|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/680 |
16.4.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 256/2025
tal-5 ta’ Diċembru 2025
li temenda l-Anness I (Ħwejjeġ veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2026/680]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1465 tat-22 ta’ Lulju 2025 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Enterococcus faecium ATCC 53519 u preparat ta’ Enterococcus faecium ATCC 55593 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1468 tat-22 ta’ Lulju 2025 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus subtilis DSM 33862 u Lentilactobacillus buchneri DSM 12856 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 669 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1426) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:
|
“670. |
32025 R 1465: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1465 tat-22 ta’ Lulju 2025 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’Enterococcus faecium ATCC 53519 u preparat ta’ Enterococcus faecium ATCC 55593 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L, 2025/1465, 23.7.2025). |
|
671. |
32025 R 1468: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1468 tat-22 ta’ Lulju 2025 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus subtilis DSM 33862 u Lentilactobacillus buchneri DSM 12856 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L, 2025/1468, 23.7.2025).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1465 u (UE) 2025/1468 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L, 2025/1465, 23.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1465/oj.
(2) ĠU L, 2025/1468, 23.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1468/oj.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/680/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)