European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/653

16.4.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 280/2025

tal-5 ta’ Diċembru 2025

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2026/653]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1248 tas-26 ta’ Ġunju 2025 li jġedded l-approvazzjoni tal-epsilon-metoflutrina bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1257 tas-26 ta’ Ġunju 2025 li japprova t-2-metil-2H-isotijażol-3-on (MIT) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 6 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1260 tas-26 ta’ Ġunju 2025 li japprova l-aċidu peraċetiku ġġenerat mill-aċetat tal-1,3-diaċetilossipropan-2-il u mill-perossidu tal-idroġenu bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1282 tat-2 ta’ Lulju 2025 li japprova l-kloridrat tat-2-metil-2,3-diidro-1,2-tijażol-3-on bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 6 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1247 tas-26 ta’ Ġunju 2025 li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2460 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-metoflutrin għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1262 tas-27 ta’ Ġunju 2025 dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni ta’ ċerti sustanzi attivi għall-użu fil-prodotti bijoċidali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1247 tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2460 (7), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:

1.

Wara l-punt 12zzzzzzzzzzzzz (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1074) jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“12zzzzzzzzzzzzza.

32025 R 1248: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1248 tas-26 ta’ Ġunju 2025 li jġedded l-approvazzjoni tal-epsilon-metoflutrina bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2025/1248, 27.6.2025).

12zzzzzzzzzzzzzb.

32025 R 1257: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1257 tas-26 ta’ Ġunju 2025 li japprova t-2-metil-2H-isotijażol-3-on (MIT) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 6 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2025/1257, 27.6.2025).

12zzzzzzzzzzzzzc.

32025 R 1260: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1260 tas-26 ta’ Ġunju 2025 li japprova l-aċidu peraċetiku ġġenerat mill-aċetat tal-1,3-diaċetilossipropan-2-il u mill-perossidu tal-idroġenu bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2025/1260, 27.6.2025).

12zzzzzzzzzzzzzd.

32025 R 1282: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1282 tat-2 ta’ Lulju 2025 li japprova l-kloridrat tat-2-metil-2,3-diidro-1,2-tijażol-3-on bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 6 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2025/1282, 3.7.2025).

12zzzzzzzzzzzzze.

32025 D 1262: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1262 tas-27 ta’ Ġunju 2025 dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni ta’ ċerti sustanzi attivi għall-użu fil-prodotti bijoċidali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2025/1262, 1.7.2025).”

2.

Jitħassar it-test tal-punt 12zzzzzzzzzzzj (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2460).

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1248, (UE) 2025/1257, (UE) 2025/1260 u (UE) 2025/1282 u d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1247 u (UE) 2025/1262 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L, 2025/1248, 27.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1248/oj.

(2)   ĠU L, 2025/1257, 27.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1257/oj.

(3)   ĠU L, 2025/1260, 27.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1260/oj.

(4)   ĠU L, 2025/1282, 3.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1282/oj.

(5)   ĠU L, 2025/1247, 27.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1247/oj.

(6)   ĠU L, 2025/1262, 1.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1262/oj.

(7)   ĠU L, 2024/2460, 17.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2460/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/653/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)