġġ tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u taħt is-superviżjoni tiegħu. L-organizzazzjoni, bl-użu tal-kapaċitajiet tax-xandir televiżiv u tar-radju tagħha stess, għandha l-għan li tmexxi 'l quddiem it-tradizzjonijiet tal-pijunieri Sovjetiċi u tikkontribwixxi b'mod attiv għat-trobbija patrijottika tas-soċjetà Russa kif ukoll għall-iżvilupp ta' sentimenti kontra l-Ukrajna fit-tfal mit-territorji okkupati illegalment mill-Federazzjoni Russa. Għalhekk, Nazariy Domanin, appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jipperikolaw u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

18.12.2023

1653.

Oleksandr Yurievich FEDORKO

magħruf ukoll bħala Aleksandr Yurievich FEDORKO

(Александр Юрьевич ФЕДОРКО)

Funzjoni: Kurunell

Data tat-twelid: 18.12.1968

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 234703581777

Il-Kurunell Oleksandr Fedorko huwa l-eks Kap tan-924th Unmanned Aerial Vehicle Center (Military Unit 20924), li huwa parti mill-Ministeru għad-Difiża Russu. Il-membri tas-servizz qed jiġu mħarrġa fiċ-Ċentru sabiex il-kumpaniji tal-vettura tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAV) li qed jiġu ffurmati fid-Distretti Militari tal-Punent u Ċentrali jsiru kompleti. Fl-istess ħin, iċ-Ċentru huwa involut fit-tlestija ta' testijiet militari ta' kumplessi b'UAVs (Zastava, Navodchik-2, Forpost u Orlan-10) li, mat-tlestija tat-testijiet, jiġu ttrasferiti lill-kumpaniji tal-UAV. In-924th Unmanned Aerial Vehicle Center iħarreġ lill-operaturi tal-UAV għall-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa.

Il-Kurunell Oleksandr Fedorko kien qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jipperikolaw u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

1661.

Rinat Munzirovich NIGMATDINOV

(Ринат Мунзирович НИГМАТДИНОВ)

Funzjoni: Eks Direttur Ġenerali ta' JSC Saratov Radio Instrument Plant

Data tat-twelid: 11.4.1979

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 580203237828

Rinat Nigmatdinov huwa l-eks Direttur Ġenerali ta' JSC Saratov Radio Instrument Plant.

JSC Saratov Radio Instrument Plant hija waħda mill-intrapriżi ewlenin fil-produzzjoni ta' sistemi moderni ta' osservazzjoni tas-sitwazzjoni tas-superfiċje u l-identifikazzjoni tal-miri għall-Flotta Navali Russa. L-impjant huwa parti minn Granit-Electron Concern, li fl-2018 saret parti minn Tactical Missile Armament Corporation.

Il-kumpanija tiżviluppa u tipproduċi radars kostali fissi MYS-M1E u MR-10M1E li huma ddiżinjati biex jidentifikaw bastimenti tal-wiċċ u miri ta' veloċità għolja żgħar, u biex jiddeterminaw il-koordinati u n-nazzjonalità tagħhom.

Għalhekk, fil-kapaċità tiegħu bħala d-Direttur Ġenerali ta' JSC Saratov Radio Instrument Plant, Rinat Nigmatdinov, qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, qed jappoġġa materjalment u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

1669.

Andrey Anatolievich ALEKSEYENKO

(bir-Russu: Андрей Анатольевич АЛЕКСЕЕНКО;

bl-Ukren: Андрiй Анатолiйович АЛЕКСЕЄНКО)

Funzjoni: L-hekk imsejjaħ eks ‘Chair of the Kherson Military-Civilian Administration’

Data tat-twelid: 23.4.1978

Post tat-Twelid: Novopokrovskaya, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Andrey Alekseyenko ilu l-hekk imsejjaħ eks ‘President tal-Amministrazzjoni Militari-Ċivili ta' Kherson’. Huwa kellu dan ir-rwol, mingħajr il-kunsens tal-awtoritajiet Ukreni, fit-territorji okkupati illegalment tar-Reġjun ta' Kherson u implimenta l-politiki uffiċjali tal-Federazzjoni Russa fir-reġjun.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Andrey Alekseyenko kien qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

1670.

Alla Viktorovna BARKHATNOVA

(bir-Russu: Алла Викторовна БАРХАТНОВА;

bl-Ukren: Алла Вiкторiвна БАРХАТНОВА)

Funzjoni: L-hekk imsejħa eks ‘Ministru għax-Xogħol u l-Politika Soċjali’ tar-Reġjun ta' Kherson

Data tat-twelid: 25.9.1973

Post tat-Twelid: Kalinino, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Alla Barkhatnova hija l-hekk imsejħa eks ‘Ministru għax-Xogħol u l-Politika Soċjali’ tar-Reġjun ta' Kherson. Hija kienet responsabbli mis-sorveljanza tal-integrazzjoni fil-Federazzjoni Russa ta' dawk iż-żoni ta' Kherson li mhumiex taħt il-kontroll tal-Ukrajna, billi timplimenta l-miżuri u l-inizjattivi tal-politika soċjali tar-Russja. Hija kienet involuta wkoll fid-deportazzjoni illegali u r-riedukazzjoni ta' tfal Ukreni, inkluż id-deportazzjoni tagħhom lejn ir-Russja.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, Alla Barkhatnova qed tappoġġa u timplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

1674.

Semyon Alexeyevich MASHKAUTSAN

magħruf ukoll bħala:

Salah MASHKAUTSAN

(Семен Алексеевич МАШКАУЦАН

magħruf ukoll bħala:

Салах Алексеевич МАШКАУЦАН)

Funzjoni: L-hekk imsejjaħ eks ‘Viċi Kap tal-Gvern’ u ‘Ministru tal-Industrija’ tar-Reġjun ta' Kherson

Data tat-twelid: 2.3.1990

Post tat-Twelid: Chelyabinsk, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Semyon Mashkautsan huwa l-eks hekk imsejjaħ ‘Viċi Kap tal-Gvern’ u ‘Ministru għall-Industrija’ tar-Reġjun ta' Kherson. Huwa ilu l-hekk imsejjaħ ‘aġent president tal-gvern’ tar-Reġjun ta' Kherson minn Frar 2025. Huwa assuma dawn ir-rwoli, mingħajr il-kunsens tal-awtoritajiet Ukreni, fit-territorji okkupati illegalment tar-Reġjun ta' Kherson u qed jimplimenta l-politiki uffiċjali tal-Federazzjoni Russa fir-reġjun.

Billi assuma u aġixxa f'dawn il-kapaċitajiet, Semyon Mashkautsan qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

1678.

Vladimir Alexandrovich BOBROV

(Владимир Александрович БОБРОВ)

Funzjoni: Eks Direttur ta' MG-Flot LLC

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 253902099914

Vladimir Bobrov huwa l-eks Direttur ta' MG-Flot LLC (li qabel kienet magħrufa bħala TransMorFlot LLC). MG-Flot LLC hija kumpanija tat-tbaħħir Russa li tipprovdi appoġġ loġistiku lill-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. B'mod partikolari, MG-Flot LLC hija involuta f'network ta' trasport militari ta' bastimenti tal-merkanzija Russi li jwasslu armamenti Nord Koreani minn Pyongyang lejn faċilitajiet militari fil-port Russu ta' Dunai. Sussegwentement, il-munizzjonijiet Nord Koreani trasportati minn MG-Flot LLC jiġu ttrasferiti lejn imħażen fuq il-fruntiera tal-Punent tar-Russja biex jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Barra minn hekk, bastimenti proprjetà ta' MG-Flot LLC kienu involuti fi vjeġġi ta' armi mill-Iran biex jgħinu l-invażjoni fuq skala kbira tal-Ukrajna mir-Russja.

Għaldaqstant, fil-kapaċità tiegħu bħala d-Direttur ta' MG-Flot LLC, Vladimir Bobrov qed jappoġġa materjalment lil, u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

1679.

Vladimir Egorovich ZAITSEV

magħruf ukoll bħala:

Vladimir Yegorovich ZAYTSEV

(Владимир Егорович ЗАЙЦЕВ)

Funzjoni: Direttur ta' JSC VNIIRT (magħrufa wkoll bħala All-Russian Research Institute of Radio Engineering)

Direttur ta' JSC Npodar (magħrufa wkoll bħala Scientific and Production Association of long range radar named after academician A.L. Mints)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 504790126749

Vladimir Zaitsev huwa d-Direttur ta' Joint Stock Company (JSC) VNIIRT (magħrufa wkoll bħala All-Russian Research Institute of Radio Engineering). JSC VNIIRT hija intrapriża statali militari-industrijali Russa li tiżviluppa sistemi tar-radar użati mill-Forzi Armati Russi, inkluż sistemi tar-radar użati għas-sistema tal-missili Pantsir-S1 tar-Russja. Barra minn hekk, JSC VNIIRT tagħmel parti mill-grupp Almaz-Antey, manifattur tal-armi Russu proprjetà tal-istat li jiżviluppa sistemi ta' difiża kontra l-inġenji tal-ajru u ta' missili kruċieri għall-militar Russu.

Vladimir Zaitsev huwa wkoll id-Direttur Ġenerali ta' JSC Npodar, is-suċċessur ta' AO RTI. Din il-kumpanija taħdem f'teknoloġiji tar-radar u għandha liċenzji mill-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ tal-Federazzjoni Russa għall-manutenzjoni ta' tagħmir militari.

Għaldaqstant, fil-kapaċità tiegħu bħala d-Direttur ta' JSC VNIIRT u JSC Npodar, Vladimir Zaitsev qed jappoġġa materjalment u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, Vladimir Zaitsev huwa assoċjat mal-grupp Almaz-Antey, li qed jappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

1684.

Mikhail Valentinovich LUKYANOV

(Михаил Валентинович ЛУКЬЯНОВ)

Funzjoni: Eks Direttur ta' Oboronlogistics LLC

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 773384195360

Mikhail Lukyanov huwa l-eks Direttur ta' Oboronlogistics LLC. Oboronlogistics LLC hija kumpanija tat-tbaħħir stabbilita fil-qafas tal-Ministeru għad-Difiża Russu. Il-kumpanija qed tipprovdi appoġġ loġistiku lill-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. B'mod partikolari, Oboronlogistics LLC hija involuta f'network ta' trasport militari ta' bastimenti tal-merkanzija Russi li jwasslu armamenti Nord Koreani minn Pyongyang lejn faċilitajiet militari fil-port Russu ta' Dunai. Sussegwentement, il-munizzjonijiet Nord Koreani ttrasportati minn Oboronlogistics LLC jiġu ttrasferiti lejn imħażen fuq il-fruntiera tal-Punent tar-Russja biex jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Mikhail Lukyanov, għalhekk, kien qed jappoġġa materjalment u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

1685.

Nadezhda Alexandrovna RESHETNEVA

(Надежда Александровна РЕШЕТНЕВА)

Funzjoni: President tal-Bord ta' Sovfracht JSC

Data tat-twelid: 18.9.1968

Post tat-Twelid: Dnipropetrovsk, USSR

Sess: mara

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 772200240825

Nadezhda Reshetneva hija l-President tal-Bord ta' Sovfracht JSC. Sovfracht JSC hija kumpanija tat-tbaħħir Russa li tipprovdi appoġġ loġistiku lill-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. B'mod partikolari, Sovfracht JSC tiffunzjona bħala ċentrali f'networks ta' trasport militari ta' bastimenti tal-merkanzija Russi li jwasslu armamenti Nord Koreani minn Pyongyang lejn faċilitajiet militari fil-port Russu ta' Dunai. Sussegwentement, il-munizzjon Nord Korean ittrasportat minn Sovfracht JSC jiġi ttrasferit lejn imħażen tal-armi fuq il-fruntiera tal-Punent tar-Russja biex jiġu użati fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Nadezhda Reshetneva qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

1687.

Alexey Yurievich BRAGIN

(Алексей Чрьевич БРАГИН)

Funzjoni: Eks Direttur ta' JSC RIRV (magħrufa wkoll bħala Russian Institute of Radio Navigation and Time)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 780615807818

Alexey Bragin huwa l-eks Direttur ta' JSC RIRV (magħrufa wkoll bħala Russian Institute of Radio Navigation and Time). JSC RIRV kienet intrapriża statali militari-industrijali Russa li tiżviluppa tagħmir tan-navigazzjoni għas-sistema Russa GLONASS użata mill-Forzi Armati Russi biex iwettqu attakki bi preċiżjoni għolja fuq l-infrastruttura ċivili u militari fl-Ukrajna. Ingħaqdet ma' JSC ‘Obukhov Plant’, parti min-negozju Almaz-Antey, manifattur Russu tal-armi tal-istat li jiżviluppa sistemi ta' difiża u missili kruċieri kontra l-inġenji tal-ajru għall-militar Russu.

Għalhekk, Alexey Bragin kien qed jappoġġa materjalment u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, Alexey Bragin kien assoċjat mal-grupp Almaz-Antey, li qed jappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

1695.

Alexander Yurievich ZVEREV

(Александр Юрьевич ЗВЕРЕВ)

Funzjoni: Eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' JSC Zavod Dagdizel

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 121519603488

Alexander Zverev huwa eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' JSC Zavod Dagdizel, li hija kumpanija tal-industrija militari involuta fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi ta' taħt l-ilma għall-Flotta Navali Russa użati fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. JSC Zavod Dagdizel hija sussidjarja ta' MPO-Gidropribor, li hija parti minn JSC Tactical Missiles Corporation.

Fir-rwol tiegħu, Alexander Zverev kien qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa assoċjat ukoll ma' JSC Zavod Dagdizel, MPO-Gidropribor u JSC Tactical Missiles Corporation.

23.2.2024

1697.

Igor Borisovich PONOMAREV

(Игорь Борисович ПОНОМАРЕВ)

Funzjoni: Eks Direttur Ġenerali ta' JSC Concern Granit-Electron

Data tat-twelid: 30.10.1964

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 772631515680

Igor Ponomarev huwa l-eks Direttur Ġenerali ta' JSC Concern Granit-Electron, li tipproduċi sistemi ta' kontroll awtomatiku għall-missili P-800 Oniks (Yakhont), li jintużaw mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Igor Ponomarev kien qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa assoċjat ukoll ma' JSC Concern Granit-Electron.

23.2.2024

1699.

Igor Yurievich AFANASYEV

(Игорь Юрьевич АФАНАСЬЕВ)

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' JSC NPO Elektromashina

Data tat-twelid: 7.9.1968

Post tat-Twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

NIT: 772375218154

Sess: raġel

Igor Afanasyev huwa d-Direttur Ġenerali ta' JSC NPO Elektromashina.

NPO Elektromashina tforni tagħmir elettriku għal diversi tipi ta' armi Russi li jintużaw mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, bħal KamAZ Typhoon, T-72, T-90, BMP-3 u l-proġett ‘Gibka’. Bħala d-Direttur Ġenerali ta' JSC NPO Elektromashina, Igor Yurievich Afanasyev jissodisfa l-ordnijiet mill-Ministeru għad-Difiża Russu.

Għalhekk, Igor Afanasyvev qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, fir-rwol tiegħu, huwa qed jappoġġa materjalment u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

1700.

Yuri Konstantinovich ISAEV

(Юрий Константинович ИСАЕВ)

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' JSC "Arzamas Scientific Production Enterprise "Temp-Avia

Data tat-twelid: 1975

Post tat-Twelid: Arzamas

Nazzjonalità: Russa

NIT: 524303794814

Sess: raġel

Yuri Isaev huwa Direttur Ġenerali f'kumpanija tal-industrija militari Russa Temp-Avia. Il-kumpanija hija speċjalizzata fil-produzzjoni ta' sistemi ta' navigazzjoni u ta' kontroll awtomatiku, sistemi ta' kontroll inerzjali, unitajiet inerzjali ta' kejl, ġirostabbilizzaturi, sensuri ta' informazzjoni primarja, indikaturi tal-pożizzjoni tal-orizzont, u sistemi ta' riżerva integrati ta' strumenti tan-navigazzjoni tat-titjir. Il-partijiet kontraenti huma kumpaniji oħra tal-industrija militari Russa u l-Gvern Russu nnifsu. B'mod partikolari, Temp-Avia tipproduċi l-indikatur bażiku tal-pożizzjoni tal-orizzont AGB-96, li jintuża fuq ħelikopters Mi-8 tal-Forzi Armati Russi li ntużaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, fir-rwol tiegħu, Yuri Isaev qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, qed jappoġġa materjalment u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

1702.

Dmitry Alexandrovich SKOROPUPOV

(Дмитрий Александрович СКОРОПУПОВ)

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' JSC Uralcryomash; Deputat għad-Duma tal-Belt ta' Nizhny Tagil

Data tat-twelid: 24.12.1972

Post tat-Twelid: Nizhny Tagil, Sverdlovsk Oblast, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

NIT: 662305463548

Sess: raġel

Dmitry Skoropupov huwa d-Direttur Ġenerali ta' JSC Uralcryomash. Uralcryomash tforni lill-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa skont l-ordni ta' difiża tal-istat tar-Russja. Il-kumpanija tipprovdi soluzzjonijiet għat-trasport tan-naftalen u l-ossiġenu għall-Vostochny Cosmodrome ta' Roscosmos. Fil-Vostochny Cosmodrome, jiġu varati s-satelliti għall-Forzi Armati Russi biex jidentifikaw miri fil-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Barra minn hekk, bħala Deputat li ilu żmien twil tad-Duma għall-belt ta' Nizhny Tagil, huwa jappoġġa l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna billi jipprovdi assistenza umanitarja tal-hekk imsejħa ‘Repubbliki tal-Poplu ta' Donetsk u Luhansk’.

Għalhekk, fir-rwol tiegħu, Dmitry Skoropupov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, qed jappoġġa materjalment u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

1703.

Andrey Leonidovich TERLIKOV

(Андрей Леонидович ТЕРЛИКОВ)

Funzjoni: Eks Direttur Ġenerali ta' JSC ‘UKBTM’

Data tat-twelid: 22.2.1962

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Andrey Terlikov huwa l-eks Direttur Ġenerali ta' JSC ‘UKBTM’. Il-kumpanija tiżviluppa u timmodernizza t-tankijiet T-72 u T-90 għall-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, li jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Andrey Terlikov kien qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, kien qed jappoġġa materjalment u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

1704.

Boris Yakovlevich VOLOGDIN

(Борис Яковлевич ВОЛОГДИН)

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' JSC Tomsk Electrotechnical Plant

Data tat-twelid: 22.7.1955

Post tat-Twelid: Aliya village, Chita region, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

NIT: 701700134280

Sess: raġel

Boris Vologdin huwa d-Direttur Ġenerali ta' JSC Tomsk Electrotechnical Plant. Il-kumpanija hija fornitur għall-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. JSC Tomsk Electrotechnical Plant timmodernizza T-90 bil-kooperazzjoni u taħt il-ġestjoni tal-kumpanija omm tagħha Uralvagonzavod.

Għalhekk, fir-rwol tiegħu, Boris Vologdin qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, qed jappoġġa materjalment u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

1723.

Grigoriy Igorevich GRIGORIEV

(Григорий Игоревич ГРИГОРЬЕВ)

Funzjoni: Direttur Ġenerali u Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' LLC NOVELCO

Data tat-twelid: 19.6.1977

Post tat-Twelid: Istra, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 721493424

Grigoriy Grigoriev huwa d-Direttur Ġenerali u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-kumpanija loġistika LLC NOVELCO involuta fl-‘importazzjoni parallela’ lejn ir-Russja ta' merkanzija li taqa' taħt il-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Għalhekk, fil-kapaċità tiegħu bħala d-Direttur Ġenerali u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' LLC NOVELCO, huwa qed ifixkel b'mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK u tar-Regolament (UE) Nru 833/2014.

LLC Novelco tipparteċipa fi proġetti loġistiċi appoġġati federalment u hija aġent għat-trasportatur tal-istat tar-Russja Aeroflot PJSC u rappreżentant iċċertifikat tas-Servizz Doganali Federali. LLC Novelco hija involuta fl-iżvilupp tar-Rotta Marittima Artika u l-modernizzazzjoni tal-loġistika fil-pajjiż kollu. Għalhekk, LLC Novelco hija entità li tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

1725.

Pavel Aleksandrovich SLUCHAK

(bir-Russu: Павел Александрович СЛУЧАК;

bl-Ukren: Павел Аляксандравiч СЛУЧАК

Funzjoni: Eks Direttur Ġenerali ta' OJSC Orsha Aircraft Repair Plant

Data tat-twelid: 1963

Post tat-Twelid: Mozyr, Gomel region, Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Pavel Sluchak huwa l-eks Direttur Ġenerali ta' OJSC Orsha Aircraft Repair Plant. OJSC Orsha Aircraft Repair Plant hija intrapriża tal-istat tal-Belarussja li ssewwi u timmodernizza l-inġenji tal-ajru. OJSC Orsha Aircraft Repair Plant tirranġa u timmodernizza l-ħelikopters (Mi-24 u Mi-35) li jintużaw mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għalhekk,, Pavel Sluchak kien qed jappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

1740.

Olga VOLKOVA

(Ольга ВОЛКОВА)

Funzjoni: Kap tal-organizzazzjoni mhux governattiva ‘Delfini’

Data tat-twelid: 9.10.1974

Post tat-Twelid: Donetsk, Ukraine

NIT: 2731019589

Sess: mara

Olga Volkova hija l-Kap tal-organizzazzjoni mhux governattiva ‘Delfini’. F'dan ir-rwol, hija kienet responsabbli għad-deportazzjoni illegali ta' tfal Ukreni mit-territorji okkupati tal-Ukrajna lejn ir-Repubblika tal-Belarussja. Olga Volkova hija waħda mill-persuni ewlenin involuti fid-deportazzjoni bil-forza ta' tfal Ukreni lejn il-Belarussja u l-adozzjoni illegali sussegwenti tagħhom minn familji Russi u Belarussi. Olga Volkova organizzat u ffaċilitat il-moviment tat-tfal mill-Ukrajna lejn il-Belarussja u kkoordinat mal-membri tar-reġim tal-Belarussja biex jiffaċilitaw il-moviment tat-tfal mill-Ukrajna lejn ir-Russja qabel ma jittrasportawhom lejn il-Belarussja. Taħt it-tmexxija ta' Volkova, it-tfal Ukreni jiġu ideoloġikament indottrinati. It-tfal huma mġiegħla jattendu programmi edukattivi li qed jappoġġaw b'mod attiv il-propaganda tal-Istat Russu u jippromwovu l-idea li l-Ukrajna għandha tkun parti integrali mir-Russja. L-azzjonijiet tagħha jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru d-dritt u l-ordni amministrattiv tal-Ukrajna.

Għalhekk Olga Volkova qed tappoġġa u timplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

1757.

Oleg Valerievich MORGUN

(Олег Валерьевич МОРГУН)

Funzjoni: L-hekk imsejjaħ eks ‘Sindku’ ta' Mariupol

Data tat-twelid: 19.3.1967

Post tat-Twelid: Sadkivtsi, USSR (illum Ukraine)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Oleg Morgun huwa l-eks hekk imsejjaħ ‘Sindku’ tal-belt ta' Mariupol, li hija taħt il-kontroll u l-okkupazzjoni tal-awtoritajiet Russi. Ilu minn Ġunju 2025 jmexxi l-uffiċċju rappreżentattiv tal-Gvernatur ta' San Pietruburgu f'Mariupol.

Billi assuma u aġixxa f'dawn il-kapaċitajiet, Oleg Morgun qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

24.6.2024

1785.

Oleg Aleksandrovich EGOROV

magħruf ukoll bħala:

Oleg Aleksandrovich YEGOROV

(Олег Александрович ЕГОРОВ)

Funzjoni: Imħallef tal-Qorti tal-Appell Militari tal-Federazzjoni Russa

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Data tat-twelid: 1967

Oleg Egorov huwa mħallef tal-Qorti tal-Appell Militari tal-Federazzjoni Russa. Fil-pożizzjoni tiegħu, ħa diversi deċiżjonijiet b'motivazzjoni politika kontra avversarji tal-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, kif ukoll deċiżjonijiet abbażi ta' raġunijiet reliġjużi. B'mod partikolari, Oleg Egorov mexxa l-prosekuzzjoni kontra Rustem Seytmemetov, Osman Seytumerov, Seytumer Seytumerov u priġunieri politiċi oħra. Għalhekk Oleg Egorov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

24.6.2024

1807.

Roman Viktorovich TROTSENKO

(Роман Викторович ТРОЦЕНКО)

Funzjoni: Imprenditur Russu; konsulent tal-President tal-kumpanija tal-Istat Rosneft Igor Sechin; fundatur u koproprjetarju tal-kumpanija ta' investiment AEON Corporation; Direttur ta' Geopromining Investment (CYP) Limited

Nazzjonalità: Russa

Data tat-twelid: 9.12.1970

Post tat-Twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

Sess: raġel

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 771500884353/ 771500884353

Roman Trotsenko huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja, b'interessi kummerċjali f'kumpaniji tal-minerali tal-ħadid u tal-azzar, tal-faħam, tal-infrastruttura u tal-enerġija, meqjus bħala wieħed mill-aktar persuni sinjuri fir-Russja. Huwa azzjonist prominenti f'AEON Corporation u Vorkutagol JSC, li jaħdmu f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. F'Ġunju 2025, ħa sehem fil-Forum Ekonomiku Internazzjonali ta' San Pietruburgu (SPIEF) bħala President tal-Bord tad-Diretturi ta' AEON Corporation. Barra minn hekk, huwa azzjonist indirett importanti ta' Group Russian Energy LLC, permezz tal-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu f'kumpaniji oħra. Roman Trotsenko huwa wkoll azzjonist indirett u huwa involut fil-ġestjoni ta' Novaport Holding. Novaport Holding hija kumpanija azzjonarja li timmaniġġa, fost affarijiet oħra, il-kontroll tal-ishma f'diversi ajruporti reġjonali. Hija proprjetà ta' TES Trans Syberia, li Roman Trotsenko huwa sid benefiċjarju u azzjonist indirett fiha, permezz tal-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu f'AEON AERO LLC, li hija parti mill-istruttura tas-sjieda ta' Novaport Holding.

Għalhekk, Roman Trotsenko huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja. Barra minn hekk, fid-dawl tal-involviment tiegħu f'setturi ekonomiċi bħall-mineral tal-ħadid u l-azzar, il-faħam, u l-enerġija, huwa involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

24.6.2024

1823.

Vladimir Zograbovich AVETISYAN

(Владимир Зограбович АВЕТИСЯН)

Funzjoni: Eks Direttur Ġenerali u fundatur ta' LLC RBA-Management

Data tat-twelid: 4.5.1955

Post tat-Twelid: Chelyabinsk Region, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 772005534726

Vladimir Avetisyan huwa l-eks Direttur Ġenerali u fundatur ta' LLC RBA-Management. LLC RBA-Management hija kumpanija maniġerjali Russa li tipprovdi servizzi legali, kontabilistiċi, ta' sigurtà korporattiva u servizzi oħra ta' ġestjoni, u li taħdem ma' klijenti li jispeċjalizzaw fil-provvista ta' komponenti elettroniċi. LLC RBA-Management tiġġestixxi JSC Compel, li tipparteċipa fi skemi ta' importazzjoni għal komponenti elettroniċi u tforni komponenti mikroelettroniċi ta' importanza strateġika lill-industrija Russa, inkluż l-industrija militari. Bħala d-Direttur Ġenerali u fundatur ta' LLC RBA-Management, Vladimir Avetisyan kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-kumpanija u għalhekk huwa responsabbli għall-appoġġ materjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

24.6.2024

1824.

Mikhail Rudolfovich KONTSEREV

(Михаил Рудольфович КОНЦЕРЕВ)

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' PJSC TransContainer

Data tat-twelid: 11.6.1970

Post tat-Twelid: Leningrad, USSR, (illum St. Petersburg, Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: I781400896256

Mikhail Kontserev huwa d-Direttur Ġenerali ta' Public Joint Stock Company (PJSC) TransContainer. PJSC TransContainer hija kumpanija tat-trasport Russa u l-akbar operatur tal-kontejners ferrovjarji tar-Russja, settur ekonomiku li qed jikber kontinwament fir-Russja. Bħala Direttur Ġenerali, Mikhail Kontserev huwa għalhekk involut f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

PJSC TransContainer toffri s-servizzi tagħha fit-terminal il-ġdid ta' Alabuga Special Economic Zone (SEZ). Alabuga SEZ ilu jikkoopera mal-Ministeru għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati Iranjani biex jillokalizza s-sit tal-produzzjoni tad-droni kamikażi Shahed (l-isem tal-verżjoni Russa huwa ‘Geran’).

Barra minn hekk, il-Federazzjoni Russa hija involuta fi PJSC TransContainer permezz ta' Rosatom. Rosatom, li hija proprjetà tal-istat, hija l-azzjonist ewlieni fil-kumpanija omm ta' TransContainer, Delo Group. PJSC TransContainer qed tgħin fl-iżvilupp tar-Rotta Marittima Artika, li l-operatur tal-infrastruttura tagħha huwa Rosatom.

PJSC TransContainer tiffaċilita importazzjonijiet ta' merkanzija militari miċ-Ċina u mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK). PJSC TransContainer għalhekk tappoġġa lill-Gvern Russu.

Għalhekk, fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur Ġenerali ta' PJSC TransContainer, Mikhail Kontserev qed jappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

24.6.2024

1860.

Andrey Yurievich KALYUZHNY

bir-Russu: Андрей Юрьевич КАЛЮЖНЫЙ

Funzjoni: Aġent President tal-Bord tal-Korporazzjoni tal-Istat ‘Donbass Development Corporation’

Nazzjonalità: Russa

Data tat-twelid: 22.4.1986

Sess: raġel

Andrey Kalyuzhny huwa l-aġent President tal-Bord tal-Korporazzjoni tal-Istat ‘Donbass Development Corporation’, li hija entità mwaqqfa mill-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ biex tiżgura l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun Ukren okkupat mir-Russja. Il-korporazzjoni qed tiffaċilita wkoll l-investiment internazzjonali fir-reġjun u hija responsabbli għall-implimentazzjoni ta' proġetti relatati mal-bini tal-infrastruttura fir-reġjun okkupat, bl-għan ta' aktar integrazzjoni tar-reġjun fir-Russja. Bħala l-aġent President tal-Bord tal-Korporazzjoni tal-Istat ‘Donbass Development Corporation’, Andrey Kalyuzhny huwa għalhekk responsabbli għall-appoġġ jew l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa assoċjat mal-Korporazzjoni tal-Istat ‘Donbass Development Corporation’.

16.12.2024

1880.

Evgenii Anatolevich DRONOV

bir-Russu: Евгений Анатольевич ДРОНОВ

Funzjoni: Eks Direttur Ġenerali ta' JSC Tula Machine Building Plant; Konsulent freelance dwar Kwistjonijiet Industrijali għall-Gvernatur tar-Reġjun ta' Tula Dmitry Milyaev

Data tat-twelid: 20.10.1947

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 710600768047

Entità assoċjata: JSC Tula Machine Building Plant (magħrufa wkoll bħala Tulamashzavod)

Evgenii Dronov kellu l-kariga ta' Direttur Ġenerali ta' JSC Tula Machine Building Plant (magħrufa wkoll bħala Tulamashzavod). JSC Tula Machine Building Plant hija manifattur tad-difiża Russu bi speċjalizzazzjoni fil-produzzjoni ta' tagħmir militari avvanzat, b'mod partikolari fil-qasam tal-armi u s-sistemi tal-artillerija kontra l-inġenji tal-ajru. Il-kumpanija hija responsabbli għall-iżvilupp u l-manifattura ta' diversi sistemi ta' difiża ewlenin, inkluż is-sistema tal-missili u l-artillerija kontra l-inġenji tal-ajru KASHTAN, is-sistema tal-artillerija kontra l-inġenji tal-ajru PALMA, u firxa ta' kanuni awtomatiċi u mitraljatriċijiet ta' 30 mm bħall-Gryazev-Shipunov GSh-6-30 u l-2A72. Dawk is-sistemi huma integrati f'diversi pjattaformi militari, inkluż vetturi tal-ġlied tal-infanterija bħall-BMP-3 u l-BTR-80A, u huma mmuntati wkoll fuq assi strateġiċi bħall-aircraft carrier tal-klassi Kuznetsov.

Il-prodotti tal-kumpanija ntużaw b'mod attiv f'diversi operazzjonijiet militari, inkluż il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, fejn ġie rrappurtat li nqerdu diversi sistemi bħall-vetturi tal-ġlied tal-infanterija BMP-3 u s-sistemi ta' missili mill-wiċċ għall-ajru Pantsir-S1.

Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur Ġenerali ta' JSC Tula Machine Building Plant, Evgenii Dronov ingħata t-titolu ta' Eroj tal-Ħaddiema tal-Federazzjoni Russa u l-Ordni ‘Għal Mertu lejn il-Patrija’.

Għalhekk, Evgenii Dronov qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

24.2.2025

1902.

Alexey Vladislavovich GORSHKOV

bir-Russu: Алексей Владиславович ГОРШКОВ

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' JSC ‘Scientific Research Institute of Computing Complexes Named After M.A. Kartsev’

Nazzjonalità: Russa

Data tat-twelid: 8.11.1985

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 525716364389

Entitajiet assoċjati: JSC ‘Scientific Research Institute of Computing Complexes Named After M.A. Kartsev’

Alexey Gorshkov huwa d-Direttur Ġenerali ta' JSC ‘Scientific Research Institute of Computing Complexes Named After M.A. Kartsev’, istitut ta' riċerka bbażat fir-Russja u involut fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta' vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAVs). Dan ipproduċa diversi tipi differenti ta' UAVs, li ġew ittestjati jew ser jiġu ttestjati mill-forzi armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, bħala d-Direttur Ġenerali ta' JSC ‘Scientific Research Institute of Computing Complexes Named After M.A. Kartsev’, Alexey Gorshkov qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa assoċjat ma' SC ‘Scientific Research Institute of Computing Complexes Named After M.A. Kartsev’.

24.2.2025

1920.

Vladislav Yevgenyevich LOBAEV

bir-Russu: Владислав Евгеньевич ЛОБАЕВ

Funzjoni: wieħed mill-fundaturi u mill-azzjonisti tal-Lobaev group of companies; eks President tal-Fondazzjoni ‘Lobaev Foundation’

Data tat-twelid: 4.4.1972

Post tat-Twelid: Rostov-On-Don, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 402911672932

Vladislav Lobaev huwa l-Kap Disinjatur tal-LLC Design Bureau of Integration Systems (LLC KBIS). Huwa wkoll wieħed mill-fundaturi u mill-azzjonisti tal-Lobaev group of companies (inkluż LLC Trading House Lobaev Arms) u l-eks President tal-Fondazzjoni ‘Lobaev Foundation’. ‘Lobaev Foundation’ hija unità tal-Lobaev Group of entities u tiġbor fondi biex tiffinanzja l-proġetti ta' Lobaev Arms. L-azzarini ta' Lobaev Arms jintużaw mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Billi huwa l-fundatur u azzjonist tal-Lobaev group of companies, Vladislav Lobaev huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-kumpaniji u għalhekk jappoġġa u jibbenefika finanzjarjament mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

24.2.2025

1928.

Alexey Nikolaevich VYAZNIKOV

bir-Russu: Алексей Николаевич ВЯЗНИКОВ

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' JSC Central Research Institute ‘Elektron’

Nazzjonalità: Russa

Data tat-twelid: 13.12.1985

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 352532426650

Alexey Vyaznikov huwa d-Direttur Ġenerali ta' JSC Central Research Institute ‘Elektron’, kumpanija Russa tar-riċerka u l-manifattura, li rebħet kuntratt ta' akkwist mill-gvern għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' komponenti elettroniċi ta' teknoloġija avvanzata għall-industrija tad-difiża Russa. Għalhekk, Alexey Nikolaevich Vyaznikov qed jappoġġa u jibbenefika mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja.

20.5.2025

1931.

Konstantin Yuryevich NIKOLAYEV

bir-Russu: Константин Юрьевич НИКОЛАЕВ

Funzjoni: Negozjant Russu

Data tat-twelid: 5.3.1971

Post tat-Twelid: Dnipropetrovsk, USSR (illum Ukraine)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 771201297011

Konstantin Nikolayev huwa negozjant Russu b'interessi kummerċjali fil-kumpless militari u industrijali Russu. B'mod partikolari, huwagħandu interessi fil-kumpaniji Russi Promtekhnologiya LLC, ScanEx u Tula Cartridge Plant. Dawk il-kumpaniji jikkooperaw mas-servizzi militari u ta' sigurtà Russi, billi jfornulhom hardware militari li ntuża fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Konstantin Nikolayev jaħbi s-sjieda u l-interess tiegħu f'dawk in-negozji, fost oħrajn billi jpoġġi lil martu Svetlana Nikolayeva f'pożizzjonijiet maniġerjali viżibbli. Barra minn hekk, permezz tan-negozji tiegħu huwa ffinanzja lil gruppi merċenarji li qed jiġġieldu għall-Federazzjoni Russa fl-Ukrajna.

Barra minn hekk, Konstantin Nikolayev huwa direttur maniġerjali f'PJSC ODK-SATURN (PJSC UEC-SATURN), li hija parti mill-United Engine Corporation (PSCJ ODK jew UEC), entità li tikkoopera wkoll mas-servizzi militari u ta' sigurtà Russi, u tipprovdilhom hardware militari li ntuża fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Konstantin Nikolayev qed jappoġġa u jibbenefika mill-Gvern Russu u qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna. Huwa qed jappoġġa wkoll lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi jkun involut fl-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-forniment ta' teknoloġija u tagħmir militari.

20.5.2025

1938.

Dmitry Vasilevich KUZYAKIN

bir-Russu: Дмитрий Васильевич КУЗЯКИН

Funzjoni: Fundatur u koproprjetarju ta' LLC ‘Center for Integrated Unmanned Solutions’

Data tat-twelid: 29.6.1974

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 501306766736

Dmitry Kuzyakin huwa l-fundatur u koproprjetarju ta' LLC ‘Center for Integrated Unmanned Solutions’, kumpanija li tagħmel parti mill-kumpless militari u industrijali Russu. LLC ‘Center for Integrated Unmanned Solutions’ tieħu ħsieb iċ-ċiklu sħiħ ta' sistemi ta' viżwalizzazzjoni fl-ewwel persuna (FPV) għall-użu fil-ġlied, mit-taħriġ tal-persunal fil-pilotaġġ u l-użu effettiv sal-produzzjoni ta' apparati finali u tagħmir fuq l-art. Ibbażata f'Zhukovsky fl-Oblast ta' Moska, li huwa ċ-ċentru tar-riċerka tal-avjazzjoni Russa, l-LLC ‘Center for Integrated Unmanned Solutions’ tiżviluppa u tipproduċi inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAVs) li jiġu fornuti lill-Forzi Armati Russi u jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Dmitry Kuzyakin qed jappoġġa materjalment azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna. Huwa qed jappoġġa wkoll lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi jkun involut fl-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-forniment ta' teknoloġija u tagħmir militari.

20.5.2025

1952.

Viktor Sergeevich FOFANOV

bir-Russu: Виктор Сергеевич ФОФАНОВ

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' LLC Volgotrans

Nazzjonalità: Russa

Data tat-twelid: 12.12.1996

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 631630065950

Viktor Fofanov huwa d-Direttur Ġenerali ta' LLC Volgotrans, kumpanija Russa li topera flotta ta' diversi tankers u li tittrasporta bil-baħar żejt mhux maħdum u prodotti taż-żejt, inkluż għal skopijiet ta' esportazzjoni. Is-settur tal-enerġija, speċjalment iż-żejt, jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, bħala d-Direttur Ġenerali ta' LLC Volgotrans, Viktor Fofanov huwa negozjant involut f'settur ekonomiku li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Bħala d-Direttur Ġenerali ta' LLC Volgotrans, Viktor Fofanov huwa assoċjat ma' LLC Volgotrans.

19.7.2025”;

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“44.

JSC Zaliv Shipyard

bir-Russu: Судостроительный завод ‘Залив’

magħrufa wkoll bħala Zaliv Shipyard

Indirizz: 4 Tankistov street, 298310 Kerch, Crimea

Sit web: http://zaliv.com

Email: press@zalivkerch.com, sess@zalivkerch.com, uzis@zalivkerch.com

Numru tar-reġistrazzjoni tal-Istat: 1149102028602

Tel: +7(36561)33055

Numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa: 9111001119

Numru tal-OMI: 1745868

JSC Zaliv Shipyard ipparteċipat b'mod attiv fil-kostruzzjoni ta' linja ferrovjarja ġdida lejn il-Kerch Bridge, li jgħaqqad lir-Russja mal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant, qed tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-Krimea, li ġiet annessa illegalment, mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

31.7.2018

56.

Gas Industry Insurance Company SOGAZ

(Акционерное общество "Страховое общество газовой промышленности АО ‘СОГАЗ’)

Indirizz: St. Dobroslobodskaya, 19; 105066, Moscow, Russian Federation

Tel:

+7 8(495) 234-44-24

+7 8 800 333 0 888

Indirizz legali: Akademika Sakharov Ave., 1, bldg. 10, Moscow, Russian Federation

Sit web: https://sogaz.ru

Email: sogaz@sogaz.ru; cf@sogaz.ru

OGRN: 1027739820921

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7736035485

Il-kumpanija b'ishma konġunti "Gas Industry Insurance Company SOGAZ"assigurat il-kostruzzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja li tgħaqqad il-pont fuq l-Istrett ta' Kerch u l-Port ta' Taman u assigurat mill-ġdid il-kostruzzjoni tal-pont fuq l-Istrett ta' Kerch. Għaldaqstant, appoġġat il-konsolidazzjoni tal-Krimea, annessa illegalment, mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.2.2022

78.

JSC Baltic Shipbuilding Plant ‘Yantar’

bir-Russu: Прибалтийский судостроительный завод ‘Янтарь’

magħrufa wkoll bħala Yantar Shipyard

magħrufa wkoll bħala Yantar Shipyard JSC

Indirizz: 1 Guskova square, 236005, Kaliningrad, Russian Federation

Tel: +7 (4012) 61 30 83

Sit web: https://shipyard-yantar.ru/en

Email: office@shipyard-yantar.ru

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 3900000111

Numru tar-reġistrazzjoni tal-Istat: 1023901861213

Numru tal-OMI: 1736649

JSC Baltic Shipbuilding Plant ‘Yantar’ (magħrufa bħala Yantar Shipyard) hija parti mill-United Shipbuilding Corporation, konglomerat tal-istat Russu ta' bini tal-bastimenti, li huwa l-fornitur ewlieni tal-bastimenti tal-gwerra militari lill-Forza Navali Russa.

Bniet il-proġett 11711 ‘Pyotr Morgunov’ bastiment kbir ta' ħatt l-art, li ntuża mir-Russja matul l-aggressjoni militari mhux provokata kontra l-Ukrajna fl-2022.

Għaldaqstant, hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment jew finanzjarjament azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

83.

Joint Stock Company ‘State Transport Leasing Company’

magħrufa wkoll bħala JSC GTLK

magħrufa wkoll bħala State Transport Leasing Company

bir-Russu: Акционерное общество ‘Государственная Транспортная Лизинговая Компания’

Indirizz: 31a Leningradsky Avenue, bldg. #1, Moscow 125284, Russian Federation

Indirizz legali: 73 Respublika St., Suite 100, Salekhard, Yamalo-Nenets Autonomous Area, 62900B, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija tat-trasport

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 19.11.2001

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1027739407189

Entitajiet assoċjati: GTLK Europe, GTLK Asia, GTLK Middle East

Tel: (495) 221-00-12 8-800-200-12-99

Email: gtlk@gtlk.ru

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7720261827

Numru tal-OMI: 5213962

JSC GTLK hija intrapriża tal-istat Russu ssorveljata mill-Ministeru għat-Trasport Russu. GTLK topera fit-trasport bl-ajru, bil-baħar u bil-ferrovija, fit-trasport tal-passiġġieri, fil-qasam ta' vetturi u tagħmir speċjali għal kumpaniji domestiċi fl-industrija tat-trasport, u twettaq attivitajiet ta' investiment biex tiżviluppa l-infrastruttura tat-trasport tar-Russja. Hija l-akbar kumpanija tal-kiri tat-trasport fir-Russja. Fl-2025, il-portafoll ta' lokazzjoni ta' GTLK ġie vvalutat għal RUB 2,9 triljun, u għandha kumpaniji sussidjarji fil-Lvant Nofsani, fl-Asja u fl-Ewropa. GTLK stabbiliet għaliha nnifisha l-għan li toħloq flotta ta' droni, importati miċ-Ċina biex twettaq missjonijiet ta' sorveljanza mill-ajru. GTLK nediet programm nazzjonali għal-lokazzjoni ta' droni u pprovdiet l-ewwel droni fl-2024. Il-volum ippjanat ta' investimenti fil-produzzjoni ta' droni fl-2024-2026 huwa ta' RUB 34 biljun. F'April 2025, GTLK nediet suq għal droni bit-titlu ‘Naletay.RF’. GTLK hija entità legali, li tappoġġa finanzjarjament lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u tibbenefika minnu, li hija responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

8.4.2022

94.

Nizhnekamsk All-Steel Tyre Plant, LLC

(bir-Russu: ООО Нижнекамский завод грузовых шин)

Indirizz: 423580, Nizhnekamsk, industrial zone no. 96, office 1, Republic of Tatarstan, Russia

Tel: +7 (8555) 49-73-40

Email: nkastp@tatneft.ru

Post tar-reġistrazzjoni: 423580, Nizhnekamsk, industrial zone, Republic of Tatarstan, Russia

Data tar-reġistrazzjoni: 15.1.2007

Numru tar-Reġistrazzjoni: SRN/OGRN 1071651000035

KPP 165101001

TIN/INN 1651049488

Entitajiet assoċjati: Trading House KAMA

Management Company Tatneft-Neftekhim

Nizhnekamskshina

Nizhnekamsk All-Steel Tyre Plant tipproduċi tajers magħmulin għalkollox mill-azzar. Kienet kumpanija subordinata ta' Tatneft. Il-prodotti tagħha jiġu fornuti lill-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Ġunju 2022, Nizhnekamsk All-Steel Tyre Plant inbiegħet lil JSC Tatneftekhiminvest-holding. Il-bejgħ kien jinkludi wkoll MC Tatneft-Neftekhim, Trade House Kama, Nizhnekamskshina, fost oħrajn.

Hija timmanifattura t-tajers KAMA NU402, li jiġu mmuntati fuq il-vetturi ta' mobbiltà tal-infanterija Tigr li jġorru missili mobbli Kornet kontra t-tankijiet. Il-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa użaw vetturi ta' mobbiltà tal-infanterija Tigr u missili mobbli Kornet kontra t-tankijiet matul l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna. Kama Tyres, il-grupp ta' kumpaniji li tappartjeni għalih Nizhnekamsk All-Steel Tyre Plant, qed tipprovdi appoġġ finanzjarju u materjali, inkluż tagħmir tattiku, lis-suldati Russi mobilizzati fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, hija qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

3.6.2022

95.

PJSC Nizhnekamskshina

(bir-Russu: ПАО ‘Нижнекамскшина’)

Indirizz: 423570, Republic of Tatarstan, Nizhnekamsk, Industrial Zone, building 116, building 1, Russian Federation

Tel: +8 555 49-79-30

Faks: +8 555 24-15-70

Sit web: https://shina-kama.ru

Email: nksh@kamatyres.com

Entitajiet assoċjati:

Tatneft

Trading House KAMA

Management Company Tatneft-Neftekhim

Nizhnekamsk All-Steel Tyre Plant

Nizhnekamskshina hija l-manifattur ewlieni tat-tajers fir-Russja. Kienet kumpanija subordinata ta' Tatneft. Fl-1 ta' Ġunju 2022 Nizhnekamskshina nbiegħet lil JSC Tatneftekhiminvest-Holding. Tipproduċi tajers tal-marki KAMA u Viatti. Il-prodotti tagħha jinkludu tajers b'użu doppju u militari fornuti lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Timmanifattura tajers immuntati fuq il-vetturi armati K4386 Typhoon-VDV. Il-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa użaw vetturi armati K4386 Typhoon-VDV matul il-gwerra tar-Russja ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna kontra l-Ukrajna. Barra minn hekk Nizhnekamskshina tappoġġa materjalment u finanzjarjament lill-impjegati mobilizzati għall-gwerra fl-Ukrajna.

Għaldaqstant, Nizhnekamskshina hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, hija qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

3.6.2022

131.

Liberal Democratic Party of Russia

magħruf wkoll bħala LDPR

(bir-Russu: Либерально-демократическая партия России

a.k.a. ЛДПР)

Indirizz: 1st Basmanny Lane, building 3, entrance 1, Moscow 107045, Russian Federation

Tel: +7 (495) 530-62-62

Indirizz legali: Lukov Lane, Building 9, app 1, Moscow, Russian Federation

Sit web: https://ldpr.ru/

Email: office@ldpr.ru

OGRN: 1027739646550

INN: 7708192743

Liberal Democratic Party of Russia huwa partit politiku Russu. Dan appoġġa l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u appoġġa l-annessjoni illegali u mhux rikonoxxuta tar-reġjuni Ukreni ta' Donetsk, Luhansk, Zaporizhzhia u Kherson mir-Russja. Stabbilixxa wkoll diversi fergħat reġjonali fit-territorji okkupati tal-Ukrajna.

Għaldaqstant, hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

132.

Just Russia – Patriots – For Truth

(bir-Russu: ‘Справедливая Россия – Патриоты – За правду’)

Indirizz legali: Varshavskoe shosse, bldg. 47, appartment 4, Moscow, Russian Federation

Indirizz għall-korrispondenza: 14 Akademika Pilugina str., entr. 2, 117393, Moscow, Russian Federation

Tel: +7 495 787 85 15

Sit web: https://spravedlivo.ru/main

Email: info@spravedlivo.ru

OGRN: 1027746003438

INN: 7703367439

Just Russia – Patriots – For Truth huwa partit politiku Russu. Dan appoġġa l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u appoġġa l-annessjoni illegali u mhux rikonoxxuta tar-reġjuni Ukreni ta' Donetsk, Luhansk, Zaporizhzhia u Kherson mir-Russja. Stabbilixxa wkoll diversi fergħat reġjonali fit-territorji okkupati tal-Ukrajna.

Għaldaqstant, hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

137.

‘JSC MACHINE BUILDING COMPANY “VITYAZ”’

(bir-Russu: АО ‘МАШИНОСТРОИТЕЛЬНАЯ КОМПАНИЯ “ВИТЯЗЬ”’)

Indirizz: 2 Industrialnoe sh., Ishimbai city, Republic of Bashkortostan, Russian Federation (HQ)

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1050202782277

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 0261013879

Tel: +7 347 942-47-87

Email: vityaz@bolotohod.ru

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

‘JSC MACHINE BUILDING COMPANY “VITYAZ”’ (jew JSC VITYAZ) hija kumpanija Russa involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni, it-tħaddim u t-tiswija ta' vetturi militari armati. Hija produttur tal-privattiva ta' DT-30 ‘Vityaz’. JSC VITYAZ tipprovdi u timmanifattura vettura militari DT-30 ‘Vityaz’ b'żewġ links fuq iċ-ċineg għal kull xorta ta' terren għall-Forzi Armati Russi, li tintuża fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għalhekk JSC VITYAZ hija responsabbili għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

142.

JSC VOSTOCHNAIA VERF

bir-Russu: АО ‘ВОСТОЧНАЯ ВЕРФЬ’

magħrufa wkoll bħala VOSTOCHNAYA VERF JSC

Indirizz: st. Heroes of the Pacific 1, Vladivostok, Primorsky Krai, Russian Federation (HQ)

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Data tar-reġistrazzjoni: 6.8.1994

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1022501797064

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 2537009643

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tal-OMI: 5693799

Il-JSC VOSTOCHNAIA VERF hija kumpanija Russa tal-bini tal-bastimenti. Hija magħrufa wkoll bħala l-komanifattur ta' tipi speċifiċi ta' vapuri għall-qrid tal-mini, varjetà ta' biċċiet tal-baħar għall-ġarr ta' suldati minn fuq l-ilma għal fuq l-art (bħall-Proġett 11770). Sorsi pubbliċi jindikaw li xi biċċiet tal-baħar għall-ġarr ta' suldati mill-JSC VOSTOCHNAIA VERF kienu wżati matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-JSC VOSTOCHNAIA VERF tipprovdi biċċiet tal-baħar manufatturati għall-ġarr ta' suldati minn fuq l-ilma għal fuq l-art lill-Forzi Armati Russi li jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, il-JSC VOSTOCHNAIA VERF hija responsabbili għall-appoġġ materjali ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

164.

Russian Navy

bir-Russu: Военно-морской флот

magħrufa wkoll bħala Russian Govt Navy

Indirizz: Frunzenskaya Naberezhnaya 22, Moscow, 119160 Russia

Tel: +7 (968) 766-17-67

Sit web: https://structure.mil.ru/structure/forces/navy.htm

Email: ps-vmf@mil.ru

Numru tal-OMI: 4255683

Ir-Russian Navy hija l-forza marittima tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. L-unitajiet tar-Russian Navy ħadu sehem fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

206.

FSUE Atomflot

bir-Russu: Федеральное Государственное Унитарное Предприятие Атомного Флота

magħrufa wkoll bħala ФГУП Атомфлот

magħrufa wkoll bħala Atomflot

magħrufa wkoll bħala Rosatomflot

Post tar-reġistrazzjoni: Murmansk, Russian Federation (Murmansk region, city of Murmansk, ter. Murmansk-17, 1)

Data tar-reġistrazzjoni: 6.12.2002

Numru tar-Reġistrazzjoni: 5192110268 (Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa)

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tal-OMI: 1451236

Atomflot hija kumpanija Russa li żżomm il-flotta Russa ta' tkissir tas-silġ. Il-flotta tat-tkissir tas-silġ ġestita minn Atomflot hija mfassla speċifikament biex tissodisfa l-objettivi tat-trasport marittimu tar-Russja tul ir-Rotta tal-Baħar tat-Tramuntana – ir-rotta l-qasira tal-Artiku bejn l-Ewropa u l-Asja. Ir-Rotta tal-Baħar tat-Tramuntana rriżultat bħala opportunità strateġika ġdida biex jiġu żblukkati u monetizzati r-riżervi vasti taż-żejt u l-gass tar-Russja fl-Artiku, u b'hekk tipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-gvern tal-Federazzjoni Russa. Hekk kif l-esportazzjonijiet taż-żejt u tal-gass qed jiċċaqalqu mill-Ewropa għall-Asja bħala riżultat tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukranja u s-sanzjonijiet sussegwenti mill-Punent, il-flotta Russa ta' tkissir tas-silġ hija kruċjali għall-istrateġija tal-pajjiż dwar l-idrokarburi tal-Artiku. Sabiex jiġu skortati tankers taż-żejt u tal-gass fuq il-vjaġġ ħafna itwal u aktar diffiċli mill-peniżoli ta' Yamal u Gydan lejn l-Asja, minflok ir-rotta ħafna iqsar u inqas mimlija silġ lejn l-Ewropa, ir-Russja tiddependi fuq il-flotta ta' tkissir tas-silġ imħaddma bl-enerġija nukleari ta' Atomflot.

Għalhekk, Atomflot hija entità li tappoġġa, materjalment jew finanzjarjament, jew tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, Atomflot hija entità involuta f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

25.2.2023

209.

SUN Ship Management (D) Ltd.

magħrufa wkoll bħala SUN Ship Management

Post tar-reġistrazzjoni: Dubai, United Arab Emirates (Unit OT 17-32, Level 17, Central Park Offices, Dubai International Financial Centre, Dubai, PO Box 507065, United Arab Emirates)

Data tar-reġistrazzjoni: 2.8.2012

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 1244

Post prinċipali tan-negozju: United Arab Emirates, Russian Federation, European Union

Entitajiet assoċjati: PAO Sovcomflot (kumpanija omm)

Numru tar-Reġistrazzjoni: 11440513

Numru tal-OMI: 5897756

SUN Ship Management (D) Ltd., li qabel kienet magħrufa bħala SCF Management Services (Dubai) Ltd., hija kumpanija tal-ġestjoni tal-bastimenti bbażata f'Dubai, li tagħmel parti minn PAO Sovcomflot (SCF Group), l-akbar kumpanija tat-tbaħħir tar-Russja, li tispeċjalizza fit-trasport ta' gass likwifikat, żejt grezz u prodotti tal-petroleum, kif ukoll is-servizzjar fir-rigward tal-produzzjoni ta' enerġija offshore upstream. SUN Ship Management (D) Ltd timmaniġġa u topera flotta ta' kważi mitt bastiment taż-żejt, tal-gass naturali likwifikat u tal-kimika, b'kapaċità ta' aktar minn 150 000 tunnellaġġ ta' piż mejjet. Mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, SUN Ship Management (D) Ltd. kienet qed topera bħala waħda mill-kumpaniji ewlenin li jimmanniġġaw u joperaw it-trasport marittimu taż-żejt Russu. Huwa importanti l-fatt li, bħala parti mill-kumpanija tat-tbaħħir statali Russa PAO Sovcomflot, il-Federazzjoni Russa hija l-benefiċjarju aħħari tas-servizzi offruti minn SUN Ship Management (D) Ltd. Tali servizzi jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-gvern tal-Federazzjoni Russa, li jammonta għal aktar minn 70 % tad-dħul mill-enerġija tar-Russja, u b'hekk jippermettu lill-Kremlin jiffinanzja l-gwerra ta' aggressjoni tiegħu kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, SUN Ship Management (D) Ltd. hija entità li tappoġġa, materjalment u finanzjarjament, lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Barra minn hekk, SUN Ship Management (D) Ltd. hija entità involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

25.2.2023

250.

LLC MirTelecom

(ООО Миртелеком)

Indirizz: 295017, Crimea, Simferopol, Komsomolskaya st., house 6 apartment 40, room 11; Crimea, Simferopol, Lineynaya str., building 2, office 2

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Crimea

Data tar-reġistrazzjoni: 9.6.2022

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1229100007366

Post prinċipali tan-negozju: Ir-reġjuni okkupati mir-Russja ta' Zaporizhzhia u Kherson

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 9102282270

KRP: 910201001

Tel: +7 (978) 915-54-07

Email: mirtelecom@ro.ru, tdi@mir-telecom.ru, info@mir-telecom.ru

Sit web: https://mirtelecom.org/ru/kontakty/

LLC MirTelecom hija kumpanija tat-telekomunikazzjoni Russa li tipprovdi servizzi tat-telekomunikazzjoni fir-reġjuni okkupati mir-Russja ta' Zaporizhzhia u Kherson. LLC MirTelecom kisbet 10 liċenzji mill-awtoritajiet Russi biex tipprovdi diversi servizzi ta' telekomunikazzjoni fir-Russja u fir-reġjuni annessi illegalment ta' Zaporizhzhia u Kherson, il-Krimea u Sevastopol. Is-servizzi ta' LLC MirTelecom jipprovdu appoġġ għall-amministrazzjonijiet militari-ċivili Russi u l-attivitajiet illegali tagħhom. Għalhekk, LLC MirTelecom qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, qed tappoġġa u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

18.12.2023

251.

JSC SPECIAL DESIGN BUREAU OF TRANSPORTMECHANICAL ENGINEERING

magħrufa wkoll bħala JSC Spetsmash

(AO ‘СПЕЦИАЛЬНОЕ КОНСТРУКТОРСКОЕ БЮРО ТРАНСПОРТНОГО МАШИНОСТРОЕНИЯ’

magħrufa wkoll bħala AO ‘Спецмаш’)

Indirizz: Russian Federation, St. Petersburg, 47 Stachek Ave., building 2

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: St. Petersburg, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 10.12.1992

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1027802749061

Post prinċipali tan-negozju: St. Petersburg, Russian Federation

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7805019624

KPP: 910201001

Sit web: www.specmash-kb.com

Tel: +7 (812) 320-08-23

Email: specmash@specmash-kb.com

JSC Special Design Bureau of Transport Mechanical Engineering hija wieħed mill-kumplessi industrijali u ta' difiża tar-Russja li jiżviluppa u jimmanifattura vetturi militari u bi skop speċjali. JSC Special Design Bureau of Transport Mechanical Engineering twaqqfet fl-Impjant ta' Kirov u għandha l-faċilitajiet kollha meħtieġa għar-riċerka, l-iżvilupp u l-ittestjar ta' vetturi militari. JSC Special Design Bureau of Transport Mechanical Engineering indirettament hija proprjetà tal-Korporazzjoni Statali Rostec.

JSC Special Design Bureau of Transport Mechanical Engineering tiżviluppa u timmodernizza l-karru armat ewlieni T-80, l-artillerija awtopropulsiva 2S7 ‘Pion’ u l-verżjoni mtejba tagħha 2S7M ‘Malka’, u x-xażi għas-sistema ta' difiża tal-ajru S-300V. Dawk il-magni militari tqal jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-karrijiet armati ewlenin, l-artillerija awtopropulsiva u s-sistemi ta' difiża tal-ajru prodotti minn JSC Special Design Bureau of Transport Mechanical Engineering jipprovdu kapaċitajiet ta' ġlied u qawwa tan-nar lill-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa.

Għalhekk, JSC Special Design Bureau of Transport Mechanical Engineering qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

18.12.2023

256.

JSC DESIGN OFFICE FOR SHIPBUILDING VYMPEL

magħrufa wkoll bħala JSC DO Vympel

(АО КОНСТРУКТОРСКОЕ БЮРО ПО ПРОЕКТИРОВАНИЮ СУДОВ ‘ВЫМПЕЛ’

magħrufa wkoll bħala AO КБ ‘Вымпел’)

Indirizz: Russian Federation, Nizhny Novgorod region, Nizhny Novgorod, st. Nartova, d. 6 k. 6, room 25 cab. 96

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation, Nizhny Novgorod region, Nizhny Novgorod, st. Nartova, d. 6 k. 6, room 25 cab. 96

Data tar-reġistrazzjoni: 4.5.1993

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1025203018708

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation, Nizhny Novgorod region, Nizhny Novgorod

Sit web: https://www.vympel.ru/, https://www.list-org.com/company/14072

Tel: +7 (831) 433-41-49

Email: info@vympel.ru

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 5260001206

KRP: 504001001

JSC Design Office for Shipbuilding Vympel (JSC DO Vympel) hija waħda mill-kumplessi industrijali u ta' difiża tar-Russja li jibni firxa wiesgħa ta' vapuri ta' diversi klassijiet u skopijiet, inkluż trasportaturi navali, tankers u bastimenti ta' appoġġ għall-Forza Navali Russa. JSC DO Vympel hija parti mill-kumpanija tal-Istat tal-bini tal-vapuri JSC United Shipbuilding Corporation.

JSC DO Vympel tiżviluppa u tibni varjetà estensiva ta' vapuri u bastimenti strateġikament importanti għall-industriji Russi. Barra minn hekk, JSC DO Vympel tibni bastimenti ta' appoġġ għall-Forza Navali Russa, li qed tieħu sehem attiv fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Is-sħab ewlenin ta' JSC DO Vympel huma kumpaniji Russi tal-bini tal-vapuri li jappartjenu għall-konglomerat tal-bini tal-bastimenti tal-Istat JSC United Shipbuilding Corporation.

Għalhekk, JSC DO Vympel qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

18.12.2023

261.

LLC ‘OBORONLOGISTIKA’

bir-Russu: ООО ‘ОБОРОНЛОГИСТИКА’

magħrufa wkoll bħala OBORONLOGISTICS LLC

magħrufa wkoll bħala OBL-Shipping LLC

Indirizz: 28 Goncharnaya St., Moscow, 115172, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 18.8.2011

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1117746641572

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Tel: +7 (499) 608-89-93

Faks: +7 (499) 608-90-03

Sit web: https://obl.ru/

Email: info@obl.ru

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7718857267

KRP: 770501001

Numru tal-OMI: 5906931

LLC Oboronlogistika hija kumpanija tat-tbaħħir stabbilita taħt il-Ministeru għad-Difiża Russu.

Billi tipparteċipa fil-provvista ta' tagħmir militari lill-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, LLC Oboronlogistika qed tappoġġa b'mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

18.12.2023

263.

RFNC – All-Russia Research Institute of Technical Physics named after Academician E.I. Zababakhin

magħrufa wkoll bħala Federal State Unitary Enterprise ‘RFNC-All-Russian Research Institute of Technical Physics named after Academician E.I. Zababakhin’

magħrufa wkoll bħala FSUE ‘RFNC-VNIITF named after Akadem. E.I. Zababakhina’

magħrufa wkoll bħala RFNC-VNIITF / VNIITF (РФЯЦ – Всероссийский научно-исследовательский институт технической физики им. Забабахина

magħrufa wkoll bħala Федеральное Государственное Унитарное Предприятие ‘РФЯЦ – Всероссийский Научно-Исследовательский Институт Технической Физики имени Академика Е.И. Забабахина’

magħrufa wkoll bħala ФГУП ‘РФЯЦ – ВНИИТФ им. Академ. Е.И. Забабахина’

magħrufa wkoll bħala РФЯЦ – ВНИИТФ/ВНИИТФ)

Indirizz: Russian Federation, 456770, Chelyabinsk region, city of Snezhinsk, st. Vasilyeva, 13

Tip ta' entità: Intrapriża Unitarja tal-Istat Federali

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 17.12.1992

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1027401350932

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Informazzjoni addizzjonali: INN/KPP 7423000572 / 745901001

Sit web: https://vniitf.ru/

Email: vniitf@vniitf.ru

Tel: 8 (351-46) 5-51-20, 5-43-67

Faks: 8 (351-46) 5-22-33, 5-55-66

RFNC – All-Russia Research Institute of Technical Physics named after Academician E.I. Zababakhin (FSUE RFNC-VNIITF) twettaq riċerka fil-qasam tal-armi u t-tagħmir militari. L-attivitajiet ewlenin tagħha jinkludu l-iżvilupp ta' materjali splussivi għal skopijiet militari u industrijali u l-iżvilupp ta' testati mhux nukleari u munizzjon għal armi mhux nukleari u tagħmir militari. Il-Micro Data Center tal-FSUE RFNC-VNIITF isolvi problemi komputazzjonali fil-militar u jfassal prodotti ta' difiża ta' teknoloġija avvanzata.

Għalhekk, FSUE RFNC-VNIITF qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

18.12.2023

296.

LLC Mayak (ООО ‘МАЯК’)

Indirizz: Perova Polya proezd 9, building 1, Moscow, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Perova Polya proezd 9, building 1, Moscow, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 3.11.2015

Numru ta' reġistrazzjoni (OGRN): 5157746008195

NIT: 7722344853

Tel: +7 (495) 212-15-37

Post prinċipali tan-negozju: Moscow, Russian Federation

LLC Mayak hija bejjiegħ bl-ingrossa bbażat fir-Russja. Il-kumpanija hija involuta fl-‘importazzjoni parallela’ lejn ir-Russja ta' oġġetti soġġetti għall-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Dawn l-oġġetti jiġu importati mingħajr il-kunsens tal-manifattur. Għalhekk, LLC Mayak qed tfixkel b'mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 833/2014.

18.12.2023

297.

AST JSC

magħrufa wkoll bħala Aktsionernoe Obshchestvo AST

magħrufa wkoll bħala AO AST

magħrufa wkoll bħala АО АСТ

magħrufa wkoll bħala Advanced Systems Technologies

(Акционерное Общество АСТ)

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

Indirizz Postali: 115230, Moscow, Kashirskoye Shosse, 3K2STR4, floor 5, room 55.

Indirizz: 123242, Russia, Moscow, Kapranov Lane, 3s2, Premier Plaza Business Center

Indirizz: 119435, Moscow, Savvinskaya Embankment, 15, Business Center ‘Japanese House’

Data tar-reġistrazzjoni: 9.7.2002

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7724244406

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1027724000094

Tel: 8 495 679-86-86

Email: hello@acti.ru

Sit web: www.acti.ru

AST JSC hija entità li topera fis-settur Russu tal-IT, inkluż fil-qasam tas-sigurtà tal-IT u l-iżvilupp sperimentali tal-kompjuters. AST JSC għandha liċenzja amministrata mill-Ministeru Russu għall-Industrija u l-Kummerċ, kif ukoll liċenzja amministrata mis-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (Federal Security Service, FSB).

Il-liċenzja amministrata mill-Ministeru Russu għall-Industrija u l-Kummerċ tkopri l-iżvilupp, il-produzzjoni, l-ittestjar, l-installazzjoni, il-manutenzjoni, ir-rimi u l-bejgħ ta' armi u tagħmir militari. Il-liċenzja tal-FSB tinħareġ lil kumpaniji tal-IT li jiżviluppaw teknoloġija ta' kriptaġġ u kriptografija, sistemi ta' informazzjoni u sistemi ta' telekomunikazzjoni għas-servizzi tal-intelligence Russi, kif ukoll kumpaniji tal-IT li jiżviluppaw sistemi ta' ġestjoni ta' bażijiet ta' data personali għas-servizzi tas-sigurtà Russi (jiġifieri għodod imfassla speċifikament biex jaħżnu, jirkupraw u jimmaniġġaw ammonti kbar ta' data miksuba permezz ta', pereżempju, scraping tal-media soċjali jew prattiki oħra ta' ġbir ta' intelligence).

Għalhekk, AST JSC tikkonstitwixxi entità li topera fis-settur Russu tal-IT b'liċenzja amministrata miċ-Ċentru tal-FSB għall-Għoti ta' Liċenzji, iċ-Ċertifikazzjoni, u l-Ħarsien tas-Sigrieti tal-Istat u liċenzja ta' ‘armi u tagħmir militari’ amministrata mill-Ministeru Russu għall-Industrija u l-Kummerċ.

18.12.2023

299.

JSC Beto

magħrufa wkoll bħala Bashkir Electronic Telecommunication Association

(АО ‘Бэто’

magħrufa wkoll bħala АКЦИОНЕРНОЕ ОБЩЕСТВО ‘БЭТО’

magħrufa wkoll bħala Башкирское электронно-телекоммуникационное объединение)

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation (450022, Republic of Bashkortostan, Ufa city, Mendeleev Street, 134)

Data tar-reġistrazzjoni: 12.8.2002

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 0274068924

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1020202551423

Tel: +7 (347) 252-15-32, +7 (347) 252-21-63, +7 (987) 257-16-06

Email: beto@ufacom.ru

JSC Beto hija intrapriża militari-industrijali Russa li tiżviluppa sistemi ta' telekomunikazzjoni, inkluż riċevituri tar-radju, li huma użati mill-Forzi Armati Russi. JSC Beto għandha diversi kuntratti mal-Ministeru għad-Difiża Russu u mad-Dipartiment tal-Provvista Materjali u Teknika fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, JSC Beto qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

18.12.2023

302.

Lebedev Institute of Precision Mechanics and Computer Engineering

magħruf ukoll bħala IPMCE

magħruf ukoll bħala ITMIVT JSC

magħruf ukoll bħala Joint Stock Company ‘Institute of Precision Mechanics and Computing Equipment Named After S.A. Lebedev of the Russian Academy of Sciences’

magħruf ukoll bħala Institute of Precision Mechanics and Computing Equipment Named After S.A. Lebedev of the Russian Academy of Sciences

magħruf ukoll bħala Aktsionernoye Obshchestvo ‘Institut Tochnoy Mekhaniki I Vychislitel'noy Tekhniki Imeni S.A. Lebedeva Rossiyskoy Akademii Nauk’

magħruf ukoll bħala Aktsionernoye Obshchestvo ITMIVT

(Акционерное Общество ‘Институт Точной Механики И Вычислительной Техники Имени С.А. Лебедева Российской Академии Наук’

magħruf ukoll bħala AO ‘ИТМИВТ’)

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 3.8.2009

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7736605544

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1097746419979

Sit web: www.ipmce.ru

Il-Lebedev Institute of Precision Mechanics and Computer Engineering huwa entità li topera fis-settur Russu tal-IT, inkluż fil-qasam tal-iżvilupp tal-kompjuter u tas-semikondutturi. Il-Lebedev Institute of Precision Mechanics and Computer Engineering huwa proprjetà tal-Federazzjoni Russa. Id-drittijiet tal-azzjonisti huma eżerċitati mill-Federal Property Management Agency. Il-Lebedev Institute of Precision Mechanics and Computer Engineering għandu liċenzja amministrata mill-Ministeru Russu għall-Industrija u l-Kummerċ, kif ukoll liċenzja amministrata mis-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB). Il-liċenzja amministrata mill-Ministeru Russu għall-Industrija u l-Kummerċ tkopri l-iżvilupp, il-produzzjoni, l-ittestjar, l-installazzjoni, il-manutenzjoni, ir-rimi u l-bejgħ ta' armi u tagħmir militari. Il-liċenzja tal-FSB tinħareġ lil kumpaniji tal-IT li jiżviluppaw teknoloġija ta' kriptaġġ u kriptografija, sistemi ta' informazzjoni, u sistemi ta' telekomunikazzjoni għas-servizzi tal-intelligence Russi, kif ukoll kumpaniji tal-IT li jiżviluppaw sistemi ta' ġestjoni ta' bażijiet ta' data personali għas-servizzi tas-sigurtà Russi (jiġifieri għodod imfassla speċifikament biex jaħżnu, jirkupraw u jimmaniġġaw ammonti kbar ta' data miksuba permezz ta', pereżempju, scraping tal-media soċjali jew prattiki oħra ta' ġbir ta' intelligence).

Għalhekk, il-Lebedev Institute of Precision Mechanics and Computer Engineering jikkonstitwixxi entità li topera fis-settur Russu tal-IT b'liċenzja amministrata miċ-Ċentru tas-FSB għall-Għoti ta' Liċenzji, iċ-Ċertifikazzjoni, u l-Ħarsien tas-Sigrieti tal-Istat u liċenzja ta' ‘armi u tagħmir militari’ amministrata mill-Ministeru Russu għall-Industrija u l-Kummerċ.

18.12.2023

304.

LLC Bizon

magħrufa wkoll bħala BI.ZONE

magħrufa wkoll bħala LLC Bison

magħrufa wkoll bħala LLC Safe Information Zone

magħrufa wkoll bħala LLC Secure Information Zone

(ООО ‘Безопасная Информационная Зона’

magħrufa wkoll bħala ООО ‘Бизон’)

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

Indirizz: 105066, Moscow, Olkhovskaya Street, Building 4, Block 2, Office 515

Data tar-reġistrazzjoni: 30.3.2016

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 9701036178

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1167746317210

LLC Bizon hija entità li topera fis-settur Russu tal-IT, inkluż fil-qasam tal-ġestjoni tal-bażi tad-data u tal-informazzjoni u l-kostruzzjoni ta' linji ta' komunikazzjoni fuq distanzi twal. LLC Bizon għandha liċenzja amministrata mis-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB).

Il-liċenzja tal-FSB li għandha LLC Bizon tinħareġ lil kumpaniji tal-IT li jiżviluppaw teknoloġija ta' kriptaġġ u kriptografija, sistemi ta' informazzjoni, u sistemi ta' telekomunikazzjoni għas-servizzi tal-intelligence Russi, kif ukoll kumpaniji tal-IT li jiżviluppaw sistemi ta' ġestjoni ta' bażijiet ta' data personali għas-servizzi tas-sigurtà Russi (jiġifieri għodod imfassla speċifikament biex jaħżnu, jirkupraw u jimmaniġġaw ammonti kbar ta' data miksuba permezz ta', pereżempju, scraping tal-media soċjali jew prattiki oħra ta' ġbir ta' intelligence).

Għalhekk, LLC Bizon tikkostitwixxi entità li topera fis-settur Russu tal-IT b'liċenzja amministrata miċ-Ċentru tal-FSB għall-Għoti ta' Liċenzji, iċ-Ċertifikazzjoni, u l-Ħarsien tas-Sigrieti tal-Istat.

18.12.2023

305.

LLC Bolshaya Troika

magħrufa wkoll bħala LLC Big Three

magħrufa wkoll bħala LLC Bolshaia Troika

magħrufa wkoll bħala OOO ‘Bol'shaya Troyka’

magħrufa wkoll bħala Obshchestvo S Ogranichennoy Otvetstvennost'yu ‘Bol'shaya Troyka’

(ООО ‘Большая Тройка’)

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

Indirizz: 121205, Moscow, Bolshaya Boulevard (Skolkovo Innovation Center, Building 42, Floor 1, Room 4/1575/7)

Data tar-reġistrazzjoni: 20.7.2010

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7716668049

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1107746574308

LLC Bolshaya Troika hija entità li topera fis-settur tal-IT Russu, inkluż fil-qasam tal-ipprogrammar bil-kompjuter u l-manifattura ta' elementi ta' tagħmir elettroniku. LLC Bolshaya Troika għandha liċenzja amministrata mis-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB).

Il-liċenzja tal-FSB li għandha LLC Bolshaya Troika tinħareġ lil kumpaniji kumpaniji tal-IT li jiżviluppaw teknoloġija ta' kriptaġġ u kriptografija, sistemi ta' informazzjoni u sistemi ta' telekomunikazzjoni għas-servizzi tal-intelligence Russi, kif ukoll kumpaniji tal-IT li jiżviluppaw sistemi ta' ġestjoni ta' bażijiet ta' data personali għas-servizzi tas-sigurtà Russi (jiġifieri għodod imfassla speċifikament biex jaħżnu, jirkupraw u jimmaniġġaw ammonti kbar ta' data miksuba permezz ta', pereżempju, scraping tal-media soċjali jew prattiki oħra ta' ġbir ta' intelligence).

Għalhekk, LLC Bolshaya Troika tikkostitwixxi entità li topera fis-settur tal-IT Russu b'liċenzja amministrata miċ-Ċentru tal- FSB għall-Għoti ta' Liċenzji, iċ-Ċertifikazzjoni, u l-Ħarsien tas-Sigrieti tal-Istat.

18.12.2023

307.

N-Systems LTD

magħrufa wkoll bħala N-Sistems LTD

magħrufa wkoll bħala Obshchestvo S Ogranichennoy Otvetstvennost'yu ‘N-Sistems’

magħrufa wkoll bħala OOO ‘N-Sistems’

(Общество C Ограниченной Ответственностью ‘Н-Системс’

magħrufa wkoll bħala OOO ‘Н-Системс’)

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

Indirizz: Moscow, Murmansk Prospekt, 14, building 1, ROOM A, ROOM 56, FLOOR 1, 129075

Data tar-reġistrazzjoni: 24.2.2012

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7717719144

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1127746123966

N-Systems LTD hija entità li topera fis-settur Russu tal-IT, inkluż fil-qasam tal-ipprogrammar bil-kompjuter. N-Systems LTD għandha liċenzja amministrata mis-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB).

Il-liċenzja tal-FSB li għandha N-Systems LTD tinħareġ lil kumpaniji tal-IT li jiżviluppaw teknoloġija ta' kriptaġġ u kriptografija, sistemi ta' informazzjoni, u sistemi ta' telekomunikazzjoni għas-servizzi tal-intelligence Russi, kif ukoll kumpaniji tal-IT li jiżviluppaw sistemi ta' ġestjoni ta' bażijiet ta' data personali għas-servizzi tas-sigurtà Russi (jiġifieri għodod imfassla speċifikament biex jaħżnu, jirkupraw u jimmaniġġaw ammonti kbar ta' data miksuba permezz ta', pereżempju, scraping tal-media soċjali jew prattiki oħra ta' ġbir ta' intelligence).

Għalhekk, N-Systems LTD tikkostitwixxi entità li topera fis-settur Russu tal-IT b'liċenzja amministrata miċ-Ċentru tal-FSB għall-Għoti ta' Liċenzji, iċ-Ċertifikazzjoni, u l-Ħarsien tas-Sigrieti tal-Istat.

18.12.2023

308.

SC ICC Milandr

magħrufa wkoll bħala Milandr

magħrufa wkoll bħala AO PKK Milandr

magħrufa wkoll bħala JSC ICC Milandr

magħrufa wkoll bħala JSC PKK Milandr

magħrufa wkoll bħala PKK Milandr AO

magħrufa wkoll bħala MPK Milandr OOO

(Акционерное Общество ‘ПКК Миландр’)

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

Indirizz: 124498, Moscow, Zelenograd, Georgievsky Prospekt, Building 5

Faks: +7 (495) 981-54-36, +7 (495) 181-60-48

Data tar-reġistrazzjoni: 19.8.2002

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7735040690

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1027739083921

Email: info@milandr.ru

JSC ICC Milandr hija entità li topera fis-settur tal-IT Russu, inkluż fil-qasam tal-manifattura tat-tagħmir elettroniku. JSC ICC Milandr għandha liċenzja amministrata mis-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB).

Il-liċenzja tal-FSB li għandha JSC ICC Milandr tinħareġ lil kumpaniji tal-IT li jiżviluppaw teknoloġija ta' kriptaġġ u kriptografija, sistemi ta' informazzjoni, u sistemi ta' telekomunikazzjoni għas-servizzi tal-intelligence Russi, kif ukoll kumpaniji tal-IT li jiżviluppaw sistemi ta' ġestjoni ta' bażijiet ta' data personali għas-servizzi tas-sigurtà Russi (jiġifieri għodod imfassla speċifikament biex jaħżnu, jirkupraw u jimmaniġġaw ammonti kbar ta' data miksuba permezz ta', pereżempju, scraping tal-media soċjali jew prattiki oħra ta' ġbir ta' intelligence).

Għalhekk, JSC ICC Milandr tikkostitwixxi entità li topera fis-settur Russu tal-IT b'liċenzja amministrata miċ-Ċentru tal-FSB għall-Għoti ta' Liċenzji, iċ-Ċertifikazzjoni, u l-Ħarsien tas-Sigrieti tal-Istat.

18.12.2023

309.

PMC Andreevsky Krest

magħrufa wkoll bħala

PMC St. Andrew's Cross

(ЧВК Андреевский Кресть)

Post tal-attivitajiet: Ukraine, Russian Federation

Indirizz: 191167, St. Petersburg, Khersonskaya Street, 43/12, building 1, room 129N

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

PMC Andreevsky Krest (magħrufa wkoll bħala San Andrew's Cross) hija kumpanija militari privata Russa li tipparteċipa f'operazzjonijiet Russi ta' ġlied fl-Ukrajna. PMC Andreevsky Krest inħolqot mill-Knisja Ortodossa Russa fl-2017. Minn dak iż-żmien 'l hawn, hija offriet taħriġ tattiku lill-kumbattenti Russi li qed jipparteċipaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Wara li l-kumbattenti jtemmu t-taħriġ tattiku offrut minn PMC Andreevsky Krest, huma jiffirmaw kuntratti mal-Ministeru għad-Difiża Russu jew il-Grupp Wagner. Barra minn hekk, PMC Andreevsky Krest ħolqot battaljuni volontarji tagħha stess li jikkontribwixxu b'mod attiv għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, PMC Andreevsky Krest qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

18.12.2023

317.

Voluntiera ta' Rebħa

magħrufa wkoll bħala Victory Volunteers

magħrufa wkoll bħala All-Russian Public Movement ‘Voluntery Pobedy’

magħrufa wkoll bħala Voluntery Pobedy

magħrufa wkoll bħala Voluntory Pobedy

magħrufa wkoll bħala Vserossiyskoye Obshchestvennoye Dvizheniye ‘Volontory Pobedy’

magħrufa wkoll bħala Vserossiyskoye Obshchestvennoye Dvizheniye ‘Volontery Pobedy’

(Всероссийское Общественное Движение ‘Волонтёры Победы’

magħrufa wkoll bħala ВОД ‘Волонтёры Победы’)

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 28.10.2015

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7706428753

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1157700017078

Tel: +7 (499) 649-47-77

Email: info@vsezapobedu.com

L-All-Russian Public Movement ‘Volunteers of Victory’ hija organizzazzjoni ffinanzjata mill-gvern Russu li għandha l-għan li ‘tippopolarizza l-kisbiet moderni tar-Russja’. L-organizzazzjoni torganizza parati favur ir-Russja għall-jum tar-rebħa fit-territorji okkupati tal-Ukrajna u tar-Russja, kif ukoll manifestazzjonijiet b'appoġġ għas-suldati Russi li jikkontribwixxu għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Barra minn hekk, il-‘Volunteers of Victory’ movement kien involut direttament fl-isforzi ta' edukazzjoni mill-ġdid tar-Russja billi rrekluta tfal fit-territorji okkupati tal-Ukrajna biex jingħaqdu mal-moviment pro-Russu tagħhom. L-organizzazzjoni hija taħt il-kontroll ta' Rosmolodezh, l-aġenzija federali għaż-żgħażagħ tal-Federazzjoni Russa, u d-diviżjoni tal-edukazzjoni patrijottika tagħha, Rospatriotcenter. Il-moviment ‘Volunteers of Victory’ jirċievi finanzjament permezz ta' għotjiet presidenzjali Russi.

Għalhekk, il-moviment ‘Volunteers of Victory’ hija entità li qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

18.12.2023

322.

JSC Lantan (АО ‘Лантан’)

Indirizz: 105082, Moscow, Bolshaya Pochtovaya st., 22 building 5, Russian Federation

Tel: Tel:(499) 261-22-57

Email: office@lantan-npf.ru

Tip ta' entità: Intrapriża militari-industrijali

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 27.12.2002

Numru tar-Reġistrazzjoni: 7701005930 (Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa)

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

JSC Lantan hija intrapriża militari-industrijali Russa li tiżviluppa sistemi tar-radar użati mill-forzi armati Russi, inkluż sistemi ta' difiża tal-ajru bħall-istazzjon ta' intelligence elettronika Valeria-E. Barra minn hekk, JSC Lantan hija parti min-negozju Almaz-Antey, manifattur Russu tal-armi tal-istat li jiżviluppa sistemi ta' difiża u missili kruċieri kontra l-inġenji tal-ajru għall-militar Russu. Għalhekk, JSC Lantan qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Għalhekk, JSC Lantan hija assoċjata ma' Almaz-Antey, li qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jipperikolaw u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

18.12.2023

341.

OJSC ‘Krasnoe Znamya’ Plant

Open Joint Stock Company

‘Krasnoe Znamya’

(bir-Russu: Завод ‘Красное Знамя’, ПАО)

Indirizz: Russian Federation, 390043, Ryazanskaya area, city Ryazan, pr-d Shabulina, d. 2a

Tip ta' entità: Open Joint Stock Company

Post tar-reġistrazzjoni: Ryazan, il-Federazzjoni Russa

Data tar-reġistrazzjoni: 30.9.2002

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1027700341855

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 1026201077572

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Email: post@kz.ryazan.ru

Tel: +7(4912)93-85-17

Sit web: https://www.kznamya.ru/

OJSC Krasnoe Znamya tipprovdi servizzi għall-assemblaġġ u l-installazzjoni ta' bordijiet ta' ċirkwiti stampati. OJSC Krasnoe Znamya hija waħda mill-akbar intrapriżi tal-kumpless militari-industrijali tar-Russja fil-qasam tal-iżvilupp u l-produzzjoni serjali ta' prodotti ta' teknoloġija avvanzata ta' profil tal-inġinerija tar-radju u tagħmir elettroniku ta' preċiżjoni għolja.

Il-kumpanija ilha parti minn Almaz-Antey Air and Space Defense Corporation mill-2003. Sa mill-2007, il-kumpanija kienet ċentru korporattiv ta' Almaz-Antey Air Defense Concern biex tipproduċi bordijiet ta' ċirkwiti stampati fuq naħa waħda, b'żewġ naħat u b'diversi saffi ta' klassijiet ta' kumplessità 4-5. Il-kumpanija għandha rekord li implimentat ordnijiet għall-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa.

Għalhekk, OJSC Krasnoe Znamya qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

346.

Joint Stock Company National Helicopter Center Mil and Kamov

magħrufa wkoll bħala JSC Mil Moscow Helicopter Plant

magħrufa wkoll bħala JSC National Helicopter Center Mil & Kamov

(АО ‘НЦВ Миль и Камов’

Акционерное Oбщество Национальный центр вертолетостроения им. М.Л. Миля и Н.И. Камова)

Indirizz: 140070, Russian Federation, Moscow Region, Lyubertsy District, Tomilino Village, Garshina St., 26/1

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation, Moscow

Data tar-reġistrazzjoni: 8.2.1993

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1027739032969

TIN: 7718016666

KPP: 502701001

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Sit web: http://www.russianhelicopters.aero/

www.mi-helicopter.ru/

Tel: +7 (495) 669 23 90

Faks: +375-17-389-11-24

Email: info@nhcmk.ru

JSC National Helicopter Manufacturing Center Named After M.L. Mil and N.I. Kamov tinkludi żewġ uffiċċji ta' riċerka u disinn (OCB of Mil and OCB of Kamov), produzzjoni sperimentali, kif ukoll kumpless sperimentali u ta' riċerka, u ċentru tat-testijiet tat-titjiriet. L-intrapriża twettaq riċerka xjentifika, tfassal, tibni u tittestja prototipi ta' ħelikopters, tintroduċihom fil-produzzjoni serjali, u timmodernizza u tappoġġa l-produzzjoni u t-tħaddim ta' ħelikopters militari ‘Mi’ u ‘Ka’, użati mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

JSC National Helicopter Center Mil and Kamov qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

349.

Closed Joint Stock Company Klimovsk Specialised Cartridge Plant, CJSC KSCP

magħrufa wkoll bħala

CJSC KSPZ

(Закрытое Акционерное Общество Климовский Специализированный Патронный Завод

magħrufa wkoll bħala

ЗАО КСПЗ)

Indirizz: 249100, Kaluga region, Tarusa district, Tarusa, 18, R. Luxemburg str.; 142181, Moscow region, Podolsk, Klimovsk district, Zavodskaya street, 2.

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti Magħluqa

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 29.8.2001

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1025002689205

TIN: 5021011845

KPP: 507401001

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation, Tarusa

CJSC Klimovsk Specialised Cartridge Plant hija intrapriża Russa li tipproduċi skrataċ għall-użu f'diversi tipi ta' armi użati mill-Forzi Armati Russi. L-impjant huwa fornitur ewlieni ta' munizzjon għall-aġenziji tal-infurzar tal-liġi Russi, inkluż l-Unità Militari Nru 55056 (Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa) u s-Servizz Penitenzjarju Federali. CJSC KSCP toffri firxa wiesgħa ta' skrataċ ta' diversi tipi ta' kalibru użati mill-Forzi Armati u mis-servizzi tas-sigurtà Russi. L-impjant jopera f'settur strateġikament importanti tal-industrija militari u l-attivitajiet tiegħu jsaħħu direttament il-kapaċitajiet militari ta' ġlied tar-Russja.

Għalhekk, CJSC Klimovsk Specialised Cartridge Plant qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

363.

JSC MAK Vympel

magħrufa wkoll bħala Interstate Joint Stock Corporation ‘Vympel’

magħrufa wkoll bħala Public Joint Stock Company VIMPEL Interstate Corporation

magħrufa wkoll bħala Vympel Central Science and Production Association

(Открытое Акционерное Общество Межгосударственная Акционерная Корпорация Вымпел)

Indirizz: Russian Federation, 125480, Moscow, st. Geroev Panfilovtsev, 10/1

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti Pubblika

Data tar-reġistrazzjoni: 22.10.2002

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1027700341855

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7714041693

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Sit web: http://macvympel.ru/

Email: info@macvympel.ru

JSC MAK Vympel (magħrufa wkoll bħala Public Joint Stock Company Vympel Interstate Corporation) hija intrapriża statali militari-industrijali Russa li tiżviluppa sistemi ta' missili antiballistiċi u sistemi ta' kontroll spazjali użati mill-Forzi Armati Russi. Barra minn hekk, JSC MAK Vympel tagħmel parti mill-grupp Almaz-Antey, manifattur tal-armi Russu proprjetà tal-istat li jiżviluppa sistemi ta' difiża kontra l-inġenji tal-ajru u ta' missili kruċieri għall-militar Russu.

Għalhekk, JSC MAK Vympel qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, JSC MAK Vympel hija assoċjata mal-grupp Almaz-Antey, li qed jappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

368.

JSC VMP AVITEK

magħrufa wkoll bħala Vyatka Machine-Building Enterprise AVITEK

magħrufa wkoll bħala Avitek

(ОАО ‘ВМП “АВИТЕК”’

magħrufa wkoll bħala Акционерное общество ‘Вятское машиностроительное предприятие “Авитек”’)

Indirizz: Russian Federation, 610047, Kirov region, Kirov, Oktyabrsky pr-kt, 1a

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Data tar-reġistrazzjoni: 03.10.2002

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1024301320977

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 4345047310

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Tel: +7 800 222-43-43

Email: info@vmpavitec.ru

JSC VMP Avitek (magħrufa wkoll bħala Vyatka Machine-Building Enterprise Avitek) hija intrapriża statali militari-industrijali Russa li tiżviluppa u tipproduċi missili ggwidati mill-wiċċ għall-ajru kontra l-inġenji tal-ajru użati mill-Forzi Armati Russi. Barra minn hekk, JSC VMP Avitek tiżviluppa u tipproduċi sedili ta' espulsjoni għal inġenji tal-ajru tal-ġlied użati mill-Forzi Armati Russi. B'mod partikolari, JSC VMP Avitek tagħmel parti mill-grupp Almaz-Antey, manifattur tal-armi Russu proprjetà tal-istat li jiżviluppa sistemi ta' difiża kontra l-inġenji tal-ajru u ta' missili kruċieri għall-militar Russu.

Għalhekk, JSC VMP Avitek qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, JSC VMP Avitek hija assoċjata mal-grupp Almaz-Antey, li qed jappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

370.

M Leasing LLC

bir-Russu: ООО М ЛИЗИНГ

magħrufa wkoll bħala Общество C Oграниченной Oтветственностью ‘М Лизинг’

magħrufa wkoll bħala OOO ‘M Lizing’

Indirizz: Russian Federation, 105005, Moscow, Baumanskaya Ul., D.7, Str. 1, Of. 301

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Data tar-reġistrazzjoni: 18.3.2021

Numru tar-reġistrazzjoni: 1217700121737

Numru tat-taxxa individwali: 9701173086

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tal-OMI: 6246853

M Leasing LLC hija kumpanija tat-tbaħħir Russa li tipprovdi appoġġ loġistiku lill-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. B'mod partikolari, M Leasing LLC hija involuta f'network ta' trasport militari ta' bastimenti tal-merkanzija Russi li jwasslu armamenti Nord Koreani minn Pyongyang lejn faċilitajiet militari fil-port Russu ta' Dunai. Sussegwentement, il-munizzjon Nord Korean ittrasportat minn M Leasing LLC jiġi ttrasferit lejn maħżen tal-munizzjon fil-belt ta' Tikhoretsk fuq il-fruntiera tal-Punent tar-Russja biex jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, M Leasing LLC qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

371.

Marine Trans Shipping LLC

bir-Russu: ООО Марин Транс Шиппинг

magħrufa wkoll bħala Общество С Ограниченной Ответственностью ‘Марин Транс Шиппинг’

Indirizz: Russian Federation, Astrakhan region, Astrakhan, st. Embankment of the Tsarev River, 1, office 2

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Data tar-reġistrazzjoni: 11.9.2020

Numru tar-reġistrazzjoni: 1203000004151

Numru tat-taxxa individwali: 3025037914

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tal-OMI: 6183435

Marine Trans Shipping LLC hija kumpanija tat-tbaħħir Russa li tipprovdi appoġġ loġistiku lill-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. B'mod partikolari, Marine Trans Shipping LLC hija involuta f'network ta' trasport militari ta' bastimenti tal-merkanzija Russi li jwasslu armamenti Nord Koreani minn Pyongyang lejn faċilitajiet militari fil-port Russu ta' Dunai. Sussegwentement, il-munizzjon Nord Korean ittrasportati minn Marine Trans Shipping LLC jiġi ttrasferit lejn imħażen fuq il-fruntiera tal-Punent tar-Russja biex jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Marine Trans Shipping LLC qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

373.

MG-Flot LLC

bir-Russu: ООО МГ-ФЛОТ

magħrufa wkoll bħala TransMorFlot

magħrufa wkoll bħala TransMorFlot shipping company

magħrufa wkoll bħala Transseaport

magħrufa wkoll bħala ООО Трансморфлот

Indirizz: Russian Federation, 368730, Republic of Dagestan, Akhtynsky district, Akhty village, st. Lenina, 18 ‘d’, premises. 1

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Data tar-reġistrazzjoni: 17.2.2005

Numru tar-reġistrazzjoni: 1067761638240

Numru tat-taxxa individwali: 1053001124483

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tal-OMI: 6016988

MG-Flot LLC (qabel magħrufa bħala TransMorFlot LLC) hija kumpanija tat-tbaħħir Russa li tipprovdi appoġġ loġistiku lill-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. B'mod partikolari, MG-Flot LLC hija involuta f'network ta' trasport militari ta' bastimenti tal-merkanzija Russi li jwasslu armamenti Nord Koreani minn Pyongyang lejn faċilitajiet militari fil-port Russu ta' Dunai. Sussegwentement, il-munizzjonijiet Nord Koreani trasportati minn MG-Flot LLC jiġu ttrasferiti lejn imħażen fuq il-fruntiera tal-Punent tar-Russja biex jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Barra minn hekk, bastimenti proprjetà ta' MG-Flot LLC kienu involuti fi vjeġġi ta' armi mill-Iran biex jgħinu l-invażjoni fuq skala kbira tal-Ukrajna mir-Russja.

Għalhekk, MG-Flot LLC qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

375.

Razdolye Implementation Center LLC

magħrufa wkoll bħala Razdolie

magħrufa wkoll bħala Razdole

magħrufa wkoll bħala VC Razdolye

magħrufa wkoll bħala VC Razdolie

magħrufa wkoll bħala VC Razdole

(Oбщество C Ограниченной Ответственностью ‘Внедренческий Центр “Раздолье”’

magħrufa wkoll bħala

ООО ‘ВЦ “Раздолье”’)

Indirizz: Russian Federation, 432001, Ulyanovsk region, Ulyanovsk, Marata street, 13, office 1

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Data tar-reġistrazzjoni: 24.3.2008

Numru tat-taxxa individwali: 7325078348

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Email: info@razdolie.ru

Razdolye Implementation Center LLC hija kumpanija Russa tal-IT li tiżviluppa prodotti għall-kumpless militari-industrijali Russu. B'mod partikolari, Razdolye Implementation Center LLC tiżviluppa software għall-ippjanar tar-riżorsi għall-intrapriżi u għall-awtomatizzazzjoni għal Morinformsystem Agat JSC, PJSC United Engine Corporation, JSC Tactical Missile Weapons Corporation, JSC Almaz-Antey Air and Space Defence Corporation, JSC Ratep, PJSC ‘Scientific and Production Association “Almaz” named after Academician A.A. Raspletin’, PJSC Stavropol Radio Plant ‘Signal’, u Production Association Strela. Is-software ta' awtomatizzazzjoni żviluppat u implimentat mnn Razdolye Implementation Center LLC jintuża mill-manifatturi tal-armi Russi biex jeżegwixxu ordnijiet ta' difiża tal-istat u jnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni.

Għaldaqstant, Razdolye Implementation Center LLC qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

377.

Sovfracht JSC

bir-Russu: Акционерное Общество ‘Совфрахт’

magħrufa wkoll bħala JSC Sovfracht

magħrufa wkoll bħala Sovfracht PJSC

magħrufa wkoll bħala Sovfrakht JSC

magħrufa wkoll bħala АО СОВФРАХТ

Indirizz: Russian Federation, 121096, Moscow, Vasilisa Kozhinoy st., 1 building 1, room 611, floor 6

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Data tar-reġistrazzjoni: 12.8.2002

Numru tar-reġistrazzjoni: 1027739059820

Numru tat-taxxa individwali: 7702059030

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Email: general@sovfracht.ru

Numru tal-OMI: 1618475

Sovfracht JSC hija kumpanija tat-tbaħħir Russa li tipprovdi appoġġ loġistiku lill-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. B'mod partikolari, Sovfracht JSC tiffunzjona bħala ċentrali f'networks ta' trasport militari ta' bastimenti tal-merkanzija Russi li jwasslu armamenti Nord Koreani minn Pyongyang lejn faċilitajiet militari fil-port Russu ta' Dunai. Sussegwentement, il-munizzjon Nord Korean ittrasportat minn Sovfracht JSC jiġi ttrasferit lejn imħażen tal-armi fuq il-fruntiera tal-Punent tar-Russja biex jiġu użati fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Sovfracht JSC qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

379.

JSC Design Bureau of Mechanical Engineering

magħrufa wkoll bħala JSC KBM

(Акционерное Общество ‘Конструкторское бюро машиностроения’

magħrufa wkoll bħala АО ‘КБМ’)

Indirizz: Sosinskaya street 43, Moscow, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 18.7.2005

Numru tar-reġistrazzjoni: 1057709110436

Numru tat-taxxa individwali: 7722307636

Post prinċipali tan-negozju: Moscow, Russian Federation

Email: kbm@trngroup.ru

JSC Design Bureau of Mechanical Engineering hija kumpanija tal-industrija militari involuta fl-iżvilupp ta' armi għall-Forzi Armati Russi. Hija żviluppatur ewlieni għas-sistema tal-missili Bal, li tintuża mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk, JSC Design Bureau of Mechanical Engineering qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, JSC Design Bureau of Mechanical Engineering hija assoċjata wkoll ma' JSC Tactical Missiles Corporation.

23.2.2024

380.

Joint Stock Company ‘Military-Industrial Corporation “Research and Production Association of Mechanical Engineering”’

magħrufa wkoll bħala JSC Mashinostroyeniya

magħrufa wkoll bħala NPO Mashinostroyeniya

(Акционерное Общество ‘Военно-промышленная корпорация “Научно-производственное объединение машиностроения”’

magħrufa wkoll bħala НПО Машиностроения)

Indirizz: Gagarina street 33, Reutov, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Reutov, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 28.2.2007

Numru tar-reġistrazzjoni: 1075012001492

Numru tat-taxxa individwali: 5012039795

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Email: vpk@vpk.npomash.ru

Tel: +7 (495) 528-74-50; +7 (495) 302-11-85

JSC Mashinostroyeniya hija responsabbli mill-produzzjoni u d-disinn tal-missili P-800 Onikx (Onyx), li jintużaw mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

JSC Mashinostroyeniya hija assoċjata wkoll ma' JSC Tactical Missiles Corporation. Barra minn hekk, JSC Mashinostroyeniya għandha liċenzja minn ROSATOM biex tuża materjali nukleari u sustanzi radjuattivi fl-użu tal-enerġija atomika għal skopijiet ta' difiża.

Għalhekk, JSC Mashinostroyeniya qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, JSC Mashinostroyeniya hija assoċjata wkoll ma' JSC Tactical Missiles Corporation.

23.2.2024

381.

JSC Petrovsky Electromechanical Plant ‘Molot’

(Акционерное Общество ‘петровский электромеханический завод “Молот”’

magħrufa wkoll bħala

АО ‘ПЕТРОВСКИЙ ЭЛЕКТРОМЕХАНИЧЕСКИЙ ЗАВОД “Молот”’

magħrufa wkoll bħala

АО ‘ПЭМЗ “МОЛОТ”’)

Indirizz: Gogolya street 40, Petrovsk, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Petrovsk, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 21.1.2014

OGRN: 1146444000010

Numru tat-taxxa individwali: 6444009038

Post prinċipali tan-negozju: Petrovsk, Russian Federation

Tel: +7 (84555) 33-0-04

Email: molot_pemz@mail.ru

JSC Petrovsky Electromechanical Plant ‘Molot’ hija kumpanija tal-industrija militari li tipproduċi diversi komponenti u strumenti għall-armi użati fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk, JSC Petrovsky Electromechanical Plant ‘Molot’ qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, JSC Petrovsky Electromechanical Plant ‘Molot’ hija assoċjata wkoll ma' JSC Concern Granit-Electron u JSC Tactical Missiles Corporation.

23.2.2024

382.

Joint stock company Zavod Dagdizel

magħrufa wkoll bħala

Joint stock company Zavod Dagdiesel

(Акционерное Общество ‘завод “Дагдизель”’

magħrufa wkoll bħala

АО ‘Завод “Дагдизель”’)

Indirizz: Lenina 1, Kaspiysk, Republic of Dagestan, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Kaspiysk, Republic of Dagestan, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 24.11.2000

OGRN: 1020502130351

Numru tat-taxxa individwali: 0545001919

Post prinċipali tan-negozju: Kaspiysk, Republic of Dagestan, Russian Federation

Tel: 8 (87-246)5-27-34

Email: info@dagdizel.ru

JSC Zavod Dagdizel hija kumpanija tal-industrija militari involuta fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi ta' taħt l-ilma għall-Flotta Navali Russa użati fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. JSC Zavod Dagdizel hija sussidjarja ta' MPO-Gidropribor, li hija parti minn JSC Tactical Missiles Corporation. Għalhekk, JSC Zavod Dagdizel qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, JSC Zavod Dagdizel hija assoċjata wkoll ma' MPO-Gidropribor u ma' JSC Tactical Missiles Corporation.

23.2.2024

384.

JSC NPO Elektromashina

(АО НПО ‘Электромашина’)

Indirizz: Mashinostroiteley street 2, 454119 Chelyabinsk, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Numru tar-reġistrazzjoni: 1047422507736

Tel: +7 351 255 20 78

Faks: +7 351 253 78 42

Email: sale@npoelm.ru

Sit web: www.npoelm.ru

Numru tat-taxxa individwali: 7449044990

JSC NPO Elektromashina hija kumpanija tal-industrija militari Russa. Tipproduċi tagħmir elettriku għal tagħmir militari, bħal kits tal-provvista tal-enerġija, unitajiet tal-enerġija u sistemi ta' kontroll tal-armi.

JSC NPO Elektromashina tforni tagħmir elettriku għal diversi tipi ta' armi Russi li jintużaw mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, bħal KamAZ Typhoon, T-72, T-90, BMP-3 u l-proġett ‘Gibka’. NPO Elektromashina tforni l-ordnijiet tal-Ministeru għad-Difiża tar-Russja.

JSC NPO Elektromashina qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, hija qed tappoġġa materjalment lil u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

412.

LLC NOVELCO

magħrufa wkoll bħala

Limited liability company Novelko

(Общество C Ограниченной Ответственностью новелко)

Indirizz: 125493 Russian Federation, Moscow, Smolnaya street, 14

11 floor 24 office; Aeroportovskaya St., Office 210-2, 141580, Solnechnogorsk, Moscow Region, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 6.9.2010

Numru tar-reġistrazzjoni: 1107746720322

Numru tat-taxxa individwali: 7733744331

OGRN: 1107746720322

KRP: 504401001

LLC Novelco hija kumpanija loġistika stabbilita fil-Federazzjoni Russa. Il-kumpanija hija involuta fl-‘importazzjoni parallela’ lejn ir-Russja ta' oġġetti soġġetti għall-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Għalhekk, LLC Novelco qed tfixkel b'mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK u tar-Regolament (UE) Nru 833/2014.

LLC Novelco tipparteċipa fi proġetti loġistiċi appoġġati federalment u hija aġent għat-trasportatur tal-istat tar-Russja Aeroflot PJSC u rappreżentant iċċertifikat tas-Servizz Doganali Federali. LLC Novelco hija involuta fl-iżvilupp tar-Rotta Marittima Artika u l-modernizzazzjoni tal-loġistika fil-pajjiż kollu. Għalhekk, LLC Novelco hija entità li tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.2.2024

415.

Joint Stock Company Research and Production Enterprise ‘RADAR MMS’

magħrufa wkoll bħala JSC ‘NPP “Radar MMS”’

magħrufa wkoll bħala Radar MMS (Акционерное общество научно-производственное предприятие ‘РАДАР ММС’

magħrufa wkoll bħala АО ‘НПП “Радар ММС”’

magħrufa wkoll bħala Радар ММС)

Indirizz: Russian Federation, 197375, St. Petersburg, Yuntolovo Municipal District, Novoselkovskaya St., 37A

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation, St. Petersburg

Data tar-reġistrazzjoni: 14.10.1993

Numru tar-reġistrazzjoni: 1027807560186

Numru tat-taxxa individwali: 7814027653

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Sit web: https://radar-mms.com/

Tel: +78127775051

Email: radar@radar-mms.com

KRP: 781401001

Joint Stock Company Research and Production Enterprise Radar MMS (JSC NPP Radar MMS) hija intrapriża tal-industrija tad-difiża Russa li tfassal u tipproduċi sistemi ta' gwida għal armi ta' preċiżjoni għolja, avjonika militari u ċivili, sistemi ta' monitoraġġ u ta' navigazzjoni.

JSC NPP Radar MMS tiddisinja l-apparat ta' direzzjoni radar attiv ARGS-14E, ARGS-35E u ARGS-54E għal gwida preċiża ta' missili kruċieri lejn bersall tal-wiċċ fis-sezzjoni finali tat-trajettorja tat-titjira. Il-missila 3M-14E jew missili oħra tal-familja Kalibr jinkludu l-apparat ta' direzzjoni ARGS-14E jew dak l-aktar avvanzat ARGS-54E. Il-Kh-35/35U Uran/3M-24, jinkludu l-apparat ta' direzzjoni ARGS-35E jew il-varjant modernizzat Gran-KE. L-apparat ta' direzzjoni ARGS-35E huwa inkluż fil-kumpless tal-missili kostali Bal li jużaw il-missili Kh-35/Kh-35E. JSC NPP Radar MMS tinvolvi ruħha wkoll fir-riċerka u l-iżvilupp ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet militari.

Ir-rokits tal-missili tal-familja Kalibr u l-modifiki Kh-35 jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, JSC NPP Radar MMS qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

418.

JSC Kazan Experimental Design Bureau Soyuz

magħrufa wkoll bħala Kazan OKB Soyuz

magħrufa wkoll bħala Kazan Design Bureau Soyuz

magħrufa wkoll bħala Kazan Experimental Design Bureau Union

(Открытое Акционерное Общество ‘Казанское Опытное Конструкторское Бюро “Союз”’

magħrufa wkoll bħala ОАО ‘Казанское ОКБ “Союз”’)

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation, 420036, Republic of Tatarstan, Kazan, Dementyeva st., 1

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Data tar-reġistrazzjoni: 26.11.2002

Numru tat-taxxa individwali: 1661008339

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Email: kazan-soyuz@i-set.ru

Tel: +7 (843) 571-31-70

JSC Kazan Experimental Design Bureau Soyuz hija intrapriża statali militari-industrijali Russa li tiżviluppa muturi rokit bi propellant solidu għal sistemi ta' missili użati mill-Forzi Armati Russi. Barra minn hekk, JSC Kazan Experimental Design Bureau Soyuz tagħmel parti minn Joint Stock Company Almaz-Antey air and space defence corporation, manifattur tal-armi Russu proprjetà tal-istat li jiżviluppa sistemi ta' difiża kontra l-inġenji tal-ajru u ta' missili kruċieri għall-militar Russu.

Għalhekk, JSC Kazan Experimental Design Bureau Soyuz qed tappoġġa materjalment lil, u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, JSC Kazan Experimental Design Bureau Soyuz hija assoċjata ma' Joint Stock Company Almaz-Antey air and Space Defense Corporation.

23.2.2024

419.

JSC MMZ

magħrufa wkoll bħala Mariyskiy Machine-Building Plant

magħrufa wkoll bħala Mariyskiy Mashinostroitelniy Zavod

(Открытое Акционерное Общество ‘Марийский Машиностроительный Завод’

magħrufa wkoll bħala ОАО ‘ММЗ’)

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation, 424003, Republic of Mari El, Yoshkar-Ola, st. Suvorova, 15

Data tar-reġistrazzjoni: 18.4.2002

Numru tar-reġistrazzjoni: 1021200757808

Numru tat-taxxa individwali: 1200001885

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Email: mmz@marimmz.ru

Tel: (8362) 45-27-77

JSC NMZ (magħrufa wkoll bħala Mariyskiy Machine-Building Plant) hija intrapriża statali militari-industrijali Russa li tiżviluppa sistemi ta' kontroll għad-difiża tal-ajru, inkluż is-sistemi tal-missili kontra l-inġenji tal-ajru S-300V, użati mill-Forzi Armati Russi. Barra minn hekk, JSC MMZ tagħmel parti minn Joint Stock Company Almaz-Antey air and space defence corporation, manifattur tal-armi Russu proprjetà tal-istat li jiżviluppa sistemi ta' difiża kontra l-inġenji tal-ajru u ta' missili kruċieri għall-militar Russu.

Għalhekk, JSC MMZ qed tappoġġa materjalment lil, u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, JSC MMZ hija assoċjata ma' Joint Stock Company Almaz-Antey air and space defence corporation.

23.2.2024

420.

JSC MZIK

magħrufa wkoll bħala Kalinin Machine-Building Plant

magħrufa wkoll bħala Kalinin Machine Plant

magħrufa wkoll bħala Public Joint Stock Company ‘Machine-Building Plant named after M.I. Kalinin, Yekaterinburg’

magħrufa wkoll bħala KMZ

magħrufa wkoll bħala Mashzavod imeni Kalinin

magħrufa wkoll bħala Yekaterinburg Machine-Building Plant

magħrufa wkoll bħala Yekaterinburg United Enterprises

magħrufa wkoll bħala Plant No. 8

(ПАО ‘Мзик’

magħrufa wkoll bħala Публичное Акционерное "Общество ‘Машиностроительный Завод Имени М.И. Калинина, Г. Екатеринбург’)

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation, 620091, Sverdlovsk region, Yekaterinburg, Kosmonavtov Ave., building 18

Data tar-reġistrazzjoni: 31.5.1994

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti Pubblika

Numru tar-reġistrazzjoni: 1026605624451

Numru tat-taxxa individwali: 6663003800

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Email: zikpto@zik.ru

JSC MZIK (magħrufa wkoll bħala Kalinin Machine-Building Plant) hija intrapriża statali militari-industrijali Russa li tiżviluppa tagħmir tal-ġlied għas-sistema tal-missili kontra l-inġenji tal-ajru S-300V u għas-sistema tal-missili kontra l-inġenji tal-ajru BUK-M1 użati mill-Forzi Armati Russi. Barra minn hekk, JSC MZIK tagħmel parti minn Joint Stock Company Almaz-Antey air and space defence corporation, manifattur tal-armi Russu proprjetà tal-istat li jiżviluppa sistemi ta' difiża kontra l-inġenji tal-ajru u ta' missili kruċieri għall-militar Russu.

Għalhekk, JSC MZIK qed tappoġġa materjalment lil, u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, JSC MZIK hija assoċjata ma' Joint Stock Company Almaz-Antey air and space defence corporation.

23.2.2024

423.

JSC GosNIIP

magħrufa wkoll bħala JSC State Scientific Research Institute Of Instrument Making

(Акционерное Общество ‘Государственный Научно-Исследовательский Институт Приборостроения’

magħrufa wkoll bħala АО ‘Госниип’)

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation, 129226, Moscow, Mira Avenue, 125

Data tar-reġistrazzjoni: 24.2.2011

Numru tar-reġistrazzjoni: 1117746132811

Numru tat-taxxa individwali: 7717693545

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Email: corund@gosniip.ru

Tel: +7(495)981-56-30

JSC GosNIIP (magħrufa wkoll bħala JSC State Scientific Research Institute of Instrument Making) hija intrapriża statali militari-industrijali Russa li tiżviluppa, fost l-oħrajn, sistemi ta' kontroll għal missili kontra s-sottomarini u missili kruċieri użati mill-Forzi Armati Russi. Għalhekk, JSC GosNIIP qed tappoġġa materjalment lil, u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, JSC GosNIIP hija sussidjarja tal-Joint Stock Company Almaz-Antey, manifattur tal-armi Russu proprjetà tal-istat li jiżviluppa armi kontra l-inġenji tal-ajru u sistemi ta' missili kruċieri għall-militar Russu. Għalhekk, JSC GosNIIP hija assoċjata ma' Joint Stock Company Almaz-Antey.

23.2.2024

431.

Joint Stock Company ‘Research and Production Enterprise “Istok” Named After A.I. Shokin’

magħrufa wkoll bħala

NPP Istok

magħrufa wkoll bħala

JSC ‘NPP “Istok” named after Shokin’

magħrufa wkoll bħala

Public Joint Stock Company Research & Production Corporation Istok Named After AI Shokin

magħrufa wkoll bħala

JSC ‘Scientific and Production Enterprise “Istok” named after A.I. Shokin’

(Акционерное Общество ‘Научно-Производственное Предприятие “Исток” имени А.И. Шокина’

magħrufa wkoll bħala

АО ‘НПП “Исток” им. Шокина’

magħrufa wkoll bħala

НПП ‘Исток’)

Indirizz: 141190, Russian Federation, Moscow region, Fryazino, st. Vokzalnaya, 2A, building 1, room 65, floor 2

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 31.12.2013

Numru tar-reġistrazzjoni: 1135050007400

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tat-taxxa individwali: 5050108496

JSC ‘Research and Production Enterprise “Istok” Named After A.I. Shokin’ (JSC NPP 'Istok) hija produttur ewlieni Russu tal-komponenti elettroniċi għall-użu spazjali u militari.

Il-prodotti (apparat mikromewġ) u t-teknoloġiji (il-pjattaforma diġitali IIoT.Istok) żviluppati mill-kumpanija jintużaw għal skopijiet militari. Fl-2022, JSC NPP 'Istok ġiet immodernizzata u estiża bl-għajnuna tal-programm tal-istat ‘Żvilupp tal-Industrija tad-Difiża’. Għalhekk, JSC NPP Istokqed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed tibbenefika minnu.

24.6.2024

446.

Limited Liability Company ‘Inkotech’

magħrufa wkoll bħala

LLC ‘Incotech’

(Общество с ограниченной Ответственностью ‘Инкотех’

magħrufa wkoll bħala

ООО ‘Инкотех’)

Indirizz: Russian Federation, 194044, St. Petersburg, Helsingforsskaya st., 4, building 1, letter V, premises 15-N

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 03.2.2016

Numru tar-reġistrazzjoni: 1167847076825

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tat-taxxa individwali: 7811285656

Sit web: www.inkotech.ru

Tel: 8 (812) 779-18-88

Email: contact@inkotech.ru

LLC Inkotech huwa fornitur t Russu ta' komponenti elettroniċi importati u bordijiet ta' ċirkwiti stampati ta' diversi livelli. Il-kumpanija twassal prodotti bħal komponenti tas-semikondutturi u l-mikromewġ minn barra l-pajjiż lill-akbar intrapriżi tal-kumpless militari industrijali Russu li jimmanifatturaw tagħmir użat fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk, LLC Inkotech qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

24.6.2024

447.

Limited Liability Company ‘IQ Components’

magħrufa wkoll bħala

LLC ‘IQ Components’

magħrufa wkoll bħala

‘Ai Kyu Komponents’

(Общество с Ограниченной Ответственностью ‘Ай Кью Компонентс’

magħrufa wkoll bħala

ООО ‘Ай Кью Компонентс’)

magħrufa wkoll bħala JSC ‘Smart Solutions’

magħrufa wkoll bħala АО ‘Smart Resenija’

(Акционерноe обществo ‘Смарт Решения’)

Indirizz: 192102, Russian Federation, St. Petersburg, Salova street, 45 letter Ya, room 1N room 35

Indirizz: 192102, Russian Federation, St. Petersburg, Salova street, building 27, letter AD, premises 18-n, premises 27 (office 305)

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 6.3.2019

Data tar-reġistrazzjoni: 7.4.2025

Numru tar-reġistrazzjoni: 1197847052963

Numru tar-reġistrazzjoni: 1257800032269

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tat-taxxa individwali: 7816691806

Numru tat-taxxa individwali: 7816756010

LLC IQ Components hija importatur Russu ta' komponenti elettroniċi. Il-kumpanija twassal prodotti bħal komponenti tas-semikondutturi u l-mikromewġ minn barra l-pajjiż lill-akbar intrapriżi tal-kumpless militari industrijali Russu li jimmanifatturaw tagħmir użat fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk, LLC IQ Components qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, LLC IQ Components hija assoċjata ma' LLC Inkotech.

Fl-2025, LLC IQ Components ġiet organizzata mill-ġdid fil-forma ta' trasformazzjoni għal JSC Smart Solutions. JSC Smart Solutions hija s-suċċessur ta' LLC IQ Components mhux biss f'termini legali, peress li dawn il-kumpaniji jikkondividu l-istess fundatur, attivitajiet simili, kważi l-istess indirizz.

24.6.2024

455.

JSC Armour Repair Plant No. 560

magħrufa wkoll bħala JSC 560 BTRZ

(АО ‘560 БТРЗ’)

Post tar-reġistrazzjoni: 676811 Amurskaya oblast, Belogorskiy Rayon, Vozhaevka, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 25.5.2009

Numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa: 2811005250

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1092804000255

Tel: +7 (416) 419-67-01

JSC Armour Repair Plant No. 560 hija intrapriża militari-industrijali Russa li tipproduċi vetturi armati użati mill-forzi armati Russi. Għalhekk, JSC Armour Repair Plant No. 560 qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed tibbenefika minnu.

24.6.2024

456.

Burovaya Kompaniya Evraziya LLC

magħrufa wkoll bħala Burovaya Kompaniya Eurasia

magħrufa wkoll bħala BKE LLC

(ООО Буровая Компания Евразия

magħrufa wkoll bħala ООО БКЭ)

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation, 123298, Moscow, ulitsa Narodnogo Opolcheniya, d. 40, k. 2

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Data tar-reġistrazzjoni: 25.11.2002

Numru tat-taxxa individwali: 8608049090

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1028601443034

Sit web: www.bke.ru

Email: bke@bke.ru

Tel: 8 (495) 642-91-75

Burovaya Kompaniya Evraziya LLC hija kumpanija ewlenija fis-settur tal-enerġija Russu. Bħala waħda mill-akbar kumpaniji tat-tħaffir fir-Russja, Burovaya Kompaniya Evraziya LLC tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-iżvilupp tas-settur tal-enerġija Russu.

Burovaya Kompaniya Evraziya LLC hija involuta fil-kostruzzjoni u t-tiswija ta' bjar taż-żejt u tal-gass għal kwalunkwe skop fis-siti ta' OAO LUKOIL, Rosneft Oil Company, Gazprom Neft, u kumpaniji oħra taż-żejt u tal-gass.

Għalhekk, Burovaya Kompaniya Evraziya LLC hija involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

24.6.2024

457.

Siberian Service Company JSC

magħrufa wkoll bħala AO Sibirskaya Servisnaya Kompany

magħrufa wkoll bħala AO ‘SSK’

(АО Сибирская Сервисная Компания

magħrufa wkoll bħala АО ‘ССК’)

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation 125284, Moscow, Leningradskiy Prospekt, d. 31a, str. 1

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Data tar-reġistrazzjoni: 20.12.2002

Numru tat-taxxa individwali: 0814118403

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1028601792878

Email: cck@sibserv.com

Tel: +7 (495) 225-75-95

Siberian Service Company JSC hija kumpanija ewlenija fis-settur tal-enerġija Russu. Siberian Service Company għandha sehem kbir mis-suq fis-servizzi tat-tħaffir tal-bjar taż-żejt u tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-iżvilupp tas-settur tal-enerġija Russu. Għalhekk, Siberian Service Company JSC hija involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

14.6.2024

458.

Neftegazpromstroy LLC

magħrufa wkoll bħala NGPS LLC

(ООО Нефтегазпромстрой

magħrufa wkoll bħala ООО НГПС)

Post tar-reġistrazzjoni: 630004, Ulitsa Lenina d. 52, Novosibirsk, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Data tar-reġistrazzjoni: 27.4.2015

Numru tat-taxxa individwali: 5407223338

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1155476047176

Email: office@ngps54.ru

Tel: +7-903-903-22-10

Neftegazpromstroy LLC hija kumpanija ewlenija fis-settur tal-enerġija Russu. Sa mit-twaqqif tagħha fl-2015, il-kumpanija kienet involuta fil-kostruzzjoni ta' bosta pipelines tal-gass u taż-żejt u fl-iżvilupp ta' siti tat-tħaffir għaż-żejt, li kkontribwew b'mod sostanzjali għall-iżvilupp tas-settur tal-enerġija Russu. Għalhekk, Neftegazpromstroy LLC hija involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

24.6.2024

471.

JSC Sovcomflot

bir-Russu: ПАО Современный коммерческий флот

magħrufa wkoll bħala ПАО Совкомфлот

magħrufa wkoll bħala Sovcomflot

Indirizz: 3a Moyka River Embankment, St. Petersburg, 191186 Russian Federation; 6 Gasheka Street, Moscow, 125047 Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: St. Petersburg and Moscow, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 31.7.2002

Numru tar-reġistrazzjoni: 1027739028712

Tel: +7 (495) 660-40-00, +7 (812) 385-94-00

Sit web: https://www.sovcomflot.ru

Email: info@scf-group.ru, spbinfo@scf-group.ru

Numru tat-taxxa individwali: 7702060116

KRP: 784101001

Faks: +7 (495) 660-40-99; +7 (812) 385-94-49

Numru tal-OMI: 1351347

Sovcomflot hija l-akbar kumpanija tat-tbaħħir tar-Russja, li tispeċjalizza fit-trasport ta' gass likwifikat, żejt mhux maħdum, u prodotti tal-petroleum, kif ukoll l-għoti ta' servizzi għal produzzjoni ta' enerġija offshore upstream. Sovcomflot tiffoka l-attivitajiet tagħha fuq il-merkanzija domestika u tispeċjalizza fis-segmenti tas-suq tat-tankers li huma partikolarment meħtieġa għall-kummerċ barrani Russu. Sovcomflot hija mexxej dinji fil-qasam tat-tankers Aframax (80 000  – 120 000 tunnellata ta' piż mejjet) u tankers tal-prodotti. Sovcomflot ilha mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna topera bħala waħda mill-kumpaniji ewlenin li jimmaniġġaw u joperaw it-trasport marittimu taż-żejt Russu. Sovcomflot hija kumpanija tat-tbaħħir tal-istat Russu, u għalhekk, il-Federazzjoni Russa hija l-benefiċjarju aħħari tas-servizzi tagħha. Tali servizzi jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jammonta għal aktar minn 70 % tad-dħul mill-enerġija tar-Russja, u b'hekk jippermettu lill-Kremlin jiffinanzja l-gwerra ta' aggressjoni tiegħu kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, Sovcomflot qed tappoġġa, materjalment u finanzjarjament, lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Barra minn hekk, Sovcomflot hija involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

24.6.2024

472.

JSC Compel

magħrufa wkoll bħala JSC Kompel

JSC Kompel (Акционерное Общество Компэл)

Indirizz: 109316, Russian Federation, Moscow, Volgogradsky Ave., 28A, pom. I, floor. 3, com. 6

Uffiċċji: 109052, Russian Federation, Moscow, Novokhokhlovskaya str., 23 bldg. 1 (Ring Park Business Park), 3rd floor; 199034, Russian Federation, St. Petersburg, VO, Bolshoy Prospekt, 18, lit. A (Andriyivskyi Shopping and Office Center)

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 12.11.1993

Numru tar-reġistrazzjoni: 1027700032161

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tat-taxxa individwali: 7713005406

Sit web: https://www.compel.ru/

Tel: +7 (495) 995-0901, +7 (812) 327-9404

Email: msk@compel.ru, spb@compel.ru

JSC Compel hija waħda mill-akbar kumpaniji Russi li jfornu komponenti u moduli lill-manifatturi ta' tagħmir elettroniku. Hija tipparteċipa fi skemi ta' importazzjoni għal komponenti elettroniċi u tforni lill-industrija Russa b'komponenti mikroelettroniċi ta' importanza strateġika, li huma integrali għall-kapaċitajiet militari Russi u meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' żvilupp industrijali fuq skala kbira. Għalhekk, JSC Compel qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Qed tappoġġa wkoll lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja.

24.6.2024

474.

PJSC TransContainer

(ПАО Трансконтейнер)

Indirizz: 141402, Russian Federation, Moscow region, Khimki, Leningradskaya st., vld. 39

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti Pubblika

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 4.3.2006

Numru tar-reġistrazzjoni: 1067746341024

Post prinċipali tan-negozju: Khimki, Russian Federation

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7708591995

Sit web: www.trcont.ru

Tel: +7 495 788 17 17

Email: trcont@trcont.com

PJSC TransContainer hija kumpanija tat-trasport Russa, u l-akbar operatur tal-kontejners ferrovjarji tar-Russja. PJSC TransContainer toffri s-servizzi tagħha fit-terminal il-ġdid ta' Alabuga Special Economic Zone (SEZ). Alabuga SEZ ilu jikkoopera mal-Ministeru għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati Iranjani biex jillokalizza s-sit tal-produzzjoni tad-droni kamikażi Shahed (l-isem tal-verżjoni Russa huwa ‘Geran’).

Barra minn hekk, PJSC TransContainer tiffaċilita importazzjonijiet ta' merkanzija militari miċ-Ċina u mid-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK) b'appoġġ għall-Gvern Russu.

Rosatom, li hija proprjetà tal-Istat, hija l-azzjonist ewlieni fil-kumpanija omm ta' TransContainer, Delo Group. TransContainer qed tgħin fl-iżvilupp tar-Rotta Marittima Artika, li l-operatur tal-infrastruttura tagħha huwa Rosatom.

Għalhekk, PJSC TransContainer qed tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, u barra minn hekk qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, PJSC TransContainer qed tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

28.6.2024

480.

Limited Liability Company Investneftetrade

bir-Russu: ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ ‘ИНВЕСТНЕФТЕТРЕЙД’

magħrufa wkoll bħala Investneftetrade

magħrufa wkoll bħala Investneftetrade LLC

magħrufa wkoll bħala Investneftetreyd

magħrufa wkoll bħala ООО ‘ИНВЕСТНЕФТЕТРЕЙД’

magħrufa wkoll bħala ИНВЕСТНЕФТЕТРЕЙД

Indirizz: Trubnaya 28, Moscow, Russian Federation

Indirizz: Ofis 19, shosse Neftyanikov 28, Krasnodar, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

Numru tar-reġistrazzjoni: 5157746030976

Numru tat-taxxa individwali: 7729481489

Individwu assoċjat: Pavel Vladimirovich Babin (Direttur Ġenerali)

Numru tal-OMI: 6385581

LLC Investneftetrade hija kumpanija Russa li tittrasporta bil-baħar żejt mhux maħdum u prodotti taż-żejt, inkluż għal skopijiet ta' esportazzjoni. Is-settur tal-enerġija, speċjalment iż-żejt, jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, LLC Investneftetrade hija involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2024

481.

Limited Liability Company Prime Shipping

bir-Russu: Общество с Ограниченной Ответственностью ‘Прайм Шиппинг’

magħrufa wkoll bħala PRIME SHIPPING LLC-RUS

magħrufa wkoll bħala Prime Shipping

magħrufa wkoll bħala Praim Shipping

magħrufa wkoll bħala ООО ‘Прайм Шиппинг’

magħrufa wkoll bħala Прайм Шиппинг

Indirizz: Maxim Gorky 78, Samara, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Samara, Russian Federation

Numru tar-reġistrazzjoni: 1056317028350

Numru tat-taxxa individwali: 6317060306

Individwu assoċjat: Igor Alexandrovich Ganin (Direttur Ġenerali)

Numru tal-OMI: 4105625

LLC Prime Shipping hija kumpanija Russa li tittrasporta bil-baħar żejt mhux maħdum u prodotti taż-żejt, inkluż għal skopijiet ta' esportazzjoni. Is-settur tal-enerġija, speċjalment iż-żejt, jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, LLC Prime Shipping hija involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2024

503.

OOO TSK Vektor

bir-Russu: ООО ТСК Вектор

magħrufa wkoll bħala LLC TSK Vektor

Indirizz: 664048, Sevastopolskaya ulitsa d. 235, kv. 70, Irkutsk, Irkutskaya oblast, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 06.10.2015

Numru tar-reġistrazzjoni: 1153850042246

Numru tat-taxxa individwali: 3849055365

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Email: lira@tsk-vector.ru

Individwu assoċjat: Artem Mikhaylovich Yamshchikov

Entitajiet assoċjati:

IEMZ Kupol

Juhang Aviation Technology Shenzhen Co. Limited

Redlepus TSK Vektor Industrial (Shenzhen) Co, Ltd

Xiamen Limbach Aviation Engine Co., Ltd

OOO TSK Vektor hija kumpanija fil-kumpless militari-industrijali Russu. Aġixxiet bħala intermedjarju bejn IEMZ Kupol, sussidjarja tal-kumpanija tal-armi tal-istat Russu Almaz-Antey, u fornituri Ċiniżi li jimmanifatturaw komponenti għad-droni ta' attakk fuq distanza twila tat-tip Garpiya-3 (G3), li huma żviluppati u prodotti għall-użu fil-gwerra ta'aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. B'mod partikolari, OOO TSK Vektor irċeviet komponenti mingħand Redlepus TSK Vektor Industrial (Shenzhen) Co., Ltd u Juhang Aviation Technology Shenzhen Co. Limited, inkluż partijiet minn Xiamen Limbach, entità Ċiniża li tipproduċi magni tad-droni L550.

Għalhekk, OOO TSK Vektor qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

506.

LLC ‘Leading Charter Technologies’

bir-Russu: ООО ‘Ведущие Технологии Чартера’

Indirizz: 115184, Russian Federation, Moscow, Bolshaya Tatarskaya, 7k4, office 203

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Data tar-reġistrazzjoni: 5.7.2012

Numru tar-reġistrazzjoni: 1127746522188

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7702793240

KRP: 770201001

Sit web: https://chartertech.ru/, https://lct.com.cy/, https://lct-uae.com/

Tel: +7 495 215-01-15

Email: sales@chartertech.ru

LLC ‘Leading Charter Technologies’ hija kumpanija Russa li topera bħala kumpanija privata tat-trasport bl-ajru. Hija tikri inġenji tal-ajru biex jinżlu fi, jitilqu minn u jtiru fuq it-territorju tal-UE.

LLC ‘Leading Charter Technologies’ topera titjiriet mir-Russja lejn l-Unjoni Ewropea u mill-Unjoni Ewropea għar-Russja b'tali mod li tevita l-miżuri restrittivi stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 billi tagħmel waqfa f'pajjiżi bħall-Ażerbajġan, l-Armenja u t-Turkija filwaqt li sadanittant tirreġistra mill-ġdid id-dokumentazzjoni tat-titjira billi tibdel id-dettalji tal-passiġġieri tat-titjira, u billi tikkanċella l-ajruporti fil-Federazzjoni Russa mill-pjanijiet tat-titjira.

Għalhekk, LLC ‘Leading Charter Technologies’ qed tfixkel b'mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 833/2014.

16.12.2024

542.

Limited Liability Company ‘TRIMIX’

bir-Russu: Общество с ограниченной ответственностью ‘ТРИМИКС’

magħrufa wkoll bħala LLC TRIMIX

magħrufa wkoll bħala LLC 3MX

Indirizz: Russian Federation, 194352, St. Petersburg, Pridorozhnaya alley, building 8, letter A, room No. 707

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 21.7.2023

Numru tar-reġistrazzjoni: 1237800084235

Numru tat-taxxa individwali: 7802942873

KRP: 780201001

Email: sales@3mx.ru

Tel: +7 (495) 077 04 29

LLC TRIMIX timmanifattura sistemi elettroniċi tal-gwerra u sistemi anti-UAV (vetturi tal-ajru mingħajr bdot). Il-prodotti tal-kumpanija (inkluż detetturi tad-dtorni Bulat) jintużaw mill-militar Russu fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Id-detettur tad-droni Bulat ġie ttestjat mid-Direttorat Ewlieni tal-Iżvilupp Innovattiv tal-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. Is-sistemi tal-gwerra elettronika u s-sistemi kontra l-UAV tal-kumpanija jinxtraw uffiċjalment mill-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, LLC TRIMIX qed tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u qed tappoġġa u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

24.2.2025

580.

Public Joint Stock Company Surgutneftegaz

bir-Russu: Публичное Акционерное

Общество ‘Сургутнефтегаз’

magħrufa wkoll bħala: PJSC ‘Surgutneftegaz’

magħrufa wkoll bħala ПАО ‘Сургутнефтегаз’

Indirizz: 628415, Khanti-Mansiysk Autonomous Region, Yugra, ulitsa Grigoiya Kukuyevitskogo d. 1 k. 1, il-Federazzjoni Russa

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti Pubblika

Data tar-reġistrazzjoni: 18.9.2002

Numru tar-reġistrazzjoni: 1028600584540

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tat-taxxa individwali: 8602060555

Email: office@surgutneftegas.ru

Tel: +7 (3462) 42-69-37

PJSC Surgutneftegaz hija kumpanija attiva fis-settur tal-enerġija Russu. Il-kumpanija twettaq prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi fi tliet provinċji Russi li jipproduċu ż-żejt u l-gass, jiġifieri s-Siberja tal-Punent, is-Siberja tal-Lvant u Timan-Pechora. Is-settur tal-enerġija, speċjalment iż-żejt u l-gass, jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, PJSC Surgutneftegaz hija involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

20.5.2025

582.

Autonomous non-profit Organisation ‘Scientific and Production Center for Testing and Competence in the Field of Development of Unmanned Aircraft Systems and Means of Protection Against their Illegal Use “Ushkuynik”’

bir-Russu: Автономная Некоммерческая организация ‘Научно-Производственный Центр Испытаний и Компетенций в Сфере Развития Беспилотных Авиационных Систем и Средств Защиты От Их Противоправного Применения “Ушкуйник”’

magħrufa wkoll bħala Scientific-Research Centre ‘Ushkuynik’

magħrufa wkoll bħala АНО ‘НПЦ “Ушкуйник”’

Indirizz: 173003, Russian Federation, Novgorod region, Veliky Novgorod, Lazarevskaya street, house 11, room 105

Data tar-reġistrazzjoni: 19.9.2023

Numru tar-reġistrazzjoni: 1235300003685

Numru tat-taxxa individwali: 5300010714

KRP: 530001001

Email: ushkuynick53@yandex.ru

Sit web: https://nvgushkuynik.ru/

Scientific-Research Centre ‘Ushkuynik’ hija kumpanija li tipproduċi vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAVs) għall-benefiċċju tal-militar Russu. Il-prodott ewlieni tagħha hija l-UAV imsemmija ‘Kniaz Vandal Novgorodskiy’ (KVN), li tintuża mir-Russja fil-gwerra ta' aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Il-kumpanija għandha wkoll permess mill-Gvern Russu biex tlaqqa' flimkien u tikkoordina l-isforzi tal-inġiniera u l-kumpaniji ta' kostruzzjoni tal-UAVs sabiex jinħolqu u jiġu ttestjati tipi ġodda ta' UAVs f'Veliky Novgorod.

Għalhekk, Scientific-Research Centre ‘Ushkuynik’ qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

20.5.2025

588.

Joint Stock Company ‘Experimental Design Bureau “Crystal”’

bir-Russu: Акционерное Общество ‘Опытное Конструкторское бюро “Кристалл”’

magħrufa wkoll bħala JSC Experimental Design Bureau ‘Crystal’

magħrufa wkoll bħala JSC ‘OKTB “Kristall”’

magħrufa wkoll bħala АО ‘ОКТБ Кристалл’

Indirizz: Moscow, Entuziastov Ave., 15, Room 67, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 24.9.2002

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1027739249009

Numru tat-taxxa individwali: 7720015691

KRP: 772001001

JSC ‘Experimental Design Bureau “Crystal”’ hija kumpanija tal-industrija militari. Hija timmanifattura komponenti awtomobilistiċi u tal-inġenji tal-ajru (inkluż pompi tal-fjuwil għas-sistemi tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru, sistemi awtomatiċi ta' kontroll tal-magni, u alternaturi), inkluż għal sistemi ta' inġenji tal-ajru użati mill-militar Russu fil-gwerra ta' aggressjoni tiegħu kontra l-Ukrajna, bħal komponenti tal-inġenji tal-ajru Su u MiG.

Għalhekk, JSC ‘Experimental Design Bureau “Crystal”’ qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed tappoġġa wkoll materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

20.5.2025

598.

Texel F.C.G. Technology Ltd

magħrufa wkoll bħala Texel F.C.G. Technology (2100) Ltd

Indirizz: Building 2, 7 Haeshel Street, 30889 Caesarea, Israel; Israel, 3296211, Haifa, Rabi Johanan Ha'sandlar 11

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Israel

Data tar-reġistrazzjoni: 17.10.1994

Numru tar-reġistrazzjoni: 512036625

Post prinċipali tan-negozju: Israel

Texel F.C.G. Technology Ltd hija kumpanija bbażata f'Iżrael u mmexxija minn Mark Blatt, individwu li jiffaċilita ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet billi jipprovdi lill-industrija tad-difiża u tas-sigurtà Russa b'elettronika sensittiva barranija, inkluż tagħmir li joriġina mill-Unjoni, użat biex jiġu żviluppati armi użati fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk, Texel F.C.G. Technology Ltd tfixkel b'mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet kontra ċ-ċirkomvenzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK u r-Regolament (UE) Nru 833/2014 u qed tappoġġa lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja.

20.5.2025

610.

Limited Liability Company ‘Inroel’

bir-Russu: Общество с ограниченной ответственностью ‘Инроел’

magħrufa wkoll LLC ‘INROEL’

Indirizz: Russian Federation, 195009, St. Petersburg, st. Komsomol, 1-3, letter M, premises. 8-N, room. 26

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 5.8.2021

Numru tar-reġistrazzjoni: 1217800120724

Numru tat-taxxa individwali: 7811763398

LLC ‘Inroel’ tipprovdi servizzi ta' pproċessar tal-metall lil kumpaniji fis-settur tad-difiża Russu, inkluż diversi kumpaniji li kienu soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni għall-manifattura ta' sistemi ta' armi użati mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-klijenti ta' LLC ‘Inroel’ jinkludu JSC Concern VKO Almaz-Antey, JSC ‘Equality’, LLC ‘Special Technology Center’, JSC ‘Radio Engineering Equipment Plant’, JSC Concern ‘Granit-Electron’ u JSC ‘Plant named after A.A. Kulakov’. Is-sit web ewlieni ta' LLC ‘Inroel’ jidentifika wkoll il-kumpless tal-industrija tad-difiża bħala wieħed mis-setturi li jagħmel l-ordnijiet mal-kumpanija.

Għalhekk, LLC ‘Inroel’ qed tappoġġa materjalment lill-kumpless militari u industrijali Russu.

19.7.2025

615.

Joint Stock Company Scientific and Production Enterprise ‘Military Technologies’

bir-Russu: Акционерное общество Научно-Производственное Предприятие ‘Военные Технологии’

magħrufa wkoll bħala JSC NPP ‘Military Technologies’

magħruf ukoll bħala АО НПП ‘Военные Технологии’

magħrufa wkoll bħala JSC NPP ‘VT’

magħrufa wkoll bħala АО НПП ‘ВТ’

Indirizz: Russian Federation, 195196, Saint Petersburg, Gromova St., Bldg. 14/6 (letter A, room 6-N)

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 30.3.2007

Numru tar-reġistrazzjoni: 1077847228447

Numru tat-taxxa individwali: 7813374541

JSC Scientific and Production Enterprise ‘Military Technologies’ hija intrapriża tad-difiża Russa li tiżviluppa u timmanifattura tagħmir militari-tekniku kumpless ta' teknoloġija avvanzata u ta' kwalità għolja, sistemi ta' kontroll awtomatizzati u software b'sors miftuħ u sistemi ta' appoġġ għad-deċiżjonijiet. Il-kumpanija, fuq l-ordnijiet tal-Ministeru għad-Difiża Russu, żviluppat is-sistema tablet tal-artillerija 1A50 Komandor-VT, li ġiet ippreżentata fil-forum tekniku militari Army-2023. Għal dak l-iżvilupp, JSC Scientific and Production Enterprise ‘Military Technologies’ użat l-esperjenza miksuba mill-hardware u s-software tagħha li qed jiġu implimentati fuq il-front tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fl-2024, lott ta' tablets portabbli tagħha ddisinjati għall-preparazzjoni u l-kontroll tan-nar tal-artillerija ntbagħat lil unità tal-artillerija għall-ittestjar f'kundizzjonijiet ta' ġlied.

Għalhekk, JSC Scientific and Production Enterprise ‘Military Technologies’ qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, hija qed tappoġġa materjalment lil u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. JSC Scientific and Production Enterprise ‘Military Technologies’ qed tifforma wkoll parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja.

19.7.2025

619.

Zhu Jiang Shipmanagement Co., Ltd

magħrufa wkoll bħala Zhu Jiang Shipmanagement Co

Indirizz: RM.1801, EASEY COMM. BLDG., 253-261 Hennessy Road, Wan Chai, Hong Kong

Tip ta' entità: Kumpanija Privata Limitata b'ishma

Post tar-reġistrazzjoni: Hong Kong

Data tar-reġistrazzjoni: 11.11.2024

Numru tar-Reġistrazzjoni: 77314802

OMI: 0113880

Zhu Jiang Shipmanagement Co., Ltd hija kumpanija rreġistrata f'Hong Kong u hija l-maniġer tekniku tat-tanker taż-żejt mhux maħdum ARGENT (preċedentement JAGUAR, OMI: 9293002). ARGENT mhuwiex irreġistrat mal-Grupp Internazzjonali tal-Klabbijiet tal-Protezzjoni u Indennizz u għalhekk qed ibaħħar mingħajr kopertura ta' responsabbiltà fdata. Huwa wkoll l-uniku bastiment ġestit minn Zhu Jiang Shipmanagement Co., Ltd, li jindika li jopera taħt politika ta' governanza korporattiva mhux trasparenti. ARGENT biddel il-kumpaniji maniġerjali u l-istat tal-bandiera diversi drabi f'dawn l-aħħar ftit snin u baħħar ukoll mingħajr bandiera. Naqas ukoll milli jivverifika s-Sistemi ta' Identifikazzjoni Awtomatika tiegħu f'diversi okkażjonijiet. ARGENT huwa bastiment li ttrasporta żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum, li joriġinaw mir-Russja jew li huma esportati mir-Russja, filwaqt li jipprattika prattiki ta' trasport marittimu rregolari kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. Għalhekk, bħala l-maniġer tekniku tat-tanker, Zhu Jiang Shipmanagement Co., Ltd qed timmaniġġa u topera bastiment li jittrasporta żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum, li joriġinaw mir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja, filwaqt li tinvolvi ruħha fi prattiki ta' tbaħħir irregolari u ta' riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

19.7.2025

620.

Redbird Corporate Services Ltd

Indirizz: 3rd Floor, Standard Chartered Tower, Cybercity, Ebene 72201, Republic of Mauritius

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Republic of Mauritius

Data tar-reġistrazzjoni: 27.10.2003

Numru tar-reġistrazzjoni: C48211

Redbird Corporate Services Ltd hija kumpanija rreġistrata fil-Mauritius, li toffri servizzi korporattivi u fiduċjarji fil-Mauritius. Hija l-aġent irreġistrat ta' Sapang Shipping Inc, kumpanija rreġistrata fil-Mauritius, li hija s-sid irreġistrat u l-maniġer tal-bastiment tat-tanker taż-żejt mhux maħdum ARGENT (preċedentement JAGUAR, OMI: 9293002). Ir-rwol tal-aġent irreġistrat huwa li jiżgura l-konformità mar-regolamenti lokali u li jimmaniġġa l-funzjonijiet amministrattivi tal-kumpanija. ARGENT mhuwiex irreġistrat mal-Grupp Internazzjonali tal-Klabbijiet tal-Protezzjoni u Indennizz u għalhekk qed ibaħħar mingħajr kopertura ta' responsabbiltà fdata. Huwa wkoll l-uniku bastiment ġestit minn Sapang Shipping Inc, li jindika li jopera taħt politika ta' governanza korporattiva mhux trasparenti. ARGENT biddel il-kumpaniji maniġerjali u l-istat tal-bandiera diversi drabi f'dawn l-aħħar ftit snin u baħħar ukoll mingħajr bandiera. Naqas ukoll milli jivverifika s-Sistemi ta' Identifikazzjoni Awtomatika tiegħu f'diversi okkażjonijiet. Bħala l-aġent irreġistrat tal-kumpanija, Redbird Corporate Services Ltd hija għalhekk assoċjata ma' Sapang Shipping Inc.

Barra minn hekk, Redbird Corporate Services Ltd hija l-aġent irreġistrat ta' kumpaniji oħra sidien ta' bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum, li joriġinaw mir-Russja jew li jiġu esportati mir-Russja, filwaqt li twettaq trasport marittimu rregolari u b'riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. Dawn il-kumpaniji jeħtieġu tali aġent irreġistrat sabiex ikunu jistgħu joperaw fil-Mauritius. Għalhekk, permezz tal-attività tagħha bħala aġent irreġistrat, Redbird Corporate Services Ltd qed tappoġġa l-operat ta' tali bastimenti.

19.7.2025

632.

Limited Liability Company ‘Volgotrans’

Oбщество с ограниченной ответственностью ‘Bолготранс’

magħrufa wkoll bħala LLC ‘Volgotrans’

magħrufa wkoll bħala ООО ‘Волготранс’

magħrufa wkoll bħala Volgotrans LLC

Indirizz: Belorusskaya 132, Samara, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 30.9.2009

Numru tar-reġistrazzjoni: 1096317003970

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru tat-taxxa individwali: 6317079434

Numru tal-OMI: 5511841

LLC Volgotrans hija kumpanija Russa li tittrasporta bil-baħar żejt mhux maħdum u prodotti taż-żejt, inkluż għal skopijiet ta' esportazzjoni. Is-settur tal-enerġija, speċjalment iż-żejt, jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, LLC Volgotrans hija involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

19.7.2025

656.

Volgotanker Joint Stock Company

magħrufa wkoll bħala VOLGOTANKER VOLZHSKI OIL SHPG

Indirizz: Ulitsa Gorkogo 105, Samara, 443693 Russian Federation

Indirizz: Leytenanta Schmidta Naberezhnaya 37, St. Petersburg, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 1937

Numru tal-OMI: 0555669

Volgotanker JSC hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata fir-Russja u speċjalizzata fin-negozju tal-ħżin tat-tankijiet u t-trasport taż-żejt u ta' prodotti taż-żejt. Il-kumpanija hija rreġistrata bħala s-sid benefiċjarju ta' diversi bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum, li joriġinaw mir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja, filwaqt li tinvolvi ruħha fi prattiki ta' tbaħħir irregolari u ta' riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. Volgotanker JSC tamministra wkoll dawn il-bastimenti.

Għalhekk, Volgotanker JSC hija s-sid u timmanniġġja bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum, li joriġinaw mir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja, filwaqt li tinvolvi ruħha fi prattiki ta' tbaħħir irregolari u ta' riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

23.10.2025

660.

Streit Group FZE

magħrufa wkoll bħala Streit Group FZ-LLC

Indirizz: P.O. Box 54509, Technology Park – RAKEZ, Ras Al Khaimah, Free Trade Zone, United Arab Emirates

Tip ta' entità: Limited Liability Company

Post tar-reġistrazzjoni: United Arab Emirates

Data tar-reġistrazzjoni: 1.4.2008

Numru tar-reġistrazzjoni: 5002444

CBLS: 11395424

Tel: +97172447395

Email: sales@armored-cars.com

Sit web: https://www.armored-cars.com/

Streit Group FZE hija kumpanija militari-industrijali, li tispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ trasportaturi armati tal-persunal. Hija ssieħbet ma’ entitajiet militari-industrijali Russi. Għalhekk, Streit Group FZE hija persuna ġuridika li tappoġġa l-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi tkun involuta fil-provvista ta’ teknoloġija u tagħmir militari.

23.10.2025

662.

Public Joint Stock Company ‘Far Eastern Shipping Company’

magħrufa wkoll bħala FESCO

magħrufa wkoll bħala Far-Eastern Shipping Company

bir-Russu: Публичное акционерное общество ‘Дальневосточное морское пароходство’

magħrufa wkoll bħala ПАО ‘ДВМП’

Indirizz: 7/11 Novokuznetskaya St., Bld. 1, floor 3, office 338, Zamoskvorechye Municipal District, Moscow, 115184, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti Pubblika

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 16.7.2002

Numru tar-reġistrazzjoni: 1022502256127

Numru tat-taxxa individwali: 2540047110

KRP: 770501001

Tel: +7 800 23 44499

Faks: +7 495 780 6003

Sit web: www.fesco.com/en

Email: fesco@fesco.com

Numru tal-OMI: 0555567

PJSC ‘Far Eastern Shipping Company’ (FESCO) hija waħda mill-akbar ditti tat-trasport u tal-loġistika tar-Russja, u l-akbar operatur tal-kontejners tal-port fil-Lvant Imbiegħed Russu. Il-kumpanija tispeċjalizza fit-trasport tal-kontejners fuq il-baħar, fl-operazzjonijiet tal-portijiet, u fit-trasport intermodali bil-baħar, bil-ferrovija u bit-triq. L-operazzjonijiet ewlenin tagħha huma kkonċentrati fil-Lvant Imbiegħed Russu, b'assi ewlenin li jinkludu l-Port Kummerċjali ta' Vladivostok u flotta ta' 30 bastiment. Il-kumpanija għandha rwol vitali fil-konnessjoni tar-Russja mal-Asja u l-Lvant Nofsani, billi toffri servizzi ta' tagħbija ġenerali, kimika u petrolifera.

FESCO hija kumpanija kkontrollata mill-Istat. L-ishma tagħha kienu kkontrollati mill-Gvern Russu u mbagħad ġew ittrasferiti lil korporazzjoni tal-Istat li tispeċjalizza fl-enerġija nukleari. Dik l-integrazzjoni żgurat kuntratti fit-tul lil FESCO, bħall-istatus tagħha bħala l-uniku operatur loġistiku għal impjant tal-enerġija nukleari fit-Turkija. FESCO tappoġġa proġetti tal-Istat, l-ispustar ta' komponenti tqal għall-impjanti tal-enerġija nukleari – infrastruttura li tirfed il-bażi industrijali usa' tar-Russja. Il-kumpanija tikkollabora mal-gvernijiet reġjonali dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura u tibbenefika minn appoġġ federali, inkluż status ta' żona ekonomika speċjali u approvazzjonijiet aċċellerati għal terminals strateġiċi. Barra minn hekk, FESCO taħdem mill-qrib mal-Ministeru Russu għat-Trasport dwar inizjattivi pilota ta' loġistika, li jsaħħu l-integrazzjoni tagħha fl-ekosistema tal-loġistika appoġġata mill-Istat tar-Russja.

Għalhekk, FESCO qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u tibbenefika minnu, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, FESCO hija involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

23.10.2025”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/695/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)