|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/690 |
23.3.2026 |
LINJA GWIDA (UE) 2026/690 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta’ Jannar 2026
li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (BĊE/2026/2)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1, l-ewwel inċiż, l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, u 18.2 u l-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar ’il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħrajn fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral adegwat. Il-kundizzjonijiet ġenerali li taħthom il-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f’operazzjonijiet ta’ kreditu, inklużi l-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ kollateral għall-finijiet ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, huma stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1). |
|
(2) |
L-assi kollha li huma eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema huma soġġetti għal miżuri speċifiċi tal-kontroll tar-riskju sabiex l-Eurosistema tkun protetta kontra telf finanzjarju f’ċirkostanzi li fihom il-kollateral jkollu jiġi rrealizzat minħabba avveniment ta’ inadempjenza ta’ kontroparti. Il-qafas ta’ kontroll tar-riskju tal-Eurosistema jgħaddi minn rieżamijiet regolari biex tiġi żgurata protezzjoni adegwata, li tirriżulta f’emendi kif meħtieġ għall-atti legali rilevanti, sabiex jiġu riflessi l-eżiti ta’ tali rieżamijiet. |
|
(3) |
Fid-29 ta’ Novembru 2024, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jrawwem armonizzazzjoni u simplifikazzjoni akbar tal-qafas kollaterali tal-Eurosistema, filwaqt li jippreserva l-firxa tiegħu. Dik id-deċiżjoni timplika, b’mod partikolari, l-integrazzjoni fil-qafas kollaterali ġenerali ta’ ċerti assi temporanji, jiġifieri (a) assi negozjabbli ddenominati f’dollari Amerikani, liri sterlini u yen Ġappuniż; u (b) titoli ggarantiti b’assi bit-tieni l-aħjar klassifikazzjoni tal-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu fuq l-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema u li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà stipulati fil-qafas kollaterali temporanju. |
|
(4) |
Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat l-haircut fil-valutazzjoni applikata għal pretensjonijiet ta’ kreditu li jinkludu opzjoni biex jiġi mmodifikat it-tip ta’ pagament ta’ imgħax matul il-perjodu tal-validità tagħhom. |
|
(5) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/35) (2) għandha tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) hija emendata kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 4, għandu jiddaħħal il-punt (aa) li ġej:
|
|
2. |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
3. |
fl-Anness, it-Tabella 2a hija mibdula b’dan li ġej: “Tabella 2a Livelli ta’ haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta’ haircut V
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi.
2. Il- BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u għandhom japplikawhom mit-30 ta’ Marzu 2026. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Marzu 2026.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2015/510/oj).
(2) Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2016/65/oj).
(*1) jiġifieri [0,1) WAL (weighted average life) ta’ inqas minn sena, [1,3) WAL ta’ sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.”
ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2026/690/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)